Proċedura : 2006/2101(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0275/2006

Testi mressqa :

A6-0275/2006

Dibattiti :

PV 26/09/2006 - 3
CRE 26/09/2006 - 3

Votazzjonijiet :

PV 27/09/2006 - 5.10
CRE 27/09/2006 - 5.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0380

RAPPORT     
PDF 341kDOC 411k
14 ta' Settembru 2006
A6-0247/2006

dwar il-'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali

(2005/2101(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Bernhard Rapkay

Rapporteur għal opinjoni:

József Szájer, Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

(*) Koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-kumitati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-Kumitat għall-Kummerċ internazzjonali
 OPINJONI TAl-Kumitat għall-impjieg u l-affarjiet soċjali
 OPINJONI Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat tas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
 ABBOZZ TA' OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali (SGIs)

(2005/2101(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'White Paper dwar servizzi ta' interess ġenerali' (COM(2004)0374),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'L-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju ta' Liżbona: Servizzi soċjali ta' interess ġenerali fl-Unjoni Ewropea' (COM(2006)0177),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens tas-servizz pubbliku mogħti li ċerti intrapriżi fdati bl-operazzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 36 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, li jirrigwarda l-aċċess għal Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 5, 16, 73 u 86 tat-Trattat KE,

–    wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar servizzi ta' interess ġenerali, b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2001 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Servizzi ta' Interess Ġenerali fl-Ewropa'(2), ir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Jannar 2004 dwar il-"Green Paper" tal-Kummissjoni dwar is-servizzi ta' interess ġenerali(3), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Frar 2005 dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens tas-servizz pubbliku(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta' Frar 2006 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi fis-suq intern(5),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Liżbona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2000, il-Kunsill Ewropew ta' Nizza tas-7, it-8 u d-9 ta' Diċembru 2000, tal-Kunsill Ewropew ta' Laeken ta' l-14 u l-15 ta' Diċembru 2001 u tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002 dwar servizzi ta' interess ġenerali,

-    wara li kkunsidra l-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizja fil-qasam tas-servizzi ta’ interess ġenerali, partikolarment is-sentenza Teckal tat-18 ta’ Novembru 19991, is-sentenza Chronopost tat-3 ta’ Lulju 20032, is-sentenza Altmark ta’ l-24 ta’ Lulju 20033, is-sentenza Stadt Halle tal-11 ta’ Jannar 20054, is-sentenza tat-13 ta’ Jannar 20055, is-sentenza Corbeau tad-19 ta’ Mejju 1993 (il-Każ C-320/91) u s-sentenza Gemeente Almelo tas-27 ta’ April 1994 (il-Każ C-393/92),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0275/2006),

A.       billi t-Trattati jipprovdu għal ekonomija tas-suq soċjali u miftuħa u billi, fost oħrajn, il-prinċipji li ġejjin huma termini ta' riferenza u huma importanti f'dan il-kuntest:

– is-solidarjetà, li tgħaqqad in-nies flimkien u li hija bbażata fuq l-objettivi ta’ koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u ta’ żvilupp sostenibbli,

– il-koperazzjoni, li tippermetti t-twettiq ta’ l-aspirazzjonijiet transnazzjonali u Ewropej fit-Trattati u fil-programmi ta’ l-UE,

– fruntieri miftuħa u suq intern bil-libertà tal-moviment għall-persuni, għall-prodotti, għas-servizzi u għall-kapital, biex ikunu integrati l-ekonomiji u s-soċjetajiet u biex jiżdiedu l-ġid u l-benessri soċjali taċ-ċittadini Ewropej,

- il-kompetizzjoni, sabiex ikun possibbli l-ikkompletar tas-suq intern fuq il-bażi ta' regoli soċjali ta' l-ekonomija tas-suq u mmexxija mil-liġi tall-kompetizzjoni, li hija qasam essenzjali tal-liġi demokratika u, fuq kollox, sabiex jiġi evitat l-abbuż tal-monopolji u tas-setgħa ekonomika u sabiex jiġu garantiti l-innovazzjoni, il-kwalità għolja bi prezz raġonevoli, id-diversifikazzjoni ta' l-għażliet tal-konsumatur u l-protezzjoni legali għall-konsumaturi,

- is-sussidjarjetà, ibbażata fuq l-Artikolu 5 tat-Trattat KE, li tiżgura l-pluralità ta' l-Istati Membri u tat-tradizzjonijiet differenti fl-UE u li l-UE taħdem b'mod kemm jista' jkun effiċjenti u mill-qrib maċ-ċittadini, meta, u biss meta, din tikseb riżultat aħjar minn azzjonijiet fuq il-livell nazzjonali u subnazzjonali,

– il-proporzjonalità, li permezz tagħha kwalunkwe azzjoni mill-Komunità m’għandhiex tmur lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattat,

                      - id-demokrazija, li taħtha l-votazzjoni universali hi s-sors ta’ leġittimità għall-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u lokali li jiddeterminaw u jorganizzaw il-missjonijiet, il-forniment tas-servizzi u l-iffinanzjar tas-servizzi ta’ interess ġenerali,

B.       filwaqt li, is-servizzi ta’ interess ġenerali mhumiex biss element importanti ta koeżjoni soċjali u ekonomiku, iżda jikkontribwixxu wkoll b'mod konsiderevoli għall-kompetittività ta l-ekonomija Ewropea,

C.       billi l-kompetizzjoni li hi ntiża biex tiffaċilita t-twettiq tas-suq wieħed ibbażat fuq ir-regoli ta l-ekonomija soċjali tas-suq u li hu rregolat mir-regolamenti tal-kompetizzjoni, hi dritt demokratiku ewlieni fit-trażżin mhux biss tas-setgħa ta l-Istat iżda fuq kollox ta' l-użu ħażin tas-setgħa ekonomika, u li tipproteġi d-drittijiet tal-konsumatur,

D.       billi l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej issa hija estensiva, qiegħda tiżviluppa kontinwament u tirrigwarda aspetti varji tas-servizzi ta' interess ġenerali, inklużi l-għajnuna mill-Istat, it-trattament indaqs u/jew it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni,

E.        filwaqt li kkunsidra l-iżvilupp fil-każijiet imressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej dwar il-kompatibilità tas-servizzi ta' interess ġenerali mar-regoli tas-suq intern u mar-regoli Ewropej dwar il-kompetizzjoni, u wara li kkunsidra l-ħtieġa li jirrispondi għal dan billi jiċċara l-liġi pożittiva Ewropea f'dan il-qasam,

F.        billi l-evoluzzjoni tas-swieq u l-mod li bih is-soċjetajiet jorganizzaw lilhom infushom hu suġġett għal żvilupp dinamiku li hu differenti f'kull Stat Membru, l-applikazzjoni ta' regoli u definizzjonijiet riġidi tkun ostakolu biex jintlaħqu l-aħjar riżultati ekonomiċi u soċjali,

G.       billi f'ambjent soċjali u ekonomiku daqstant divers bħalma huwa dak ta' l-UE huwa impossibbli li tiddefinixxi s-servizzi ta' interess ġenerali b'mod uniformi,

H.       billi d-disponibilità ta’ servizzi ta’ interess ġenerali effiċjenti hi parti integrali mis-sistemi ekonomiċi, mis-sistemi tas-soċjetà u mis-sistemi soċjali ta’ l-Istati Membri kollha , filwaqt li din id-disponibilità tvarja b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għal ieħor u filwaqt li l-objettiv li s-suq intern ta’ l-UE jitwettaq b’suċċess għandu jippermetti lill-Istati Membri li jintroduċu servizzi ta’ interess ġenerali effettivi u effiċjenti, li jirrispettaw b’mod sħiħ ir-responsabilitajiet tagħhom u mingħajr ma jindaħlu fil-libertà ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali li jistabbilixxu u jimplimentaw il-prijoritajiet tagħhom stess rigward kwalità, frekwenza, prezz li jintlaħaq u aċċessibilità ta’ dawk is-servizzi,

I.         billi s-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali għandhom jiġu provduti b'mod indaqs fil-partijiet kollha ta' l-UE; billi l-koeżjoni ekonomika u soċjali għandha l-għan li tnaqqas id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u l-promozzjoni ta' l-iżvilupp armonjuż ġenerali ta' l-UE, b'mod speċjali fl-Istati Membri l-ġodda,

J.        billi, meta jitqies il-prinċipju ta' sussidjarjetà skond l-Artikolu 5(2) tat-Trattat KE, huma l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u/jew lokali tagħhom li għandhom jiddefinixxu s-servizzi ta' interess ġenerali tagħhom, jiddeċiedu liema servizzi għandhom ikunu koperti, u kif ikunu organizzati, finanzjati, mogħtija, evalwati u kontrollati, u dan għandu jkun rispettat b'mod sħiħ fl-abbozzar ta' leġiżlazzjoni ulterjuri,

K.       billi, fil-kwistjoni tal-kompatibilità bejn ir-regoli interni tas-suq u tal-kompetizzjoni u l-operat mingħajr problemi tas-servizzi ta' interess ġenerali, trid tinħoloq iċ-ċertezza legali biex tagħti lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali relevanti l-ispazju għall-manuvrar li huwa neċessarju sabiex jieħdu d-deċiżjonijiet u jevitaw il-kunflitti u l-proċeduri legali, bir-rispett dovut lejn is-suq intern u lejn ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament, imsemmija hawn fuq, dwar is-servizzi fis-suq intern kif ukoll l-implimentazzjoni ċara tar-regoli interni tas-suq u tal-kompetizzjoni,

L.        billi d-direttivi settorjali ta’ l-UE dwar servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fl-industriji f’netwerk u f’setturi oħra li fihom inkiseb jew beda l-ftuħ tas-suq għamlu suċċess fil-forniment ta’ servizzi aħjar bi prezzijiet iktar baxxi u jipprovdu qafas ta’ min joqgħod fuqu,

M.      billi l-multitudni ta' inizjattivi speċifiċi għas-setturi li huma relatati mal-ftuħ tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi u r-riżoluzzjoni tal-Parlament, imsemmija hawn fuq, dwar servizzi fis-suq intern, tkabbar l-opportunitajiet għall-kompetizzjoni u għall-operat aħjar anke fl-oqsma tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, li tenfasizza l-bżonn ta' ċarezza legali dwar is-servizzi ta' interess ġenerali,

N.       billi s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali għandhom effett dirett fuq is-suq intern għas-servizzi, u numru ta' setturi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali irnexxilhom jimmodernizzaw u jintegraw f'dawn is-swieq tas-servizzi; billi din l-integrazzjoni inkisbet b'mod kontrollat u kienet akkumpanjata minn miżuri għall-protezzjoni ta' l-interess ġenerali, b'mod partikulari l-kunċett ta' servizzi universali,

O.       billi l-Artikolu 16 tat-Trattat KE jirrikonoxxi l-importanza tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali , billi l-Artikoli 43 sa 49 tat-Trattat KE jipprovdi bażi legali għall-formular ta' azzjoni Komunitarja rigward il-forniment b'xejn ta' servizzi; billi l-Artikoli 86 u 87 tat-Trattat KE u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja taw indikazzjoni ċara dwar kif għandhom jiġu trattati l-għajnuna ta' l-Istat, il-modalitajiet u l-finanzjament tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali; billi l-Artikolu 95 tat-Trattat KE huwa l-bażi legali xierqa biex jiġu trattati kwistjonijiet relatati mal-proċeduri ta' prokurament pubbliku u kwistjonijiet relatati magħhom;

P.        billi, filwaqt li l-Artikoli 16 u 86(2) tat-Trattat KE jirreferu għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, it-Trattat KE ma joffri ebda definizzjoni tagħhom; billi s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali mhumiex imsemmija fit-Trattat KE iżda ġew introdotti biss f'komunikazzjoni tal-Kummissjoni u billi, skond riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament imsemmija hawn fuq dwar is-servizzi fis-suq intern, is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali għandhom ikunu eżenti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar is-Servizzi u s-servizzi ta’ interess ġenerali huma eżenti b'mod sħiħ mid-Direttiva;

Q.       billi li l-forom differenti ta’ amministrazzjoni u sħubija bejn operaturi ekonomiċi li jwettqu dawn is-servizzi qed jiġu mħeġġa, u billi dan għandu jseħħ f’konformità mar-responsabilitajiet ta’ l-Istati Membri dwar il-forniment u l-akkwist ta’ dawk is-servizzi fl-interessi ta’ l-effettività u tal-kwalità għolja,

R.       billi l-għan tal-Komunità għal livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur flimkien ma' konformità stretta mal-prinċipju ta' sussidjarjetà għandu jkun aktar iffukat,

S.        billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE tirrikonoxxi u tirrispetta l-aċċess għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, bil-għan li tippromwovi il-koeżjoni soċjali u territorjali ta' l-Unjoni,

1.        Iqis li r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, imsemmija hawn fuq, dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali, tat-13 ta' Novembru 2001, l-14 ta' Jannar 2004 u t-22 ta' Frar 2005 jibqgħu validi, b'mod partikulari fid-dawl ta'

