Proċedura : 2005/0189(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0357/2006

Testi mressqa :

A6-0357/2006

Dibattiti :

PV 29/11/2006 - 18
CRE 29/11/2006 - 18

Votazzjonijiet :

PV 30/11/2006 - 8.20

Testi adottati :

P6_TA(2006)0523

RAPPORT     *
PDF 250kDOC 214k
13 t'Ottubru 2006
PE 368.073v02-00 A6-0357/2006

dwar il-proposta ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2011) tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' taħriġ u riċerka nukleari

(COM(2005)0444 – C6-0385/2005 – 2005/0189(CNS))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Daniel Caspary

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġit
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2011) tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' taħriġ u riċerka nukleari

(COM(2005)0444 – C6-0385/2005 – 2005/0189(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0444)(1),

–   wara li kkunsidra Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, b'mod partikolari l-Artikolu 7, skond liema trattat il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0385/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0357/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jikkunsidra li l-ammont indikattiv ta' referenza finanzjarja indikat fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali ġdid u jirrimarka li l-ammont annwali jkun deċiż fil-proċedura baġitarja annwali bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 119 tat-Trattat Euratom;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk biħsiebu jemenda l-proposti tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 8 a (ġdida)

 

(8a) Il-JRC jieħu sehem fin-netwerks Ewropej għas-sigurtà ta' reatturi nukleari, li l-iskop tagħhom huwa l-armonizzazzjoni kemm jista' jkun estensiva tan-normi nazzjonali ta' sigurtà Fil-kuntest ta' dan il-programm ta' qafas ikun xieraq li l-JRC jintensifika din il-parteċipazzjoni fuq il-bażi ta' l-għarfien tiegħu speċifiku fis-suġġett, sabiex l-istandards ta' sigurtà tal-Komunità għall-ippjanar, il-bini u l-operazzjoni ta' reatturi u strutturi ta' pproċessar mill-ġdid ikunu jistgħu jiġu stabbiliti. B'dan il-mod, tingħata kontribuzzjoni għall-ħolqien ta' kodiċi għas-sigurtà nukleari fi ħdan l-Unjoni Ewropea, fejn in-normi nazzjonali differenti jkunu jistgħu jiġu armonizzatai fl-interess ta' livell għoli ta' sigurtà nukleari.

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni ta' standards minimi għall-operazzjoni u t-tagħmir ta' reatturi nukleari hija fl-interess ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn l-istandards minimi għandhom jiġu mfassla permezz ta' djalogu komuni, trasparenti u mibni fuq il-kunsens, skond l-attwalità xjentifika u ta' riċerka. Il-JRC għandu jassumi l-irwol prinċipali. Il-formulazzjoni ta' dawn l-istandards minimi isservi għall-interess tas-sigurtà taċ-ċittadini kollha u hija ta' benefiċċju anki għal dawk l-Istati Membri. minħabba s-suġġett li jmur lilhinn mill-konfini, li bis-saħħa tas-sovranità tagħhom, jirrinunċjaw għall-operazzjoni jew il-kostruzzjoni ta' reatturi nukleari ġodda.

Emenda 2

Premessa 9

(9) Attvitajiet ta' riċerka mwettqa taħt dan il-Programm Speċifiku għandhom jirrispettaw il-prinċipji fundamentali ta' l-etika, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta` l-Unjoni Ewropea.

 

(9) Attvitajiet ta' riċerka mwettqa taħt dan il-Programm Speċifiku għandhom jirrispettaw il-prinċipji fundamentali ta' l-etika, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta` l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, għandu jkun hemm aktar sforz biex l-opinjoni pubblika tkun favur dawn l-attivitajiet.

Ġustifikazzjoni

L-isforzi tar-riċerka tal-JRC f'dan il-qasam iservu l-interess tas-sigurtà ta' l-Ewropa b'mod ġenerali, li tmur lilhinn mill-konfini tal-pajjiżi. Mill-aspett tad-demokrazija huwa importanti li l-pubbliku jkun favur din ir-riċerka u għalhekk dan għandu jkun inkuraġġit.

Emenda 3

Premessa 10

(10) Il-JRC għandu jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta’ attivitajiet kompetittivi; dawn jinkludu l-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti tal-Programm ta’ Qafas, ħidma ta’ partijiet terzi u, f’livell inqas, l-esplojtazzjoni tal-proprjetà intellettwali.

(10) Il-JRC għandu jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta’ attivitajiet kompetittivi; flimkien ma' ħidma ta' partijiet terzi, dawn jinkludu l-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti tal-Programm ta’ Qafas, fejn, għandhom isiru sforzi biex jinbena b'mod sostanzjali fuq numru ta' attivitajiet li saru s'issa u, f’livell inqas, l-esplojtazzjoni tal-proprjetà intellettwali.

