Proċedura : 2005/2036(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0274/2006

Testi mressqa :

A6-0274/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/10/2006 - 7.16
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0408

RAPPORT     
PDF 187kDOC 161k
14 ta' Settembru 2006
PE 367.970v02-00 A6-0248/2006

dwar l-emendi għall-Artikoli 3 u 4 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

(2005/2036(REG))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Borut Pahor

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-emendi għall-Artikoli 3 u 4 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

(2005/2036(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu ta' l-14 ta' Diċembru 2004 dwar il-verifikazzjoni tal-kredenzjali(1) u speċjalment paragrafu 6 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-ittra mingħand is-Segretarju Ġenerali tiegħu tal-15 ta' Frar 2005,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0274/2006),

1.  Iddeċieda li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidhru hawn taħt,

2.  Josserva li dawn l-emendi se jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni li jmiss skond l-Artikolu 202(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test preżenti  Emendi

Emenda 1

Artikolu 3, paragrafu -1 (ġdid)

 

-1. Wara l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, il-President se jistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri sabiex jgħaddu lill-Parlament mingħajr dewmien l-ismijiet tal-Membri eletti sabiex il-Membri kollha jieħdu l-kariga fil-Parlament b'effet mill-ftuħ ta' l-ewwel seduta wara l-elezzjonijiet.

 

Fl-istess ħin, il-President se jiġbed l-attenzjoni ta' dawk l-awtoritajiet għad-dispożizzjoniiet rilevanti għall-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 u jistedinhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jevitaw kull inkompatibbiltà ma' l-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew.

(Din l-emenda parzjalment tirriproduċi l-kliem ta' l-Artikolu 3(6) preżenti, li se jitneħħa hekk kif tiġi adottata din l-emenda)

Emenda 2

Artikolu 3, paragrafu -1a (ġdid)

-1a. Kull Membru li l-elezzjoni tiegħu jkun mgħarraf biha l-Parlament għandu jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament li huwa ma għandux kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew fis-sens ta' l-Artikolu 7(1) u (2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976. Wara l-elezzjonijiet ġenerali din id-dikjarazzjoni għandha ssir fejn hu possibbli mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel is-sessjoni kostituttiva tal-Parlament. Sakemm il-kredenzjali ta' Membru jkunu vverifikati jew tkun ingħatat sentenza fuq kull tilwima u sakemm ikun iffirma minn qabel id-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija aktar 'l fuq, il-Membru għandu jidħol fil-kariga tiegħu fil-Parlament u fl-organi tiegħu u għandu jgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga.

 

Fejn ikun stabbilit mill-fatti vverifikati minn sorsi disponibbli għall-pubbliku li Membru għandu kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens ta' l-Artikolu 7(1) u (2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976, il-Parlament, fuq informazzjoni provduta mill-President tiegħu, għandu jistabbilixxi li hemm post vakanti.

(Din l-emenda parzjalment tirriproduċi l-kliem ta' l-Artikolu 3(5) attwali, li se jitneħħa hekk kif tiġi adottata din l-emenda)

Emenda 3

Artikolu 3, paragrafu 2, subparagrafu 2

M'għandux ikun possibbli li tiġi kkonfermata l-validità tal-mandat ta' xi Membru jekk ma jkunux ġew magħmula d-dikjarazzjonijiet bil-miktub meħtieġa skond l-Artikolu 7 ta' l-Att tal-20 ta' Settembru 1976 u l-Anness I ta' dawn ir-regoli. 

M'għandux ikun possibbli li tiġi kkonfermata l-validità tal-mandat ta' xi Membru jekk ma jkunux ġew magħmula d-dikjarazzjonijiet bil-miktub meħtieġa skond dan l-Artikolu u l-Anness I ta' dawn ir-regoli.

Emenda 4

Artikolu 4, paragrafu 4

4. L-inkompatibilitajiet ġejjin mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għandhom ikunu mgħarrfa lill-Parlament li għandu jieħu nota tagħhom.