               - il-prinċipju tas-sussidjarjetà,

               - id-deregolazzjoni, u

- il-kisba tas-suq intern u l-bżonn li jiġu provduti servizzi ta' kwalità għolja;

ifakkar li l-fattur importanti mhuwiex min jipprovdi s-servizzi ta' interess ġenerali, iżda li jinżammu l-istandards ta' kwalità u bilanċ soċjali ġust, u li l-kriterji jkunu bbażati fuq il-fatt li jkunu ta' min joqgħod fuqhom u l-kontinwità tal-provvista; ifakkar li l-Parlament iqis li s-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali ikopru firxa wiesgħa ħafna ta' industriji;

2.        Jinnota li huwa partikularment importanti, sabiex jiġu esplojtati b'mod sħiħ l-opportunitajiet offruti mis-suq intern, li l-kundizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-modernizzazzjoni tas-swieq jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta, trasparenti u effiċjenti, filwaqt li jżommu l-koeżjoni soċjali u l-aċċessibilità universali għas-servizzi, u jiġu evitati abbużi ta' pożizzjoni dominanti u l-formazzjoni ta' monopolji ġodda, li jxekklu l-aċċess għas-suq għal parteċipanti ġodda;

3.        Jisħaq li s-servizzi ta' interess ġenerali għandhom ikunu ta' kwalità għolja, għandhom ikollhom kopertura komprensiva, għandhom jiġu pprovduti bl-aħjar prezz, għandhom jirrispettaw il-bilanċ soċali u għandhom jiġu provduti fuq il-bażi ta' sigurtà ta' provvista dejjiema; u jenfasizza li l-maġġoranza tas-servizzi ta' interess ġenerali jistgħu jiġu provduti b' kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, skond il-prinċipju li intrapriżi privati u dawk pubbliċi għandhom jirċievu trattament indaqs;

4.        Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament b'analiżi komprensiva ta' l-effetti tal-liberalizzazzjoni s'issa, b'mod partikulari dwar is-sitwazzjoni tal-konsumaturi u ta' l-impjegati konċernati;

5.        Jenfasizza li l-parti l-kbira tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jingħataw fis-suq intern u għaldaqstant, bħala kwistjoni ta' prinċipju, huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern, l-akkwist pubbliku, il-kompetizzjoni u l-għajnuna ta' l-Istat, kif ukoll kontrolli tal-Kummissjoni, sakemm l-applikazzjoni ta' dan it-tip ta' leġiżlazzjoni ma xxekkilx it-twettiq, fil-liġi jew fil-fatt, tal-ħidmiet partikulari li ġew mogħtija lilhom, kif provdut f'Artikolu 86(2) tat-Trattat KE; jenfasizza li, skond l-Artikolu 16 tat-Trattat KE dwar is-servizzi ta' interess ġenerali, il-Komunità u l-Istati Membri huma responsabbli, fis-setgħat rispettivi tagħhom, biex jiżguraw li dan it-tip ta'servizzi joperaw fuq il-bażi ta' prinċipji u kundizzjonijiet li jagħmluha possibbli li huma jaqdu l-missjoni tagħhom;

6.        Jenfasizza li b'mod speċjali wara t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, trid tiġi żgurata l-koeżjoni fil-qasam tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u li fil-qafas tal-politika strutturali, l-infrastrutturi ta' l-Istati Membri għas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali ibbażati fuq netwerk iridu jkunu marbuta ma' xulxin u trid tkun imsaħħa l-koperazzjoni transkonfinali sabiex jinħoloq suq intern tassew u sabiex tkun iffaċilitata l-istandardizzazzjoni;

7.        Iqis il-piż ekonomiku ta' dawn is-servizzi u l-importanza tagħhom għall-produzzjoni ta' oġġetti oħra u l-forniment ta' servizzi oħra; jenfasizza li l-mod ta' kif is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali huma organizzati jista' jeffettwa s-suq intern, pereżempju billi jipprojbixxi li jkunu stabbiliti fil-pajjiż fejn ġie provdut is-servizz;

8.        Iqis li l-għan tar-regoli tal-kompetizzjoni għandu jkun it-titjib tal-kwalità tal-forniment tas-servizz, l-għażla tal-konsumatur u prezzijiet raġonevoli u li jiġu realizzati għanijiet oħra ta' interess pubbliku, li jinkludu l-iżvilupp sostenibbli;

9.        Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara d-distinzjoni bejn servizzi ta' interess ġenerali u servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali billi jiżviluppaw kriterji operazzjonali, li jqisu t-tradizzjonijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri, u li jkunu bbażati fuq in-natura ta' oġġetti kollettivi u finanzjar pubbliku jew bil-mekkaniżmi ta' solidarjetà tas-servizzi ta' interess ġenerali; jenfasizza li għal ħafna servizzi ta' interess ġenerali, huwa diffiċli li jagħmlu d-distinzjoni bejn aspetti ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi, minħabba l-karattru dinamiku ta' dawn is-servizzi u l-iżvilupp rapidu tagħhom; jilqa', għaldaqstant, il-fatt li, fil-"White Paper" tagħha dwar is-servizzi ta' interess ġenerali, il-Kummissjoni indikat li "t-twettiq effettiv ta' ħidma ta' interess ġenerali tirbaħ, f'każ ta' tensjoni, fuq l-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat"; jirrikonoxxi li oqsma wiesgħa tas-servizzi ta' interess ġenerali m'għandhomx jitneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli tas-suq intern u l-kompetizzjoni permezz ta' attentat biex jiġu definiti s-servizzi ta' interess ġenerali; jinnota li definizzjoni preċiża ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u servizzi ta' interess ġenerali tmur kontra l-libertà ta' l-Istati Membri li jiddefinixxu s-servizzi ta' interess ġenerali tagħhom;

10.      Ifakkar il-fatt li r-regoli fis-seħħ f'dan il-qasam huma definiti mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-interpretazzjoni tal-Kummissjoni ta' każijiet individwali, u li la ċ-ċertezza legali neċessarja u lanqas it-trasparenza adegwata għadha, għaldaqstant, ma inkisbet;

11.      Jitlob għal aktar kjarifika mingħand il-Kummissjoni b'mod partikulari dwar żewġ mistoqsijiet prinċipali: il-konsegwenzi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ibbażata fuq approċċ settorjali u l-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni lis-servizzi ta' interess ġenerali u s-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, b'mod speċjali fir-rigward ta' l-iffinanzjar ta' dawn is-servizzi;

12.      Jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali wrew li huma l-livell xieraq, u qrib taċ-ċittadin, għall-forniment tas-servizzi ta' interess ġenerali, u li għadhom il-livell xieraq għall-garanzija tad-dritt ta' involviment, tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-benessri pubbliku fir-rigward ta' tali servizzi; jinnota li l-livell ta' gvern Ewropew għandu jgħin fl-aċċertar li l-ħila tal-livell ta' gvern lokali u reġjonali li jipprovdi tali servizzi ma tkunx ipperikolata;

13.      Huwa ta' l-opinjoni, għaldaqstant, li, fl-interessi ta':

 l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, sabiex fejn hemm bżonn ikunu jistgħu jipprovdu u jiggarantixxu servizzi xierqa fl-interess taċ-ċittadini kollha, bir-rispett dovut lejn is-suq intern u r-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar is-servizzi fis-suq intern,

 il-kumpaniji (pubbliċi, dawk li jaħdmu għal skopijiet ta' qligħ u dawk li le) li jipprovdu jew joffru dawn is-servizzi, sabiex ikunu konxji tal-kundizzjonijiet u ta' l-obbligi li jistgħu jiġu imposti fuqhom mill-awtoritajiet skond is-suq intern u l-leġiżlazzjoni fis-seħħ, minħabba l-missjonijiet ta' interess ġenerali li jiġu fdati f'idejhom, u

 l-utenti tas-servizzi, sabiex ikunu ċerti li s-servizzi definiti u żviluppati mill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali tagħhom skond il-kundizzjonijiet lokali ikunu jistgħu jiġu provduti, suġġetti għal kundizzjonijiet xierqa dwar il-kompetizzjoni, fejn hu possibbli, aċċessibilità, kwalità, li jkunu ta' prezz li jintlaħaq, innovazzjoni, adattabilità, kontinwità, li jservu, trattament indaqs, ippjanar fit-tul, sikurezza, universalità, eċċ.,

iqis li l-Kummissjoni għandha tressaq il-kjarifiki legali, linji gwida u prinċipji dwar numru ta' suġġetti problematiċi, inkluż b'mod partikulari l-applikazzjoni tar-regoli tas-suq intern u tal-kompetizzjoni fil-qasam ta' servizzi ta' interess ġenerali u tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, filwaqt li tiżgura r-responsabilità demokratika dwar l-applikazzjoni ta' regoli fuq servizzi ta' interess ġeneral u iservizzi ta' interess ekonomiku ġenerali lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u dawk lokali; jinnota li hemm bżonn li jiġi ċċarat il-qsim tar-responsabilitajiet bejn l-UE u l-Istati Membri, u jqis li l-approċċ settorjali li jikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika fis-setturi rilevanti għandu jkun element important f'dan ir-rigward; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li wara evalwazzjoni xierqa tat-Trattat u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-servizzi ta' interess ġenerali għandhom jiġi definiti mill-Istati Membri; jinnota, barra minn hekk, li m'hemmx bażi legali għal proposta li titlob li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat KE għal servizzi partikulari;

14.      Jenfasizza li l-bżonn għal regolament eżistenti jew futuri li jkunu speċifiċi għas-setturi u bażati fuq regoli tas-suq intern u rispett għas-sussidjarjetà, u li regoli li huma speċifiċi għas-setturi m'għandhomx jitpoġġew fid-dubju; ifakkar is-suċċess ta' dawn ir-regolamenti speċifiċi għas-setturi, u jirrakomanda li l-approċċ settorjali jiġi estiż għal setturi oħra;

15.      Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq aktar ċertezza legali fil-qasam tas-servizzi ta' interess ġenerali tal-kura soċjali u tas-saħħa, u biex tressaq proposta għal direttiva tal-Kunsill u tal-Parlament li tkun speċifika għas-settur u għal dawk l-oqsma fejn huwa xieraq;

16.      Iħeġġeġ lill-Kunsill, għaldaqstant, biex malajr kemm jista' jkun, jadotta pożizzjoni komuni dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri rigward l-obbligi inerenti fil-kunċett tat-trasport b'ferroviji, toroq u ilmijiet navigabbli(6);

17.      Jirrakkomanda li, meta awtorità kompetenti tidentifika il-provvista ta' servizz bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, l-obbligu tas-servizz pubbliku għandu jingħata permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti li tkun ġusta u trasparenti, jew inkella permezz ta' att legali adattat li għandu jissodisfa l-kriterji tat-trasparenza u li jkun bażat fuq kundizzjonijiet l-istess għall-kompetituri kollha ;

18.      Jilqa’ l-qafas legali Komunitarju propost dwar l-għajnuna ta’ l-Istat fil-forma ta’ kumpens għal obbligi tas-servizz pubbliku u l-pjan biex tiġi riveduta d-direttiva dwar it-trasparenza;

19.      Jirrakkomanda li, meta awtorità kompetenti jkollha l-ħsieb li tiffinanzja lis-Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali minbarra permezz ta’ finanzjament dirett mill-baġit ġenerali tagħha, l-awtorità partikolari għandha tagħżel forma ta’ finanzjament li jkun skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE, partikolarment ta’ l-Artikolu 86(2), speċjalment meta tagħti drittijiet esklussivi u speċjali, meta tagħti kumpens għall-provediment ta’ servizzi pubbliċi jew meta tistabbilixxi fond għall-provediment ta’ servizzi pubbliċi, jinnota li fil-każijiet kollha dan se jirrikjedi sistema trasparenti ta’ tariffi kif ukoll finanzjament xieraq u trasparenti;

20.      Jirrakkomanda li meta awtorità kompetenti tkun bi ħsiebha tagħti kumpens għall-provediment ta’ servizzi pubbliċi biex tiżgura l-iffinanzjar ta’ servizz ta’ interess ġenerali, dan il-kumpens m’għandux jitqies bħala għajnuna mingħand l-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat KE, sakemm:

    - il-benfiċjarju għandu jkun fdat b’missjoni ta’ servizz pubbliku ddefinita b’mod ċar;

- il-parametri biex jiġu kkalkulati l-ħlasijiet ta’ kumpens għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti;

- il-livell ta’ kumpens ma jaqbiżx l-ispejjeż magħmula fil-kwittanza ta’ l-obbligi tas-servizz pubbliku, li jippermetti profitt raġonevoli;

- il-benefiċjarju jintgħażel f’offerta pubblika jew il-kumpens ma jaqbiżx l-ispejjeż ta’ impriża li hi mmexxija b’mod tajjeb u li hi mgħammra b’mod xieraq bil-mezzi biex tipprovdi s-servizz pubbliku; u

