Proċedura : 2006/0087(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0326/2006

Testi mressqa :

A6-0326/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/10/2006 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0394

RAPPORT     *
PDF 139kDOC 60k
10 t'Ottubru 2006
PE 378.257v02-00 A6-0326/2006

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija dwar il-parteċipazzjoni tar-Rumanija fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga

(COM(2006)0256C6-0321/2006 – 2006/0087(CNS))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Jean-Marie Cavada

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija dwar il-parteċipazzjoni tar-Rumanija fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga

(COM(2006)0256 – C6-0321/2006 – 2006/0087(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0256) (1),

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tar-Rumanija rigward il-parteċipazzjoni tar-Rumanija fiċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 152 u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0321/2006),

–   wara li kkunsidra r-Regoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0326/2006),

1.  Japprova konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri tar-Rumanija.

(1)

Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


NOTA SPJEGATTIVA

Kif tfakkar il-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha, il-Kunsill Ewropew li ltaqa' fil-Lussemburgu f'Diċembru 1997 għamel il-parteċipazzjoni fil-programmi u l-aġenziji Komunitarji strument ta' l-istrateġija msaħħa ta' qabel l-adeżjoni waqt li kkonkluda li l-pajjiżi kandidati għandhom jippruvaw jipparteċipaw fix-xogħol ta' l-aġenziji tal-Komunità f'deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu każ b'każ.

Għalhekk, il-Kummissjoni, innegozjat mal-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija ftehimiet bilaterali li jippreżentaw diversi vantaġġi speċjalment il-vantaġġ li jippermetti lill-dawn il-pajjiżi jiffamiljarizzaw ruħhom mal-proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Sorveljanza u li jikkontribwixxu fit-tfassil tal-programm ta' ħidma tiegħu.

Ir-'rapporteur' tagħkom japprova l-arranġamenti tekniċi u finanzjarji tal-Bulgarija, r-Rumanija u t-Turkija għax-xogħlijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Sorveljanza. Għalhekk huwa jirrakkomanda li jiġu approvati mingħajr emendi l-konklużjonijiet tal-ftehimiet bilaterali mal-Bulgarija, r-Rumanija u t-Turkija sabiex il-pajjiżi kkonċernati jkunu jistgħu jipparteċipaw fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta' Sorveljanza għad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi.


PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija dwar il-parteċipazzjoni tar-Rumanija fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga

Referenzi

COM(2006)0256 – C6-0321/2006 – 2006/0087(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

27.9.2006

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

Kumitat mitlub jagħti opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

 

Opinjoni mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

BUDG

5.9.2006

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Jean-Marie Cavada
20.6.2006

 

Proċedura simplifikata – data tad-deċiżjoni

Regola 43(1)

12.9.2006

Eżami fil-kumitat

12.7.2006

4.10.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

4.10.2006

Data tat-tressiq

10.10.2006

 

Aġġornata l-aħħar: 10 t'Ottubru 2006Avviż legali