4. Fejn awtorità kompetenti ta' Stat Membru tinnotifika lill-President bit-tmiem tal-mandat ta' Membru tal-Parlament Ewropew skond id-dispożizzjonijiet tal-Liġi ta' dak l-Istat Membru, b'riżultat jew ta' inkompatibbiltajiet fis-sens ta' l-Artikolu 7(3) ta' dak l-Att jew ta' l-irtirar tal-mandat fis-sens ta' l-Artikolu 13(3) ta' dak l-Att, il-President għandu jinforma lill-Parlament li l-mandat spiċċa fid-data kkomunikata mill-Istat Membru u jistieden lill-Istat Membru jimla l-post vakanti mingħajr dewmien.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni jew il-Membru konċernat jgħarrfu lill-President dwar xi ħatra jew kariga li hija inkompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew, il-President għandu jgħarraf lill-Parlament li jqis il-post vakanti.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni jew il-Membru konċernat jgħarrfu lill-President dwar xi ħatra jew elezzjoni għall-kariga li hija inkompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew, skond l-Artikolu 7(1) u (2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976, il-President għandu jgħarraf lill-Parlament li jqis il-post vakanti.

Emenda 5

Artikolu 4, paragrafu 6, inċiż 2

f'każ ta' ħatra għal kariga li hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew, skond il-liġi elettorali nazzjonali jew skond l-Artikolu 7 ta' l-Att tal-20 ta' Settembru 1976: id-data notifikata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni jew mill-Membru konċernat.

-f'każ ta' ħatra jew elezzjoni għal kariga li hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew, skond l-Artikolu 7(1) jew (2) ta' l-Att tal-20 ta' Settembru 1976: id-data notifikata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew ta' l-Unjoni jew mill-Membru konċernat.

Emenda 6

Artikolu 4, paragrafu 7

7. Meta l-Parlament iqis il-post bħala vakanti, għandu jgħarraf b'dan lill-Istat Membru konċernat.

7. Meta l-Parlament iqis il-post bħala vakanti, għandu jgħarraf b'dan lill-Istat Membru konċernat u jistiednu jimla dan il-post mingħajr dewmien.

Emenda 7

Artikolu 11, interpretazzjoni

Jekk kwistjoni li għandha x' taqsam mal-verifika ta' kredenzjali titqajjem waqt li l-aktar Membru anzjan ikun qiegħed jippresiedi, huwa għandu jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli mill-verifika tal-kredenzjali.

L-aktar Membru anzjan għandu jeżerċita l-poteri tal-President imsemmija fl-Artikolu 3 (-1a) subparagrafu 2. Kull kwistjoni oħra li għandha x' taqsam mal-verifika ta' kredenzjali li titqajjem waqt li l-aktar Membru anzjan ikun qiegħed jippresiedi, għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli mill-verifika tal-kredenzjali.

NOTA SPJEGATTIVA

1.   Fid-deċiżjoni tiegħu ta' l-14 ta' Diċembru 2004 dwar il-verifikazzjoni tal-kredenzjali(2) Il-Parlament iddikjara li "l-emendi li saru għall-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom tal-25 ta' Ġunju 2002 u tat-23 ta' Settembru 2002, enfasizzaw l-inadegwatezza tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regoli ta' Proċedura, speċjalment rigward l-adozzjoni ta' miżuri għall-verifikazzjoni ta' każijiet ta' inkompatibbiltà ċara (bi qbil ma' l-Artikolu 7 ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976) b'effett mis-sessjoni kostitwenti tal-Parlament Ewropew". Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali ġie mitlub jeżamina "il-kwistjoni dwar l-emendi għall-Artikoli 3 u 4 tar-Regoli ta' Proċedura sabiex jiġu adattati skond l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976, kif emendat, u għad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti li jippermettu lill-Parlament jaġixxi fuq każijiet ċari ta' inkompatibbiltà, sabiex il-Membri kollha tal-Parlament ikunu jistgħu jieħdu l-kariga b'effett mis-sessjoni kostitwenti".

2.   L-awtorità tal-Parlament Ewropew li jivverifika l-kredenzjali tal-Membri tiegħu ġejja mill-Artikolu 12 ta' l-Att imsemmi hawn fuq, skond liema Att, il-Parlament għandu jinnota r-riżultati ddikjarati uffiċjalment mill-Istati Membri u għandu jieħu deċiżjoni fuq kull tilwima li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att barra minn dawk li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirreferi ghalihom l-Att. Fi kliem ieħor: l-Att jikkonċedi fuq il-Parlament responsabbiltà li jtiżgura l-legalità tal-kompożizzjoni tiegħu safejn l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att hija kkonċernata.

3.   Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament għandhom għalhekk jipprovdu għal strumenti ta' proċedura xierqa li jkunu jistgħu jiżguraw f'kull mument li l-Parlament qed jaġixxi skond il-kompożizzjoni legali tiegħu.

