Proċedura : 2005/0185(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0379/2006

Testi mressqa :

A6-0379/2006

Dibattiti :

PV 29/11/2006 - 18
CRE 29/11/2006 - 18

Votazzjonijiet :

PV 30/11/2006 - 8.18
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0521

RAPPORT     *
PDF 1116kDOC 1273k
26 t'Ottubru 2006
PE 368.072v01-00 A6-0379/2006

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku "Koperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni

(COM(2005)0440 – C6-0381/2005 – 2005/0185(CNS))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Teresa Riera Madurell

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 PROĊEDURA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku "Koperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni

(COM(2005)0440 – C6-0381/2005 – 2005/0185(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0440)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 166 tat-Trattat KE, li bis-saħħa tiegħu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0381/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0379/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jaħseb li l-ammont indikattiv ta' referenza finanzjarja indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali ġdid (MFF) u jirrimarka li l-ammont annwali jkun deċiż fil-proċedura baġitarja annwali bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' punt 38 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibdel il-proposta kif xieraq, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurma lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsulta mal-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi mill-Parlament

Amendment 1

Premessa 4

(4) Il-Programm ta' Qafas għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet kommunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ Liżbona, b’mod partikolari flimkien ma’ dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol u l-ambjent.

(4) Dan il-Programm Speċifiku għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet kommunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ Liżbona. Azzjonijiet taħt il-programm għandhom għalhekk ikunu kemm jista' jkun effettivi billi jissaħħu l-kumplimentarjetà u s-sinerġija ma' programmi u azzjonijiet Komunitarji oħrajn, b’mod partikulari ma’ dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, it-trasport, l-ambjent u s-soċjetà ta' l-informatika.

Ġustifikazzjoni

L-attivitajiet iffinanzjati taħt il-programm speċifiku għandhom ikunu marbutin mill-qrib ma' dawk li jsiru taħt programmi u azzjonijiet oħrajn, sabiex ikun żgurat li jikkumplimentaw lil xulxin u li l-politiki varji ta' l-UE relatati ma' dan il-qasam ikunu kkoordinati.

Għandu jsir sforz biex jinkisbu sinerġiji ma' l-azzjonijiet tas-soċjetà ta' l-informatika.

Emenda 2

Premessa 4a (ġdida)

 

(4a) Taħt il-Programm Speċifiku "Koperazzjoni", għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għall-multidixxiplinarità u l-interdixxiplinarità, skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp Konsultattiv ta' Riċerka ta' l-Unjoni Ewropea (EURAB 04.009 ta' April 2004) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Marzu 2005 dwar ix-xjenza u t-teknoloġija - Linji Gwida għal politika futura ta' l-Unjoni Ewropea għall-appoġġ tar-riċerka1.

 

 

­­­­­­­­­­­­­­­­­­________________________

ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 259.

Ġustifikazzjoni

Il-programm speċifiku ma jistax jinjora xi ħaġa li hija ta' importanza ċentrali fost gruppi fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija, u miżuri speċjali għandhom għalhekk jittieħdu sabiex ikun żgurat aktar multidixxiplinarità u interdixxiplinarità fi programmi u proġetti.

Emenda 3

Premessa 4 b (ġdida)

 

(4b) Dan il-Programm Speċifiku għandu jiffoka b'mod partikulari fuq it-trasferiment ta' l-għarfien, ta' riżultati u ta' teknoloġiji mis-settur tar-riċerka pubblika għal negozji, b'mod partikulari SMEs, u fuq mekkaniżmi li jiżguraw li l-ħtiġijiet kummerċjali jitressqu lill-gruppi ta' riċerka b'mod effettiv u kkoordinat.

Ġustifikazzjoni

Wieħed mill-objettivi tal-programm speċifiku huwa li l-ekonomija Ewropea ssir aktar kompetittiva. Huwa għalhekk importanti li r-riżultati tar-riċerka promossa taħt il-programm u mwettqa minn korpi pubbliċi jiġu użati mill-qasam tan-negozju biex jitjiebu prodotti, proċessi, eċċetera. Mekkaniżmi u inċentivi ġodda jeħtieġu jiġu introdotti u dawk li diġà jeżistu jkunu mtejba sabiex ikun żgurat li l-għarfien, il-kapaċità u t-teknoloġiji ttrasferiti jkunu magħrufa u jistgħu jiġu assimilati u użati minn negożji, b'mod partikulari SMEs.

Emenda 4

Premessa 5

(5) L-attivitajiet relatati ma’ l-innovazzjoni u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME) appoġġati taħt dan il-Programm ta' Qafas għandhom ikunu komplementari għal dawk imwettqa taħt il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni.

(5) Il-Programm Speċifiku “Koperazzjoni” għandu jiffoka b'mod partikulari fuq l-iżgurar ta' parteċipazzjoni xierqa mill-SMEs fl-azzjonijiet u proġetti kollha tal-programm. Għandu jkun hemm sinerġija u kumplementarità massima bejn l-attivitajiet relatati ma' l-innovazzjoni u l-SMEs appoġġati taħt dan il-Programm Speċifiku u dawk imwettqa taħt il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u programmi u azzjonijiet Komunitarji oħrajn.

Ġustifikazzjoni

L-SMEs huma l-bażi ta' l-industrija Ewropea, iżda d-diffikultajiet li jesperjenzaw negozji bħal dawn meta jwettqu attivitajiet ta' innovazzjoni u, b'mod partikulari, xogħol ta' riċerka u żvilupp, huma magħrufa sew. Għaldaqstant għandhom jittieħdu miżuri aktar prattiċi u ffokati sabiex l-SMEs jiġu inkoraġġuti jipparteċipaw fil-programmi.

Emenda 5

Premessa 5a (ġdida)

 

(5a) Il-Programm Speċifiku “Koperazzjoni” għandu jqis kif jixraq l-irwol importanti tar-reġjuni fl-implimentazzjoni taz-Zona Ewropea ta' Riċerka, kif inhu rrikonoxxut mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha dwar id-dimensjoni reġjonali taz-Zona Ewropea ta' Riċerka (COM(2001)0549).

Ġustifikazzjoni

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2001)0549 tiddikjara li 'riċerka reġjonali u politiki u inizjattivi ta' innovazzjoni jistgħu jipprovdu l-ingredjenti essenzjali għall-ħolqien ta' ekonomiji ta' agglomerazzjoni u ta' aggruppamenti industrijali ta' suċċess'. Meta wieħed iqis li l-messaġġ ewlieni tal-komunikazzjoni kien dak li jirriferi għal politiki Komunitarji rilevanti, li jinkludu r-riċerka, għandhom isiru sforzi biex reġjuni ikunu konnessi ma' xulxin fl-istruttura ta' dik li verament tkun Zona Ewropea ta' Riċerka.

Emenda 6

Premessa 7

(7) Dan il-Programm Speċifiku għandu jikkontribwixxi għall-għotja lill Bank Ewropew għall-Investiment sabiex tiġi kkostitwita “Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tas-Sogru” sabiex jitjieb l-aċċess għas-self mill-BEI.

(7) Dan il-Programm Speċifiku għandu jikkontribwixxi għall-għotja lill Bank Ewropew għall-Investiment sabiex tiġi kkostitwita “Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju” sabiex jitjieb l-aċċess għas-self mill-BEI. Bl-istess mod, il-Programm Speċifiku għandu jipprovdu ammont ugwali ta' appoġġ finanzjarju bil-għan li jiġu koperti r-riskji mill-parteċipazzjoni ta' SMEs fil-proġetti, u b'hekk ma jkunux meħtieġa jipprovdu garanziji tal-bank.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-karatteristiċi u strutturi speċifiċi tagħhom, l-SMEs huma t-tip ta' negozju li l-iktar ikollu bżonn ta' proċeduri aktar sempliċi biex ikollu aċċess għall-finanzjament tal-BEI.

Emenda 7

Premessa 8

(8) Kif previst fl-Artikolu 170 tat-Trattat, il-Komunità kkonkludiet numru ta’ ftehimiet internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u għandhom isiru sforzi sabiex tissaħħaħ il kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka bl-għan li jkun hemm aktar integrazzjoni tal-Komunità fil-komunità internazzjonali tar-riċerka. Għalhekk, dan il-programm Speċifiku huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li kkonkludew il-ftehim meħtieġ għal dan il-għan u huwa wkoll miftuħ fuq livell ta’ proġett, u fuq il-bażi ta’ benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika.

(8) Kif previst fl-Artikolu 170 tat-Trattat, il-Komunità kkonkludiet numru ta’ ftehimiet internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u għandhom isiru sforzi sabiex tissaħħaħ il koperazzjoni internazzjonali fir-riċerka bl-għan li jkun hemm aktar integrazzjoni tal-Komunità fil-komunità internazzjonali tar-riċerka. Għalhekk, dan il-programm Speċifiku huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li kkonkludew il-ftehim meħtieġ għal dan il-għan, għandu wkoll isaħħaħ il-koperazzjoni ma' pajjiżi li ma kkonkludewx ftehimiet simili, u huwa wkoll miftuħ fuq livell ta’ proġett, u fuq il-bażi ta’ benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għal koperazzjoni xjentifika.

Emenda 8

Premessa 9

(9) Attivitajiet ta’ riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom josservaw il-prinċipji ta’ l-etika fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea,

(9) Attivitajiet ta’ riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom josservaw il-prinċipji ta’ l-etika fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea u jikkonfermaw il-valur ċiviku u umanistiku tar-riċerka b'attenzjoni partikulari għad-diversità etika u kulturali.

Ġustifikazzjoni

Aktar minn qatt qabel, ir-riċerka qed tesperjenza t-tensjoni - xi kultant produttiva u xi kultant destruttiva - bejn l-avvanzi impressjonanti tagħha u s-soċjetà u l-istruttura ekonomika, politika u kulturali tagħha. Għandna nieħdu l-ħin biex nikkunsidraw il-kwistjonijiet li jitqajmu mill-etika u mill-ħafna aspetti kulturali differenti fid-dinja tar-riċerka.

Emenda 9

Premessa 9a (ġdida)

 

(9a) Dan il-Programm Speċifiku għandu jqis l-irwol importanti ta' l-universitajiet fl-iżgurar ta' prestazzjoni li hija verament eċċellent fir-riċerka xjentifika u teknoloġika, fl-istabbiliment taz-Zona Ewropea tar-Riċerka, kif kien irrikonoxxut fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-irwol ta' l-universitajiet fl-Erwopa ta' l-għarfien (COM(2003)0058) u fil-kontribuzzjoni lejn l-iżvilupp ta' soċjetà msejsa fuq l-għarfien.

Emenda 10

Premessa 10

(10) Il-Programm ta' Qafas għandu jagħti kontribut lejn il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli.

(10) Il-Programm Speċifiku “Koperazzjoni” u s-Seba' Programm ta' Qafas għandhom jagħtu, bħala ħaġa waħda, kontribut lejn il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex biex testendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-premessa, sabiex tiżgura li l-aspetti kollha koperti kemm fil-programm speċifiku u fis-seba' programm ta' qafas jitqiesu fid-dawl ta' l-objettiv ta' l-iżvilupp sostenibbli, kif stipulat fl-Istrateġija ta' Liżbona.

Emenda 11

Premessa 10a (ġdida)

 

(10a) Il-Programm Speċifiku “Koperazzjoni” għandu jikkontribwixxi għat-tkattir ta' l-għarfien xjentifiku u teknoloġiku, bl-għan li x-xjenza u t-teknoloġija jkunu eqreb lejn is-soċjetà.

Ġustifikazzjoni

Ix-xjenza u t-teknoloġija jagħmlu parti importanti mill-kultura tas-Seklu 21, u għalhekk l-attivitajiet li jaqgħu taħt il-programm għandhom jgħinu jqajmu l-kuxjenza tas-soċjetà dwar ix-xjenza.

Emenda 12

Premessa 11

(11) Huwa importanti li jkun żgurat li jkun hemm tmexxija finanzjarja soda tal- Programm ta' Qafas u li jiġi implimentat bl-aktar mod effettiv u faċli kemm hu possibbli għal min jagħmel użu minnu, kif ukoll b’aċċess faċli għall-parteċipanti kollha f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunità Ewropea, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kwalunkwe emenda fil-ġejjieni.

(11) Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tiżgura tmexxija finanzjarja soda tal- Programm ta' Qafas u l-Programm Speċifiku “Koperazzjoni" u li t-tnejn li huma jiġu implimentati bl-aktar mod sempliċi u effettiv possibbli, kif ukoll it-trasparenza, iċ-ċarezza u b’aċċess faċli għall-parteċipanti kollha f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunità Ewropea, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kwalunkwe emenda fil-ġejjieni.

Ġustifikazzjoni

Dan il-prinċipju jirrikjedi kjarifikazzjoni fil-premessi.

Emenda 13

Artikolu 2

Il-Programm Speċifiku għandu jaġħti appoġġ lill-attivitajiet ta’ “Kooperazzjoni” li jappoġġaw il-firxa sħiħa ta’ azzjonijiet ta’ riċerka mwettqa b’kooperazzjoni transnazzjonali fl-oqsma tematiċi li ġejjin:

Il-Programm Speċifiku għandu jaġħti appoġġ lill-attivitajiet ta’ “Kooperazzjoni” li jappoġġaw il-firxa sħiħa ta’ azzjonijiet ta’ riċerka mwettqa b’kooperazzjoni transnazzjonali fl-oqsma tematiċi li ġejjin:

(a) Is-Saħħa;

(a) Is-Saħħa;

(b) L-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija;

(b) L-Ikel, Is-Sajd, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija;

(c) It-Teknoloġija tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni;

(c) L-Informatika u t-teknoloġija tal-Komunikazzjoni;

(d) In-Nanoxjenza, in-Nanoteknoloġija, il-Materjali u Teknoloġiji tal-Produzzjoni ġodda;

(d) (d) In-Nanoxjenza, in-Nanoteknoloġija, il-Materjali u Teknoloġiji tal-Produzzjoni ġodda;

(e) L-Enerġija;

(e) L-Enerġija;

(f) L-Ambjent (inkluża l-bidla fil-Klima);

(f) L-Ambjent (inkluża l-bidla fil-Klima);

(g) It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika);

(g) It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika);

(h) Ix-Xjenxa Soċjo-ekonomika u l-Istudji Umanistiċi;

(h) (h)  Ix-Xjenxa Soċjo-ekonomika u l-Istudji Umanistiċi;

(i) Is-Sigurtà u l-Ispazju.