  -   tkun ħarġet proċedura trasparenti;

           jenfasizza, iżda, li l-ammont ta’ kumpens m’għandux jaqbeż dak li hu neċessarju għat-tħaddim tas-servizz u ma jistax jintuża biex jiffinanzja attivitajiet barra l-iskop tas-servizz partikolari (fil-forma ta’ sussidji inkroċjati); jirrimarka li l-kumpens irid ikun disponibbli lill-operaturi kollha fdati bil-provediment ta’ SERVIZZI TA' INTERESS ĠENERALIs, irrispettivament mill-istejtus legali tagħhom;

21.      Juri l-importanza li jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE għall-għajnuna ta’ l-Istat fil-forma ta’ kumpens tas-servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi fdati bl-operat tas-Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali(7) trid tkun implimentata b'mod ċar; jenfasizza, iżda, li l-ħlas ta’ kumpens sempliċi għal obbligi tas-servizz pubbliku m’għandux jitqies bħala għajnuna ta’ l-Istat, u li l-liġi għandha tiġi emendata kif xieraq;

22.      Jenfasizza li hu f’idejn l-awtorità kompetenti biex tiddeċiedi jekk tipprovdix servizz ta’ interess ġenerali direttament permezz ta’ unità tagħha stess jew, jekk tafdax dan f’idejn fornituri esterni ta’ servizzi bi skop jew mingħajr skop ta’ qligħ, filwaqt li teżerċita l-istess kontroll bħal dak maħsub għal servizzi pprovduti direttament; fil-każ li l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li testernalizza s-servizzi, trid tinħareġ sejħa għall-offerti; barra minn hekk, għandu jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ awtonomija lokali u reġjonali, li jagħti lill-awtorità kompetenti d-dritt li tagħżel, filwaqt li tqis l-interess pubbliku, kif l-aħjar għandu jingħata kull servizz;

23.      Hu ta’ l-opinjoni li l-esternalizzazzjoni tal-provediment ta’ servizi ta’ interess ġenerali normalment timponi fuq l-awtorità partikolari l-obbligu li tassenja s-servizz fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku, wara proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti; jinnota li l-prinċipju ta’ l-għoti ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku għandu jippermetti lill-awtorità kompetenti l-opportunità li tittrasferixxi kuntratt ta’ servizz pubbliku f’emerġenzi; jitlob lill-Kummissjoni, flimkien ma’ l-Istati Membri u l-Parlament, biex jiċċaraw l-kriterji rilevanti fid-direttivi dwar l-akkwisti jew fil-forma ta’ regolament; f’dan il-kuntest, jafferma li l-awtoritajiet lokali għandhom ikunu jistgħu jassenjaw ħidmiet ta’ servizzi direttament lil kumpaniji interkomunali jew lil forom simili ta’ arranġamenti konġunti, jew lil kumpaniji li huma jippossiedu jew li jikkontrollaw, sakemm tali entitajiet jwettqu l-parti essenzjali tal-ħidmiet tagħhom għall-awtorità jew l-awtoritajiet li jikkontrollaw, u ma jikkompetux fi swieq esterni iżda jikkostitwixxu biss prattika ta’ organizzazzjoni domestika u jrid jinstab arranġament li ma jeskludix b’mod kategoriku l-parteċipazzjoni privata mill-bidu nett.

24.      Jitlob f’dan il-kuntest, u fl-interessi ta’ titjib possibbli fl-effiċjenza permezz ta’ l-involviment ta’ operaturi u metodi ġodda ta’ provediment ta’ Servizzi ta' Interess Ġenerali, għal iktar ċertezza legali bħala kwistjoni ta’ urġenza rigward il-forom differenti ta’ organizzazzjonijiet inter-awtoritarji (koperazzjoni bejn awtoritajiet lokali, sħubija pubblika-privata, għoti ta’ konċessjonijiet), kjarifika tal-liġi Ewropea dwar il-kompetizzjoni, dwar l-għoti ta’ kuntratti u dwar l-għajnuna ta’ l-Istat, u rigward il-kriterji ġenerali applikabbli madwar l-Ewropa; jenfasizza li għandu jkun hemm kjarifika legali dwar l-esternalizzazzjoni ta’ servizzi pubbliċi, li huma ta’ natura differenti minn kuntratti pubbliċi; jitlob lill Kummissjoni biex tiċċara r-regoli għall-għoti ta’ tali servizzi esternalizzati u biex tagħmel distinzjoni ċara bejn dawk ir-regoli u r-regoli li jirregolaw l-kuntratti pubbliċi;

25.      Hu ta’ l-opinjoni li l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li fis-setturi li fihom tkun stipulat regoli għal obbligi ta’ servizz universali pubbliku jew objettivi partikolari, it-tipi ta’ regoli u strumenti adattati għal kull settur għandhom ikunu applikati fuq il-bażi ta’ regoli trasparenti;

26.      Hu wkoll ta’ l-opinjoni li linji gwida fil-livell nazzjonali u lokali huma meħtieġa fl-oqsma li ġejjin, fl-interessi tat-trasparenza u l-protezzjoni tal-konsumatur:

 li jiddefinixxu l-proċeduri għall-aċċess għan-netwerks eżistenti fejn l-aċċess huwa neċessarju għall-provediment ta’ servizzi;

 li jiddefinixxu l-prezz u/jew il-kondizzjonijiet tat-tariffi għall-provediment ta’ servizzi;

 li jaċċertaw il-kompetizzjoni u l-opportunitajiet għal imprendituri ġodda fejn ikun possibbli;

 regoli dwar ftehimiet barra mill-qorti bejn il-fornitur ta’ servizzi u l-utent, minkejja l-possibilità ta’ azzjoni legali; u

 konsultazzjoni ta’ u, kif ikun xieraq, referenza għall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni rigward kwalunkwe element li jista’ jwassal għal ksur tar-regoli nazzjonali tal-kompetizzjoni jew ta’ dawk stipulati fit-Trattat KE;

27.      Jirrakkomanda, fl-interessi ta’ SERVIZZI TA' INTERESS ĠENERALIs ta’ kwalità għolja u effiċjenti, li jkun inċentivi għal ‘benchmarking’ volontarju u mekkaniżmi ta’ miżura tal-kwalità fil-livell nazzjonali u Ewropew; l-iskambju ta’ esperjenza u l-promozzjoni ta’ l-aħjar prattiki għandhom ikunu appoġġjati u għandhom jinkludu lil dawk kollha ikkonċernati; jissuġġerixxi li tali miżuri jindirizzaw l-aspetti li ġejjin:

               - għandu jkun hemm żvilupp ta’ metodi ta’ evalwzzjoni komprensivi, li jinkludu kriterji ekonomiċi, soċjali u ambjentali;

 il-ħarsien u s-sikurezza ta’ l-utenti tas-servizz;

 l-adegwatezza u l-proporzjonalità ta’ l-istandard rigward l-ispiża tas-servizz;

 it-tixrid u l-pubblikazzjoni bl-iktar mod wiesa’ possibbli ta’ l-istandard; u

 monitoraġġ sempliċi u effettiv ta’ fedeltà ma’ l-istandard, li jista’ jiġi stipulat fuq il-bażi ta’ karattru jew ta’ kodiċi ta’ kondotta;

28.      Jisħaq fuq l-importanza li l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza ta’ l-Istati Membri jkunu msaħħa sabiex ikun assigurat li l-objettivi tal-politika pubblika, inklużi prezzijiet li jintlaħqu u l-istandards tal-kwalità, ikunu milħuqa b’mod effettiv; ikompli jenfasizza li hu meħtieġ li sabiex l-awtoritajiet pubbliċi relevanti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-istrumenti u l-kompetenza esperta adegwati sabiex ikunu jistgħu jinfurzaw il-kompetizzjoni u sabiex jiżguraw il-ħarsien tal-konsumatur;

29.      Jitlob lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tar-riżoluzzjoni tagħha ta’ l-14 ta’ Jannar 2004, ir-riżoluzzjoni tagħha tad-9 ta’ Marzu 2005 dwar ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona(8), u r-riżoluzzjoni preżenti, biex tiġi b’inizjattivi legali adattati u jfakkar li d-drittijet ta’ kodeċiżjoni, fejn previsti mit-Trattat, għandhom ikunu mħaddma b’mod sħiħ mill-partijiet kollha involuti fil-qasam ta’ Servizzi ta' Interess Ġenerali u Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali;

30..     Jirrimarka li l-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Komunità u l-obbligi li jiġu magħhom għandhom ikunu kompatibbli mal-politiki u r-regoli interni tal-Komunità;

31.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67.

(2)

ĠU C 140 E, 13.6.2002, p. 153.

(3)

ĠU C 92 E, 16.4.2004, p. 294.

(4)

ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 117.

(5)

Testi Adottati, P6_TA(2006)0108.

(6)

ĠU L 156, 28.6.69, p. 1.

(7)

ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67.

(8)

ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 164.


NOTA SPJEGATTIVA

L-importanza tas-servizzi pubbliċi

Aċċess għal servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja hi kwistjoni politika ewlenija. Skejjel u sptarijiet tajbin, ilma nadif, trasport u enerġija bla periklu u ta’ min jorbot fuqhom, pereżempju, insibuhom fil-biċċa l-kbira tad-definizzjonijiet ta’ kwalità tajba tal-ħajja.

Iżda, servizzi pubbliċi m’humiex biss element essenzjali fil-kwalità tal-ħajja ta’ ċittadini individwali. Huma għandhom irwol ewlieni fl-istrateġija ta’ Liżbona xempju ta’ l-UE, li għandha l-għan li tibni fuq il-karatteristiċi tal-mudell soċjali u ekonomiku ta’ l-Ewropa biex toħloq l-ekonomija l-iktar dinamika, koeżiva u sostenibbli tad-dinja. Servizzi pubbliċi tajbin jistgħu jgħinu biex jingħelbu l-istaġnar ekonomiku, l-esklużjoni u l-iżolament soċjali; biex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali u territorjali; u biex jitjieb l-iffunzjonar tas-suq intern ta’ l-Ewropa u l-kompetittività esterna tiegħu.

Servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja - miftuħa u trasparenti, b’aċċess ugwali għal kulħadd – huma għalhekk elementi essenzjali fil-mudell Ewropew tas-soċjetà. Il-forzi tas-suq waħedhom ma jistgħux jirrispondu dejjem għan-natura dinamika tas-servizzi pubbliċi. Dan hu għaliex l-awtoritajiet pubbliċi f’kull livell huma involuti ħafna fil-forniment, ir-regolamentazzjoni, l-organizzazzjoni jew – f’livelli diversi - fl-iffinanzjar jew fl-appoġġ ta’ dawn is-servizzi. Mhux ix-xogħol ta’ l-UE li tindaħal fil-forniment ta’ dawn is-servizzi - minflok, skond ir-rapporteur, l-UE għandha toħloq ċertezza legali akbar li tippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha li jagħmlu xogħlhom li jiġi mħares l-interess pubbliku fil-forniment ta’ dawn is-servizzi. U l-UE għandha wkoll irwol li tiggarantixxi standards xierqa madwar l-Unjoni Ewropea, billi tagħmel is-servizzi pubbliċi tajba, effiċjenti u bi kwalifiki għoljin l-espressjoni tanġibbli taċ-cittadinanza Ewropea.

X'inhuma s-servizzi pubbliċi?

Nies differenti jifhmu b’mod differenti l-kliem "servizzi pubbliċi". Xi whud jaħsbu li s-servizzi pubbliċi huma dawk ipprovduti, jew iffinanzjati, mis-settur pubbliku. Għal oħrajn, il-kriterju ewlieni huwa jekk qed jiġu pprovduti "fl-interess pubbliku" ... u f'dan id-dibattitu kumplikat, ġew offruti ħafna definizzjonijiet oħra.

Skond il-ħsieb tar-rapporteur, hu neċessarju li jibdew jiġu ċċarati l-kunċetti differenti ta’ servizzi pubbliċi u ssir distinzjoni bejn Servizzi ta' Interess Ġenerali li jkunu, fuq naħa dawk ta’ natura kummerċjali u l-biċċa l-kbira ffinanzjati mill-utent, li t-Trattat KE jikkwalifika bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali) f'konformità ma’ l-Artikolu 16 tat-Trattat KE, u, fuq in-naħa l-oħra, dawk li ma jkunux ta’ natura kummerċjali u jkunu ffinanzjati l-iktar permezz ta’ fondi pubbliċi jew soċjali, li jistgħu jitqiesu bħala servizzi ta’ interess ġenerali mhux ekonomiku (SNEGI), bħal servizzi ta’ interess ġenerali li jeżerċitaw funzjonijiet soċjali b’mod esklussiv jew prerogattivi ta’ awtoritajiet pubbliċi.

L-idea wara l-Artikolu 16 hija li jintgħażlu dawk is-servizzi li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikattiv l-operazzjoni tas-suq uniku, għax huma ta' karattru ekonomiku, minn servizzi mhux ekonomiċi li ma jistgħux jagħmlu dan. Servizzi mhux ekonomiċi, li jinkludu pereżempju l-pulizija u l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, jitqiesu bħala kwistjonijiet li totalment jikkonċernaw il-gvern nazzjonali u subnazzjonali, li fihom l-UE mhix kompetenti. Sfortunatament, il-leġiżlazzjoni attuali ta' l-UE ma tagħtix gwida ċara kif wieħed għandu jiddistingwi bejn servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, servizzi ta' interess ġenerali u servizzi oħrajn – li jfisser li mhux ċar, f'każijiet individwali, jekk ir-regoli ta' l-UE dwar is-suq uniku japplikawx u sa fejn dawn japplikaw. Ir-rapporteur jixtieq għalhekk jibda dibattitu biex possibilment jiġi ċċarat dan il-kuntest.