Ġustifikazzjoni

Għandu jibqa' jkun possibblili, fil-futur, li l-JRC jipparteċipa fi proċeduri ta' akkwist pubbliku fil-qasam ta' l-azzjonijiet indiretti, fejn hemm bżonn li l-isforzi li saru s'issa jiġu rduppjati. Barra minn hekk, għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati fondi supplementari minn sorsi oħra u l-isfruttament tal-propjetà intellettwali. Dan awtomatikament jipprovdi sorveljanza tal-kwalità, kif ukoll, jikkontribwixxi għal livell għoli ta' eċċellenza u effiċjenza fi ħdan il-JRC.

Emenda 4

Premessa 10 a (ġdida)

 

(10a) Il-JRC għandu jara li jżomm il-livell xjentifiku eċċezzjonali tiegħu, sabiex iwettaq il-ħidma tiegħu dejjem aħjar, u għandu għalhekk jintensifika l-attivitajiet ta' riċerka tiegħu, mingħajr ma ssir ħsara lill-attivitajiet li jkollhom x'jaqsmu mal-bżonnijiet tal-politiki tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Kif diġà ġie enfasizzat kemm-il darba mill-kumitat ta' evalwazzjoni, il-JRC għandu jżomm bilanċ bejn il-funzjoni tiegħu li joffri servizz lill-utenti u l-ħidma ta' riċerka li jwettaq, li hija indispensabbli sabiex iżomm il-livell xjentifiku tiegħu; ara wkoll l-emenda 6.

Emenda 5

Premessa 10 b (ġdida)

 

(10b) Il-JRC għandu jara li fil-qafas tal-ħidma tiegħu l-pożizzjoni u l-irwol taż-żewġ sessi jiġu kkunsidrati bl-istess mod fix-xjenza u r-riċerka. B'hekk jiġi ggarantit il-ħarsien tal-prinċipju ta' opportunità indaqs independentement mis-sess.

Ġustifikazzjoni

Naturalment, il-JRC ma jiddiskriminax skond is-sess fil-ħidma tiegħu. Il-ħarsien tal-prinċipju ta' opportunità indaqs, independentement mis-sess, għandu jkun iggarantit.

Emenda 6

Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Il-Kummissjoni għandha tieħu kull pass neċessarju biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b’mod effettiv u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Emenda 7

Artikolu 3, paragrafu 1 b (ġdid)

 

In-nefqa amministrattiva totali tal-Programm Speċifiku, inkluża n-nefqa interna u ta' l-immaniġġjar għaċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta, għandha tkun proporzjonali għall-azzjonijiet stabbiliti fil-programm u hija suġġetta għad-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlattivi.

Ġustifikazzjoni

L-approprjazzjonijiet allokati lill-Aġenzija Eżekuttiva għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta' kondotta dwar il-ħolqien ta' Aġenzija eżekuttiva u r-Regolament tal-Kunsill Nru58/2003 li jistipulaw l-istatut għal aġenziji eżekuttivi li se jkollhom funzjonijiet speċifiċi fl-immaniġġjar ta' programmi tal-Komunità. Dan se jiżgura li jkun hemm finanzjament xieraq għall-azzjonijiet tal-programm.

Emenda 8

Artikolu 3, paragrafu 1 c (ġdid)

 

Approprjazzjonijiet tal-baġit għandhom jintużaw skond il-prinċipju ta' l-immaniġġjar finanzjarju sod, jiġifieri skond il-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità.

Emenda 9

Artikolu 5a (ġdid)

 

Artikolu 5a

 

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni minn qabel lill-awtorità baġitarja kulmeta jkollha l-ħsieb li titbiegħed mill-analiżi statistika ta' l-infiq iddikjarata fir-rimarki u l-anness tal-baġit annwali.

Ġustifikazzjoni

Din il-proċedura kienet introdotta bħala riżultat ta' ftehima bejn il-Kumitat għall-Baġit u l-Kummissjoni f'Ottubru 1999. Ir-rapporteur għal opinjoni tqis li l-proċedura għandha tinżamm biex ittejjeb is-segwitu ta' l-użu ta' fondi fil-programmi speċifiċi ta' l-FP7.

Emenda 10

Artikolu 7, paragrafu 1 a (ġdid)

 

L-evalwazzjoni għandha tinkludi studju dwar il-korrettezza ta' l-immaniġġjar finanzjarju u studju dwar l-effiċjenza u r-regolarità ta' l-immaniġġjar baġitarju u ekonomiku tal-programm.

Emenda 11

Anness sezzjoni 2 "L-Istrateġija" paragrafu 4 a (ġdid)

 

Il-JRC għandu jara li jżomm il-livell xjentifiku eċċezzjonali tiegħu, sabiex iwettaq il-ħidma tiegħu dejjem aħjar, u għandu għalhekk jintensifika l-attivitajiet ta' riċerka tiegħu, mingħajr ma ssir ħsara lill-attivitajiet li jkollhom x'jaqsmu mal-bżonnijiet tal-politiki tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Permezz ta' dan, il-premessa ġdida 10 b tiġi inkluża fit-test tad-deċiżjoni.