(i) Is-Sigurtà;

(ia) L-Ispazju.

Emenda 14

Article 3 a, paragraph 1 (new)

 

1. Il-Kummissjoni għandha tieħu kull pass neċessarju biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b’mod effettiv u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

 

Emenda 15

Article 3 a, paragraph 2 (new)

 

2. In-nefqa amministrattiva totali tal-programm, inkluża n-nefqa interna u ta' l-immaniġġjar għall-aġenzija eżekuttiva li hemm proposta li se titwaqqaf, għandha tkun proporzjonali għall-attivitajiet li se jsiru skond il-programm u hija suġġetta għad-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlattivi.

Ġustifikazzjoni

L-approprjazzjonijiet allokati lill-Aġenzija Eżekuttiva għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta' kondotta dwar l-istabbiliment ta' Aġenzija eżekuttiva u r-Regolament tal-Kunsill Nru58/2003 li jistipulaw l-istatut għal aġenziji eżekuttivi li se jkollhom funzjonijiet speċifiċi fl-immaniġġjar ta' programmi tal-Komunità. Dan se jiżgura li jkun hemm finanzjament xieraq għall-azzjonijiet tal-programm.

Emenda 16

Article 3 a, paragraph 3 (new)

 

3. Approprjazzjonijiet tal-baġit għandhom jintużaw skond il-prinċipju ta' l-immaniġġjar finanzjarju sod, jiġifieri skond il-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità.

Emenda 17

Artikolu 4, paragrafu 1

1. L-attivitajiet kollha ta’ riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu skond il-prinċipji etiċi fundamentali.

1. L-attivitajiet kollha ta’ riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu skond il-prinċipji etiċi fundamentali u li jitqiesu s-salvagwardji xjentifiċi meħtieġa skond il-qasam ta' għarfien u t-tip ta' riċerka kkonċernata.

Emenda 18

Artikolu 5a (ġdid)

 

Artikolu 5a

 

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni minn qabel lill-awtorità baġitarja kull meta jkollha l-ħsieb li titbiegħed mill-analiżi statistika ta' l-infiq iddikjarata fir-rimarki u l-anness tal-baġit annwali.

Ġustifikazzjoni

Din il-proċedura kienet introdotta bħala riżultat ta' ftehima bejn il-Kumitat għall-Baġit u l-Kummissjoni f'Ottubru 1999. Ir-rapporteur għal opinjoni kienet tal-fehma li l-proċedura għandha tinżamm sabiex jitjieb il-proċess ta' segwitu ta' l-użu tal-fondi fil-programmi speċifiċi ta' l-FP7.

Emenda 19

Artikolu 6, paragrafu 3

3. Il-programm ta’ ħidma għandu jispeċifika l-kriterji li fuqhom ikunu valutati l-proposti għal azzjonijiet indiretti taħt l-iskemi ta’ finanzjament u jkunu magħżula l-proġetti. Il-kriterji għandhom ikunu dawk ta’ l-eċċellenza, l-impatt u l-implimentazzjoni u, fi ħdan dan il-qafas, ħtiġijiet, enfasi u limiti addizzjonali jistgħu ikunu speċifikati jew komplimentati aktar fil-programm ta’ ħidma.

3. Il-programm ta’ ħidma għandu jispeċifika l-kriterji li fuqhom ikunu valutati l-proposti għal azzjonijiet indiretti taħt l-iskemi ta’ finanzjament u jkunu magħżula l-proġetti, waqt li jirrikonoxxi l-kompatibilità tal-parteċipazzjoni simultanja ta' riċerkaturi u gruppi fi programmi nazzjonali u Ewropej. Il-kriterji għandhom ikunu dawk ta’ l-eċċellenza, l-impatt u l-implimentazzjoni u, fi ħdan dan il-qafas, ħtiġijiet, enfasi u limiti addizzjonali jistgħu ikunu speċifikati jew komplimentati aktar fil-programm ta’ ħidma.

Ġustifikazzjoni

Il-gruppi ta’ riċerka għandhom ikunu jistgħu japplikaw għal proġetti f’livell nazzjonali u internazzjonali simultanjament mingħajr ma jiġu esklużi għal dik ir-raġuni, peress illi din fil verità tkun qiegħda ttejjeb iz-Zona Ewropea ta' Riċerka.

Emenda 20

Artikolu 7, paragrafu 2

2. Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 8(2) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-miżuri li ġejjin:

 

2. Il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 8(3) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-miżuri li ġejjin:

Emenda 21

Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna minn kumitat.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, il-proċedura ta’ tmexxija stipulata fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tapplika, skond l-Artikolu 7(3) tagħha.

2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat regolarment bil-progress ġenerali ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdih b’tagħrif dwar l-azzjonijiet RŻT kollha ffinanzjati taħt dan il-programm.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1)-(4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li ssir konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

4. Il-perjodu previst skond l-Artikoli 4(3) u 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun xahrejn.

 

5. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Kumitat dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdilu l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet ta’ riċerka, taħriġ u żvilupp (RTD) iffinanzjati taħt dan il-programm.

 

Emenda 22

Anness I, Introduzzjoni, paragrafu 2

L-għan kumplessiv huwa li jingħata kontribut għall-iżvilupp sostenibbli fil-kuntest tal-promozzjoni tar-riċerka fl-ogħla livell ta’ eċċellenza.

L-għan ewlieni tar-riċerka għandu jkun li jiżdied l-għarfien. L-għan kumplessiv huwa li jingħata kontribut għal żieda fl-għarfien u anke għall-iżvilupp sostenibbli fil-kuntest tal-promozzjoni tar-riċerka fl-ogħla livell ta eċċellenza. Ir-riċerka hija strument fundamentali għall-inkoraġġiment ta' l-inklużjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva u l-parteċipazzjoni, it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività, is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja.

Ġustifikazzjoni

Ir-riċerka u x-xjenza qed isiru dejjem iktar marbutin mal-kompetittività, l-ekonomija u kontribuzzjonijiet, u l-benefiċċji għall-industrija. Ir-riċerka xjentifika għandha titqies l-ewwel nett bħala attività biex jiżdied l-għarfien.

Emenda 23

Anness I, Introduzzjoni, paragrafu 2 a (ġdid)

 

Fil-każ ta' sħubiji bejn università u l-industrija, il-Kummissjoni se timpenja ruħha biex tkattar ir-riżultati ta' riċerka bażika u applikata, meta jkunu ta' interess pubbliku u favur il-beni komuni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu ssoddisfati l-impenji ta' l-Aġenda ta' Liżbona, il-prijorità għar-riċerka Ewropea għandha tkun li jitkattar u jiġi demokratizzat l-għarfien. F'proġetti ffinanzjati taħt is-Seba' Programm ta' Qafas li jinvolvu koperazzjoni bejn l-industrija u l-universitajiet, għandu jkun hemm garanzija kemm li r-riċerka ssir fuq temi li ma jkollhomx rabta diretta ma' l-industrija kif ukoll li r-riżultati tar-riċerka jkunu aċċessibbli u jistgħu jintużaw mill-pubbliku ġenerali, b'mod speċjali meta dawn ir-riżultati jagħtu kontribut għat-titjib u l-iżvilupp tas-soċjetà.

Emenda 24

Anness I, Introduzzjoni, paragrafu 3, punt (9) u (9 a) (ġdid)

(9) Is-Sigurtà u l-Ispazju.

(9) Is-Sigurtà;

 

(9a) L-Ispazju.

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-interkonnessjonijiet bejn l-ispazju u s-sigurtà, dawn iż-żewġ temi għandhom ikunu trattati bħal żewġ prijoritajiet separati u definiti fid-dettal.

Emenda 25

Anness I, Introduzzjoni, paragrafu 5

Il-prinċipju ta’ l-iżvilupp sostenibbli u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa se jitqies kif jixraq. Barra minn hekk, kunsiderazzjonijiet dwar l-aspetti etiċi, soċjali, legali u kulturali aktar wesgħin tar-riċerka li se ssir u l-applikazzjonijiet potenzjali tagħha, kif ukoll l-impatti soċjo-ekonomiċi ta’ l-iżvilupp u l-previżjoni xjentifiċi u teknoloġiċi, fejn ikun rilevanti, jiffurmaw parti mill-attivitajiet taħt dan il-Programm Speċifiku.

Il-prinċipju ta' l-eċċellenza xjentifika u teknoloġika għandu jservi ta' pedament ta' l-FP7 kollu. Barra minn hekk, kunsiderazzjonijiet dwar l-aspetti etiċi, soċjali, legali u kulturali aktar wesgħin tar-riċerka li se ssir u l-applikazzjonijiet potenzjali tagħha, kif ukoll l-impatti soċjo-ekonomiċi ta’ l-iżvilupp u l-previżjoni xjentifiċi u teknoloġiċi, fejn ikun rilevanti, jiffurmaw parti mill-attivitajiet taħt dan il-Programm Speċifiku

Emenda 26

Anness I, paragrafu 5 a (ġdid)

 

Se tingħata attenzjoni speċjali għat-tisħiħ tal-koeżjoni bejn l-Istati Membri ta' l-UE u r-reġjuni fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija, b'referenza partikulari għal miżuri biex inaqqsu l-firda teknoloġika bejn oqsma varji billi jissaħħu b'mod selettiv il-kapaċitajiet teknoloġiċi ta' l-impenji fuq il-livelli kollha. Għal dan l-għan, attivitajiet tal-Programm ta' Qafas għandhom ikunu kkoordinati mal-linji ta' azzjoni ta' politiki oħrajn tal-Kummissjoni, b'mod partikulari il-politika reġjonali u l-politika dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Politiki li jiżguraw koeżjoni bejn zoni ġeografiċi, li huma ta' importanza fundamentali għall-UE, għandhom jinfluwenzaw il-politiki Ewropej kollha l-oħra. Id-differenzi fil-livelli ta' teknoloġija - il-qasma teknoloġika - bejn l-Istati Membri ta' l-UE u r-reġjuni ġeneralment huma ikbar milli differenzi ekonomiċi, jew differenzi fil-kwalità tal-ħajja. Huwa essenzjali għall-programm Koperazzjoni li jgħin inaqqas id-differenzi fil-kapaċitajiet teknoloġiċi ta' intrapriżi fl-Istati Membri u reġjuni ta' l-UE u li tittieħed azzjoni konġunta taħt il-programm u fil-politika reġjonali għal dan il-għan.

Emenda 27

Anness I, titolu 'Riċerka pluridixxiplinari u riċerka li tkopri aktar minn tema waħda, inklużi sejħiet konġunti', paragrafu 1

Tingħata attenzjoni partikolari għall-oqsma xjentifiċi ta’ prijorità li jinvolvu diversi temi, bħax-xjenzi u t-teknoloġiji marittimi. Il-pluridixxiplinarjetà se tkun imħeġġa permezz ta’ strateġiji għar-riċerka li jinvolvu aktar minn tema waħda u suġġetti teknoloġiċi li huma rilevanti għal aktar minn tema waħda. Strateġiji bħal dawn li jinvolvu aktar minn tema waħda se jiġu implimentati, fost l-oħrajn, permezz ta’:

Tingħata attenzjoni partikulari għall-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta' prijorità li jinvolvu diversi temi, bħax-xjenzi tal-baħar, teknoloġiji relatati mat-turiżmu, l-inġinerija u l-kimika ħadra, u s-saħħa ambjentali. Il-pluridixxiplinarjetà, inkluż riċerka li għandha orjentazzjoni lejn missjoni, se tkun imħeġġa permezz ta’ strateġiji għar-riċerka li jinvolvu aktar minn tema waħda u suġġetti teknoloġiċi li huma rilevanti għal aktar minn tema waħda. Strateġiji bħal dawn li jinvolvu aktar minn tema waħda se jiġu implimentati, fost l-oħrajn, permezz ta’:

L-użu ta’ sejħiet konġunti bejn it-temi fejn suġġett ta’ riċerka jidher ċar li huwa rilevanti għall-attivitajiet taħt kull waħda mit-temi rispettivi;

– L-użu ta’ sejħiet konġunti bejn it-temi fejn suġġett ta’ riċerka jidher ċar li huwa rilevanti għall-attivitajiet taħt kull waħda mit-temi rispettivi;

- L-enfasi speċjali fi ħdan l-attività “ħtiġijiet emerġenti” għar-riċerka li tkopri aktar minn dixxiplina wahda;

L-enfasi speċjali fi ħdan l-attività “ħtiġijiet emerġenti” għar-riċerka li tkopri aktar minn dixxiplina wahda;

– L-użu ta’ pariri esterni minn firxa wiesgħa ta’ dixxiplini u sfondi fl-istabbiliment tal-programm ta’ ħidma;

– L-użu ta’ pariri minn riċerkaturi li huma ta' prestiġju rikonoxxut minn firxa wiesgħa ta’ dixxiplini u sfondi fl-istabbiliment tal-programm ta’ ħidma;

- Għal riċerka rilevanti għall-politika, billi tiġi żgurata l-koerenza mal-politika ta’ l-UE.

- Għal riċerka rilevanti għall-politika, billi tiġi żgurata l-koerenza mal-politika ta’ l-UE.

Emenda 28

Anness I, titolu 'Riċerka pluridixxiplinari u riċerka li tkopri aktar minn tema waħda, inklużi sejħiet konġunti',

it-tieni paragrafu

Il-koordinazzjoni bejn it-temi f’dan il-Programm Speċifiku u l-azzjonijiet taħt programmi speċifiċi oħra tas-Seba’ Programm ta' Qafas, bħal dawk dwar l-infrastruttura tar-riċerka fil-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”, se jiġu żgurati mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-koordinazzjoni bejn it-temi f’dan il-Programm Speċifiku u l-azzjonijiet taħt programmi speċifiċi oħra tas-Seba’ Programm ta' Qafas, bħal dawk dwar l-infrastruttura tar-riċerka fil-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”, se jiġu żgurati mill-Kummissjoni Ewropea. Il-programm ta' ħidma se jispeċifika l-attivitajiet li għandhom ikunu suġġett għal koordinazzjoni speċjali ma' dawk li jaqgħu taħt programmi speċifiċi u għandu jistabbilixxi l-mekkaniżmi meħtieġa sabiex koordinazzjoni bħal din tkun effettiva.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-koordinazzjoni ta' attivitajiet tal-Programm Speċifiku ma' attivitajiet li jaqgħu taħt il-programmi speċifiċi l-oħrajn li għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni, it-tixrid u l-użu tagħhom.