Nirrispettaw it-tradizzjonijiet nazzjonali differenti

Fl-Ewropa kollha, servizzi pubbliċi tajba jitqiesu bħala element essenzjali f'soċjetà ċivilizzata. Iżda tradizzjonijiet nazzjonali - x'jiġi pprovdut, kif u minn min - ivarjaw ħafna, b'hekk jinħolqu nuqqas ta' ftehim u konfużjoni dwar dak li wieħed jifhem eżatt b'servizzi pubbliċi u tinħoloq riluttanza wkoll għall-isforz biex jiġu żviluppati kriterji u linji gwida komuni Ewropej.

Awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali huma marbutin ma' l-awtonomija tagħhom biex jiddefinixxu bil-mod tagħhom il-politiki tagħhom għaċ-ċittadini tagħhom. Iżda fil-prattika spiss jikkonfrontaw indħil mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, li ġġudikat l-attivitajiet tagħhom mill-perspettiva tar-regoli tas-suq intern ta' l-UE - pereżempju , li ħasset li l-issussidjar inkroċjat imur kontra r-regoli ta' l-għajnuna ta' l-istat; u imponiet obbligi onerużi għall-provvisti pubbliċi; jew ittrattat x'uħud mill-obbligi tas-servizz pubbliku bħala ostakoli għas-suq uniku Ewropew.

Skond ir-rapporteur, attwalment mhix iggarantita, la s-salvagwardja effettiva għall-awtonomija lokali, lanqas iċ-ċertezza legali għal dawk li jipprovdu s-servizz pubbliku, għall-awtoritajiet pubbliċi għan-negozji privati u għal min juża s-servizz.

L-iskop ta' l-iżvilupp ta' ċertezza legali akbar għandu jkun li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni biex tiġi ssalvagwardjata l-awtonomija lokali, u l-prinċipju tas-sussidjarjetà, billi tiġi ddefinita r-relazzjoni bejn - fuq naħa waħda - ir-regoli ta' suq uniku u - fuq in-naħa l-oħra - l-objettivi ta' interess pubbliku fil-forniment ta' dawk is-servizzi ta' interess ġenerali li għandhom dimensjoni ekonomika sinifikanti u li jistgħu jaffettwaw l-operazzjoni tas-suq uniku.

Konfużjoni u nuqqas ta' ċertezza fil-leġiżlazzjoni attwali

Għalkemm it-Trattat Kostituzzjonali propost, meta jiġi rratifikat, jipprovdi salvagwardji kostituzzjonali għal servizzi ta' interess ġenerali, leġiżlazzjoni dettaljata - miġbura matul ħafna snin - tħalli nuqqas kbir ta' ċertezza prattika, għaliex it-Trattat jistabbilixxi biss il-prinċipji l-aktar ġenerali li jiggvernaw is-servizzi pubbliċi, filwaqt li teżisti unità dettaljata ta' leġiżlazzjoni ta' l-UE li tinterpreta u timplimenta d-dispożizzjonijiet tagħha għas-suq uniku.

Mhux ċar sa fejn servizzi ta' interess ġenerali jew ta' interess ġenerali ekonomiku huma koperti - pereżempju - bil-leġiżlazzjoni dwar il-kompetizzjoni, bil-leġiżlazzjoni dwar is-suq uniku, jew bir-regoli maħsuba biex jirregolaw is-sussidji jew biex jiftħu l-fornimenti pubbliċi. Il-leġiżlazzjoni tevolvi f'funzjoni ta' pożizzjonijiet - spiss li ma jitbassrux - li tieħu l-Kummissjoni jew il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. U l-liberalizzazzjoni ta' diversi netwerks tas-servizzi pubbliċi matul is-snin - bħalma huma t-telekom, il-posta, l-enerġija u l-ferroviji - kienet ibbażata kull darba fuq regoli differenti, b'żieda fil-komplessità u fin-nuqqas ta' ċertezza legali. Barra minn dan, il-finanzjament u l-immaniġġar tas-servizzi pubbliċi fl-Ewropa jiddependi fuq l-iżvilupp li ma jitbassarx tal-ġurisprudenza u ta' l-interpretazzjoni ġudizzjarja.

Il-Green Paper u l-White Paper reċenti tal-Kummissjoni dwar Servizz ta' Interess Ġenerali, u l-Komunikazzjoni l-ġdida dwar Servizzi Soċjali ta' Interess Ġenerali ddiżappuntaw lil dawk li kienu qed jittamaw f'sitwazzjoni legali gdida, aktar żgura għas-servizzi pubbliċi: id-dokumenti tal-Kummissjoni ma jagħtux ċertezza legali aktar fl-aspetti msemmija kollha. Barra minn dan, proposti għal direttiva dwar is-servizz qed iqajmu mistoqsijiet ġodda dwar il-kundizzjonijiet futuri għal servizzi pubbliċi dinamiċi.

Sejħa għall-Azzjoni: ċertezza legali akbar għas-servizzi pubbliċi

Biex jiġu ssalvagwardjati s-servizzi ta' interess ġenerali u tintemm l-inċertezza legali, l-Ewropa għandha bżonn - mingħajr dewmien, u flimkien max-xogħol kurrenti dwar id-Direttiva għal Servizzi aktar wiesgħa - qafas legali ġenerali għas-servizzi pubbliċi, komplementari għad-dispożizzjonijiet settorjali u nazzjonali eżistenti, u introdott fuq il-bażi ta' teħid ta' deċiżjonijiet konġunt mal-Parlament Ewropew.

Il-qafas legali l-ġdid irid:

§ jiċċara t-tqassim ta' responsabbiltajiet bejn l-UE u l-Istati Membri

§ jintroduċi kriterji għal distinzjoni ċara bejn servizzi ta' interess ġenerali "ekonomiku" u "mhux ekonomiku", li għalihom japplikaw dispożizzjoniojiet legali differenti

§ jistabbilixxi s-sovranità ta' l-awtoritajiet lokali rigward il-pjan u l-immaniġġar tas-servizzi pubbliċi li għalihom huma responsabbli

§ jiggarantixxi d-dritt taċ-ċittadini għal parteċipazzjoni lokali, filwaqt li jiżgura li l-bżonnijiet, it-talbiet u l-problemi tagħhom ikunu eżaminati fil-pront u direttament, u jipproteġi d-drittijiet tal-konsumatur u dawk ċivili

§ jirrispetta l-bżonn ta' leġiżlazzjoni settorjali speċifika għal xi servizzi, u jistabbilixxi relazzjoni ċara ma' din il-leġislazzjoni u mad-Direttiva dwar is-Servizzi bħalissa quddiem il-Parlament

§ jiggarantixxi rispett għall-prinċipji ta' trasparenza; ta' onestà; ta' solidarjetà; ta' kwalità għolja tas-servizz; ta' universalità ta' ugwaljanza fl-aċċess; ta' sħubija mas-soċjetà ċivili; u ta' parteċipazzjoni ta' min jaħdem

§ jiċċara l-prinċipji li jiggvernaw il-finanzjament u l-obbligi tal-forniment pubbliku tas-servizzi pubbliċi, b'mod partikulari dwar forom ġodda u differenti ta' forniment u mmaniġġar f'settur dinamiku ta' servizz pubbliku.

Id-definizzjoni, il-formulazzjoni l-organizzazzjoni u l-finanzjament attwali ta’ servizi ta’ interess ġenerali, kemm jekk ekonomiku jew mhux ekonomiku, iridu jibqgħu r-responsabilità ta’ l-Istati Membri u ta’ l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom. Sakemm jintlaħqu l-istandards u l-kriterji ewlenin stipulati hawn fuq, ir-rapporteur jipprevedi l-iktar varjetà wiesgħa ta’ soluzzjonijiet għall-provediment ta’ servizzi fil-livell lokali, li jirrispondu għall-ħtiġijiet lokali.


OPINJONI TAL-Kumitat għall-Kummerċ internazzjonali (31.5.2006)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali

(2006/2101(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Françoise Castex

PROPOSTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jitlob lill-Kumitat għall-Affarjiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni tiegħu għal riżoluzzjoni:

1.  Jikkunsidra li r-Round ta' Doha tad-WTO għandu jiffoka fuq l-iżvilupp u, kif meħtieġ, in-negozjati dwar il-kummerċ fis-servizzi għandhom iservu l-interessi kemm ta' l-UE u kemm tat-tkabbir ekonomiku fl-ifqar pajjiżi;

2.  Ifakkar li l-GATS qed joħloq tħassib fost iċ-ċittadini Ewropej; għalhekk jenfasizza li hemm bżonn vitali ta' trasparenza fil-proċess tan-negozjati u ta' valutazzjoni ta' l-impatt tal-liberalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi;

3.  Fl-interess ta' aktar ċertezza legali f'dak li jirrigwarda l-operat tas-servizzi ta' interess ġenerali, jappoġġja l-objettiv politiku li l-forniment tas-servizzi għandhu jkun iffukat fuq il-libertà ta' l-għażla tal-gvern responsabbli u li dawn is-servizzi għandhom ikunu provduti fuq l-inizzjattiva tal-gvern b'koperazzjoni ma' intrapriżi privati u ma' terzi persuni; jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tfittex li tiżgura l-objettiv tagħha fin-negozjati kollha li tmexxi fil-kuntest tal-kummerċ dinji;

4.        Jenfasizza li l-objettivi fundamentali segwiti mis-Servizzi ta' Interess Ġenerali (SIĠ) (l-aċċess ugwali, is-siġurtà tal-forniment, il-kwalità għolja, is-servizz universali, il-kontinwità, iċ-ċertezza legali, l-akkontabilità, u l-protezzjoni tal-konsumatur u ta' l-utent) spiss jistgħu jintlaħqu permezz ta' kompetizzjoni regolata tajjeb bejn fornituri ta' servizzi pubbliċi jew privati, u li attitudni restrettiva bla bżonn minn-naħa ta' l-Istati Membri tista' twassal għar-riskju li jingħalaq l-aċċess ta' numru ta' swieq internazzjonali tas-servizzi lill-operaturi Ewropej;

5.  Jenfasizza l-kontribut mogħti mis-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u mis-servizzi mhux ekonomiċi fil-promozzjoni ta' koeżjoni soċjali u territorjali u fl-iżgurar ta' aċċess pubbliku ta' servizzi li jista' jakkwisthom kullħadd u ta' kwalità għolja, b'attenzjoni partikolari lir-reġjuni agrikoli li qed jgħaddu minn bdil industrijali u r-reġjuni ffaċċjati minn problemi ġeografiċi u demografiċi kontinwi, bħar-reġjuni b'popolazzjoni baxxa li jinsabu fit-Tramuntana, il-gżejjer u r-reġjuni tal-muntanji bejn il-fruntieri;

6.  Isostni li l-kummerċ f'servizzi ta' interess ġenerali għandu jkun ikkunsidrat f'kull negozjati u proċessi immirati lejn il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ li fih hija involuta l-UE;

7.       Jirrimarka li ma jistgħux isiru obbligi ġodda rigward l-edukazzjoni u s-servizzi tas-saħħa, u li s-servizzi kulturali, partikularment is-servizzi awdjo-viżivi, għandhom jibqgħu eżenti, kif inhu l-każ bħalissa;

8.  Jenfasizza li garanziji li jiżguraw il-kwalità ta' l-ilma u l-aċċess universali għall-ilma tajjeb għax-xorb huma essezjali għan-nies Ewropej u għad-dinja, partikularment fil-pajjiżi anqas żviluppati, li jfisser li dan is-settur m'għandux ikun miftuħ għal-liberalizzazzjoni u għad-deregolazzjoni;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex ma tidħolx f'obbligi ġodda rigward l-infrastruttura tas-servizzi ta' interess ġenerali, bħall-enerġija u l-provi ta' l-ilma u t-trattament ta' l-ilma skartat, sakemm direttiva ta' qafas tidefinixxi liema huma s-servizzi li l-awtoritajiet pubbliċi f'kull livell fl-Istati Membri ta' l-UE jistgħu jindikaw bħala servizzi ta' interess ġenerali b'referenza għall-objettivi ta' interess pubbliku;

10.      L-ewwelnett ifakkar li l-prinċipji tal-GATS ma jimponux privatizzazzjoni u lanqas deregolazzjoni, u lanqas ma jistabbilixxu xi grad ta' liberalizzazzjoni jew jeskludu l-impożizzjoni ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku; it-tieni, ifakkar li skond il-GATS, il-membri tad-WTO għandhom id-dritt li 'jagħmlu regolamenti (...) il-forniment tas-servizzi fit-territorji tagħhom sabiex jilħqu l-objettivi tal-politika nazzjonali';