Emenda 12

Anness sezzjoni 2 "L-Istrateġija" paragrafu 4 b (ġdid)

 

Għan ieħor huwa li l-koperazzjoni tkompli tiżviluppa permezz ta' sistemi ta' network, sabiex madwar l-Ewropa u mad-dinja kollha jintlaħaq kunsens estensiv dwar numru kbir ta' kwistjonijiet. Il-possibilità li l-JRC jieħu sehem fin-netwerks internazzjonali ewlenin u l-proġetti integrati minn dan l-aspett tassumi importanza speċjali. L-applikazzjoni ta' miżuri ta' sigurtà mill-uffiċċju ta' Superviżjoni tas-Sigurtà ta' l-Euratom u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Eneġija Nukleari (IAEO) teħtieġ l-appoġġ tar-riċerka u l-iżvilupp u l-għajnuna diretta. Il-koperazzkoni ma' Stati Membri futuri ta' l-UE għandha tingħata attenzjoni speċjali.

Ġustifikazzjoni

Din il-parteċipazzjoni tagħmilha possibbli lill-JRC biex jinkludi numru ta' sħab, b'mod partikolari dawk ġejjin mill-membri l-ġodda, biex jieħdu sehem fil-kontribuzzjoni tiegħu dwar dawn il-kwistjonijiet sensittivi ħafna.

Emenda 13

Anness sezzjoni 3.1.1. "Karatterizzazzjoni, ħażna u rimi ta’ fjuwil użat" paragrafu -1 (ġdid)

 

Fid-dawl tan-numru dejjem jikber ta' impjanti nukleari madwar id-dinja, it-tema ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart u l-effetti fuq l-ambjent tieħu aktar u aktar importanza. Anki l-Unjoni għadha lura f'dan u trid tagħmel ħafna xogħol, u għandha tagħti tweġiba malajr u b'mod kostanti għal mistoqsijiet li baqgħu bla risposta f'dan il-qasam.

Ġustifikazzjoni

It-temi ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart u l-effett fuq l-ambjent huma indipendenti mill-opinjoni dwar l-użu paċifiku ta' l-enerġija nukleari u jitolbu soluzzjoni urġenti fid-dawl tan-numru kbir ta' impjanti nukleari madwar id-dinja, li l-JRC ċertament għandu jikkontribwixxi għaliha.

Emenda 14

Anness sezzjoni 3.1.7 "Immaniġġjar ta’ l-Għarfien, Taħriġ u Edukazzjoni"

Huwa importanti li l-ġenerazzjonijiet ta’ xjenzjati u inġiniera nukleari jsostnu u jiżviluppaw aktar l-għarfien tar-riċerka nukleari permezz ta’ esperimenti, riżultati, interpretazzjonijiet u ħiliet miksuba fil-passat. Dan japplika l-iżjed għal oqsma fejn l-esperjenza ta’ tliet deċennji ta’ analiżi ta’ prestazzjoni u sikurezza tar-reatturi kienu kkonċentrati f’għodod kumplessi u analitiċi bħall-mudelli u l-kodiċi tal-kompjuter. Il-JRC se jgħin biex jagħmel dan l-għarfien disponibbli, organizzat sew u dokumentat tajjeb u fl-appoġġ ta’ attivitajiet ta’ edukazzjoni ogħla fl-Ewropa. Barraminnhekk, il-JRC se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ komunikazzjoni aħjar dwar il-kwistjonijiet nukleari, b’mod partikolari fir-relazzjonijiet ma’ l-aċċettabilità pubblika u iktar globalment dwar strateġiji għall-għarfien kumplessiv dwar l-enerġija.

 

Huwa importanti li l-ġenerazzjonijiet ta’ xjenzjati u inġiniera nukleari jsostnu u jiżviluppaw aktar l-għarfien tar-riċerka nukleari permezz ta’ esperimenti, riżultati, interpretazzjonijiet u ħiliet miksuba fil-passat. Dan japplika l-iżjed għal oqsma fejn l-esperjenza ta’ tliet deċennji ta’ analiżi ta’ prestazzjoni u sikurezza tar-reatturi kienu kkonċentrati f’għodod kumplessi u analitiċi bħall-mudelli u l-kodiċi tal-kompjuter. Fid-dawl tat-theddida li jintilef l-għarfien u tan-nuqqas ta' ġenerazzjoni ġdida fil-qasam tat-teknoloġija nukleari, il-JRC jista' jistabbilixxi ruħu bħala ċentru Ewropew għat-tixrid ta' informazzjoni kif ukoll għat-taħriġ u l-edukazzjoni. Il-JRC se joħloq programm biex jinżamm dan l-għarfien, li jiggarantixxi li jkun disponibbli, organizzat sew u dokumentat tajjeb. Barra minn hekk se joħloq programm biex jippromwovi l-ġenerazzjoni ġdida; dan il-programm għandu jispjega kif jistgħu jinstabu esperti ġodda fir-riċerka tal-qasam ta' l-enerġija nukleari u kif jistgħu jiġu mħarrġa; u fl-appoġġ ta’ attivitajiet ta’ edukazzjoni ogħla fl-Ewropa. Barraminnhekk, il-JRC se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ komunikazzjoni aħjar dwar il-kwistjonijiet nukleari, b’mod partikolari fir-relazzjonijiet ma’ l-aċċettabilità pubblika u iktar globalment dwar strateġiji għall-għarfien kumplessiv dwar l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Il-promozzjoni ta' ġenerazzjoni ġdida ta' riċerkaturi fil-qasam tar-riċerka nukleari għandha tiġi intensifikata b'urġenza, minħabba l-fatt li sempliċiment bin-numru eżistenti ta' impjanti nukleari joħorġu mistoqsijiet importanti dwar il-ġejjieni, li jeħtieġu sforzi akbar ta' riċerka. L-Unjoni Ewropea ma jaqblilhiex li l-għarfien ma jgħaddix għall-ġenerazzjonijiet futuri ta' riċerkaturi .