4.   L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Att iltaqgħu ma' xi diffikultajiet prattiċi speċjalment minħabba l-fatt li f'xi każijiet, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri nnotifikaw l-ismijiet tal-kandidati eletti tard u b'konnessjoni ma' l-emenda għall-Artikolu 7 ta' l-Att li jistipula l-inkompatibbiltà ta' l-uffiċċju ta' Membru tal-Parlament Ewropew ma' dak ta' membru ta' Parlament Nazzjonali.

5.   Parzjalment, il-proposti żviluppati f'dan ir-rapport jinserixxu fir-Regoli l-aħjar prattika kif żviluppata mill-amministrazzjoni tal-Parlament(3). Safejn huma innovattivi, huma ddisinjati sabiex jipprovdu strumenti li huma kemm sempliċi biex jiġu applikati u li jirrispettaw totalment id-drittijiet statutorji u d-dinjità tal-Membri eletti tal-Parlament. Barra minn hekk, sabiex tkun garantita t-trasparenza, hemm propost arranġament mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet rilevanti, li jsegwi kronoloġikament il-passi differenti tal-proċedura.

6.   Emenda 1 timplimenta l-prattika eżistenti li tindirizza l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri sabiex tiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta' notifikazzjoni fil-ħin sabiex tiżgura li l-Parlament ġdid elett jiffunzjona kif suppost mis-sessjoni kostitwenti tiegħu. Barra minn hekk, jidher xieraq li l-Istati Membri jiġu mfakkra fir-responsabbiltà tagħhom li jivverifikaw li ma hemm l-ebda inkompatibbiltà qabel ma ssir xi notifikazzjoni.

7.   Emenda 2 tissuġġerixxi novità bil-għan li tiġi evitata s-sitwazzjoni fejn Membru elett li jkollu kariga inkompatibbli, jkun jista' jipparteċipa fid-deċiżjonijiet tal-Parlament. Skond it-termini ta' l-emenda proposta, id-dikjarazzjoni meħtieġa preżentement taħt l-Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu li jgħid li l-Membru ma jkollu l-ebda kariga li taħt l-Artikolu 7 ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 huwa inkompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew, għandha tkun trażmessa minn kull Membru qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament. Id-dritt li jidħol fil-kariga fil-Parlament u l-organi tiegħu u li jgawdi mid-drittijiet marbuta magħha, għandhom ikunu suġġetti għat-trażmissjoni minn qabel ta' din id-dikjarazzjoni. Id-dispożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3 (2) it-tieni subparagrafu li jgħid li fin-nuqqas ta' dikjarazzjoni bħal din, il-validità tal-mandat ma jistax ikun ikkonfermat, se jibqa' fis-seħħ. Jidher, madanakollu, xieraq li jitnaqqas l-iskop ta' din id-dikjarazzjoni għall-inkompatibbiltajiet skond l-Artikolu 7(1) minħabba li f'każ ta' inkompatibbiltajiet li huma stabbiliti fil-liġi ta' Stat Membru bi qbil ma' l-Artikolu 7(3), il-Parlament qed jaġixxi fuq notifikazzjoni ta' l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru (ara emenda 4)

8.   Minħabba li l-fatti rilevanti f'każ ta' inkomptibbiltà huma ġeneralment kwistjonijiet ta' għarfien pubbliku, dikjarazzjoni preliminari ta' dan it-tip tidher li hi biżżejjed biex tiżgura li l-ebda Membru li jkollu kariga inkompatibbli, ma jieħu postu fil-Parlament. Minn naħa l-oħra, fil-każ li l-Membru jirrifjuta li jipproduċi dikjarazzjoni bħal din qabel jidħol fil-kariga, din tkun raġuni biżżejjed biex ikun suspettat li jista' jkun hemm każ ta' inkompatibbiltà, li tiġġustifika li l-Membru involut jinżamm milli jibbenefika mid-drittijiet tiegħu sakemm jipproduċi d-dikjarazzjoni jew il-kwistjoni tkun solvuta mod ieħor.

9.   It-tieni novità fl-Emenda 2 hija l-poter espliċitu mogħti lill-President tal-Parlament sabiex jinforma l-Parlament meta jkun stabbilit mill-fatti vverifikati minn sorsi disponibbli għall-pubbliku li Membru għandu kariga inkompatibbli. Bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976, dan jippermetti lill-Parlament jistabbilixxi li jeżisti post vakanti.