Emenda 29

Anness I, titolu ‘Adattament għall-ħtiġijiet u l-opportunitajiet li qed jevolvu’, paragrafu 1

Sabiex it-temi jibqgħu rilevanti fil-qasam industrijali, se jkun hemm dipendenza, fost sorsi oħra, fuq ix-xogħol tad-diversi “Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej”. Dan il-Programm Speċifiku, b’hekk, ikompli jagħti kontribut għall-implimentazzjoni ta’ l-Aġendi Strateġiċi għar-Riċerka stabbiliti u żviluppati mill-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej fejn dawn jirrappreżentaw valur miżjud ġenwin Ewropew. Il-ħtiġijiet wesgħin tar-riċerka identifikati fl-Aġendi Strateġiċi għar-Riċerka disponibbli huma diġà riflessi sew fid-disa’ temi identifikati hawn taħt. L-inkorporazzjoni aktar dettaljata tal-kontenut tekniku tagħhom ikun riflessi sussegwentament waqt il-formulazzjoni ta’ programm ta’ ħidma għall-sejħiet speċifiċi għall-proposti.

Sabiex it-temi, u l-parteċipazjoni kontinwa ta' l-industrija fihom, jibqgħu rilevanti fil-qasam industrijali, se jkun hemm dipendenza, fost sorsi oħra, fuq ix-xogħol tad-diversi “Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej”. Dan il-Programm Speċifiku, flimkien mal-kontribuzzjonijiet mill-industrija, b’hekk, ikomplu jagħtu kontribut għall-implimentazzjoni ta’ l-Aġendi Strateġiċi għar-Riċerka stabbiliti u żviluppati mill-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej fejn dawn jirrappreżentaw valur miżjud ġenwin Ewropew. Il-ħtiġijiet wesgħin tar-riċerka identifikati fl-Aġendi Strateġiċi għar-Riċerka disponibbli huma diġà riflessi sew fid-disa’ temi identifikati hawn taħt. L-inkorporazzjoni aktar dettaljata tal-kontenut tekniku tagħhom ikun riflessi sussegwentament waqt il-formulazzjoni ta’ programm ta’ ħidma għall-sejħiet speċifiċi għall-proposti.

Ġustifikazzjoni

Il-valur tal-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej jinstab fl-opportunità li jingħaqdu l-isforzi.

Emenda 30

Anness I, titolu ‘Adattament għall-ħtiġijiet u l-opportunitajiet li qed jevolvu’, paragrafu 2

Ikun żgurat ukoll li t-temi jibqgħu rilevanti mal-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-politika u r-regolamenti ta’ l-UE. Dan jirrigwarda oqsma ta’ politika bħas-saħħa, is-sigurtà, il-ħarsien tal-konsumatur, l-enerġija, l-ambjent, l-għajnuna għall-iżvilupp, is-sajd, l-affarijiet marittimi, l-agrikoltura, is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali, it-trasport, l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-soċjetà tat-tagħrif u l-medja, ix-xogħol, l-affarijiet soċjali, il-koeżjoni, u l-ġustizzja u l-affarijiet interni, flimkien mar-riċerka pre-normattiva u ko-normattiva rilevanti għat-titjib tal-kwalità ta’ l-istandards u l-implimentazzjoni tagħhom. F’dan il-kuntest, il-pjattaformi li jistgħu jiġbru flimkien dawk li għandhom interess mal-komunità tar-riċerka sabiex jikkunsidraw aġendi ta’ riċerka rilevanti għall-oqsma ta’ politika soċjali, ambjentali jew oqsma oħra jistgħu jkollhom rwol.

Ikun żgurat ukoll li t-temi jibqgħu rilevanti mal-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-politika u r-regolamenti ta’ l-UE. Dan jirrigwarda oqsma ta’ politika bħas-saħħa, is-sigurtà, il-ħarsien tal-konsumatur, l-enerġija, l-ambjent, l-għajnuna għall-iżvilupp, is-sajd, l-affarijiet marittimi, l-agrikoltura, is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali, it-trasport, l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-soċjetà tat-tagħrif u l-medja, ix-xogħol, l-affarijiet soċjali, il-koeżjoni, u l-ġustizzja u l-affarijiet interni, flimkien mar-riċerka pre-normattiva u ko-normattiva rilevanti għat-titjib ta' l-interoperabilità u tal-kompetizzjoni u tal-kwalità ta’ l-istandards u l-implimentazzjoni tagħhom. F’dan il-kuntest, il-pjattaformi li jistgħu jiġbru flimkien dawk li għandhom interess mal-komunità tar-riċerka sabiex jikkunsidraw aġendi ta’ riċerka rilevanti għall-oqsma ta’ politika soċjali, ambjentali jew oqsma oħra jistgħu jkollhom rwol.

Ġustifikazzjoni

L-istandards għandhom ikunu interoperabbli sabiex tiżdied l-kompettività.

Emenda 31

Anness I, titolu ‘Adattament għall-ħtiġijiet u l-opportunitajiet li qed jevolvu’, bulit 1, parti introduttorja

Ħtiġijiet emerġenti: permezz ta’ appoġġ speċifiku għal proposti ta’ riċerka mmirati lejn l-identifikazzjoni jew l-esplorazzjoni aktar fil-fond ta’ qasam speċifiku u/jew fl-intersezzjoni ta’ diversi dixxiplini, opportunitajiet xjentifiċi u teknologiċi ġodda, b’mod partikolari marbuta ma’ potenzjal ta’ skoperti sinifikanti. Dan ikun implimentat permezz ta’:

Ħtiġijiet emerġenti: permezz ta’ appoġġ speċifiku għal proposti ta’ riċerka mmirati lejn l-identifikazzjoni jew l-esplorazzjoni aktar fil-fond ta’ qasam speċifiku u/jew fl-intersezzjoni ta’ diversi dixxiplini, opportunitajiet xjentifiċi u teknologiċi ġodda, b’mod partikolari marbuta ma’ potenzjal ta’ skoperti sinifikanti jew applikazzjonijiet diretti. Dan ikun implimentat permezz ta’:

 

Ġustifikazzjoni

Għandna l-ħtieġa li nassiguraw li l-potenzjal għal applikazzjonijiet innovattivi ta’ opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi jiġu sfruttati b’mod dirett, kif appena temerġi mir-riċerka li qiegħda ssir, mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li wieħed jistenna li l-proġett ta' riċerka jiġi konkluż.

Emenda 32

Anness I, titolu ‘Adattament għall-ħtiġijiet u l-opportunitajiet li qed jevolvu’, bulit 1, inċiż 1

Riċerka miftuħa “minn isfel għal fuq” dwar materji identifikati mir-riċerkaturi innifishom sabiex jiżviluppaw opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda (azzjonijiet “Avventura”) jew sabiex jivvalutaw skoperti ġodda jew fenomeni li jkunu għadhom kif ġew osservati li jistgħu jindikaw periklu jew problemi għas-soċjetà (azzjonijiet "Insight");

Riċerka miftuħa “minn isfel għal fuq” dwar materji identifikati mir-riċerkaturi innifishom sabiex jiżviluppaw opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda (azzjonijiet “Avventura”), jew biex jiddentifikaw fi stadju bikri żviluppi u xejriet li juru l-prospett ta' applikazzjonijiet sinifikattivi (“Azzjonijiet ta' previżjoni”) jew sabiex jivvalutaw skoperti ġodda jew fenomeni li jkunu għadhom kif ġew osservati li jistgħu jindikaw periklu jew problemi għas-soċjetà (azzjonijiet “Insight”);

Ġustifikazzjoni

Attivitajiet ta’ riċerka ta’ 'Foresight' qegħdin jiżdiedu fl-applikazzjoni tagħhom għax ir-riċerkaturi qegħdin iħossuhom dejjem iżjed obbligati sabiex jikkonsidraw l-aspetti usa' kif ukoll ir-riskji u l-impatti potenzjali tar-ricerka taghhom. Ħsieb strateġiku minn riċerkaturi f’livell ta’ “minn isfel għal fuq” għandu jitħeġġeġ peress illi antiċipazzjoni minn stadju kmieni ta’ żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u ta’ applikazzjonijiet prospettivi għandhom jagħtu vantaġġ kompetittiv enormi lill-UE.

Emenda 33

Anness I, titolu 'Disseminazzjoni, trasferiment ta’ l-għarfien u impenn usa'', l-ewwel paragrafu, introduzzjoni

Sabiex jissaħħu d-disseminazzjoni u l-użu tal-produzzjoni tar-riċerka ta’ l-UE, id-disseminazzjoni ta’ l-għarfien u t-trasferiment tar-riżultati, inkluż lejn dawk li jifformulaw il-politika, ser ikun appoġġat fl-oqsma tematiċi kollha(2), inklużi permezz tal-finanzjament ta’ inizjattivi ta’ netwerking/senserija, seminars u avvenimenti, assistenza minn esperti esterni u servizzi ta’ tagħrif elettroniku. Dan ikun implimentat f’kull qasam tematiku permezz ta’:

Sabiex jissaħħu d-disseminazzjoni, l-użu u l-impatt tal-produzzjoni tar-riċerka ta’ l-UE, id-disseminazzjoni u t-trasferiment ta’ l-għarfien u l-użu tar-riżultati, inkluż lejn dawk li jifformulaw il-politika, ser ikun appoġġat fl-oqsma tematiċi kollha(3), inklużi permezz tal-finanzjament ta’ inizjattivi ta’ netwerking/senserija, seminars u avvenimenti, assistenza minn esperti esterni u servizzi ta’ tagħrif u ta' konsulenza. Dan ikun implimentat f’kull qasam tematiku permezz ta’:

Ġustifikazzjoni

Bl-għan li jiġi żgurat l-użu tajjeb tar-riċerka, għandha ssir referenza għall-użu tar-riżultati.

Emenda 34

Anness I, titolu 'Disseminazzjoni, trasferiment ta’ l-għarfien u impenn usa'', l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż

- L-offerta ta’ assistenza ffokata lill-proġetti u l-konsorzji sabiex ikunu pprovduti b’aċċess għall-ħiliet meħtieġa sabiex jużaw ir-riżultati bl-aħjar mod;

- L-offerta ta’ assistenza ffokata lill-proġetti u l-konsorzji sabiex ikunu pprovduti b’aċċess għall-ħiliet u r-riżorsi meħtieġa, b'mod partikulari riżorsi finanzjarji, sabiex jużaw ir-riżultati bl-aħjar mod;

Ġustifikazzjoni

Għandhom isiru sforzi biex jitnaqqsu l-ostakoli li jiltaqgħu magħhom riċerkaturi li qed jippruvaw ikollhom aċċess għall-iffinanzjar meħtieġ biex jikkomerċjalizzaw ir-riżultati tagħhom.

Amendment 35

Anness I, intestatura ‘Disseminazzjoni, trasferiment ta’ l-għarfien u impenn usa’’, paragrafu 1, inċiż 3

– L-azzjonijiet speċifiċi ta’ disseminazzjoni li jieħdu strateġija proattiva fir-rigward tad-disseminazzjoni tar-riżultati minn firxa ta’ proġetti, inklużi dawk minn Programmi ta’ Qafas preċedenti u programmi oħra ta’ riċerka, li huma mmirati lejn setturi speċifiċi jew gruppi ta’ dawk li għandhom interess bħala utenti potenzjali;

– L-azzjonijiet speċifiċi ta’ disseminazzjoni li jieħdu strateġija proattiva fir-rigward tad-disseminazzjoni tar-riżultati minn firxa ta’ proġetti, inklużi dawk minn Programmi ta’ Qafas preċedenti u programmi oħra ta’ riċerka, li huma mmirati lejn setturi speċifiċi jew gruppi ta’ dawk li għandhom interess, b'enfasi speċjali fuq utenti potenzjali u għalliema f'livelli qabel l-università;

Ġustifikazzjoni

Hija idea tajba biex tqabbel ir-riżultati xjentifiċi ma’ dawk li jassistuhom jew ifixkluhom, biex il-karrieri f’riċerka jitħeġġu: għalliema tal-livell tal-primarja u tas-sekondarja.

Amendment 36

Anness I, intestatura ‘Disseminazzjoni, trasferiment ta’ l-għarfien u impenn usa’’, paragrafu 1, inċiż 5

– Servizzi CORDIS (Servizz tal-Komunità għat-Tagħrif dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp) sabiex ikattru d-disseminazzjoni tat-tagħrif u l-użu tar-riżultati tar-riċerka;

– Servizzi CORDIS (Servizz tal-Komunità għat-Tagħrif dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp) sabiex ikattru d-disseminazzjoni tat-tagħrif f'forma li tkun faċli li tintuża mill-utent u l-użu tar-riżultati tar-riċerka;

Ġustifikazzjoni

Il-Portal tal-Cordis tal-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet għandu jkun aċċessibbli faċilment għall-utenti.

Amendment 37

Anness I, intestatura “Disseminazzjoni, trasferiment ta’ l-għarfien u impenn usa’”, paragrafu 1, inċiż 6

- Inizjattivi sabiex ikattru d-djalogu u d-diskussjoni dwar kwistjonijiet xjentifiċi u riżultati tar-riċerka ma’ pubbliku aktar wiesa' lilhinn mill-komunità tar-riċerka.

– Inizjattivi sabiex ikattru d-djalogu u d-diskussjoni dwar kwistjonijiet xjentifiċi u riżultati tar-riċerka ma’ pubbliku aktar wiesa' lilhinn mill-komunità tar-riċerka, inkluż permezz ta' l-użu ta' riċerka għall-benefiċċju ta' Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (CSOs).

Ġustifikazzjoni

Billi tipprovdi lill-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (jew CSOs) il-possibiltà li jkollhom aċċess għal tagħrif espert xjentifiku għandu jikkontribwixxi l-aċċettazzjoni u l-għarfien ta’ teknoloġiji ġodda mill-pubbliku jiġu ffaċilitati.