Emenda 15

Anness sezzjoni 3.2.3 "It-tħaddim sikur ta' Sistemi Avvanzati ta’ l-Enerġija Nukleari" paragrafu 2

Huwa essenzjali li l-JRC jkun parti, direttament u fil-koordinazzjoni tal-kontributi Ewropej, f’din l-inzjattiva globali fejn huma involuti.

l-organizzazzjonijiet prinċipali tar-riċerka Dan jinkludi primarjament l-aspetti ta’ sikurezza u salvagwardja taċ-ċikli nukleari tal-fjuwil, b’mod partikolari l-karatterizzazzjoni, it-testijiet u l-analiżi tal-fjuwils ġodda. Se jiġu indirizzati l-iżvilupp tal-miri għas-sikurezza u l-kwalità, ir-rekwiżiti għas-sikurezza u l-metodoloġija avvanzata għall-evalwazzjoni tar-reatturi. Din l-informazzjoni se tiġi mxerrda sistematikament lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, b’mod partikolari permezz ta’ laqgħat regolari ta’ koordinazzjoni.

 

Huwa essenzjali li l-JRC jkun parti, direttament u fil-koordinazzjoni tal-kontributi Ewropej, f’din l-inzjattiva globali fejn huma involuti l-organizzazzjonijiet prinċipali tar-riċerka. Hawnhekk il-JRC fil-futur se jkollu rwol deċiżiv fil-kordinazzjoni u l-integrazzjoni tal-kontribuzzjonijiet Ewropej. Dan jinkludi primarjament l-aspetti ta’ sikurezza u salvagwardja taċ-ċikli nukleari tal-fjuwil, b’mod partikolari l-karatterizzazzjoni, it-testijiet u l-analiżi tal-fjuwils ġodda. Se jiġu indirizzati l-iżvilupp tal-miri għas-sikurezza u l-kwalità, ir-rekwiżiti għas-sikurezza u l-metodoloġija avvanzata għall-evalwazzjoni tar-reatturi. Din l-informazzjoni se tiġi mxerrda sistematikament lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, b’mod partikolari permezz ta’ laqgħat regolari ta’ koordinazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Il-JRC għandu jagħti s-sehem tiegħu sabiex il-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri għall-attivitajiet ta' riċerka fil-qasam tal-Generation IV ikunu integrati u kordinati aħjar.

Emenda 16

Anness sezzjoni 3.3.1. "Salvagwardji Nukleari" paragrafu 1 a (ġdid)

..

Fir-rigward ta' aktar tixrid ta' armamenti nukleari jew għallinqas ta' l-isforzi ta' Stati individwali f'din id-direzzjoni, il-kuntest internazzjonali sfortunatament inbidel f'dan l-aħħar żmien. Id-dimensjoni tat-tnaqqis fit-tixrid ta' l-armamenti nukleari saret aktar importanti ħdejn kwistjonijiet oħra ta' sigurtà. Quddiem dan l-isfond huwa indispensabbli għas-sigurtà taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea, li l-kapaċitajiet neċessarji f'dan il-qasam jinżammu disponibbli fi ħdan il-JRC.

Ġustifikazzjoni

It-tema dwar it-tnaqqis fit-tixrid ta' armamenti nukleari sfortunatament dejjem qed isir aktar u aktar attwali. Għalhekk huwa ta' interess kbir għall-UE, li l-kapaċitajiet teknoloġiċi neċessarji fi ħdan il-JRC dwar l-evalwazzjoni u l-konfront ma' din it-theddida jibqgħu jinżammu u jiġu aġġornati kontinwament.