10. Emenda 3 tipproponi aġġustament tekniku biss minħabba li d-dikjarazzjoni preżenti mhijiex neċessarjament meħtieġa mill-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976. Dan ir-rekwiżit huwa regolament ta' proċedura li l-Parlament stabbilixxa b'mod leġittimu fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu sabiex jimplimenta b'mod korrett id-dispożizzjonijiet ta' l-Att.

11. Emendi 4, 5 u 6 jippruvaw jadattaw id-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament għad-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976, kif emendat mid-deċiżjonijiet tal-25 ta' Ġunju u tat-23 ta' Settembru 2002.

12. Emenda 7 tissuġġerixxi interpretazzjoni ta' l-Artikolu 11 dwar l-iktar Membru anzjan, billi tippermettilu jipproponi lill-Parlament isolvi kull każ ċar ta' inkompatibbiltà jekk jinqala' waqt is-sessjoni Konstituttiva.

2005/2036(REG)

17.7.2006

2005/2036(REG)

(1)

ĠU C 226 E, 15.9.2005, p.51.

(2)

OJ C 226 E, 15.9.2005, p. 51; rapporteur: Giuseppe Gargani, A6-0043/2004.

(3)

Il-prattika li preżentement qed tiġi segwita hija msemmija f'nota mis-servizzi tal-Parlament, ippubblikata fin-notifika lill-Membri PE 368.027.v01-00.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (17.7.2006)

f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-emendi għall-Artikoli 3 u 4 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

(2005/2036(REG))

Rapporteur għal opinjoni: Giuseppe Gargani

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-'rapporteur' għal opinjoni tagħkom jaqbel b'mod ġenerali ma' l-approċċ li ħa r-'rapporteur' tal-kumitat responsabbli. Ir-'rapporteur' għal opinjoni tagħkom iqis li d-dritt tal-Parlament Ewropew li jivverifika l-kredenzjali tal-Membri tiegħu stess kif imħaddna fl-Artikolu 12 ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 (kif emendat sussegwentement), għandu jkun kompletament rifless fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, sabiex ikun żgurat li l-Parlament qed jaġixxi b'mod totalment legali fil-ħinijiet kollha.

Ir-'rapporteur' għal opinjoni tagħkom huwa favur il-metodi tar-'rapporteur' sabiex jiġu solvuti d-diffikultajiet prattiċi (speċjalment rigward ir-relazzjonijiet ma' l-awtoritajiet nazzjonali) li nqalgħu taħt l-Artikoli eżistenti.

Madanakollu, ir-'rapporteur' għal opinjoni tagħkom jipproponi ċerti tibdiliet għall-Artikolu 3 tar-Regoli ta' Proċedura li għandhom jiġu kkunsidrati sabiex jiżguraw li r-regoli l-ġodda, wara l-verifikazzjoni tal-kredenzjali huma flessibbli u komprensivi biżżejjed.

Emenda 1 tiġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri dwar il-bżonn ta' notifikazzjoni fil-ħin ta' l-ismijiet tal-Membri, filwaqt li Emenda tikkonċerna l-kontenut u l-effetti tad-dikjarazzjoni meħtieġa preżentament skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(2).

Rigward l-emenda ta' l-aħħar, għandu jkun iċċarat li l-ewwelnett, l-inkompatibbiltà teżisti biss f'każijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 7 ta' l-Att ta' l-1976 u fl-ebda każijiet addizzjonali speċifikati fil-liġi nazzjonali (ara l-Artikolu7(3) ta' l-Att ta' l-1976).

It-tieni nett, filwaqt li minn naħa waħda jidher li fin-nuqqas li tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni mitluba, il-Membru jiġi skwalifikat mill-jeżerċita l-poteri tiegħu, minn naħa l-oħra hemm stabbilita skadenza li tippermetti lill-Membri perjodu ta' riflessjoni, li b'koinċidenza taħbat ma' l-ewwel seduta wara n-notifikazzjoni ta' l-elezzjoni tal-Membru kkonċernat. Din l-emenda hija maħsuba biex tiżgura li sa l-iskadenza, is-sessjoni plenarja tal-Parlament tkun kostitwita legalment.