Emenda 38

Anness I, titolu ‘Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija’, paragrafu 1

F’numru limitat ta’ każi, l-ambitu ta’ mira ta’ l-RTD u l-iskala tar-riżorsi involuti jiġġustifikaw il-ħolqien ta’ sħubija pubblika/privata fit-tul fil-forma ta’ Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija. These initiatives, mainly resulting from the work of European Technology Platforms and covering one or a small number of selected aspects of research in their field, will combine private sector investment and national and European public funding, including grant funding from the Research Framework Programme and loan finance from the European Investment Bank. L-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija se jkunu deċiżi fuq il-bażi ta' proposti separati (eż. skond l-Artikolu 171 tat-Trattat).

F’numru limitat ta’ każi, l-ambitu ta’ mira ta’ l-RTD u l-iskala tar-riżorsi involuti jiġġustifikaw il-ħolqien ta’ sħubija pubblika/privata fit-tul fil-forma ta’ Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija. Dawn l-inizjattivi, li jirriżultaw l-iktar mix-xogħol tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija u jkopru aspett wieħed jew numru żgħir ta' aspetti ta' riċerka fil-qasam tagħhom, se jikkombinaw investiment mis-settur privat u finanzjar pubbliku nazzjonali u Ewropew, inkluż finanzjar ta' għotjiet mill-Programm ta' Qafas ta' Riċerka u finanzjar ta' self mill-Bank Ewropew ta l-Investiment. L-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija se jkunu deċiżi fuq bażi individwali fuq il-bażi ta' proposti separati (eż. skond l-Artikolu 171 tat-Trattat).

Ġustifikazzjoni

Il-pjattaformi li għandhom bżonn jintgħażlu għandhom isegwu minn analiżi indipendenti tal-ħtieġa ta' l-eżistenza ta’ kull pjattaforma.

Emenda39

Anness I, titolu "Il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka barra mill-Komunità", paragrafu 1

L-azzjonijiet li jitwettqu f’dan il-qasam jagħmlu użu minn żewg għodod: L-iskema ERA-NET u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi ta’ riċerka nazzjonali implimentati b’mod konġunt (l-Artikolu 169 tat-Trattat). L-azzjoni tintuża wkoll sabiex ittejjeb il-komplimentarjetà u s-sinerġija bejn il-Programm ta' Qafas u l-attivitajiet imwettqa fil-qafas ta’ l-istrutturi intergovernattivi bħall-EUREKA, EIROforum u COST (Kooperazzjoni fir-Riċerka Xjentifika u Teknoloġika). L-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta’ amministrazzjoni u koordinazzjoni tal-COST se jiġu pprovduti sabiex il-COST tkun tista’ tkompli tgħin fil-koordinazzjoni u l-iskambji bejn il-gruppi ta’ riċerka ffinanzjati fuq bażi nazzjonali.

L-azzjonijiet li jitwettqu f’dan il-qasam jagħmlu użu minn żewg għodod: L-iskema ERA-NET u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi ta’ riċerka nazzjonali implimentati b’mod konġunt (l-Artikolu 169 tat-Trattat). L-azzjoni tintuża wkoll sabiex ittejjeb il-komplimentarjetà u s-sinerġija bejn il-Programm ta' Qafas u l-attivitajiet imwettqa fil-qafas ta’ l-istrutturi intergovernattivi bħall-EUREKA, EIROforum u COST (Kooperazzjoni fir-Riċerka Xjentifika u Teknoloġika). Meta wieħed iqis l-importanza ta' l-iżvilupp tal-qasam SME għall-kompetittività ta' l-UE, għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-assistenza lill-SME's fit-teknoloġija għolja sabiex ikollhom aċċess għar-riċerka, skond l-Artikolu 169 tat-Trattat (il-programmi EUREKA u “EUROSTARS”). L-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta’ amministrazzjoni u koordinazzjoni tal-COST se jiġu pprovduti sabiex il-COST tkun tista’ tkompli tgħin fil-koordinazzjoni u l-iskambji bejn il-gruppi ta’ riċerka ffinanzjati fuq bażi nazzjonali.

Emenda 40

Anness I, titolu 'Kooperazzjoni internazzjonali', paragrafu 1

Azzjonijiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali se jappoġġaw il-politika dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija li għandha żewġ għanijiet interdipendenti:

Azzjonijiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali se jappoġġaw il-politika dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija li għandha tliet għanijiet interdipendenti:

 

- Li toħloq il-bażi għal attivitajiet u kapaċitajiet ta' riċerka fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, għall-konsolidazzjoni u t-tisħiħ ta’ l-entitajiet responsabbli: universitajiet u ċentri għat-taħriġ ta’ riċerkaturi pubbliċi u privati;

- Li tappoġġa u tippromwovi l-kompetittività permezz ta’ sħubija strateġika għar-riċerka ma’ pajjiżi terzi, inklużi ekonomiji emerġenti u li huma industrijalizzati ħafna, fix-xjenza u t-teknoloġija billi jiġu ingaġġati l-aħjar xjenzati mill-pajjiżi terzi sabiex jaħdmu fl-Ewropa u magħha.

- Li tappoġġa u tippromwovi l-kompetittività permezz ta’ sħubija strateġika għar-riċerka ma’ pajjiżi terzi, inklużi ekonomiji emerġenti u li huma industrijalizzati ħafna, fix-xjenza u t-teknoloġija billi jiġu ingaġġati l-aħjar xjenzati mill-pajjiżi terzi sabiex jaħdmu fl-Ewropa u magħha.

- Li tindirizza problemi speċifiċi li jiffaċċaw il-pajjiżi terzi jew li huma ta’ karattru dinji, skond l-interessi reċiproċi u l-benefiċċji reċiproċi.

- Li tindirizza problemi speċifiċi li jiffaċċaw il-pajjiżi terzi jew li huma ta’ karattru dinji, skond l-interessi reċiproċi u l-benefiċċji reċiproċi.

Ġustifikazzjoni

Hemm il-bżonn tal-konsolidazzjoni u t-titjib ta’ l-entitajiet responsabbli għar-riċerka, sabiex tinħoloq klima favorevoli għar-riċerkaturi u l-investiment.

Emenda 41

Anness I, intestatura 'Koperazzjoni internazzjonali', paragrafu 1, inċiż 1

- Biex jappoġġja u jippromwovi l-kompetittività Ewropea permezz ta' sħubiji ta' riċerka strateġiċi ma' pajjiżi terzi inklużi ekonomiji emerġenti u industrijalizzati b'mod sostanzjali fix-xjenza u t-teknoloġija billi jimpenja l-aqwa xjenzati minn pajjiżi terzi biex jaħdmu ġo u ma' l-Ewropa.

- biex jappoġġja u jippromwovi proġetti ta' riċerka ta' valur universali permezz ta' sħubiji ta' riċerka strateġiċi ma' pajjiżi terzi inklużi ekonomiji emerġenti u industrijalizzati b'mod sostanzjali fix-xjenza u t-teknoloġija, li jappoġġjaw il-mobilità ta' xjenzati minn pajjiżi terzi biex jiżguraw li huma jkollhom l-aqwa kundizzjonijiet li jippermettulhom biex jaħdmu ġo u ma' l-Ewropa u jiffaċilitawlhom ir-ritorn eventwali tagħhom lura għal pajjiżi ta' oriġini.

Ġustifikazzjoni

Għandna bżonn ninkoraġġixxu s-sistema ta' riċerka Ewropea biex tinfetaħ għar-riċerkaturi barranin, jinħolqu kundizzjonijiet mill-aħjar biex jippermettulhom ladarba jirritornaw fil-pajjiżi ta' l-oriġini tagħhom, biex ikomplu jikkoperaw ma' l-Ewropa u jistabbilixxu r-riżultati ta' riċerka konġunta għal użu xieraq. Minbarra dan, fi proġetti li jinkludu koperazzjoni internazzjonali, kemm bejn pajjiżi jew bejn timijiet ta' riċerka mħallta, ikollhom jiqiesu prijoritajiet b'mod ġust u bilanċjat.

Emenda 42

Anness I, intestatura 'Koperazzjoni internazzjonali', paragrafu 1, inċiż 2

- biex jindirizza problemi speċifiċi li jiffaċċjaw pajjiżi terzi jew li għandhom karatteristika globali, fuq il-bażi ta' interess reċiproku u ta' benefiċċju reċiproku.

- biex jindirizza problemi speċifiċi li jiffaċċjaw pajjiżi terzi jew li għandhom karatteristika globali, jittejjeb il-kunċett ta' koperazzjoni dinjija u ta' qsim ta' tagħrif u informazzjoni.

Emenda 43

Anness I, intestatura 'Koperazzjoni internazzjonali', paragrafu 2

Il-politika ta' koperazzjoni xjentifika internazzjonali ta' l-UE tenfasizza u tiżviluppa koperazzjoni biex tiġġenera, taqsam u tuża tagħrif permezz ta' sħubiji ta' riċerka ġusti billi jqisu l-kuntest nazzjonali, reġjonali u soċjoekonomiku u bażi ta' tagħrif ta' pajjiżi msieħba. L-approċċ strateġiku huwa li jittejjeb l-iżvilupp tal-kompetittività u sostenibbli globali permezz ta' sħubiji bejn l-UE u pajjiżi terzi fil-livelli bilaterali, reġjonali u globali bbażati fuq interess u benefiċċju reċiproku. Għal dan il-għan, l-irwol ta’ l-UE bħala attur fuq skala globali għandu jkun promoss ukoll permezz ta’ programmi internazzjonali ta’ riċerka. L-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali appoġġjati se jkunu konnessi ma' kwistjonijiet ta' politika kurrenti biex jappoġġjaw il-kisba ta' impenji internazzjonali ta' l-UE u jikkontribwixxu fil-qsim ta' valuri Ewropej, kompetittività, progress soċjoekonomiku, protezzjoni ambjentali u assistenza skond il-proċess ta' żvilupp sostenibbli globali.

Il-politika ta' koperazzjoni xjentifika internazzjonali ta' l-UE tenfasizza u tiżviluppa koperazzjoni biex tiġġenera, taqsam u tuża tagħrif permezz ta' sħubiji ta' riċerka ġusti billi jqisu l-kuntest internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u soċjoekonomiku, bażi ta' tagħrif u prijoritajiet Ewropej ta' pajjiżi msieħba. L-approċċ strateġiku huwa li jittejjeb l-iżvilupp tal-kompetittività u sostenibbli globali permezz ta' sħubiji bejn l-UE u pajjiżi terzi fil-livelli bilaterali, reġjonali u globali bbażati fuq interess pubbliku u kollettiv. Għal dan il-għan, l-irwol ta’ l-UE bħala attur fuq skala globali għandu jkun promoss ukoll permezz ta’ programmi internazzjonali ta’ riċerka. L-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali appoġġjati se jkunu konnessi ma' kwistjonijiet ta' politika kurrenti biex jappoġġjaw il-kisba ta' impenji internazzjonali ta' l-UE u jikkontribwixxu fil-qsim ta' riżultati biex itejbu, l-kompetittività, progress soċjoekonomiku, protezzjoni ambjentali u assistenza skond il-proċess ta' żvilupp sostenibbli globali.

Emenda 44

Anness I, intestatura 'Koperazzjoni internazzjonali', paragrafu 3, bulit 2

Azzjonijiet ta’ kooperazzjoni speċifiċi f’kull qasam tematiku iddedikat għal pajjiż terz fil-każ ta’ interess reċiproku fil-kooperazzjoni f’materji partikolari. L-identifikazzjoni ta’ ħtiġijiet u prijoritajiet speċifiċi se tkun assoċjata mill-qrib ma’ ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali rilevanti u mad-djalogu attwali multilaterali u bi-reġjonali bejn l-UE u dawn il-pajjiżi jew gruppi ta’ pajjiżi. Il-prijoritajiet se jkunu identifikati fuq il-bażi tal-ħtiġijiet partikolari, potenzjal u l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjun jew il-pajjiż. Għal dan il-għan, strateġija ta’ kooperazzjoni internazzjonali u pjan ta’ implimentazzjoni se jiġu żviluppati b’azzjonijiet speċifiċi mmirati fit-temi jew fuq diversi temi, eż. fis-saħħa, l-agrikoltura, is-sanità, l-ilma, is-sigurtà fl-ikel, il-koeżjoni soċjali, l-enerġija, l-ambjent, is-sajd, l-akkwakultura u r-riżorsi naturali, politika ekonomika sostenibbli, u t-teknoloġiji tat-tagħrif u l-komunikazzjoni. Dawn l-azzjonijiet iservu bħala għodod privileġġjati fl-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-UE u dawn il-pajjiżi. Azzjonijiet bħal dawn huma, b'mod partikulari, azzjonijiet immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' riċerka u tal-kapaċitajiet koperattivi tal-pajjiżi kandidati, ta' viċinanza, ta' żvilupp u emerġenti. L-azzjonijiet se jkunu s-suġġett ta' sejħiet immirati u se tingħata attenzjoni partikolari għall-faċilitazzjoni ta' l-aċċess għall-azzjonijiet tal-pajjiżi terzi rilevanti, notevolment ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Azzjonijiet ta’ kooperazzjoni speċifiċi f’kull qasam tematiku iddedikat għal pajjiż terz fil-każ ta’ interess reċiproku fil-kooperazzjoni f’materji partikolari. L-identifikazzjoni ta’ ħtiġijiet u prijoritajiet speċifiċi se tkun assoċjata mill-qrib ma’ ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali rilevanti u mad-djalogu attwali multilaterali u bi-reġjonali bejn l-UE u dawn il-pajjiżi jew gruppi ta’ pajjiżi. Il-prijoritajiet se jkunu identifikati fuq il-bażi ta' interess u benefiċċju reċiproku u fuq il-ħtiġijiet partikolari, potenzjal u l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjun jew il-pajjiż. Għal dan il-għan, strateġija ta’ kooperazzjoni internazzjonali u pjan ta’ implimentazzjoni se jiġu żviluppati b’azzjonijiet speċifiċi mmirati fit-temi jew fuq diversi temi, eż. fis-saħħa, b'mod partikulari mard traskurat, l-agrikoltura, is-sanità, l-ilma, is-sigurtà fl-ikel, il-koeżjoni soċjali, l-enerġija, l-ambjent, is-sajd, l-akkwakultura u r-riżorsi naturali, politika ekonomika sostenibbli, u t-teknoloġiji tat-tagħrif u l-komunikazzjoni. Dawn l-azzjonijiet iservu bħala għodod privileġġjati fl-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-UE u dawn il-pajjiżi. Minbarra li jservu l-oqsma ta' interess reċiproku, azzjonijiet ta' dan it-tip għandhom jinkludu wkoll: azzjonijiet li huma immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ riċerka u l-kapaċitajiet ta’ kooperazzjoni tal-kandidat, tal-lokal u ta’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u pajjiżi emerġenti. L-azzjonijiet se jkunu s-suġġett ta' sejħiet immirati u se tingħata attenzjoni partikolari għall-faċilitazzjoni ta' l-aċċess għall-azzjonijiet tal-pajjiżi terzi rilevanti, notevolment ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li azzjonijiet speċifiċi għall-kooperazzjoni internazzjonali taħt il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” għandhom, b’mod partikolari, ikopru oqsma ta’ riċerka ta’ interess reċiproku għall-UE u pajjiżi terzi.