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


NOTA SPJEGATTIVA

Sigurtà teknoloġika nukleari Fid-dawl taż-żieda kontinwa mad-dinja kollha fin-numru ta' impjanti ta' l-enerġija nukleari, is-sigurtà teknoloġika nukleari diġà hija suġġett dwar il-futur, li, minħabba l-kunsiderazzjonijiet dwar il-ħarsien tal-klima, għandu jsir aktar importanti. Mingħajr ħsara għall-fatt li xi Stati Membri bis-saħħa tas-sovranità tagħhom ma jridux joperaw impjanti ta' l-enerġija nukleari fit-territrorju tagħhom, irridu nirrealizzaw li Stati Membri oħra, b'ġustifikazzjoni ukoll, mixjin direzzjoni oħra u l-enerġija użata b'mod paċifiku għal żmien medju, għal diversi raġunijiet, tirrappreżenta fattur f'taħlita ta' enerġija bbilanċjata li ma jistax jiġi nnegat. B'rabta ma' dan, irridu niddiskutu t-temi ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart u l-effetti fuq l-ambjent b'aktar impenn fil-futur, peress li anki fl-Unjoni Ewropea għad hemm ħafna x'isir. Il-JRC għandu jassumi l-irwol ta' promotur prinċipali.

Mad-dinja kollha bħalissa qed issir riċerka dwar l-hekk imsejħa reatturi Generation IV. Indipendentement mill-fatt jekk fil-futur nintroduċux dawn ir-reatturi f'xi Stati Membri jew le, mhemmx dubju li l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam għandha torjenta ruħha fil-quċċata ta' l-isforzi ta' din ir-riċerka u ssegwi l-iżviluppi mill-qrib. Jekk irridu niddeċiedu flimkien f'diskussjonijiet futuri dwar is-sigurtà u l-introduzzjoni ta' dawn ir-reatturi, dan ikun biss possibbli jekk l-Unjoni Ewropea jkollha disponibbli l-kapaċitajiet neċessarji. Il-JRC għandu jagħmel kull sforz biex fl-attivitajiet attwali ta' riċerka fil-qasam tal-Generation IV fil-ġejjieni jakkwistaw integrazzjoni u kordinazzjoni aħjar tal-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri.

Sorveljanza tas-sigurtà: Il-JRC ilha taħdem għal snin b'suċċess fil-qasam tas-sigurtà nukleari u fil-passat kemm-il darba offriet is-servizz tal-kompetenza tagħha lill-uffiċċju tal-kontroll tas-sigurtà ta' l-Euratom. Anki hawn, bħala UE, irridu nkomplu nieħdu ħsieb il-kapaċitajiet relattivi għal dan il-qasam. Fuq kollox it-tema tat-"tnaqqis fit-tixrid ta' l-armamenti" quddiem l-isfond ta' l-iżviluppi reċenti fix-xena internazzjonali qed issir aktar u aktar attwali. Il-kontroll u s-sigurtà ta' fjuwils nukleari fil-futur se jkollha rwol importanti minħabba kunsiderazzjonijiet tal-politika ta' sigurtà. Hawnhekk, l-Unjoni Ewropea ma tistax tibqa lura u għandha tipparteċipa f'diskussjonijiet internazzjonali tax-xjenza u ssegwi b'mod xjentifiku żviluppi politiċi ġodda. Apparti minn dan, it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea u l-mistoqsijiet li jiffaċċjaw l-Istati Membri ġodda u antiki jippreżentaw aktar skop ta' azzjoni għall-JRC, fejn huwa għandu jagħti kontribut importanti permezz tal-kompetenza li akkwista.

Is-salvagwardjar, it-trasferiment u t-tixrid ta' l-għarfien: Fil-passat, fil-qasam ta' l-enerġija nukleari, l-Unjoni Ewropea s'issa dejjem setgħet tirrikorri għall-kompetenza kbira fl-ambjent Ewropew ta' riċerka. B'mod partikolari, il-JRC għamel isem internazzjonali f'dan il-qasam u s'issa dejjem ta riżultati eċċellenti. Mingħajr dubju, din il-kompetenza għandha tiġi ssalvagwardjata għall-ġenerazzjonijiet futuri tar-riċerka. Fid-dawl tat-theddiha li jintilef l-għarfien u n-nuqqas ta' ġenerazzjoni ġdida fil-qasam tat-teknoloġija nukleari, il-JRC jista' jistabbilixxi ruħu bħala ċentru Ewropew għat-tixrid ta' informazzjoni kif ukoll għat-taħriġ u l-edukazzjoni. Barra minn hekk, huwa importanti li l-JRC jara li jintensifika b'mod sistematiku r-relazzjonijiet tiegħu ma' l-universitajiet u l-istituzzjonijiet ta' riċerka ta' l-Istati Membri u jmexxi 'l quddiem l-ambjent ta' l-għarfien Ewropew anki f'dan il-qasam.