It-tielet nett, jekk id-dikjarazzjoni ma tkunx iffirmata sa l-iskadenza, jew f'termini ġenerali, f'każ ta' inkompatibbiltà ċara, huwa propost li tiġi applikata proċedura sabiex il-post vakanti jiġi ddikjarat vojt b'mod uffiċjali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test preżenti  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Artikolu 3, paragrafu -1 (ġdid)

 

-1. Wara l-elezzjonijiet għall-Parlament, il-President se jistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri sabiex jgħaddu lill-Parlament mingħajr dewmien l-ismijiet tal-Membri eletti sabiex il-Membri kollha jieħdu l-kariga fil-Parlament b'effet mill-ftuħ ta' l-ewwel seduta wara l-elezzjonijiet.

 

Fl-istess ħin, il-President se jiġbed l-attenzjoni ta' dawk l-awtoritajiet għad-dispożizzjoniiet rilevanti għall-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 u jistedinhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jevitaw kull inkompatibbiltà ma' l-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew.

(Din l-emenda parzjalment tirriproduċi l-kliem ta' l-Artikolu 3(6) preżentii, li se jitneħħa hekk kif tiġi adottata din l-emenda.)

Emenda 2

Artikolu 3, paragrafu -1 a (ġdid)

 

-1a. Kull Membru li l-elezzjoni tiegħu ikun mgħarraf biha l-Parlament, għandu jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub, qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament, li ma għandu l-ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens ta' l-Artikolu 7(1) u (2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976. Sakemm il-kredenzjali ta' Membru jiġu vverifikati jew tkun ingħatat sentenza għal kull tilwima, u sakemm ikun iffirma d-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija aktar 'l fuq, il-Membru għandu jidħol fil-kariga fil-Parlament u l-organi tiegħu u għandu jgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga. Fejn ma tkun iffirmata l-ebda dikjarazzjoni qabel l-ewwel sessjoni wara n-notifikazzjoni ta' l-elezzjoni tal-Membru kkonċernat, għandu japplika t-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

 

Fil-każ ta' inkompatibbiltà ċara fis-sens ta' l-artikolu 7(1) u (2) ta' l-Att ta' l-20 ta' settembru 1976, il-President għandu jinforma l-Parlament li għandu jistabbilixxi li jeżisti post vakanti.

(Din l-emenda parzjalment tirriproduċi l-kliem ta' l-Artikolu 3(5) attwali, li se jitneħħa hekk kif tiġi adottata din l-emenda.)

Emenda 3

Artikolu 11, interpretazzjoni

Jekk kwistjoni li għandha x' taqsam mal-verifika ta' kredenzjali titqajjem waqt li l-aktar Membru anzjan ikun qiegħed jippresiedi, huwa għandu jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli mill-verifika tal-kredenzjali.

L-aktar Membru anzjan għandu jeżerċita l-poteri tal-President imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3, paragrafu -1a. Kull kwistjoni oħra li għandha x' taqsam mal-verifika ta' kredenzjali imqajjma waqt li l-aktar Membru anzjan ikun qiegħed jippresiedi, għandha tkun referuta lill-kumitat responsabbli mill-verifika tal-kredenzjali.


PROĊEDURA

Titolu

Emendi għall-Artikoli 3 u 4 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Numru tal-proċedura

2005/2036(REG)

Kumitat responsabbli

AFCO

Kumitat mitlub jagħti opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI
6.4.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Giuseppe Gargani
26.1.2006

Rapporteur preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

21.2.2006

13.7.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

13.7.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Berger, Carlo Casini, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Piia-Noora Kauppi, Katalin Lévai, Hans-Peter Mayer, Aloyzas Sakalas, Daniel Strož, Diana Wallis, Rainer Wieland, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Hiltrud Breyer, Manuel Medina Ortega, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Michel Rocard

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sharon Bowles, Mieczysław Edmund Janowski, Peter Liese, Miroslav Mikolášik

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

Titolu

Emendi għall-Artikoli 3 u 4 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Numru tal-proċedura

2005/2036(REG)

Proposal(s) for amendment considered

 

 

 

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO
28.4.2005

Date of decision to draw up report

20.4.2005

Data tat-tħabbir ta' l-awtorizzazzjoni fis-seduta plenarja

28.4.2005

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI
6.4.2006

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Borut Pahor
26.1.2006

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Eżami fil-kumitat

14.9.2005

22.2.2006

3.5.2006

 

 

Data ta' l-adozzjoni

11.9.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+

-

0

9

0

0

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Carnero González, Andrew Duff, Ingo Friedrich, Genowefa Grabowska, Daniel Hannan, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Rihards Pīks, Johannes Voggenhuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Gérard Onesta

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

14.9.2006

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Settembru 2006Avviż legali