11.      Madankollu, jitlob li jkun hemm kjarifika preċiża mill-Kummissjoni dwar il-limiti tad-dritt li jsiru regolamenti, bil-għan li ssir valutazzjoni ta' liema huma ċ-ċirkostanzi li fihom l-applikazzjoni ta' kriterji kummerċjali bħar-"rekwiżit neċessarju" u r-"rekwiżit l-anqas restrittiv fuq il-kummerċ" jippreġudikaw il-libertà ta' l-awtoritajiet pubbliċi li jagħmlu regolazzjonijiet;

12.      Jikkunsidra li r-rekwiżiti leġittimi ta' interess ġenerali m'għandux ikunu użat bħala skuża għall-għeluq mhux xieraq tas-swieq tas-servizzi għal fornituri internazzjonali meta dawn ta' l-aħħar jimpenjaw ruħhom li jirispettaw dawn ir-rekwiżiti u jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu dan;

13.      Jirrimarka li l-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Komunità u l-obbligi li jiġu magħhom għandhom ikunu kompatibbli mal-poltiki u r-regoli interni tal-Komunità;

14.      Jenfasizza li għalhekk, id-dħul fl-obbligi speċifiċi fil-kuntest tan-negozjati tal-GATS m'għandhomx jestendu aktar mill-permess għall-aċċess tas-swieq lil fornituri ta' servizzi barranin u t-trattament nazzjonali li l-fornituri Komunitarji jgawdu fis-suq intern tas-setturi miftuħa għall-kompetizzjoni, skond ir-regoli fis-seħħ; madankollu, f'dan ir-rigward għandu jkun ikkunsidrat l-ambitu li fih il-liberalizzazzjoni ġiet implimentata f'setturi varji tas-suq intern, u għandha ssir valwazzjoni minn qabel ta' l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-proċess ta' liberalizzazzjoni;

15. Ifakkar li ma jistax ikun hemm liberalizzazzjoni tal-kummerċ internazzjonali bbilaċjat mingħajr ftuħ simultanju tas-swieq ta' l-oġġetti u s-servizzi, u għandu jkun possibbli għall-kapaċitajiet tekniċi tal-fornituri tas-servizz prinċipali mid-dinja żviluppata li jitpoġġew għas-servizz tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u dan jimplika xi reċiproċità fil-ftuħ ta' swieq ta' servizzi fi u barra mill-Unjoni Ewropea;

16. Ifakkar li, f'dak li jirrigwarda l-iffinanzjar tas-servizzi ta' interess ġenerali fir-rigward ta' liema ittieħdu impenji dwar l-aċċess għas-swieq, l-UE kisbet restrizzjoni sabiex tipproteġi l-għotja ta' sussidji lis-settur pubbliku; jitlob sabiex din il-possibilità tkun sostnuta fin-negozjati kollha tal-GATS;

17. Fil-kuntest tal-metodu tan-negozjati multi-laterali tal-GATS, jenfasizzza l-bżonn li l-Unjoni Ewropea tiżgura li l-proċessi l-ġodda jikkunsidraw l-iskop tal-flessibilità li toffri l-GATS, partikularment l-Artikolu XIX li jiddikjara li l-proċess ta' liberalizzazzjoni għandu jsir bir-rispett dovut lejn l-objettivi ta' politika nazzjonali u l-livell ta' żvilupp tal-Membri individwali, u li għandu jkun hemm flessibilità xierqa għall-pajjiżi individwali li għadhom qed jiżviluppaw sabiex jinfetħu anqas setturi u jkunu liberalizzati anqas tipi ta' tranżazzjonijiet;

18.      Jikkunsidra li ċertu prodotti, partikularment l-ilma, u s-servizzi relatati ma dawk il-prodotti, jagħmlu parti minn oġġetti pubbliċi globali bi status speċjali, li għandhom impatt konsiderevoli u dirett fuq il-ħajja ta' kuljum tan-nies u għalhekk għandhom ikunu trattati b'mod speċjali fl-interess ta' l-iżvilupp sostenibbli;

19. Jistieden lill-UE sabiex tiddefendi dan l-aspett fin-negozjati tad-WTO u sabiex tappoġġja l-prinċipju li l-ftuħ tas-suq tas-servizzi relatat mat-trattament, il-forniment u l-purifikazzjoni ta' l-ilma għandu jikkonforma ma' l-objettivi ta' l-iżvilupp sostenibbli;

20. Jenfasizza li l-Pajjiżi Anqas Żviluppati (LDCs) m'għandhomx ikunu sottoposti għal pressjoni sabiex jilliberalizzaw is-servizzi tagħhom, speċjaliment is-SIĠs; jikkunsidra li, fil-kuntest ta' ftehimiet bilaterali, kwalunkwe falliment tan-negozjati multi-laterali kurrenti jista' jwassal għal aktar pressjoni fuq il-pajjiżi fqar sabiex jiftħu s-swieq tagħhom, partikularment dawk relatati mas-servizzi;

21. Jenfasizza li uħud mill-pajjiżi li qed jiżivluppaw u l-LDCs qed isibu diffikultà sabiex jiregolaw setturi tas-servizzi li qabel kienu r-responsabbilità ta' l-awtorjitajiet pubbliċi jew kienu ikontrollati mill-istat; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li r-rekwiżiti rigward l-SIĠ tal-pajjizi li qed jiżviluppaw ikunu akkumpanjati minn miżuri ta' assistenza teknika u koperazzjoni ekonomika;

22. Jikkunsidra li kwalunkwe proposta tal-Kummissjoni fid-dibattitu dwar ir-riforma tad-WTO, u b'mod partikulari proposti relatati mas-servizzi, għandhom ikunu diskussi fil-ħin u fil-fond mal-Parlament Ewropew u mal-kumitat rilevanti tiegħu;

23. Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ppubliċizzat il-pakkett Komunitarju ta' offerti fin-negozjati kurrenti tal-GATS; madankollu jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tiddiskuti b'aktar dettall l-iżviluppi kurrenti mal-Parlament u mal-kumitati rilevanti tiegħu.

PROĊEDURA

Titolu

'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali

Numru tal-proċedura

(2006/2101INI)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA
21.2.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni:

Data tal-ħatra

Françoise Castex
30.1.2006

Rapporteur għal opinjoni

 

Eżami fil-kumitat

3.5.2006

 

 

 

 

Date of adoption

30.5.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Enrique Barón Crespo, Daniel Caspary, Françoise Castex, Giulietto Chiesa, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Syed Kamall, Sajjad Karim, Caroline Lucas, Helmuth Markov, David Martin, Georgios Papastamkos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Robert Sturdy, Johan Van Hecke, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrietus van den Berg, Saïd El Khadraoui, Elisa Ferreira, Mauro Zani

Sostituti(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

24.4.2006


OPINJONI TAl-Kumitat għall-impjieg u l-affarjiet soċjali ()

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali

(2005/2016(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Proinsias De Rossa

PROPOSTI

Il-Kumitat għall-Impjieġi u l-Affarijiet Soċjali jitlob lill-Kumitat għall-Affarjiet Ekonomiċi u Monteraji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni tiegħu għal riżoluzzjoni:

1.   Jinnota li d-dibattitu dwar il-GreenPaper ikkonferma li s-servizzi ta' interess ġenerali (SIĠ) huma pilastru tal-mudell soċjali Ewropew, essenzjali sabiex tkun żgurata l-koeżjoni soċjali u territorjali u l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Liżbona, u li s-suq tas-servizzi joffri potenzjali konsiderevoli għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' l-impjiegi;

2.   Jenfasizza li l-suq waħdu ma jistax jiżgura aċċess universali għal SIĠ ta' kwalità, li għandhom rwol importanti fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali fl-UE; li s-servizzi pubbliċi u l-SIĠs għandhom ikunu imġedda u ffurmati fuq il-bażi tal-mudell soċjali Ewropew; u li qafas Komunitarju dwar l-SIĠ għandu jtejjeb l-objettivi li ġejjin:

· aċċess universali b'kundizzjonijiet ugwali,

· garanzija ta' kopertura territorjali sħiħa u aċċessibilità geografika u soċjali, mgħaqqda ma' servizzi ta' kwalità għolja bi prezzijiet aċċessibbli u standards uniformi ta' kwalità għolja, irrispettivament mil-livell ta' profitabilità tal-fornituri tas-servizz individwali, u

· spejjeż konċessjonarji aċċettabbli soċjalment għal ċerti taqsimiet tal-popolazzjoni, bħall-persuni b'diżabilità u gruppi bi dħul baxx, kif ukoll il-mekkaniżmi mfassla sabiex jiġġieldu l-esklużjoni soċjali, il-miżuri mfassla sabiex jiggarantixxu żvilupp sostenibbli, livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u t-tneħħija tad-differenzi reġjonali, iċ-ċertezza legali u l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-qafas għall-forniment ta' l-SIĠ irrilevanti mill-identità jew in-nazzjonalità tal-fornitur.

3.   Jinnota li l-SIĠ meqjusa bħala attività ekonomika jistgħu jaqgħu fl-ambitù ta' l-iskop tal-proposta għal direttiva dwar is-servizzi fis-suq intern (Direttiva dwar is-Servizzi); u fid-dawl tal-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, aktar u aktar servizzi qed ikunu kkunsidrati bħala sevizzi ekonomiċi, u hemm bzonn urġenti ta' definizzjoni ċara u ta' distinzjoni bejn servizzi ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tivvalwa bir-reqqa l-impatt ta' l-SIĠ li jaqgħu fl-ambitù tad-Direttiva dwar is-Servizzi, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-impatt fuq il-konsumaturi, il-ħaddiema u l-ambjent;

4.   Jikkunsidra li l-proposta għall-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi fir-rigward ta' l-SIĠs żżid il-bżonn għal direttiva ta' qafas li tistablixxi standards ta' kwalità; jikkunsidra li l-UE u l-Istati Membri, fil-komptetenzi rispettivi tagħhom u fl-ambitu tat-Trattat, għandhom jiżguraw li l-SIĠ joperaw fuq il bażi ta' prinċipji u kundizzjonijiet li jippermettu t-twettiq tal-missjonijiet tagħhom; jemmen li direttiva ta' qafas għandha tistabbilixxi dawn il-prinċipji u dawn il-kundizzjonijeit mingħajr preġudizzju tal-kompetenza ta' l-Istati Membri, bi qbil mat-Trattat, b'enfasi prinċipali fuq id-dimensjoni soċjali ta' l-aċċess universali għal servizzi ta' kwalità u ta' prezzijiet aċċessibbli; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma għamlitx impenn sod sabiex tifformula qafas legali għall-SIĠ;

5.   Jikkunsidra li involviment sħiħ ta' l-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, u tas-soċjetà ċivili huwa essenzjali għall-aħjar operat possibli u għar-regolazzjoni ta' l-SIĠ;

6.   Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tippreżenta komunikat dwar is-servizzi soċjali u tas-saħħa;

7.   Japprova l-impenn tal-Kummissjoni li din is-sena terġa teżamina s-sitwazzjoni ta' l-SIĠ u l-bżonn ta' xi miżuri oriżżontali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bħala parti minn evalwazzjoni kontinwa ta' l-SIĠ, sabiex tikkunsidra b'mod partikulari l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-konsumaturi u l-ħaddiema kif ukoll fuq l-ambjent; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta rapport indipendenti li jevalwa l-impatt tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ li diġà sar bħala riżultat ta' ftehim kummerċjali reġjonali, bilaterali jew multilaterali dwar l-organizzazzjoni ta' l-SIĠ fl-Istati Membri, partikularment dwar il-kwalità u l-prezz tas-servizzi, il-kompetittività tas-settur, l-ugwaljanza fl-aċċess, is-siġurtà tal-forniment, l-ambjent u l-koeżjoni soċjali;

8.   Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tiċċara il-mod ta' kif ikun evitat li l-kumpens tas-servizz pubbliku jkun klassifikat bħala għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat dwar l-KE; jikkonferma l-bżonn li l-fatturi u l-prinċipji ġenerali ta' l-SIĠ ikunu definiti fuq il-livell Komunitarju sabiex tkun evitata l-possibilità li r-regoli dwar il-kompetizzjoni jieħdu prijorità fuqhom; jirrimarka li l-ispjegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar dan is-suġġett jirriflettu l-viżjoni dejqa ta' l-interess pubbliku u bħala konsegwenza tal-missjoni tal-forniment tas-servizzi u li l-qafas għas-servizzi essenzjali għandu bzonn ta' definizzjoni aktar komprensiva, b'referenza partikulari għar-raġunijiet ta' prijorità ta' l-interess pubbliku, tas-sistemi ta' assisstenza reċiproka, tan-natura speċjali ta' l-intrapriżi involuti, u l-iffinanzjar tagħhom fis-setturi tal-kura tas-saħħa u tal-benesseri;

9.   Fid-dawl tad-dewmien indeterminat fl-adozzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta għal direttiva ta' qafas fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet eżistenti tat-Trattat dwar is-suq intern (Artikolu 95 tat-Trattat dwar il-KE), li tistabbilixxi fuq il-livell Komunitarju l-prinċipji u l-objettivi ta' l-SIĠ sabiex tiżgura li r-regoli eżistenti tal-kompetizzjoni ma jieħdux prijorità fuqhom, u li trid tkun implimentata fl-Istati Membri skond il-fatturi distintivi u r-rekwiżiti eżistenti fuq il-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

10.      Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li servizzi essenzjali għandhom jinkludu d-dritt ta' aċċess, partikularment fir-rigward tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni, li huwa valur fundamentali fl-UE, u li ċertu gruppi soċjali, bħal nies b'diżabilità, m'għandhomx ikunu f'pożizzjoni ta' żvantaġġ fil-futur.