Eċċellenza xjentifika u parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti Bħala organizzazzjoni li għandha obbligu lejn il-klijenti tagħha prinċipalment u fl-istess ħin impenjata jejn l-eċċellenza xjentifika u l-awtonomija, il-JRC dejjem irid jaħdem biex isib triq tan-nofs ibbilanċjata bejn il-bżonnijiet ta' dawn iż-żewġ metodoloġiji ta' ħidma. Fil-ġejjieni l-JRC, mingħajr dubju, għandu jkun jista' jieħu sehem f'sejħiet għal offerti fil-qasam ta' azzjonijiet indiretti. Hawnhekk l-isforzi li qed isiru bħalissa għandhom jirduppjaw. Anki l-aċċess addizzjonali ta' mezzi minn terzi u l-evalwazzjoni tal-propjetà intellettwali għandhom jibqgħu jkunu permessi. Dan jissalvagwardja awtomatikament il-kontroll tal-kwalità u l-eċċellenza kbira u l-effiċjenza fi ħdan il-JRC.

Aġenzija eżekuttiva: Ir-rapporteur iqis importanti li biex il-miżuri, li jiġu mogħtija lill-JRC, jiġu implimentati, m'hemmx bżonn ta' kordinament estern permezz ta' aġenzija eżekuttiva. L-amministrazzjoni tal-ħidma tal-JRC tinsab fil-qasam tax-xogħol tagħha stess u se tibqa' hemm għall-iskop ta' struttura organizzattiva flessibbli u effiċjenti. Konflitti ta' interess possibbli jistgħu jiġu solvuti permezz tal-ħolqien ta' "Ħitan Ċiniżi" (Chinese Walls), kif isir, pereżempju, fil-banek ta' l-investiment. Ir-rapporteur, għalhekk, jilqa' b'sodisfazzjon espressament il-fatt li l-Kummissjoni qed tikkunsidra l-ħolqien ta' aġenzija eżekuttiva għall-implimentazzjoni ta' programmi speċifiċi għall-azzjonijiet indiretti biss. Fil-qasam tal-miżuri diretti hemm bżonn mhux ta' aġenzija addizzjonali għall-garanzija ta' l-effiċjenza u t-trasparenza iżda ta' organizzazzjoni sempliċi.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġit (23.6.2006)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2011) tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' taħriġ u riċerka nukleari

(COM(2005)0444 – C6-0385/2005 – 2005/0189(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Marilisa Xenogiannakopoulou

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. Elementi ewlenin tal-proposta

Il-proposta preżenti għal programm speċifiku tkopri l-istess perjodu bħall-Programm ta' Qafas 2007-2011, liema programm huwa bbażat fuq l-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom. Skond it-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, il-programmi ta' riċerka jitfasslu għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin. Għalhekk, il-proposta preżenti m'hijiex għall-istess tul ta’ żmien bħall-programmi speċifiċi tal-KE.

Il-Kummissjoni tipproponi li, sakemm ma jinqalgħux ċirkostanzi estenwanti, il-Programmi Speċifiċi Euratom jistgħu jiġġeddew għall-perjodu bejn l-2012 u l-2013, skond il-proċedura leġiżlattiva prevista.

Id-"dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva" mehmuża ma' din id-Deċiżjoni tistipula l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi, u tipprovdi wkoll ċifri indikattivi għall-perjodu 2012-2013.

Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li twaqqaf aġenzija eżekuttiva li se tkun fdata b’ċertu xogħol meħtieġ biex jiġi implimentat l-programm speċifiku.

Dan il-programm speċifiku jkopri ż-żewġ prijoritajiet tematiċi li ġejjin:

· Ir-riċerka fil-qasam ta’ l-enerġija mill-fużjoni: biex tiġi żviluppata l-bażi ta' l-għarfien speċjalizzat għall-ITER u għat-twettiq tiegħu bħala l-pass ewlieni lejn il-ħolqien ta' reatturi ta' prototip għall-impjanti ta' l-enerġija li jkunu sikuri, sostenibbli, li jirrispettaw l-ambjent u ekonomikament vijabbli. Din il-prijorità tematika tinkludi l-oqsma ta' attività li ġejjin:

 It-twettiq ta' l-ITER

 Riċerka u Żvilupp (R&D) bi tħejjija għall-operazzjoni ITER

 L-attivitajiet teknoloġiċi bi tħejjija għal DEMO

 L-attivitajiet ta' Riċerka u Żvilupp għal tul ta' żmien

 Ir-riżorsi umani, l-edukazzjoni u t-taħriġ

 L-infrastruttura

 Ir-reazzjoni għal ħtiġijiet ta' politika emerġenti u li m'humiex previsti.

· Il-fissjoni nukleari u l-ħarsien mir-radjazzjoni: biex jiġu promossi l-użu sikur u l-isfruttament tal-fissjoni nukleari u użi oħra tar-radjazzjoni fl-industrija u fil-mediċina. Din il-prijorità tematika tinkludi l-oqsma ta' attività li ġejjin:

 L-immaniġġjar ta' skart radjuattiv

 Is-sistemi tar-reatturi

 Il-ħarsien mir-radjazzjoni

 L-appoġġ u l-aċċess għall-infrastrutturi ta' riċerka

 Ir-riżorsi umani u t-taħriġ inkluża l-mobilità.