Emenda 45

Anness I, 'Temi', taqsima 1('Saħħa'), subtaqsima 'Approċċ', l-ewwel paragrafu a (ġdid)

 

Għal dan il-għan, se jkunu mfittxija l-akbar kumplimentarità u sinerġija ma' programmi u azzjonijiet Komunitarji oħrajn ma' programmi ta' riċerka nazzjonali u reġjonali fl-Istati Membri differenti.

Ġustifikazzjoni

Il-programmi kollha (kemm fil-livell Komunitarju, kemm fil-livell ta' Stat Membru) iridu jkunu koordinati bil-ħsieb li jgħaqqdu l-isforzi milli jirduppjawhom.

Emenda 46

Anness I, parti 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Approċċ', paragrafu 3

Aspetti ta' sessi fir-riċerka se jitqiesu u se jkunu integrati fil-proġetti kull meta jkun xieraq. Tingħata attenzjoni speċjali sabiex ir-riżultati tar-riċerka jkunu komunikati u jkun hemm djalogu mas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari ma’ gruppi ta’ pazjenti, kmieni kemm jista’ jkun, dwar żviluppi ġodda li joħorġu minn riċerka bijomedika u ġenetika. It-tixrid u l-użu wiesa' tar-riżultati se jkun ukoll żgurat.

Aspetti ta' sessi se jitqiesu u se jkunu inkorporati fi proġetti kull meta jkun xieraq. Il-fatturi tar-riskju, il-proċessi bijoloġiċi, manifestazzjonijiet kliniċi, l-konsegwenzi, u t-trattament involut fil-mard ta’ spiss m’humiex l-istess għall-irġiel u n-nisa. Minbarra dan, jeżisti mard li jaffettwa biss jew huwa prevalenti aktar fin-nisa jew fl-irġiel (eżempju bħas-sindromu ta' għeja kronika/fibromyalgia, li jaffettwa ħafna aktar lin-nisa milli lill-irġiel). L-attivitajiet kollha finanzjati li huma marbuta ma' din it-tema għandhom għalhekk jippermettu l-possibilità ta’ differenzazzjoni fil-protokolli ta’ riċerka, metodoloġiji, u analażi tas-sejbiet relatati. Tingħata attenzjoni speċjali sabiex ir-riżultati tar-riċerka jkunu komunikati u jkun hemm djalogu mas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari ma’ gruppi ta’ pazjenti, kmieni kemm jista’ jkun, dwar żviluppi ġodda li joħorġu minn riċerka bijomedika u ġenetika. It-tixrid u l-użu wiesa' tar-riżultati se jkun ukoll żgurat.

 

 

Ġustifikazzjoni

Teżisti ħtieġa urġenti għal inetgrazzjoni bejn is-sessi fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' politiki tas-saħħa. Għeja kronika u 'fibromyalgia' huwa mard 'inviżibbli' minħabba d-diffikultajiet involuti fil-kura tagħhom u n-nuqqas ta' riżorsi allokati għar-riċerka u t-trattament. 90% ta' dawk li jsofru huma nisa u b'hekk dan il-mard jista' jissejjaħ bħala speċifiku għas-sessi.

Teżisti ħtieġa urġenti biex ikunu investigati l-oriġini u l-kawżi ta' dan il-mard biex jittejjeb it-trattament tiegħu. Għalhekk, huwa essenzjali li jiżdied l-iffinanzjar għar-riċerka.

Emenda 47

Anness I, parti 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Attivitajiet', l-ewwel intestatura ('Bijoteknoloġija, għodod u teknoloġiji ġeneriċi għas-saħħa tal-bniedem'), inċiż 1

- riċerka 'high-throughput': sabiex jiġu żviluppati għodod ta’ riċerka ġodda għall-bijoloġija moderna li jsaħħu, b’mod sinifikanti, it-tkattir tat-tagħrif u jtejbu l-istandardizzazzjoni, l-akkwist u l-analiżi tat-tagħrif u l-kampjuni (biobanks). L-enfasi se tkun fuq teknoloġiji ġodda għal: sekwenzjar; genomics strutturali; bijoloġija ta' sistemi u bijoinformatika; “omics” oħra.

- riċerka 'high-throughput': sabiex jiġu żviluppati għodod ta’ riċerka ġodda għall-bijoloġija moderna li jsaħħu, b’mod sinifikanti, it-tkattir tat-tagħrif u jtejbu l-istandardizzazzjoni, u l-analiżi ta' l-akkwist, sperimentali u bijokomputazzjonali. L-enfasi se tkun fuq teknoloġiji ġodda għal: sekwenzjar bl-użu ta' metodi rapidi, ekonomiċi u disponibbli f'sens wiesa'; genomics strutturali; bijoloġija ta' sistemi u bijoinformatika anke kkompjutar estensiv għal immudellar strutturali; “omics” oħra.

Ġustifikazzjoni

Id-dejta trid tkun analizzata kemm b'mod sperimentali u li tuża l-possibilitajiet u riżorsi bijokomputazzjonali kollha disponibbli, li jintroduċu sensiela sħiħa ġdida ta' opportunitajiet.

Il-bijoloġija strutturali s’issa l-iżjed ħarset lejn “xbihat statiċi” ta’ molekuli bijoloġiċi. Iżda, molekuli bijoloġiċi huma dinamiċi ħafna, u l-mobbiltà interna tagħhom twassal għal parti kbira mill-funzjoni bijoloġika tagħhom. Il-bini ta’ mudelli tad-dinamika ta’ makromolekuli jinħtieġu ammonti kbar ta’ potenza tal-kompjuters, li tista’ tintlaħaq biss permezz ta’ supercomputers u kompjutar parallel massiv.

Il-potenzjal sħiħ tal-bijoteknoloġija jista’ jintlaħaq biss jekk l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħha mhumiex għaljin iżżejjed u huma aċċessibbli għall-iżvilupp ta' riċerka. Strateġiji ġodda għall-identifikazzjoni rapida ta' DNA għandhom inaqqsu l-prezz tal-'mapping' tal-miljuni ta’ molekuli, b’hekk tiġi pprovduta informazzjoni ta’ siwi għall-ġlieda kontra l-mard, b’mod partikolari fuq livell individwali. Din ir-riċerka għandha għalhekk tibda minnufih.

Emenda 48

Anness I, parti 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 1 'Bijoteknoloġija, għodod u teknoloġiji ġeneriċi għas-saħħa tal-bniedem', inċiż 4

- Tbassir ta’ l-idonjetà, is-sikurezza u l-effikaċja tat-terapiji: sabiex tiżviluppa u tivvalida l-parametri, l-għodod, il-metodi u l-istandards meħtieġa sabiex il-pazjent ikollu bijomediċini ġodda bla periklu u effettivi (fil-każ ta’ mediċini konvenzjonali, dawn il-kwistjonijiet se jiġu indirizzati permezz ta’ l-Inizjattiva Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi kif proposta). L-enfasi se tkun fuq strateġiji simili għall-farmakogenomics, metodi u mudelli in silico, in vitro (inklużi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali) u in vivo.

- Tbassir ta’ l-idonjetà, is-sikurezza u l-effikaċja tat-terapiji: sabiex tiżviluppa u tivvalida l-parametri, l-għodod, il-metodi u l-istandards meħtieġa sabiex il-pazjent ikollu bijomediċini ġodda bla periklu u effettivi (fil-każ ta’ mediċini konvenzjonali, dawn il-kwistjonijiet se jiġu indirizzati permezz ta’ l-Inizjattiva Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi kif proposta). L-iffukar se jkun fuq strateġiji simili għall-farmakogenomics, metodi u mudelli in silico, in vitro (inklużi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali) u in vivo u mmonitorjar immuni.

Ġustifikazzjoni

Dan il-proċess jagħti kontribut essenzjali għall-kejl ta' l-effetti ta' terapiji fuq is-sistema immunitarja. Tiddetermina l-effettività ta’ terapiji għal mard awto-immuni u dawk relatati mas-sistema immuni. Jagħti l-possibbilità biex titkejjel is-sikurezza tal-mediċini għas-sistema immuni.

Emenda 49

Anness I, parti ‘Temi’, taqsima 1 (‘Saħħa’), subtaqsima ‘Attivitajiet’, intestatura 2 ‘Riċerka għas-servizz tas-saħħa tal-bniedem', subintestatura 1, bulit 1

Ġbir tat-tagħrif fuq skala kbira: sabiex tuża teknoloġiji b'rata għolja ta' proċessar sabiex tiġġenera t-tagħrif li jiċċara l-funzjoni tal-ġeni u l-prodotti tal-ġeni u l-interazzjoni bejniethom f’netwerks komplessi. L-enfasi se tkun fuq: genomics; proteomics; ġenetika tal-popolazzjoni; genomics komparattivi u funzjonali.

Ġbir tat-tagħrif fuq skala kbira: sabiex tuża teknoloġiji b'rata għolja ta' proċessar sabiex tiġġenera t-tagħrif li jiċċara l-funzjoni tal-ġeni u l-prodotti tal-ġeni u sistemi ta' ċelloli u l-interazzjoni bejniethom f’netwerks komplessi u fi proċessi bijoloġiċi importanti (i.e. organizzazzjoni ċellulari u sinattika mill-ġdid) u proċessi tat-tibdil. L-enfasi se tkun fuq: genomics, inkluż RNA; proteomics; ġenetika tal-popolazzjoni; genomics komparattivi u funzjonali.

Emenda 50

Anness I, parti 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 2 ('Riċerka għas-servizz tas-saħħa tal-bniedem'), subintestatura 2, bulit 1

Il-moħħ u mard relatat mal-moħħ: sabiex ikun hemm għarfien aħjar ta’ l-istruttura u d-dinamika integrati tal-moħħ, u sabiex ikun hemm studju tal-mard tal-moħħ u tfittxija għal terapiji ġodda. L-iffukar se jkun fuq l-esplorazzjoni tal-funzjonijiet tal-moħħ, mill-molekuli sa konjizzjoni, u biex jindirizza mard u disturbi newroloġiċi u psikjatriċi, inklużi approċċi terapewtiċi li jiġġeneraw mill-ġdid u li jirrestitwixxu mill-ġdid.

Il-moħħ u mard relatat mal-moħħ: sabiex ikun hemm għarfien aħjar ta’ l-istruttura u d-dinamika integrati tal-moħħ, u sabiex ikun hemm studju tal-mard tal-moħħ, inklużi aspetti tas-sessi u mard relevanti relatat ma' l-anzjanità (bħad-dimenzja, l-Alzheimer jew il-Parkinson) u tfittxija għal terapiji ġodda. L-iffukar se jkun fuq l-esplorazzjoni tal-funzjonijiet tal-moħħ, mill-molekuli sa konjizzjoni, u anormalità tal-moħħ, minn attività sinattika għal newrodeġenerazzjoni, kif ukoll biex ikun akkwistat tagħrif globali tal-moħħ. Ir-riċerka se tindirizza mard u disturbi newroloġiċi u psikjatriċi, inklużi approċċi u teknoloġiji terapewtiċi li jiġġeneraw mill-ġdid u li jirrestitwixxu mill-ġdid.

Emenda 51

Anness I, parti 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 2 ('Riċerka għas-servizz tas-saħħa tal-bniedem'), subintestatura 2, bulit 2

L-iżvilupp u x-xjuħija tal-bniedem: sabiex ikun hemm għarfien aħjar tal-proċess ta’ l-iżvilupp matul il-ħajja u xjuħija mingħajr mard. L-enfasi se tkun fuq l-istudju ta’ sistemi umani u mudelli, inklużi l-interazzjonijiet ma’ fatturi bħall-ambjent, l-imġiba u s-sess.

L-iżvilupp u x-xjuħija tal-bniedem: sabiex ikun hemm għarfien aħjar tal-proċess ta’ l-iżvilupp matul il-ħajja u xjuħija mingħajr mard. L-enfasi se tkun fuq l-istudju ta’ sistemi umani u mudelli u ta' ċelloli, inklużi l-interazzjonijiet ma’ fatturi bħall-ambjent, l-imġiba, il-kultura u s-sessi bil-għan li jittaffew il-problemi tal-ħajja ta' kuljum għall-anzjani, u minn attività sinattika għal newrodeġenerazzjoni, bl-użu, inter alia, ta' approċċi ta' immaġni molekulari jew kliniċi jew prekliniċi.

Or. en

Emenda 52

Anness I, parti 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 2 ('Riċerka għas-servizz tas-saħħa tal-bniedem'), subintestatura 4, bulits 1 u 1 a (ġodda)

Kanser: l-enfasi tkun fuq l-etjoloġija tal-mard; identifikar u validar ta' miri ta' droga u evidenzjaturi bijoloġiċi li jgħinu fil-prevenzjoni, fid-dijanjosi minn kmieni u fit-trattament; u evalwar ta' l-effettività ta' interventi pronostiċi, dijanjostiċi u terapewtiċi.

Kanser: l-enfasi tkun fuq l-etjoloġija tal-mard, riċerka epidemjoloġika, terapiji/mediċini ġodda u fatturi ta' riskju; identifikar u validar ta' fatturi determinanti ambjentali, miri ta' droga u evidenzjaturi bijoloġiċi li jgħinu fil-prevenzjoni, fid-dijanjosi minn kmieni u fit-trattament; u evalwar ta' l-effettività ta' interventi pronostiċi, dijanjostiċi u terapewtiċi u disturbi deġenerattivi relatati ma' l-età.