PROĊEDURA

Titolu

'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' Interess Ġenerali

Numru tal-proċedura

2005/2016(INI)

Kumitat responsabbli

ECON

Kumitat mitlub jagħti opinjoni

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL
18.5.2006

Koperazzjoni iktar mill-qrib

LE

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Proinsias De Rossa
11.10.2004

Eżami fil-kumitat

1.2.2005

15.3.2005

21.3.2005

20.3.2006 20.4.2006

 

Data ta' l-adozzjoni tas-suġġerimenti

21.4.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

favur:

kontra:

astensjonijiet:

23

0

16

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Roselyne Bachelot-Narquin, Jean-Luc Bennahmias, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Jean Louis Cottigny, Proinsias De Rossa, Harald Ettl, Carlo Fatuzzo, Joel Hasse Ferreira, Stephen Hughes, Karin Jöns, Jan Jerzy Kułakowski, Sepp Kusstatscher, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Mario Mantovani, Jan Tadeusz Masiel, Ana Mato Adrover, Maria Matsouka, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Jacek Protasiewicz, José Albino Silva Peneda, Kathy Sinnott, Jean Spautz

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Mihael Brejc, Françoise Castex, Marian Harkin, Anne E. Jensen, Jamila Madeira, Elisabeth Schroedter, Evangelia Tzampazi, Yannick Vaugrenard, Anja Weisgerber

Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 


OPINJONI Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (31.5.2006)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali

(2006/2101(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Werner Langen

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni tiegħu għal riżoluzzjoni:

1.    Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkjarifika kemm jista' jkun malajr il-bżonn għal regoli skond l-Artikolu III-122 ta' l-abbozz tat-Trattat Kostituzzjonali;

2.    Jilqa' l-'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali u l-inizjattivi u r-reviżjonijiet ta' miżuri orizzontali, speċifiċi u importanti għas-settur mħabbrin fiha;

3.    Jaqbel ma' l-opinjoni li s-servizzi ta' interess ġenerali jirrapreżentaw wieħed mis-sisien tal-mudell soċjali Ewropew u li l-objettivi ta' suq intern kompetittiv u miftuħ fuq naħa u l-iżvilupp ta' servizzi ta' kwalità għolja ta' interess ġenerali aċċessibbli universalment bi prezzijiet raġonevoli fuq in-naħa l-oħra, huma kompatibbli reċiprokament;

4.    Jikkunsidra li huwa essenzjali li jinżamm u jiġi kkonsolidat il-mudell soċjali Ewropew u li s-servizzi pubbliċi bi standards għoljin jilħqu l-bżonnijiet u l-aspettattivi tal-pubbliku, u li dan joħloq ambjent li jwassal għall-progress tal-bniedem u li jgħin ukoll biex l-ekonomija taħdem aħjar;

5.    Jenfasizza l-importanza ta' servizzi ta' interess ġenerali għall-mudell soċjali Ewropew, iżda għandu riservazzjoni dwar regoli orizzontali li jimmiraw lejn mudell soċjali Ewropew uniformi u li jirfsu fuq il-kompetenza ta' l-Istati Membri;

6.    Jenfasizza li l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom ir-responsabiltà biex jiddefinixxu s-servizzi ta' interess ġenerali tagħhom u jistipulaw ir-regoli dwar l-iffinanzjar tagħhom;

7.    jirrimarka li l-forniment ta’ servizzi ta' interess ġenerali huwa importanti wkoll għal ditti żgħar u ta' daqs medju;

8.    Jikkunsidra li libertà ta' l-għażla fuq il-livell rilevanti għandha tkun element determinanti fil-forniment ta' servizzi ta' interess ġenerali, irrispettivament minn jekk l-awtorità nazzjonali, reġjonali, jew lokali rilevanti tipprovdix is-servizz hija stess jew b'koperazzjoni ma' intrapriżi privati, jew jekk tgħaddix ix-xogħol lil entitajiet oħrajn skond ir-regoli applikabbli ta' l-akkwist pubbliku; jirrimarka li l-awtoritajiet lokali huma liberi li jiddeterminaw kif is-servizzi ta' interess ġenerali, li għalihom huma responsabbli skond il-liġi nazzjonali, jiġu mmaniġġjati;

9.    Jikkunsidra li l-Kummissjoni hija reponsabbli biex tara li jkun hemm konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni ta' l-KE u għandha tieħu azzjonijiet enerġetiċi biex tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' ċertezza legali attwali;

10.  Jilqa' l-qafas legali Komunitarju propost għal għajnuna Statali fil-forma ta' kumpens għal obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku u l-pjan biex tiġi reveduta d-direttiva dwar it-trasparenza;

11.  Jikkunsidra li huwa neċessarju li jiġu żviluppati mudelli bbażati fuq l-approċċ li servizzi ta' interess ġenerali jikkontribwixxu għal strateġiji ta’ żvilupp ġenrali sostenibbli bħal koeżjoni soċjali u territorjali, ħarsien ambjentali u diversità kulturali;

12.  Jenfasizza li servizzi ta' interess ġenerali għandhom ikunu ta' kwalità għolja, għandhom jinkludu kopertura komprensiva, għandhom jiġu provduti bi prezz raġonevoli, għandhom jirrispettaw il-bilanċ soċjali u għandhom jiġu provduti taħt kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, fuq il-prinċipju li intrapriżi privati u pubbliċi għandhom jirċievu trattament ugwali;

13.  Jistenna li s-servizzi ta' interess ġenerali jiġu evalwati b'mod komprensiv u li jiġu kkunsidrati kriterji politiċi, soċjali, ekonomiċi u ambjentali; jikkunsidra li l-proposti għal strumenti ta' evalwazzjoni uniformi għandhom jiġu ifformulati mill-aktar fis possibbli;

14.  Jikkunsidra li l-ftuħ gradwali tas-settur tas-servizzi fl-Unjoni Ewropea għandu jipproċedi fuq il-bażi ta' żamma ta' ħtieġa ta' servizz universali u konformità ma' l-istandards minimi Ewropej;

15.  Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament analiżi komprensiva ta' l-effetti tal-liberalizzazzjoni sal-lum, b'mod partikulari, dwar is-sitwazzjoni tal-konsumaturi u l-impjegati konċernati;

16.  Jikkunsidra li obbligazzjonijiet speċifiċi għas-settur addizzjonali fuq livel ta' UE m'humiex meħtieġa fil-preżent, u li minflok għandha tingħata prijorità biex tiġi applikata l-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur eżistenti; madankollu, jinnota li għandha tingħata attenzjoni bir-reqqa lil żviluppi fis-setturi diversi, b'mod partikulari fir-rigward tas-sigurtà tal-forniment;

17.  Jikkunsidra li l-objettivi tar-regoli tal-kompetizzjoni għandhom ikunu t-titjib tal-kwalità tal-forniment ta' servizz, l-għażla tal-konsumatur, preżżijiet raġonevoli u biex jinkisbu objettivi oħrajn ta' interess pubbliku;

18.  Jenfasizza t-talba li saret fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2005 dwar ir-reviżjoni intermedja ta' l-Istrateġija ta' Liżbona(1) għat-twaqqif ta' qafas legali Komunitarju dwar servizzi ta' interess ġenerali.

PROĊEDURA

Titolu

'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali

Numru tal-proċedura

2006/2101(INI)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE
18.5.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Werner Langen
2.2.2005

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

31.3.2005

26.4.2005

24.4.2006

30.5.2006

 

Data ta' l-adozzjoni

30.5.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Joan Calabuig Rull, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Den Dover, Adam Gierek, Umberto Guidoni, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein Mintz, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Vincenzo Lavarra, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Umberto Pirilli, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras Roca

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

María del Pilar Ayuso González, Cristina Gutiérrez-Cortines, Edit Herczog, Peter Liese, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Vittorio Prodi, John Purvis

Sostituti(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia I Cutchet, Giovanni Berlinguer

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

(1)

Testi Adottati, P6_TA(2005)0069.


OPINJONI tal-Kumitat tas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (13.6.2006)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-'White Paper' tal-Kummissjoni dwar Servizzi ta' Interess Ġenerali

(2006/2101(INI))

Rapporteur għal opinjoni(*): József Szájer

(*) Koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-kumitati

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u għall-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi Servizzi ta' Interess Ġenerali u Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali (Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali ) m'humiex suġġetti għal regoli speċifiċi fit-Trattat,

B.   billi fir-rigward ta' l-Servizzi ta' Interess Ġenerali għandhom jitqiesu tradizzjonijiet storiċi u kulturali ta' l-Istati membri; billi l-organizzazzjoni u d-disponibiltà ta' Servizzi ta' Interess Ġenerali effiċjenti jirrapreżentaw objettivi ewlenin fil-politiki ekonomiċi u soċjali ta' l-Istati Membri,

C.  bili l-Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali għandhom effett dirett fuq is-suq intern għas-servizzi, u billi l-Parlament approva b'maġġoranza sostanzjali l-inklużjoni tagħhom fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni għal direttiva dwar servizzi fis-suq intern (Direttiva dwar Servizzi),

D. billi l-Artikoli 43 sa 49 tat-Trattat jipprovdi l-bażi legali għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali ,

E.  billi l-Artikolu 86 tat-Trattat u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jagħtu indikazzjoni ta' kif għandhom jiġu indirizzati għajnuna statali u modalitajiet u livelli ta' finanzjar tas-Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali,

F.   billi l-Artikolu Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea (Karta) tistipula li l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali kif previst f'liġijiet u prattiċi nazzjonali,

G.  billi l-Artikolu 38 tal-Karta jistipula li l-politiki ta' l-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur,

H.  billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tispeċifika li r-rimborz għal obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku m'għandux jitqies bħala għajnuna statali sakemm ikun definiti b'mod ċar, oġġettiv, proporzjonali u suġġett għall-offerti pubbliċi,

I.    billi servizzi li jgħaqqdu attivitajiet ekonomiċi ma' dawk li m'humiex ekonomiċi f'taqsima indiviżibbli għandhom jitqiesu bħala attività ekonomika,

Fir-rigward ta' Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali

1.   Jikkunsidra li s-Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali garantiti bħala effiċjenti u ta' kwalità għolja jistgħu jinkisbu biss permezz ta' titjib fil-kompetittività f'dawn is-setturi u b'koperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri, speċjalment fir-rigward ta' industriji bbażati fuq netwerk u bit-tlestija ta' rabtiet transkonfinali bejn servizzi, u bil-promozzjoni ta' aċċess ugwali għal kulħadd; jilqa' l-politika komuni ġdida tal-Komunità dwar is-settur ta' l-enerġija;

2.   Jinnota li s-Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali li nfetħu għall-kompetizzjoni esperjenzaw titjib fil-kwalità tas-servizzi, żieda fin-numru ta' kompetituri u tnaqqis fil-prezzijiet, li kollha kemm huma rriżultaw fl-immodernizzar u l-integrar ta' dawn is-swieq ta' servizzi għall-benefiċċju tal-konsumatur; jinnota li dal-ftuħ sar b'mod ikkontrollat u kien akkumpanjat b'miżuri biex iħarsu l-interess ġenerali, b'mod partikulari l-kunċett ta' servizzi universali;

3.   Jinnota li l-liberalizzazzjoni ta' ċerti Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali ġabet benefiċċji kbar għall-konsumaturi f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet orħos, kwalità aħjar u għażla akbar;

4.   Iqis il-piż ekonomiku ta' dawn is-servizzi u l-importanza tagħhom fil-produzzjoni ta' oġġetti oħrajn u l-forniment ta' servizzi oħrajn; jenfasizza li l-mod ta' kif is-Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali huma organizzati jista' jaffettwa s-suq intern, pereżempju billi ma jħallix twaqqif fil-pajjiż fejn is-servizz huwa provdut;

5.   Jinnota li huwa partikularment importanti, sabiex l-opportunitajiet li joffri s-suq intern jiġu sfruttati b'mod sħiħ, li l-kundizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ftuħ tas-swieq jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta, trasparenti u effiċjenti, filwaqt li jżommu koeżjoni soċjali u aċċessibiltà universali għas-servizzi, u jevitaw abbużi ta' pożizzjoni dominanti u l-ħolqien ta' monopolji ġodda li jxekklu aċċess ta' parteċipanti ġodda għas-suq;

6.  Jenfasizza l-importanza ta' l-esperjenzi ta' Stati Membri ġodda fir-rigward tat-trasformazzjoni lejn ekonomija tas-suq u l-ftuħ ta' swieq u jitlob lill-Kummissjoni biex toħroġ il-konklużjonijiet neċessarji minn dan għal aktar titjib tal-qafas regolatorju;