Hemm, barra minn hekk, novitajiet importanti f’dan il-Programm Speċifiku li jeħtieġu konsiderazzjoni speċifika għall-implimentazzjoni:

 Approċċ msaħħaħ għall-koordinament ta’ programmi ta’ riċerka nazzjonali fil-qasam tal-fissjoni nukleari u l-ħarsien mir-radjazzjoni.

 L-implimentazzjoni konġunta ta’ l-ITER f’qafas internazzjonali, it-twaqqif ta’ Intrapriża Konġunta Euratom għall-ITER, u iżjed tisħiħ tal-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet Ewropej ta’ riċerka integrati fil-qasam ta’ l-enerġija mill-fużjoni.

 Approċċ aktar immirat lejn il-koperazzjoni internazzjonali fi ħdan kull tema hija prevista ma' l-identifikazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ koperazzjoni speċifiċi fil-programmi ta' ħidma skond l-approċċ strateġiku għal koperazzjoni internazzjonali.

 Kull tema se tkun megħjuna minn komponent li se jippermetti reazzjoni flessibbli għall-ħtiġijiet li jinħolqu u għall-ħtiġijiet imprevisti ta’ natura politika u l-implimentazzjoni se tinbena fuq l-esperjenza miksuba mill-Programmi ta’ Sostenn Xjentifiku lill-oqsma tal-Politika u Skemi tax-Xjenza u tat-Teknoloġija Ġodda u Emerġenti introdotti fis-Sitt Programm ta’ Qafas, kif ukoll l-Iskema għat-Teknoloġija Ġdida u Emerġenti fis-settur tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT).

Matul iż-żmien li fih dan il-programm speċifiku se jkun fis-seħħ, u l-estensjoni tiegħu prevista sa l-2013, jistgħu jinbtu l-opportunitajiet għall-ħolqien ta’ intrapriżi konġunti, pereżempju fil-qasam ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart radjuattiv(1). Is-servizzi tal-Kummissjoni se jressqu proposti lill-Kunsill għall-ħolqien ta’ dawn l-intrapriżi fi żmien xieraq.

Iċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta (JRC) għandu jimplimenta l-missjoni tiegħu billi jqis l-evoluzzjoni interna fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni, kif ukoll il-kuntest Ewropew u dinji fil-qasam nukleari.

Għal dan il-għan, għandu jipprova jintlaħaq sistematikament it-tisħiħ tar-relazzjonijiet tal-JRC ma' l-organizzazzjonijiet ta' riċerka ta' l-Istati Membri.

B'rabta ma' l-agenda ta' Liżbona u fuq talba tal-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati tal-JRC, il-JRC għandha tagħmel sforz sinifikanti fit-taħrig u fl-immaniġġjar ta' l-għarfien. Il-JRC għandu jsegwi l-attivitajiet Riċerka u Żvilupp tiegħu f'oqsma marbuta ma' l-immaniġġjar ta' l-iskart u l-impatt fuq l-ambjent.

Fis-sigurtà nukleari, il-bidliet l-aktar importanti huma risposta għall-iżviluppi tal-politika Komunitarja, għall-ħtiġijiet ġodda espressi mis-servizzi tal-Kummissjoni u għall-involviment tal-Komunità f'inizzjattivi internazzjonali. Il-JRC ilha involuta fis-sigurtà nukleari għal 30 sena.

2. Rakkomandazzjonijiet mir-rapporteur għal opinjoni

Għal raġunijiet ta’ koerenza, ir-rapporteur għal opinjoni tipproponi l-istess grupp ta’ emendi għas-seba’ programmi speċifiċi ta’ riċerka kollha.

Emenda standard tirreferi għall-qafas finanzjarju plurijennali u l-ħtieġa li jkun irrispettat il-limitu massimu ta’ l-intestatura 1a.

L-emendi proposti msemmija hawn taħt jinkludu l-idea ta’ mmaniġġjar finanzjarju sod u l-implimentazzjoni effiċjenti ta’ l-azzjonijiet iffinanzjati skond il-programm speċifiku.

Sabiex jitjieb il-monitoraġġ finanzjarju ta’ attivitajiet ta' riċerka ffinanzjati mill-Komunità, ir-rapporteur għal opinjoni tqis li l-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità baġitarja dwar l-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi fuq bażi regolari u tipprovdi l-informazzjoni minn qabel kull meta jkollha l-ħsieb li titbiegħed mill-analiżi statistika ta’ l-infiq iddikjarata fil-baġit ġenerali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda 1

Paragrafu 1 a (ġdid)

1a.      Jikkunsidra li l-ammont indikattiv ta' referenza finanzjarja indikat fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali ġdid (MFF) u jirrimarka li l-ammont annwali jkun deċiż fil-proċedura baġitarja annwali bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' punt 38 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006;

Ġustifikazzjoni

Proposta għal deċiżjoni

Test propost mill-Kummissjoni(2)  Emendi tal-Parlament

Emenda 2

Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati qed isiru b'mod effettiv u skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda 3

Artikolu 3, paragrafu 1 b (ġdid)

 

In-nefqa amministrattiva totali tal-programm, inkluża n-nefqa interna u ta' l-immaniġġjar għall-Aġenzija Eżekuttiva, għandha tkun proporzjonali għall-funzjonijiet stipulati fil-programm ikkonċernat u hija suġġetta għad-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlattivi.