Emenda 53

Anness I, parti 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 2 'Riċerka għas-servizz tas-saħħa tal-bniedem', subintestatura 4, bulit 3

Id-dijabete u l-obeżità: għal ta’ l-ewwel, l-enfasi jkun fuq l-etjoloġiji tat-tipi differenti tad-dijabate, u l-prevenzjoni u l-kura relatati tagħhom. Għal ta’ l-aħħar, l-enfasi jkun fuq strateġiji multidixxiplinari inklużi l-ġenetika, l-istil ta’ ħajja u l-epidemoloġija.

Id-dijabete u l-obeżità: għal ta’ l-ewwel, l-enfasi jkun fuq l-etjoloġiji tat-tipi differenti tad-dijabate, u l-prevenzjoni u l-kura relatati tagħhom, inkluża t-terapija ta' sostituzzjoni ta' ċelloli. Għal ta’ l-aħħar, l-enfasi jkun fuq strateġiji multidixxiplinari inklużi l-ġenetika, il-bijokimika u l-fiżjoloġija (evalwati bl-użu ta' approċċi mhux invażivi bħal immaġni molekulari u funzjonali), l-istil ta’ ħajja u l-epidemoloġija. Kemm għad-dijabete kif ukoll għall-obeżità għandha ssir enfasi fuq il-mard taż-żgħażagħ u l-fatturi operattivi fit-tfulija.

Ġustifikazzjoni

It-teħid ta' immaġini ċellulari, flimkien ma’ monitoraġġ mill-qrib tad-destinazzjoni u l-funzjonalità taċ-ċelluli, hija prijorità għolja fil-qasam ta’ trapjanti ċellulari (ċelluli staminali) u fil-fażi pre-klinika ta’ diversi mard.

Illum is-sostituzzjoni taċ-ċelluli hija l-unika strateġija li twassal għal indipendenza mill-insulina kompleta fid-dijabete tat-tip 1. L-iżvilupp ta’ provi ta’ intervenzjoni fit-tfulija, bil-għan tal-prevenzjoni/kura tad-dijabete tat-tip 1, hija prijorità ewlenija tar-riċerka fil-qasam tad-dijabete tat-tip 1.

Emenda 54

Anness I, 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 2 ('Riċerka għas-servizz tas-saħħa tal-bniedem'), subintestatura 4, punt 3 a (ġdid)

 

Mard rewmatiku: l-iffukar se jkun fuq etjoloġija, dijanjosi minn kmieni u evidenzjaturi bijoloġiċi għal mard u trattament rewmatiku, b'enfasi partikulari fuq mard infjammatorju rewmatiku.

Ġustifikazzjoni

Madwar terz tal-popolazzjoni Ewropea (madwar 100 miljun ruħ) issofri minn mard rewmatiku f'xi punt tal-ħajja tagħhom. Teżisti ħtieġa urġenti biex tiżdied ir-riċerka u jkun provdut appoġġ għal koperazzjoni transkonfinali bil-ħsieb li jkun akkwistat tagħrif aħjar tal-kawża ta' mard bħal dan u li jinstabu rimedji ġodda u aħjar.

Id-dikjarazzjoni bil-miktub Nru 389 adottata mill-PE fit-13 ta' Ottubru 2005 ġibdet l-attenzjoni għall-importanza ta' riċerka f'mard rewmatiku.

Emenda 55

Anness I, parti 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 2 ('Riċerka għas-servizz tas-saħħa tal-bniedem'), subintestatura 4, bulit 5

Mard kroniku ieħor: l-enfasi tkun fuq il-mard mhux fatali b’impatt kbir fuq il-kwalità tal-ħajja fix-xjuħija bħal l-indeboliment tal-funzjonijiet u s-sensi u mard kroniku ieħor (eż. mard rewmatojde.).

Mard kroniku ieħor: l-enfasi tkun fuq il-mard mhux fatali b’impatt kbir fuq il-kwalità tal-ħajja fix-xjuħija bħal l-indeboliment tal-funzjonijiet u s-sensi u mard kroniku ieħor b'mod partikulari mard infjammatorju (eż. mard rewmatojde, bħal artrite rewmatojde, osteoporożi, dimenzja u mard newrodeġenerattiv).

Ġustifikazzjoni

L-Ewropa dieħla f’perjodu ta’ aċċelerazzjoni tat-tixjiħ tal-popolazzjoni.

Hekk kif ħafna iżjed persuni jgħixu iżjed, in-numru ta’ persuni affettwati bil-mard ta’ l-anzjani, li jinkludi l-Marda ta’ Alzheimer (AD), jibqa’ jiżdied u bħalissa huwa stmat li kważi nofs il-persuni kollha ta' 85 sena jew iżjed għandhom xi tip ta’ dimenzja. Minħabba li l-popolazzjoni tagħna qed tixjieħ, il-kobor ta' l-AD bħala problema tas-saħħa Ewropea qed jiżdied b’mod kontinwu. Dan jagħmel lil din il-marda prijorità ta’ riċerka urġenti.

L-intervenzjonijiet li jistgħu jipposponu d-dħul ta’ AD u forom oħra ta’ demenzja għandhom ikollhom impatt enormi u pożittiv fuq is-saħħa tal-pubbliku peress illi għandhom inaqqsu b’mod sinifikanti n-numru ta' persuni li jsoffru b’din il-marda. Dan, għalhekk, għandu jnaqqas l-ispejjeż soċjali, personali u finanzjarji assoċjati mal-kura tagħhom.

Emenda 56

Anness I, parti 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 2 'Riċerka għas-servizz tas-saħħa tal-bniedem', subintestatura 4, bulit 5 a (ġdida)

 

Mard ieħor: mard respiratorju, mard li ma ngħatax biżżejjed attenzjoni u studji bbażati fuq popolazzjonijiet partikulari għall-investigazzjoni ta’ fatturi ta’ riskju emerġenti.

Emenda 57

Anness I, parti 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 2 'Riċerka għas-servizz tas-saħħa tal-bniedem', subintestatura 4, bulit 5 b (ġdida)

 

Riċerka dwar ir-riġenerazzjoni tat-tessut: l-iffukar se jkun fuq riċerka dwar riġenerazzjoni ta' tessuti, bħal riġenerazzjoni ta' tessuti tal-ġilda u tal-qalb, bil-għan ta' tagħrif tal-mekkaniżmi fis-seħħ fil-proċessi riġenerattivi u fl-identifikar ta' l-approċċi innovattivi għal terapiji ta' ġeni u ta' ċelloli.

Ġustifikazzjoni

Evidenza sperimentali ġiet akkumulata fis-snin riċenti li turi l-eżistenza ta’ ċelluli staminali u riġenerazzjoni tat-tessut (għalkemm f’kwantitajiet limitati) f’tessuti li kienu maħsuba li ma għandhomx dik il-funzjoni, bħal pereżempju l-moħħ u l-qalb.

Għandu jkun ta’ importanza kbira li nagħtu spinta lir-riċerka f’din id-direzzjoni, biex nżommu l-vantaġġ li l-Ewropa għandha fuq il-pajjiżi kompetituri. Riċerka biex nifhmu r-riġenerazzjoni tat-tessut fuq livell molekolari f’mammali għandu jwassal għal protokolli ta’ terapija ċellulari, fil-futur qarib, għal mard komuni, li għadhom assoċjati ma’ mortalità u morbożità u b’konsegwenza ta’ dan bi spiża soċjali u ekonomika għolja. Barra minn hekk, ir-riċerka f’dan il-qasam għandha tqanqal żvilupp ta’ bijomaterjali ġodda li jirrapprażentaw qasam ta’ riċerka bijomedika kruċjali.

Emenda 58

Anness I, parti 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 3 ('Titjib fil-provvista tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej'), inċiż 1

- promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni tal-mard imtejba: sabiex tipprovdi prova ta’ l-aħjar miżuri ta’ saħħa pubblika f’termini ta’ stil ta’ ħajja u interventi f’livelli differenti u f’kuntesti differenti. L-enfasi se tkun fuq il-fatturi determinanti aktar wiesa' u kif dawn jeffettwaw lil xulxin kemm fuq livell individwali u kemm fuq livell ta’ komunità ( eż. id-dieta, it-tensjoni, it-tabakk u sustanzi oħra, l-attività fiżika, il-kuntest kulturali, fatturi soċjo-ekonomiċi u ambjentali). B’mod partikolari, is-saħħa mentali se tkun indirizzata minn perspettiv tal-korsa tal-ħajja.

- promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni tal-mard imtejba: sabiex tipprovdi prova ta’ l-aħjar miżuri ta’ saħħa pubblika f’termini ta’ stil ta’ ħajja u interventi f’livelli differenti u f’kuntesti differenti. L-enfasi se tkun fuq il-fatturi determinanti aktar wiesa' u kif dawn jeffettwaw lil xulxin kemm fuq livell individwali u kemm fuq livell ta’ komunità ( eż. id-dieta, it-tensjoni, it-tabakk u sustanzi oħra, l-attività fiżika, il-kwalità tal-ħajja, il-kuntest kulturali, fatturi soċjo-ekonomiċi, nutrittivi u ambjentali). B’mod partikolari, is-saħħa mentali se tkun indirizzata minn perspettiv tal-korsa tal-ħajja.

Ġustifikazzjoni

Fatturi bħall-kwalità tal-ħajja jew użanzi nutrittivi ta' individwi u komunitajiet għandhom effett determinanti fuq is-saħħa tal-bniedem u jinteraġġixxu b'mod pożittiv jew negattiv ma' fatturi oħrajn. Għalhekk huwa essenzjali għalihom li jitqiesu f'riċerka relatata mas-saħħa.

Emenda 59

Anness I, parti 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 3 ('Titjib fil-provvista tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej'), inċiż 2

- riċerka klinika fis-servizz tal-pratikka klinika inkluż użu aħjar ta' mediċini, u użu xieraq ta' interventi organizzattivi u ta' modi ta' mġieba u terapiji u teknoloġiji relatati mas-saħħa. Se tingħata attenzjoni speċjali għas-saħħa tal-pazjent: sabiex tidentifika l-aħjar prattika klinika; sabiex tifhem it-teħid ta’ deċiżjonijiet f’ambjent kliniku fil-kura primarja u speċjalizzata; sabiex tkattar l-applikazzjoni ta’ mediċina bbażata fuq il-provi u l-awtorizzazzjoni tal-pazjenti. L-enfasi se tkun fuq l-applikazzjoni ta’ punti ta' referenza ta’ l-istrateġiji; l-investigazzjoni tar-riżultati ta’ l-interventi differenti inklużi l-mediċini, waqt li jingħata każ tax-xhieda tal-pharmacovigilance, il-karatteristiċi tal-pazjent (eż. suxxettibilità ġenetika, età, sess u aderenza) u r-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji (cost benefits).

- ir-riżultati ta' riċerka klinika fis-servizz tal-pratikka klinika inkluż użu aħjar ta' mediċini (eż. bil-ħsieb li jkun evitat l-iżvilupp ta' reżistenza antibijotika), u użu xieraq ta' interventi organizzattivi u ta' sistema ta' saħħa pubblika, ta' modi ta' mġieba u terapiji u teknoloġiji relatati mas-saħħa. Se tingħata attenzjoni speċjali għas-sikurezza tal-pazjent, inklużi effetti li jiġu wara tal-mediċini: sabiex tidentifika l-aħjar prattika klinika; sabiex tifhem it-teħid ta’ deċiżjonijiet f’ambjent kliniku fil-kura primarja u speċjalizzata; sabiex tkattar l-applikazzjoni ta’ mediċina bbażata fuq il-provi u l-awtorizzazzjoni tal-pazjenti bil-ħsieb li tissaħħaħ l-awtonomija personali u soċjali tal-pazjenti. L-enfasi se tkun fuq l-applikazzjoni ta’ punti ta' referenza ta’ l-istrateġiji; l-investigazzjoni tar-riżultati ta’ l-interventi differenti inklużi l-mediċini u teknoloġiji relatati mas-saħħa ġodda, waqt li jingħata każ tax-xhieda tal-pharmacovigilance, il-karatteristiċi tal-pazjent (eż. suxxettibilità ġenetika, età, sess u aderenza) u r-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji (cost benefits) f'sens ta' saħħa, kwalità tal-ħajja u prattika xierqa.

Emenda 60

Anness I, parti 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 3 'Titjib fil-provvista tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej', inċiż 3

- Il-kwalità, is-solidarjetà u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa: sabiex tipprovdi bażi għall-pajjiżi sabiex jaddattaw is-sistemi tas-saħħa tagħhom fid-dawl ta’ l-esperjenzi ta’ oħrajn, fejn jingħata każ ta’ l-importanza tal-kuntest nazzjonali u l-karatteristiċi tal-popolazzjoni (qiegħda tixjiħ, mobbiltà, migrazzjoni, edukazzjoni, status soċjoekonomiku u l-bdil fid-dinja tax-xogħol, eċċ). L-enfasi se tkun fuq l-aspetti organizzazzjonali, finanzjarji u regolatorji tas-sistemi tas-saħħa, l-implimentazzjoni tagħhom u r-riżultati f’termini ta’ l-effikaċità, l-effiċjenża u l-ekwità. Tingħata attenzjoni speċjali lill-investiment u r-riżorsi umani.

- Il-kwalità, is-solidarjetà u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa: sabiex tipprovdi bażi għall-pajjiżi sabiex jaddattaw is-sistemi tas-saħħa tagħhom fid-dawl ta’ l-esperjenzi ta’ oħrajn, fejn jingħata każ ta’ l-importanza tal-kuntest nazzjonali u l-karatteristiċi tal-popolazzjoni (qiegħda tixjiħ, mobbiltà, migrazzjoni, edukazzjoni, status soċjoekonomiku u l-bdil fid-dinja tax-xogħol, eċċ). L-enfasi se tkun fuq l-aspetti organizzazzjonali, finanzjarji u regolatorji tas-sistemi tas-saħħa, l-implimentazzjoni tagħhom u r-riżultati f’termini ta’ l-effikaċità, l-effiċjenża u l-ekwità. Tingħata attenzjoni speċjali lill-investiment u r-riżorsi umani u lill-aċċess għal kura tas-saħħa għal persuni żvantaġġjati, inklużi persuni b'diżabilità.

Ġustifikazzjoni

Riċerka dwar kif il-kura tas-saħħa tingħata lil gruppi żvantaġġati trid tiġi investigata.

Emenda 61

Anness I, parti 'Temi', taqsima 1 ('Saħħa'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 3 'Titjib fil-provvista tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej', inċiż 3 a (ġdid)

.