7.   Jikkunsidra li l-Artikolu 86(2) tat-Trattat jipprovdi biżżejjed garanziji għall-Istati Membri biex jiżguraw li s-Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali huma pprovduti skond l-obbligazzjonijiet universali tas-servizzi stabbiliti mil-liġi Komunitarja jew mill-Istati Membri; isegwi l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li hemm relazzjoni parallela bejn din l-evalwazzjoni u l-eżaminazzjoni ta' proporzjonalità fil-qafas ta' l-Artikolu 49 tat-Trattat;

8.   Jenfasizza li b'mod speċjali wara t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, il-koeżjoni trid tkun assigurata fil-qasam tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) u li fil-qafas tal-politika strutturali, l-infrastrutturi ta' l-Istati Membri għas-SIEĠ bbażati fuq netwerk iridu jkunu interkonnessi u trid tkun imsaħħa l-koperazzjoni transkonfinali sabiex jinħoloq suq intern tassew u sabiex tkun iffaċilitata l-istandardizzazzjoni;

9.   Jinnota li s-SIEĠ huma inklużi fi ħdan l-iskop tad-Direttiva dwar is-Servizzi; iqis li d-Direttiva dwar is-Servizzi se sservi bħala regolament orizzontali fuq is-SIEĠ, u b'hekk tkun qed tikkumplementa l-leġiżlazzjoni eżistenti speċifika għas-settur; jinnota li d-Direttiva għas-Servizzi tipprovdi definizzjonijiet suffiċjenti sabiex issir distinzjoni bejn servizzi ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi;

10. Iqis li hija ħaġa indispensabbli li għandu jkun hemm kjarifika aħjar tal-qasma li teżisti bejn is-servizzi ta' interess ġenerali (SIĠ) u s-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ), peress li dawn ta' l-aħħar huma suġġetti ghall-istess regoli tas-suq intern bħas-servizzi l-oħra kollha bl-unika eċċezzjoni ta' l-Artikolu 86(2) tat-Trattat; jinnota li fil-qafas ta' l-Artikolu 86(2) tat-Trattat, is-SIEĠ għandhom ikunu ttrattati fuq l-istess bażi bħas-servizzi ekonomiċi l-oħra kollha minbarra f'dawk il-każijiet fejn l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli tista' titfa' dubju fuq il-provvediment ta' dawn is-servizzi;

11. Jenfasizza li għal dawk is-setturi li huma esklużi mill-iskop tad-Direttiva għas-Servizzi, jidher li jkun xieraq approċċ settorali sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet u s-sitwazzjonijiet speċifiċi fis-setturi relevanti bil-għan li ikun stabbilit suq intern għal dawn is-servizzi; jinnota li r-regolament settorali eżistenti għandu jkun issorveljat il-ħin kollu;

12. Jilqa' l-komunikazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni dwar servizzi soċjali ta' interess ġenerali u l-approċċ sistemaltiku lejn l-identifikazzjoni tal-karatteristiċi speċifiċi tas-servizzi soċjali u tas-servizzi tas-saħħa;

13. Jirrimarka, f'dak ir-rigward, li l-allokazzjoni ta' responsabilitajiet bejn l-awtoritajiet lokali, pereżempju fuq il-bażi ta' liġijiet, regolamenti jew ftehimiet pubbliċi tal-liġi jew permezz tat-twaqqif ta' assoċjazzjonijiet b'għan speċjali, hija suġġetta għal-liġi nazzjonali li tiggvernal-organizzazzjoni ta' amministrazzjonijiet pubbliċi;

Rigward servizzi mhux ekonomiċi ta' interess ġenerali

14. Iqis, wara evalwazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li m'hemm l-ebda bażi legali għal direttiva ta' qafas dwar is-SIĠ jekk direttiva ta' qafas bħal din kienet timmira lejn in-non-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat għal ċerit servizzi speċifiċi;

15. Jisħaq li l-kwistjonijiet speċifiċi relatati mas-SIĠ ma jippermettux li jkun hemm soluzzjonijiet ġenerali u li għalhekk jidher li hu preferibbli li jkun hemm approċċ ta' każ każ sabiex ikun evalwat x'inhu dak li hu ammissibbli rigward l-intervant ta' l-istat fil-qafas tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, għar-raġuni li teknikament ma jidhirx li hu possibbli li ssir kodifikazzjoni kompluta tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

16. Jisħaq fuq l-importanza li l-kapaċitajiet ta' sorveljanza ta' l-Istati Membri jkunu msaħħa sabiex ikun assigurat li l-objettivi tal-politika pubblika, inklużi prezzijiet li jintlaħqu u l-istandards tal-kwalità, ikunu milħuqa; ikompli jenfasizza li hu meħtieġ li sabiex l-awtoritajiet pubbliċi relevanti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-istrumenti u l-kompetenza esperta adegwati sabiex ikunu jistgħu jinfurzaw il-kompetizzjoni u sabiex jiżguraw il-ħarsien tal-konsumatur;

17. Jinnota li m'hemm l-ebda ħtieġa li jkunu kkonferuti lill-UE poteri legali addizzjonali fil-qasam tas-SIĠ; jinnota, però, li hemm il-ħtieġa ta' kjarifika ta' kif jitqassmu r-responsabilitajiet bejn l-UE u l-Istati Membri peress li jista' jkun hemm xi deformazzjonijiet fil-provvediment ħieles ta' servizzi bejn l-Istati Membri;

Konklużjonijiet

18. Iqis li t-Trattat u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jagħtu possibilitajiet biżżejjed sabiex l-Istati Membri ikollhom fis-sod ir-raġunijiet dominanti relatati ma' l-interess pubbliku rigwar il-provvediment tas-SIĠ;

19. Jitlob li ssir komunikazzjoni ta' kjarifika mingħand il-Kummissjoni dwar il-konsegwenzi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u li tagħti lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali reġjonali linji gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Komunità fl-oqsma tas-SIĠ u tas-SIEĠ;

20. Iktar minn hekk jitlob lill-Kummissjoni li tersaq b'komunikazzjoni ta' kjarifika rigward l-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni fil-qasam tas-SIĠ u s-SIEĠ, b'mod speċjali rigward l-iffinanzjar ta' dawn is-servizzi;

21. Huwa konvint li l-'benchmarking' huwa strument vitali għall-manteniment u l-iżvilupp tas-SIĠ li huma ta' kwalità għolja, aċċessibbli, bi prezz li jintlaħaq u effiċjenti, u li l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ sistematiċi tar-riżultati li jagħtu s-SIĠ fuq livell Komunitarju kif ukoll fuq livell nazzjonali huma kruċjali u għandhom ikunu bbażati fuq kriterji komuni u wisgħin; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tipproponi sistema għall-'benchmarking' tas-SIĠ fil-qafas tal-proċess ta' Liżbona.

PROĊEDURA

Titolu

'White Paper' tal-Kummissjoni dwar Servizzi ta' Interess Ġenerali

Numru tal-proċedura

2005/2101(INI)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO
18.5.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

18.5.2006

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

József Szájer
21.2.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

31.1.2006

21.3.2006

19.4.2006

3.5.2006

 

Data ta' l-adozzjoni

12.6.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

15

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Charlotte Cederschiöld, Mia De Vits, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Edit Herczog, Anneli Jäätteenmäki, Pierre Jonckheer, Alexander Lambsdorff, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Arlene McCarthy, Manuel Medina Ortega, Zita Pleštinská, Zuzana Roithová, Luisa Fernanda Rudi Ubeda, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, József Szájer, Marianne Thyssen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ieke van den Burg, Simon Coveney, Benoît Hamon, Joel Hasse Ferreira, Othmar Karas, Anja Weisgerber

Sostituti(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Roselyne Bachelot-Narquin, Sharon Bowles, Elisabeth Jeggle, Wolf Klinz

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU  (2.9.2006)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali

(2005/2016(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Emanuel Jardim Fernandes

PROPOSTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni tiegħu għal riżoluzzjoni:

A. billi t-trasport pubbliku huwa wieħed mis-setturi fundamentali fi ħdan is-servizzi ta' interess ġenerali (SIĠ); billi jippermitti li jinqdew il-ħtiġijiet bażiċi tal-popli ta' l-Unjoni Ewropea f'dak li jirrigwarda kemm il-mobilità kif ukoll il-provvista, u billi b'dan il-mod jagħmel kontribut primordjali lill-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali ta' l-Unjoni,

B.  billi n-nuqqas ta' definizzjoni u deskrizzjoni preċiżi tas-servizzi ta' interess ġenerali fil-liġi Komunitarja jagħmilhom vulnerabbli għal inċertezza legali dejjem akbar, kif turi l-ġurisprudenza minn xi daqqiet kontradittorji tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,

C. billi għandha tittieħed azzjoni biex ikun assigurat bilanċ ġust bejn l-attivitajiet tat-trasport u l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-kompetizzjoni Komunitarja u s-suq intern, hekk kif dik il-leġiżlazzjoni tqiegħed f'periklu l-operazzjoni bla tfixkil tas-servizzi tat-trasport u, b'mod partikulari, il-kwalità, l-aċċessibilità, il-kontinwità u l-effiċjenza tagħhom,

D. billi, mit-Trattat ta' Ruma 'l hawn, it-trasport ġie kopert minn dispożizzjonijiet speċifiċi, u l-Artikolu 73, b'mod partikulari, jagħraf il-legalità ta' l-għajnuna Statali għat-twettiq ta' l-obbligi 'inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku',

E.  billi l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' servizzi fuq livell nazzjonali u Komunitarju huma essenzjali sabiex ikunu ggarantiti l-kwalità u l-effikaċja ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ), inklużi dawk fis-settur tat-trasport,

1.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-bilanċ fil-funzjonament bla tfixkil tas-servizzi tat-trasport jinżamm intatt permezz tal-promozzjoni ta' servizzi ta' interess ġenerali u obbligi ta' servizzi pubbliċi ta' standard għoli li jkunu ingranati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali tal-gruppi tal-popolazzjoni u li jirċievu l-appoġġ finanzjarju li jinħtieġu mill-awtoritajiet pubbliċi;

2.  Jilqa' l-fatt li d-direttiva dwar is-servizzi proposta ma titlobx mill-Istati Membri li jiftħu s-servizzi ta' interess ġenerali għall-kompetizzjoni u ma tindaħalx fil-mod kif l-Istati Membri jew ir-reġjuni jorganizzaw jew jiffinanzjaw servizzi bħal dawn;

3.  Jagħmilha ċara li l-promozzjoni ta' l-aċċess għas-servizzi tat-trasport pubbliku bi prezz li jintlaħaq għal numru kbir kemm jista' jkun ta' nies hija wkoll konsistenti ma' l-objettiv li jitnaqqsu kemm il-gassijiet bl-effett ta' serra kif ukoll l-ispejjeżż esterni tat-trasport b'mod ġenerali; jiġbed ukoll l-attenzjoni għall-valur tat-trasport pubbliku fil-kuntest tal-prezzijiet taż-żejt li qed dejjem jogħlew u fil-kuntest tar-riskju li ma jkun hawn biżżejjed kapaċità ta' raffinament fuq livell globali fil-futur qarib;

4.  Hu tal-fehma li l-kundizzjonijiet speċjali għall-funzjonament ta' servizzi ta' interess ġenerali fit-trasport għandhom ikunu ttrattati permezz ta' leġiżlazzjoni settorjali adattata għal dan is-settur (regoli għall-għajnuna statali, l-akkwist pubblik, u l-bqija); ifakkar, però, li, bħala attività ta' SIĠ, ot-trasport għandu wkoll ikun suġġett għall-applikazzjoni ta' regoli ġenerali li jkunu parti minn qafas ġenerali leġiżlattiv li jiddefinixxi l-kunċett u l-kriterji,

5.  Iħeġġeġ lill-Kunsill, għaldaqstant, biex malajr kemm jista' jkun, jadotta pożizzjoni komuni dwar ir-reviżjoni ta' Regolament (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri rigward l-obbligi inerenti fil-kunċett tat-trasport b'ferroviji, toroq u ilmijiet navigabbli (Meijer report - A5-0364/2001);

6.  Huwa tal-fehma li, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà, qafas legali bħal dan għandu wkoll jikkonferixxi lill-awtoritajiet pubbliċi, prinċipalment lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, id-dritt li jiddeterminaw l-iskala, l-iskop, il-forom u l-istrutturi tal-forniment tas-SIĠ tat-trasport fuq it-territorju tagħhom, notevolment l-istatus legali tal-fornitur tas-servizz tagħhom, billi jqisu s-sitwazzjoni demografika u ġeografika u l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjun tagħhom, sabiex jagħżlu metodi ta' mmaniġġjar u ta' finanzjament u biex jistabbilixxu mekkaniżmi ta' evalwazzjoni;

7.  Ifakkar fis-sitwazzjoni speċifika ta' l-ibgħad reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea, minħabba l-limiti partikulari tagħhom fir-rigward tal-kunċett tas-SIĠ u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-kompetizzjoni u s-suq intern, u jinsisti li l-kunċett ta' l-SIĠ irid jitwessa' u li trid issir dispożizzjoni għall-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni adattata sabiex tkopri s-sitwazzjoni speċifika ta' dawk ir-reġjuni, b'mod partikulari fir-rigward ta' attivitajiet tat-trasport.