Ġustifikazzjoni

L-approprjazzjonijiet allokati lill-Aġenzija Eżekuttiva għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta' kondotta dwar l-istabbiliment ta' Aġenzija eżekuttiva u r-Regolament tal-Kunsill Nru58/2003 li jistipulaw l-istatut għal aġenziji eżekuttivi li se jkollhom funzjonijiet speċifiċi fl-immaniġġjar ta' programmi tal-Komunità. Dan se jiżgura li jkun hemm finanzjament xieraq għall-azzjonijiet tal-programm.

Emenda 4

Artikolu 3, paragrafu 1 c (ġdid)

 

Approprjazzjonijiet tal-baġit għandhom jintużaw skond il-prinċipju ta' l-immaniġġjar finanzjarju sod, jiġifieri skond il-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità.

Emenda 5

Artikolu 5a (ġdid)

 

Artikolu 5a

 

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni minn qabel lill-awtorità baġitarja kull meta jkollha l-ħsieb li titbiegħed mill-analiżi statistika ta' l-infiq iddikjarata fir-rimarki u fl-anness tal-baġit annwali.

Ġustifikazzjoni

Din il-proċedura kienet introdotta bħala riżultat ta' ftehima bejn il-Kumitat għall-Baġit u l-Kummissjoni f'Ottubru 1999. Ir-rapporteur għal opinjoni tqis li l-proċedura għandha tinżamm biex ittejjeb is-segwitu ta' l-użu ta' fondi fil-programmi speċifiċi ta' l-FP7.

Emenda 6

Artikolu 7, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun fih evalwazzjoni ta' kemm huwa sod l-immaniġġjar finanzjarju. Għandu jkun fih evalwazzjoni ta' l-effiċjenza u r-regolarità ta' l-immaniġġjar baġitarju u ekonomiku tal-programm.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2011) tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' taħriġ u riċerka nukleari

Referenzi

(COM(2005)0444 – C6-0385/2005 – 2005/0189(CNS)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
17.11.2005

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Marilisa Xenogiannakopoulou
20.9.2004

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

22.6.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.6.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Bösch, Simon Busuttil, Bárbara Dührkop Dührkop, Markus Ferber, Ingeborg Gräßle, Nathalie Griesbeck, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Antonis Samaras, Esko Seppänen, Nina Škottová, Helga Trüpel, Yannick Vaugrenard, Ralf Walter

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali)

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

(1)

Ara l-Memorandum ta' Spjegazzjoni tal-proposta riveduta tal-Kummissjoni għall-"Pakkett Nukleari", COM(2004)0526, 8.9.2004.

(2)

ĠU C 49, 28.2.2006, p. 37.


PROĊEDURA

Titolu

Proposal for a Council decision concerning the Specific Programme to be carried out by means of direct actions by the Joint Research Centre implementing the 7th Framework Programme (2007-2011) of the European Atomic Energy Community (Euratom) for nuclear research and training activities

Referenzi

(COM(2005)0444 – C6-0385/2005 – 2005/0189(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

14.11.2005

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE
17.11.2005

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
17.11.2005

EMPL
17.11.2005

ENVI
17.11.2005

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

EMPL
5.10.2005

ENVI

29.11.2005

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Daniel Caspary
5.10.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni  Data tad-deċiżjoni

 

Bażi legali kkontestata
  Data ta' l-opinjoni tal-JURI

 

 

 

Dotazzjoni finanzjarja emendata
  Data ta' l-opinjoni tal-BUDG

 

 

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Konsulatazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Eżami fil-kumitat

31.1.2006

21.2.2006

3.5.2006

30.5.2006

 

Data ta' l-adozzjoni

10.10.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Šarūnas Birutis, Joan Calabuig Rull, Pilar del Castillo Vera, Giles Chichester, Adam Gierek, Fiona Hall, David Hammerstein Mintz, Rebecca Harms, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Anne Laperrouze, Pia Elda Locatelli, Nils Lundgren, Eugenijus Maldeikis, Eluned Morgan, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras Roca, Dominique Vlasto

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vittorio Prodi, Esko Seppänen

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali)

Rosa Miguélez Ramos

Data tat-tressiq

13.10.2006

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

Aġġornata l-aħħar: 31 t'Ottubru 2006Avviż legali