- Użu xieraq ta' teknoloġiji u terapiji ġodda. Sikurezza u mmonitorjar fuq perjodu ta' żmien fit-tul ta' l-użu fuq skala wiesgħa ta' teknoloġiji mediċi ġodda (inkluża għodda), u terapiji avanzati li jiżguraw, b'mod partikulari, protezzjoni ta' livell għoli ta' saħħa pubblika.

Ġustifikazzjoni

Il-programm speċifiku għandu jkopri wkoll l-użu xieraq ta' teknoloġiji u terapiji ġodda, bi qbil mal-programm ta' qafas.

Emenda62

Anness I, parti 'Temi', taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Approċċ", paragrafu 2

L-industriji ta’ l-ikel mill-agrikoltura, li 90% minnhom huma SMEs, se jibbenefikaw b’mod partikolari minn ħafna attivitajiet ta’ riċerka, inklużi attivitajiet immirati tad-disseminazzjoni u trasferiment tat-teknokoġija, b’mod partikolari l-integrazzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji, metodoloġiji u proċessi eko-effiċjenti avvanzati u l-iżvilupp ta’ l-istandards. Kumpaniji ġodda b’teknoloġija għolja mil-bijo-, nano-, u ICT huma mistennija li jagħtu kontribut importanti fl-oqsma tat-tkattir tal-pjanti, uċuħ imtejba u ħarsien tal-pjanti aħjar, teknoloġiji ta’ skoperta u monitoraġġ abvvanzati sabiex ikunu żgurati s-sikurezza u l-kwalità ta’ l-ikel u bijoproċessi industrijali ġodda.

 

L-ewwel u qabel kollox huwa osservat f'industriji ta' daqs żgħir, f'industriji ta’ l-ikel mill-agrikoltura, li 90% minnhom huma SMEs, se jibbenefikaw b’mod partikolari minn ħafna attivitajiet ta’ riċerka, inklużi attivitajiet immirati tad-disseminazzjoni u trasferiment tat-teknokoġija, b’mod partikolari l-integrazzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji, metodoloġiji u proċessi eko-effiċjenti avvanzati u l-iżvilupp ta’ l-istandards. Kumpaniji ġodda b’teknoloġija għolja mil-bijo-, nano-, u ICT huma mistennija li jagħtu kontribut importanti fl-oqsma tat-tkattir tal-pjanti, uċuħ imtejba u ħarsien tal-pjanti aħjar, teknoloġiji ta’ skoperta u monitoraġġ abvvanzati sabiex ikunu żgurati s-sikurezza u l-kwalità ta’ l-ikel u bijoproċessi industrijali ġodda.

Emenda 63

Anness I, parti 'Temi', taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", l-ewwel intestatura ('Produzzjoni u mmaniġġjar sostenibbli ta' ...') inċiż 1 a (ġdid)

 

 

 

 

- Investigar tal-bijodiversità u l-karatterizzazzjoni molekulari tagħha huwa mmirat lejn il-protezzjoni tagħha, mhux biss fl-identifikar ta' modi ġodda ta' l-isfruttament tagħha. Protezzjoni u preservazzjoni ambjentali huma elementi ewlenin ta' l-immaniġġjar sostenibbli ta' riżorsi bijoloġiċi. Għandha tkun imfittxija integrazzjoni mat-tema ta' l-"Ambjent".

Ġustifikazzjoni

It-telf tad-diversità qiegħda tiżdied b’rata mgħaġġla u l-fabbriki tal-bnedmin ma jistgħux jipprovdu sostitut għal dak li qegħdin nitilfu.

Huma importanti l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ tassonomija tad-DNA f’laboratorju attrezzat bl-għodda moderna tal-bijoteknoloġija u l-bijoinformatika,għaliex għandha tgħaġġel l-proċess tal-bini ta’ inventarju tad-diversità bijoloġika u tiftaħ opportunitajiet ġodda għar-riċerka ekoloġika u tippromwovi l-ħarsien tal-bijodiversità.

Emenda 64

Anness I, parti 'Temi', taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", l-ewwel intestatura ('Produzzjoni u mmaniġġjar sostenibbli ta' ...') inċiż 2

- Żieda fis-sostenibilità u fil-kompetittività, waqt tnaqqis fl-impatti ambjentali fuq l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd u l-akwakultura permezz ta' l-iżvilupp ta' teknoloġiji, għodda, sistemi ta' mmonitorjar, impjanti innovattivi u sistemi ta' produzzjoni ġodda, it-titjib tal-bażi xjentifika u teknika ta' l-immaniġġjar tas-sajd, u tagħrif aħjar ta' l-interazzjoni bejn sistemi differenti (agrikoltura u forestrija; sajd u akwakultura) tul approċċ sħiħ ta' ekosistema. Fil-każ ta' riżorsi bijoloġiċi bbażati fuq l-art, għandha tingħata enfasi speċjali fuq sistemi ta' produzzjoni baxxi u organiċi, immaniġġjar imtejjeb ta' riżorsi u għalf innovattiv, u pjanti inovattivi (uċuħ u siġar) b'kompożizzjoni mtejba, reżistenza għal tensjoni, effiċjenza fl-użu ta' nutrijent, u arkitettura. Dan se jkun appoġġat permezz ta’ riċerka fil-bijosikurezza, il-koeżistenza u t-traċċabilità ta’ pjanti, sistemi u prodotti ġodda. Is-saħħa tal-pjanti tiġi imtejba pemezz ta’ għarfien aħjar ta’ l-ekoloġija, il-bijoloġija ta’ l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti (pests) u theddid ieħor u appoġġ għall-kontroll tat-tifqigħ ta’ mard u titjib ta’ għodod u sistemi sostenibbli għall-immaniġġar tal-pests. Għar-riżorsi bijoloġiċi minn ambjenti akkwatiċi, se ssir enfażi fuq il-funzjonijiet bijoloġiċi essenzjali, sistemi ta' produzzjoni sikuri u għalf ta' speċi kkulturai li ma jagħmlux ħsara żejda lill-ambjent u fuq il-bijoloġija tas-sajd, id-dinamika tas-sajd imħallat, l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet ta' sajd u l-ekosistema tal-baħar u fuq sistemi ta' ġestjoni reġjonali u multi-annwali ibbażati fuq il-flotot.

- Żieda fis-sostenibilità u fil-kompetittività, waqt salvagwardja tas-saħħa tal-konsumatur u tnaqqis fl-impatti ambjentali fuq l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd u l-akwakultura permezz ta' l-iżvilupp ta' teknoloġiji, għodda, sistemi ta' mmonitorjar, impjanti innovattivi u sistemi ta' produzzjoni ġodda, it-titjib tal-bażi xjentifika u teknika ta' l-immaniġġjar tas-sajd u ta' l-uċuħ, dan ta' l-aħħar permezz ta' tkabbir selettiv ta' pjanti, ta' sistemi ta' produzzjoni mtejba u ta' saħħa tal-pjanta, u tagħrif aħjar ta' l-interazzjoni bejn sistemi differenti (agrikoltura u forestrija; sajd u akwakultura) tul approċċ sħiħ ta' ekosistema. Se jkunu promossi l-preservazzjoni ta' ekosistemi lokali, l-iżvilupp ta' aġenti għal bijokontroll u d-dimensjoni mikrobijoloġika tal-bijodiversità u l-metagenomics. Fil-każ ta' riżorsi bijoloġiċi bbażati fuq l-art, għandha tingħata enfasi speċjali fuq sistemi ta' produzzjoni baxxi u organiċi, immonitorjar u evalwazzjoni ta' l-impatt ta' organiżmi modifikati f'sens ġenetiku fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, u forestrija u agrikoltura sostenibbli, kompetittivi u li għandhom ħafna aspetti. Se jkunu promossi wkoll immaniġġjar imtejjeb ta' riżorsi u għalf innovattiv, u pjanti inovattivi (uċuħ u siġar) b'kompożizzjoni mtejba, reżistenza għal tensjoni, effiċjenza fl-użu ta' nutrijent, u arkitettura. Dan se jkun appoġġjat permezz ta’ riċerka fil-bijosikurezza, il-koeżistenza u t-traċċabilità ta’ pjanti, sistemi u prodotti ġodda. Is-saħħa tal-pjanti u l-protezzjoni ta' l-uċuħ tiġi imtejba pemezz ta’ għarfien aħjar ta’ l-ekoloġija, il-bijoloġija ta’ l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti (pests), ħaxix ħażin u theddid ieħor u appoġġ għall-kontroll tat-tifqigħ ta’ mard u titjib ta’ għodod u sistemi sostenibbli għall-immaniġġar tal-pests. Għandhom jiġu żviluppati metodi mtejba għall-monitoraġġ, il-preżervazzjoni u t-titjib tal-fertilità tal-ħamrija. Għar-riżorsi bijoloġiċi minn ambjenti akkwatiċi, se ssir enfażi fuq il-funzjonijiet bijoloġiċi essenzjali, sistemi ta' produzzjoni sikuri u għalf ta' speċi kkulturai li ma jagħmlux ħsara żejda lill-ambjent u fuq il-bijoloġija tas-sajd, id-dinamika tas-sajd imħallat, l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet ta' sajd u l-ekosistema tal-baħar u fuq sistemi ta' ġestjoni reġjonali u plurijennali bbażati fuq il-flotot.

Emenda 65

Anness I, parti 'Temi', taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", l-ewwel intestatura ('Produzzjoni u mmaniġġjar sostenibbli ta' ...') inċiż 3 u 3 a (ġdid)

- Produzzjoni u assistenza mtejba ta' l-annimali għal agrikoltura, sajd u akwakultura, inter alia permezz ta' l-isfruttament ta' tagħrif ġenetiku, metodi ġodda ta' trobbija, tagħrif imtejjeb tal-fiżjoloġija u mġieba ta' l-annimal u tagħrif u kontroll aħjar ta' mard ta' l-annimali infettiv, inkluża ż-żoonosi. Dan ta’ l-aħħar se jkun indirizzat ukoll bl-iżvilupp ta’ għodod għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-kontrol, permezz ta’ riċerka ta' bażi u applikata dwar il-vaċċini u d-dijanjostiċi, l-istudju ta’ l-ekoloġija ta’ aġenti ta’ l-infezzjoni magħrufa jew emerġenti u theddid ieħor, inklużi atti malizzjużi, u l-impatti tas-sistemi agrikoli differenti u l-klima. Ikun ukoll żviluppat għarfien ġdid dwar ir-rimi bla periklu ta’ l-iskart ta’ l-annimali u maniġġjar aħjar tal-prodotti sekondarji.

- Produzzjoni, saħħa u assistenza mtejba ta' l-annimali, għal agrikoltura, sajd u akwakultura, inter alia permezz ta' l-isfruttament ta' tagħrif ġenetiku, metodi ġodda ta' trobbija, tagħrif imtejjeb tal-fiżjoloġija u mġieba ta' l-annimal u tagħrif u kontroll aħjar ta' mard ta' l-annimali infettiv, inkluża ż-żoonosi, u l-mekkaniżmi u mard patoġeniċi tagħhom marbuta ma' l-għalf ta' l-annimali. Dan ta’ l-aħħar se jkun indirizzat ukoll bl-iżvilupp ta’ għodod għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-kontrol, permezz ta’ riċerka ta' bażi u applikata dwar il-vaċċini u d-dijanjostiċi, l-istudju ta’ l-ekoloġija ta’ aġenti ta’ l-infezzjoni magħrufa jew emerġenti u theddid ieħor, inklużi atti malizzjużi, u l-impatti tas-sistemi agrikoli differenti u l-klima. F'dan il-kuntest il-mira għandha tkun l-investigazzjoni ta' l-adattament ta' l-agrikoltura għall-bidla fiz-zoni klimatiċi. Ikun ukoll żviluppat għarfien ġdid dwar ir-rimi bla periklu ta’ l-iskart ta’ l-annimali u maniġġjar aħjar tal-prodotti sekondarji. Se jitqies ukoll, theddid ieħor għas-sostenibilità u s-sikurezza tal-produzzjoni ta' l-ikel, bħall-effetti possibbli ta' bidla fil-klima fuq il-proċessi ta' produzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-kontroll taż-żoonosi, huwa utli ħafna li jkunu applikati kriterji relatati mal-prevenzjoni u s-sejbien ta' possibilità li din titfaċċa f'daqqa u l-mekkaniżmi għall-iżvilupp tal-viruses ikkonċernati. Għalhekk teżisti ġustifikazzjoni sħiħa għal miżuri speċifiċi biex ikunu studjati l-iżvilupp u l-imġieba ta' aġenti patoġeniċi.

Mard relatat ma' l-għalf ta' l-annimali, bħal BSE, m'għandux ikun eskluż mir-riċerka.

Huwa importanti li l-effetti tal-bidliet fil-klima jkunu investigati bħall-bidla fiz-zoni klimatiċi u biex ir-riċerka tkun imrawwma f'miżuri biex il-produzzjoni ta' l-agrikoltura tkun adattata.

Emenda 66

Anness I, parti 'Temi', taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", l-ewwel intestatura ('Produzzjoni u mmaniġġjar sostenibbli ta' ...') inċiż 4

- Provvediment ta' għodod meħtieġa minn dawk li jfasslu l-politika u protagonisti oħrajn biex tkun appoġġjata l-implimentazzjoni ta' strateġiji, politiki u leġiżlazzjoni relevanti u b'mod partikulari biex ikunu appoġġjati l-bini ta' Bijoekonomija Ewropea bbażata fuq it-Tagħrif (KBBE) u l-ħtiġijiet ta' żvilupp rurali u kostali. Il-Politika Komuni dwar is-sajd se tkun appoġġata permezz ta' l-iżvilupp ta' strateġiji adattivi li jappoġġaw l-istrateġija ta' l-ekosistema kollha għall-ħsad tar-riżorsi tal-baħar. Ir-riċerka għall-oqsma kollha ta' politika se tinkludi wkoll studji soċjo-ekonomiċi, investigazzjonijiet komparattivi tad-diversi sistemi agrikoli, sistemi ta' ġestjoni effiċjenti tas-sajd, it-trobbija ta’ annimali mhux għall-ikel, l-interazzjoni mal-forestrija u studji sabiex titjieb il-ħajja rurali u kostali.