PROĊEDURA

Titolu

'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali

Numru tal-proċedura

2005/2016(INI)

Kumitat responsabbli

ECON

Kumitat mitlub jagħti opinjoni

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN
22.2.2006

Koperazzjoni iktar mill-qrib

Iva

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Emanuel Jardim Fernandes
30.1.2006

Eżami fil-kumitat

23.5.2005

29.8.2005

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni tas-suġġerimenti

30.8.2005

Riżultat tal-votazzjoni finali

favur:

kontra:

astensjonijiet:

40

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Philip Bradbourn, Paolo Costa, Michael Cramer, Arûnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoò, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Luis de Grandes Pascual, Mathieu Grosch, Ewa Hedkvist Petersen, Jeanine Hennis-Plasschaert, Stanis³aw Ja³owiecki, Georg Jarzembowski, Dieter-Lebrecht Koch, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Jörg Leichtfried, Bogus³aw Liberadzki, Eva Lichtenberger, Patrick Louis, Erik Meijer, Robert Navarro, Josu Ortuondo Larrea, Willi Piecyk, Luís Queiró, Reinhard Rack, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Gary Titley, Georgios Toussas, Corien Wortmann-Kool, Roberts Zîle

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zsolt László Becsey, Johannes Blokland, Den Dover, Zita Gurmai, Elisabeth Jeggle, Anne E. Jensen, Zita Pleštinská

Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (21.6.2006)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizz ta' interess ġenerali

2005/2016(INI))

Rapporteur għall-opinjoni: Markus Pieper

PROPOSTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni tiegħu għal riżoluzzjoni:

A. billi l-politika Ewropea ta' koeżjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħti kontribut importanti għat-twaqqif ta' servizzi ta' interess ġenerali sostenibbli u reġjonalment bilanċjati fl-Istati Membri, pereżempju l-infrastruttura tat-traffiku, is-servizzi pubbliċi u s-servizzi tat-trattament ta' l-iskart,

1.  Jipproponi li tiġi żgurata l-liberalizzazzjoni ta' setturi li huma diġà miftuħin; jenfasizza l-kontribut vitali tas-suq komuni għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jisħaq l-importanza tas-servizzi pubbliċi fir-rigward ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli u tal-ħtieġa għal aċċess soċjalment u reġjonalment ġust għas-servizzi ta' interess ġenerali; jirrakomanda evalwazzjoni ekonomika u soċjali tat-tkomplija tal-proċess ta' liberalizzazzjoni għal setturi speċifiċi;

2.  Jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali wrew li huma l-livell xieraq - qrib iċ-ċittadin - għall-forniment tas-servizzi ta' interess ġenerali, u li għadhom il-livell xieraq għall-garanzija tad-dritt ta' involviment, tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-benessri pubbliku fir-rigward ta' tali servizzi; jinnota li l-livell ta' gvern Ewropew għandu jgħin fl-aċċertar li l-ħila tal-livell ta' gvern lokali u reġjonali li jipprovdi tali servizzi ma tkunx ipperikolata;

3.  Jinnota li f'bosta Stati Membri waħda mill-ħidmiet ta' l-awtoritajiet lokali hi li jiggarantixxu s-servizzi ta' interess ġenerali, kif ukoll l-aċċess universali għal tali servizzi, fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista, il-kwalità u l-prezzijiet ġusti; jinnota li l-awtoritajiet lokali għandhom, bħala prinċipju, jirriservaw il-kapaċità tagħhom għal azzjoni fir-rigward ta' servizzi ta' interess ġenerali meta definizzjoni ta' tali servizzi titfassal fuq livell Ewropew;

4.  Iqis li l-irwol ta' sorveljanza Ewropew u l-għoti ta' setgħat xierqa lill-awtoritajiet nazzjonali huma għodod ewlenin sabiex jiġu infurzati r-regolamenti settorali u sabiex jittieħed kont tal-karatteristiċi ta' l-industriji u tar-reġjuni differenti;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex kemm jista' jkun malajr tagħmel differenza bejn servizzi ta' interess ġenerali u servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, u jitlob għal kriterji speċjali għal dan il-għan, speċjalment għax dawn ta' l-aħħar se jkunu eleġibbli għall-għajnuna finanzjarju pubblika;

6.  Jilqa' l-ħsieb tal-Kummissjoni li tikkonsolida l-qafas legali fir-rigward ta' l-ammissibilità ta' l-għajnuna, tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku, tat-trasparenza fir-relazzjonijiet finazjarji pubbliċi u privati u ta' l-ammissibilità ta' kuntratti ta' konċessjoni konnessi mal-liġi Ewropea għall-kompetizzjoni; jitlob, madankollu, għal konsultazzjoni aħjar bejn id-dipartimenti responsabbli fil-Kummissjoni sabiex jiġu evitati d-diskrepanzi fil-leġiżlazzjoni varja dwar is-servizzi ta' interess ġenerali;

7.  Jinnota li minkejja li t-Trattat Kostituzzjonali jsemmi l-possibilità ta' qafas regolatorju addizzjonali u ogħla għas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali biss, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji la qed jitlob u lanqas qed jargumenta favur mudell Ewropew ta' servizzi uniformi ta' interess ġenerali;

8.  Jibża' li l-istandardizzazzjoni tal-ħtiġijiet ta' interess pubbliku proposti mill-Kummissjoni u d-definizzjoni uniformi tas-servizzi ta' interess ġenerali ma jqisux il-kundizzjonijiet storiċi u soċjali differenti fl-UE ta' 25 Stat Membru;

9.  Huwa tal-fehma, għalhekk, li meta wieħed iqis il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-liġi għall-kompetizzjoni ta' l-UE, ir-responsabbilità tad-definizzjoni, ta' l-organizzar, tal-finanzjament u tas-sorveljanza tas-servizzi ta' interess ġenerali għandha tkun ta' l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

10. Jistiden lill-Kummissjoni sabiex tiċċara bla dewmien jekk temminx li direttiva ta' qafas aktar b'saħħitha, li tmur lil hinn mill-kjarifika pjanata tal-kunċetti u mit-tneħħija ta' inċertezzi legali, tista' tipprovdi aktar ċarezza legali fir-rigward ta' servizzi ta' interess ġenerali; huwa tal-fehma li kwalunkwe direttiva ta' qafas għandha tikkontribwixxi għaċ-ċertezza legali, tagħti kas tal-prinċipju ta' sussidjarjetà u tal-liġi tal-kompetizzjoni ta' l-UE u għalhekk tistabbilixxi wkoll fejn il-liġi Ewropea ma tkunx applikata.

PROĊEDURA

Titolu

'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali

Numru tal-proċedura

2005/2016(INI)

Kumitat responsabbli

ECON

Kumitat mitlub jagħti opinjoni

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI
18.5.2006

Koperazzjoni iktar mill-qrib

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Markus Pieper
30.1.2006

Eżami fil-kumitat

30.3.2005

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni tas-suġġerimenti

16.6.2005

Riżultat tal-votazzjoni finali

favur:

kontra:

astensjonijiet:

41

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfonso Andria, Stavros Arnaoutakis, Jean Marie Beaupuy, Rolf Berend, Jana Bobošíková, Graham Booth, Bairbre de Brún, Giovanni Claudio Fava, Iratxe García Pérez, Eugenijus Gentvilas, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Ambroise Guellec, Konstantinos Hatzidakis, Mieczys³aw Edmund Janowski, Gisela Kallenbach, Miloš Koterec, Constanze Angela Krehl, Miroslav Mikolášik, Francesco Musotto, Lambert van Nistelrooij, Jan Olbrycht, István Pálfi, Markus Pieper, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Bernard Poignant, Elisabeth Schroedter, Alyn Smith, Gra¿yna Staniszewska, Catherine Stihler, Kyriacos Triantaphyllides, Vladimír Železný

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfredo Antoniozzi, Inés Ayala Sender, Jan Bøezina, Simon Busuttil, Den Dover, Mojca Drèar Murko, Vìra Flasarová, Karl-Heinz Florenz, Louis Grech, Ewa Hedkvist Petersen, Eluned Morgan, Miros³aw Mariusz Piotrowski, Richard Seeber, Thomas Ulmer

Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sharon Margaret Bowles, Albert Deß, Herbert Reul


ABBOZZ TA' OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (11.9.2006)

għall-Kumitat għall-Affarjiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-"White Paper" tal-Kummissjoni dwar is-servizzi ta' interess ġenerali

(2006/2101(INI))

Rapporteur ta' opinjoni: Gabriele Stauner

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li ser jadotta:

1.  Huwa tal-fehma li jeżisti numru kunsiderevoli ta' dubji dwar bażi legali għal azzjoni mill-Komunità għall-ħolqien ta' direttiva qafas fil-qasam tas-servizzi ta' interess ġenerali;

2.  jitlob lill-Kummissjoni għalhekk sabiex tispjega b'mod dettaljat u ċar fuq liema bażi legali qiegħda tibbaża l-awtorità għall-ħolqien ta' qafas legali;

3.  jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tiċċara kif tirrikonċilja d-dikjarazzjoni tagħha fil-"White Paper" li l-poteri tal-Komunità fir-rigward tas-servizzi ta' interess ġenerali huma suffiċjenti u xierqa, mal-kompetenza li assumiet hija stess fl-Artikolu III-122 tat-Trattat tal-Kostituzzjoni;

4.  jenfasizza n-neċessità li l-prinċipju ta' sussidjarjetà fil-qasam tas-servizzi ta' interess ġenerali stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat KE jinżamm u jiġi implimentat;

5.  jagħmilha ċara li huwa kompitu biss ta' l-Istati Membri u l-awtoritajiet responsabbli tagħhom li jiddefinixxu s-servizzi ta' interess ġenerali u jfasslu regolamenti dwar l-iffinanzjar tagħhom; is-servizzi ta' interess ġenerali fil-25 Stat Membru ta' l-UE żviluppaw storikament u ffurmaw ruħhom b'mod differenti ħafna minħabba l-bażi tradizzjonali reġjonali; dawn l-istrutturi, li qed jiffunzjonaw tajjeb, m'għandhomx jiġu mfixkla minn qafas leġiżlattiv Ewropew;

6.  għandu dubji kunsiderevoli dwar jekk qafas legali Ewropew għas-servizzi ta' interess ġenerali iwassalx għal titjib fir-rigward ta' kemm l-Ewropa tkunx viċin iċ-ċittadin u dwar l-effiċjenza tas-servizzi ta' interess ġenerali;

7.  jirreferi għall-fatt li regolamenti orizzontali li jimmiraw lejn mudell soċjali Ewropew uniformi, jindaħlu b'mod inaċċettabbli fil-kompetenza ta' l-Istati Membri;

8.  jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiġġustifika u tispeċifika bl-aktar mod preċiż il-bżonn ta' obbligi oħra settorjali f'livell ta' Komunità li huma maħsuba wkoll mill-Kummissjoni;

PROĊEDURA

Titolu

Il-"White Paper" tal-Kummissjoni dwar is-servizzi ta' interess ġenerali

Numru tal-proċedura

2006/2101(INI)

Kumitat responsabbli

ECON

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI
18.5.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib – Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Gabriele Stauner
30.5.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

11.7.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

11.9.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

12

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Berger, Carlo Casini, Rosa Díez González, Bert Doorn, Giuseppe Gargani, Piia-Noora Kauppi, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Alain Lipietz, Hans-Peter Mayer, Viktória Mohácsi, Aloyzas Sakalas, Gabriele Stauner, Andrzej Jan Szejna, Diana Wallis

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Manuel Medina Ortega, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Michel Rocard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens-Peter Bonde, Iles Braghetto, Esther Herranz García, Pierre Jonckheer, Aldo Patriciello, Bernard Piotr Wojciechowski

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 


PROĊEDURA

Titolu

'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali

Numru tal-proċedura

2005/2101(INI)

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir ta' l-awtorizzazzjoni fis-seduta plenarja

ECON
16.2.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE
18.5.2006

EMPL
15.2.2006

ITRE

18.5.2006

IMCO

18.5.2006

INTA

18.5.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

18.5.2006

REGI

18.5.2006

CULT

18.5.2006

JURI

18.5.2006

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

DEVE
5.10.2005

CULT

20.6.2006

 

 

 

Koperazzjoni iktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO
18.5.2006

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Bernhard Rapkay
30.1.2006

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Eżami fil-kumitat

29.3.2005

31.1.2006

19.4.2006

30.5.2006

20.6.2006

11.7.2006

 

Data ta' l-adozzjoni

12.9.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+

-

0

35

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Ieke van den Burg, David Casa, Jan Christian Ehler, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in 't Veld, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Guntars Krasts, Astrid Lulling, Gay Mitchell, Cristobal Montoro Romero, Joseph Muscat, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Dariusz Rosati, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček.

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Mia De Vits, Harald Ettl, Satu Hassi, Thomas Mann, Corien Wortmann-Kool

Sostituti(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

14.9.2006

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Settembru 2006Avviż legali