Proċedura : 2006/0089(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0327/2006

Testi mressqa :

A6-0327/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/10/2006 - 7.3

Testi adottati :

P6_TA(2006)0395

RAPPORT     *
PDF 141kDOC 61k
10 t'Ottubru 2006
PE 378.528v01-00 A6-0327/2006

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Immonitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi

(COM(2006)0257 – C6-0320/2006 – 2006/0089(CNS))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Jean-Marie Cavada

(Simplified procedure – Rule 43(1) of the Rules of Procedure)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROCEDURE

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Immonitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi

(COM(2006)0257 – C6-0320/2006 – 2006/0089(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0257)(1),

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Immonitorjar tad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 152 u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0000/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0327/2006),

1.  Japprova konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u r-Repubblika tat-Turkija.

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


NOTA SPJEGATTIVA

Kif tfakkar il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kunsill Ewropew li ltaqa' fil-Lussemburgu (f'Diċembru 1997) għamel il-parteċipazzjoni fil-programmi u l-aġenziji komunitarji strument ta' l-istrateġija msaħħa ta' qabel l-adeżjoni waqt li kkonkluda li l-pajjiżi kandidati għandhom jippruvaw jipparteċipaw fix-xogħol ta' l-Aġenziji tal-Komunità f'deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu każ b'każ.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni, innegozjat mal-Bulgarija, r-Rumanija u t-Turkija ftehimiet bilaterali li jippreżentaw diversi vantaġġi speċjalment il-vantaġġ li jippermetti lill-dawn il-pajjiżi jiffamiljarizzaw ruħhom mal-proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet taċ-Ċentru ta' Sorveljanza u li jikkontribwixxu fit-tfassil tal-programm ta' ħidma.

Ir-'rapporteur' tagħkom japprova l-arranġamenti tekniċi u finanzjarji tal-Bulgarija, r-Rumanija u t-Turkija għax-xogħlijiet taċ-Ċentru ta' Sorveljanza. Għalhekk huwa jirrakkomanda li jiġu approvati mingħajr emendi l-konklużjonijiet tal-ftehimiet bilaterali mal-Bulgarija, r-Rumanija u t-Turkija sabiex il-pajjiżi kkonċernati jkunu jistgħu jipparteċipaw fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew ta' Sorveljanza għad-Drogi u l-Vizzju tad-Drogi.


PROCEDURE

Title

Proposal for a Council decision on the conclusion of the agreement between the European Community and the Republic of Turkey on the participation of Turkey in the work of the European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction

References

COM(2006)0257 – C6-0320/2006 – 2006/0089(CNS)

Date of consulting Parliament

27.9.2006

Committee responsible
  Date announced in plenary

LIBE

Committee asked for opinion

Date announced in plenary

BUDG

 

Not delivering opinion

Date of decision

BUDG

5.9.2006

 

Rapporteur(s)
  Date appointed

Jean-Marie Cavada
20.6.2006

 

Simplified procedure – date of decision

Rule 43 (1)

12.9.2006

Discussed in committee

12.7.2006

4.10.2006

 

 

 

Date adopted

4.10.2006

Date tabled

10.10.2006

 

Aġġornata l-aħħar: 10 t'Ottubru 2006Avviż legali