- Provvediment ta' għodod meħtieġa minn dawk li jfasslu l-politika u protagonisti oħrajn biex tkun appoġġjata l-implimentazzjoni ta' strateġiji, politiki u leġiżlazzjoni relevanti u b'mod partikulari biex ikunu appoġġjati l-bini ta' Bijoekonomija Ewropea bbażata fuq it-Tagħrif (KBBE) u l-ħtiġijiet ta' żvilupp rurali u kostali, kif ukoll l-iżvilupp ta' mekkaniżmi innovattivi ta' mmaniġġjar ta' foresti, tekniċi li jevitaw u jissieltu n-nirien fil-foresti u miżuri li jindirizzaw tgħawwir fl-agrikoltura kif ukoll in-nixfa. Se jkunu appoġġjati l-Politika Agrikola Komuni, il-Politika Komunitarja għas-Saħħa ta' l-Annimali, l-Istrateġija ta' l-UE għall-Forestrija u l-Politika Komuni għas-Sajd. Il-Politika Komuni għas-sajd se tkun appoġġata permezz ta' l-iżvilupp ta' strateġiji adattivi li jappoġġaw l-istrateġija ta' l-ekosistema kollha għall-ħsad tar-riżorsi tal-baħar. Ir-riċerka għall-oqsma kollha ta' politika se tinkludi wkoll studji soċjo-ekonomiċi, riċerka soċjali u rurali, investigazzjonijiet komparattivi tad-diversi sistemi agrikoli, sistemi ta' ġestjoni effiċjenti tas-sajd, it-trobbija ta’ annimali mhux għall-ikel, l-interazzjoni mal-forestrija u studji sabiex titjieb il-ħajja rurali u kostali.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li jitqiesu l-avvenimenti traġiċi li seħħew fl-Ewropa tan-Nofsinhar fl-aħħar sentejn, b'mod partikulari in-nixfa u n-nirien estensivi, għandha tingħata spinta għal riċerka internazzjonali u għal koperazzjoni xjentifika fil-qasam ta' l-imaniġġjar tal-foresti, fl-evitar u fil-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti u fit-tnaqqis ta' l-effetti tan-nixfa u t-tgħawwir agrikolu.

Il-Kummissjoni jeħtieġ li ssegwi dan biex tgħaqqad attivitajiet konkreti ma' l-approċċ adottat. Waqt referenza fl-approċċ parti ta' tema 2 b'mod speċifiku għall-kontribuzzjonijiet ta' riċerka għall-CAP, il-Politika Komuni għas-Saħħa ta' l-Annimali, l-istrateġija ta' l-UE għall-forestrija u s-CFP huwa meħtieġ ukoll li jkunu magħquda attivitajiet konkreti u mhux biss għas-CFP.

Emenda 67

Anness I, parti 'Temi', taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", it-tieni intestatura ('Mill-furketta sar-razzett: Ikel, saħħa u benessri ...') intestatura

Mil-furketta sal-farm: L-ikel, is-saħħa u l-benesseri

(Ma taffettwax il-verżjoni bil-Malti).

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni bil-Malti).

Emenda 68

Anness I, parti 'Temi', taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", it-tieni intestatura ('Mill-furketta sar-razzett: Ikel, saħħa u benessri ...') inċiż 2

- Tagħrif ta' fatturi u użanzi dijetetiċi bħala fattur kontrollabbli maġġuri fl-iżvilupp u t-tnaqqis ta' possibilità ta' mard u disturbi relatati mad-dieta. Dan se jinkludi l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' bijoloġija ta' nutrigenomics u ta' sistemi, u l-istudju ta' l-interazzjonijiet bejn funzjonijiet nutrittivi, fiżjoloġiċi u psikoloġiċi. Jista' jwassal għall-formulazzjoni mill-ġdid ta’ l-ikel ipproċessat, u l-iżvilupp ta’ ikel ġdid, ikel tad-dieta u ikel li jingħad li huwa sustanzjuż u tajjeb għas-saħħa. L-investigazzjoni ta’ ikel u dieti tradizzjonali, lokali u staġjonali se tkun ukoll importanti sabiex tenfasizza l-impatt ta’ ċertu ikel u dieti fuq is-saħħa, u għall-iżvilupp ta' gwida integrata dwar l-ikel.

- Tagħrif ta' fatturi u użanzi dijetetiċi bħala fattur kontrollabbli maġġuri fl-iżvilupp u t-tnaqqis ta' possibilità ta' mard u disturbi relatati mad-dieta, inklużi l-obeżità (fit-tfal u l-adulti) u l-allerġiji; nutrizzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni ta' mard, inkluż tagħrif tal-fatturi ta' saħħa, proprjetajiet u komponenti fl-ikel. Dan se jinkludi l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' bijoloġija ta' nutrigenomics u ta' sistemi. Approċċ integrat għandu jiffoka b'mod partikulari fuq l-istudju ta' l-interazzjonijiet bejn funzjonijiet nutrittivi, fiżjoloġiċi u psikoloġiċi. Jista' jwassal għall-formulazzjoni mill-ġdid ta’ l-ikel ipproċessat, u l-iżvilupp ta’ ikel ġdid, ikel tad-dieta u ikel li jingħad li huwa sustanzjuż u tajjeb għas-saħħa. L-investigazzjoni ta’ ikel u dieti tradizzjonali, lokali u staġjonali se tkun ukoll importanti sabiex tenfasizza l-impatt ta’ ċertu ikel u dieti fuq is-saħħa, u għall-iżvilupp ta' gwida integrata dwar l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tressaq fi ħdan l-iskop tas-Seba' Programm ta' Qafas il-bosta inizjattivi ta' dieta u ta' ikel xieraq għas-saħħa li jkunu promossi mill-Unjoni permezz ta' strumenti oħrajn bħall-programmi ta' saħħa pubblika.

Emenda 69

Anness I, parti 'Temi', taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", it-tieni intestatura ('Mill-furketta sar-razzett: Ikel, saħħa u benessri ...') inċiż 3

- Titjib ta' l-innovazzjoni fl-industrija ta' l-ikel permezz ta' l-integrazzjoni ta' teknoloġiji avanzati fi produzzjoni ta' ikel tradizzjonali, teknoloġiji ta' proċess ewlenin biex itejbu l-funzjonalità ta' ikel, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġija għolja, ipproċessar u ppakkettar effiċjenti f'sens ekoloġiku, applikazzjonijiet intelliġenti ta' kontroll u mmaniġġjar aktar effiċjenti ta' prodotti sekondarji, ta' skart u ta' enerġija. Riċerka ġdid se tiżviluppa wkoll teknoloġiji sostenibbli u ġodda għall-għalf ta’ l-annimali inklużi formulazzjoni bla periklu għall-ipproċessar ta’ l-għalf u għall-kontroll tal-kwalità ta’ l-għalf.

- Titjib ta' l-innovazzjoni fl-industrija ta' l-ikel permezz ta' l-integrazzjoni ta' teknoloġiji avanzati fi produzzjoni ta' ikel tradizzjonali, teknoloġiji ta' proċess ewlenin biex itejbu l-funzjonalità ta' ikel, l-iżvilupp ta' ingredjenti u prodotti ġodda, metodi ta' preservazzjoni u teknoloġiji u aspetti organoleptic fil-produzzjoni ta' ikel u ta' komponenti ġodda ta' ikel, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġija għolja, ipproċessar u ppakkettar effiċjenti f'sens ekoloġiku, applikazzjonijiet intelliġenti ta' kontroll u mmaniġġjar aktar effiċjenti ta' prodotti sekondarji, ta' skart u ta' enerġija. Riċerka ġdid se tiżviluppa wkoll teknoloġiji sostenibbli u ġodda għall-għalf ta’ l-annimali inklużi formulazzjoni bla periklu għall-ipproċessar ta’ l-għalf u għall-kontroll tal-kwalità ta’ l-għalf.

Ġustifikazzjoni

Fil-produzzjoni ta' ikel, l-innovazzjoni trid tersaq lil hinn milli tkabbar jew tipproduċi prodotti ġodda biss. Titjib jista' u jrid jitwettaq fit-tfassil bażiku ta' ikel u ta' komponenti ta' ikel, permezz tas-sejba ta' formuli ġodda. Fl-istess waqt, riċerka fil-produzzjoni ta' teknoloġiji relatati mal-proċess jeħtieġ li titkompla (biex jinstabu tekniki ta' ppakkettar u ta' ħażna aħjar, eċċ.).

Emenda 70

Anness I, parti 'Temi', taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Attivitajiet", it-tieni intestatura ('Mill-furketta sar-razzett: Ikel, saħħa u benessri ...') inċiż 5

- Il-ħarsien kemm tas-saħħa tal-bniedem u kemm ta’ l-ambjent permezz ta’ għarfien aħjar ta’ l-impatt ambjentali fuq u ta’ l-katini ta’ l-ikel/għalf. Dan se jinvolvi l-istudju tal-kontaminanti ta’ l-ikel u r-riżultati fuq is-saħħa, l-iżvilupp ta’ għodod u metodi aħjar għall-valutazzjoni ta’ l-impatt tal-katini ta’ l-ikel u l-għalf fuq l-ambjent. L-assigurazzjoni tal-kwalità u l-integrità tal-katina ta’ l-ikel titlpb mudelli ġodda għall-analiżi tal-katina tal-prodotti bażiċi u kinċetti dwar l-immaniġġar tal-katina ta’ l-ikel kollha, inklużi l-aspetti relatati mal-konsumatur.

- Il-ħarsien kemm tas-saħħa tal-bniedem u kemm ta’ l-ambjent permezz ta’ għarfien aħjar ta’ l-impatt ambjentali fuq u ta’ l-katini ta’ l-ikel/għalf. Dan se jinvolvi l-istudju tal-kontaminanti ta’ l-ikel u r-riżultati fuq is-saħħa, l-iżvilupp ta’ għodod u metodi aħjar għall-valutazzjoni ta’ l-impatt tal-katini ta’ l-ikel u l-għalf fuq l-ambjent. L-assigurazzjoni tal-kwalità u l-integrità tal-katina ta’ l-ikel titlob mudelli ġodda għall-analiżi tal-katina tal-prodotti bażiċi u kunċetti dwar l-immaniġġar tal-katina ta’ l-ikel kollha, inklużi l-aspetti relatati mal-konsumatur. L-iżvilupp ta' metodi ġodda li jiżguraw it-traċċabilità ta' organiżmi kemm GM kif ukoll mhux GM u l-konsegwenzi ta' għalf ta' l-annimali u medikazzjoni veterinarja għas-saħħa tal-bniedem se jkunu riċerkati.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jiġu żviluppati metodi ġodda biex jaċċertaw it-traċċabilità biex tisaħħaħ il-kunfidenza tal-konsumatur. L-istess japplika għall-konsegwenzi possibbli fuq is-saħħa tal-bniedem ta’ l-għalf ta’ annimali u l-mediċini li qed jintużaw.

Emenda 71

Anness I, parti 'Temi', taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Koperazzjoni internazzjonali", l-ewwel paragrafu 1

Il-kooperazzjoni internazzjonali hija aspett ta’ prijorità għar-riċerka dwar l-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija u se tkun imħeġġa bil-qawwa kollha fiż-żoni kollha. Riċerka ta’ interess speċifiku għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw se jkollha appoġġ, fid-dawl ta’ l-għanijiet ta’ l-iżvilupp tal-Millenju u attivitajiet li diġa qegħdin iseħħu. Se jitwettqu azzjonijiet speċifiċi sabiex titkattar il-kooperazzjoni ma’ reġjuni u pajjiżi li huma sħab bi prijorità – b’mod partikolari dawk involuti fi djalogi bi-reġjonali u ftehim S&T bilaterali kif ukoll pajjiżi ġirien u ekonomiji emerġenti u pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Il-kooperazzjoni internazzjonali hija aspett ta’ prijorità għar-riċerka dwar l-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija u se tkun imħeġġa bil-qawwa kollha fiż-żoni kollha. Riċerka ta’ interess speċifiku għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw se jkollha appoġġ, fid-dawl ta’ l-għanijiet ta’ l-iżvilupp tal-Millenju u attivitajiet li diġa qegħdin iseħħu (pereżempju, netwerks imfassla biex itejbu l-immaniġġjar ta' ħamrija u ilma). Se jitwettqu azzjonijiet speċifiċi sabiex titkattar il-kooperazzjoni ma’ reġjuni u pajjiżi li huma sħab bi prijorità – b’mod partikolari dawk involuti fi djalogi bi-reġjonali u ftehim S&T bilaterali kif ukoll pajjiżi ġirien u ekonomiji emerġenti u pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Ġustifikazzjoni

Bil-ħsieb tas-solidarjetà u l-komponent ta' koperazzjoni għal żvilupp inklużi f'dan il-paragrafu, għandha tingħata attenzjoni għall-importanza ta' l-esportazzjoni ta' tagħrif u teknoloġiji tagħna relatati ma' l-immaniġġjar ta' riżorsi ta' ħamrija u ta' ilma.

Emenda 72

Anness I, parti 'Temi', taqsima 2 ("Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija"), subtaqsima "Koperazzjoni internazzjonali", l-ewwel paragrafu 2

Barra minn hekk, titwettaq kooperazzjoni multilaterali sabiex tindirizza jew l-isfidi li jitolbu sforzi internazzjonali wesgħin, bħad-dimensjoni u l-kumplessità tas-sistemi bijoloġiċi fil-pjanti u l-mikroorganiżmi, jew sabiex tindirizza l-isfidi globali u l-impenji internazzjonali ta’ l-UE (is-sigurtà u s-sikurezza fl-ikel u l-ilma tax-xorb, il-firxa globali tal-mard ta’ l-annimali, l-użu ekwitabbli tal-bijodiversità, ir-restawr tas-sajd dinji għar-Riżultati Massimi Sostenibbli sa l-2015 u l-effett ta’/fuq il-bidla fil-klima).

Barra minn hekk, titwettaq koperazzjoni multilaterali sabiex tindirizza jew l-isfidi li jitolbu sforzi internazzjonali wesgħin, bħad-dimensjoni u l-kumplessità tas-sistemi bijoloġiċi fil-pjanti u l-mikroorganiżmi, jew sabiex tindirizza l-isfidi globali u l-impenji internazzjonali ta’ l-UE (is-sigurtà u s-sikurezza fl-ikel u l-ilma tax-xorb, il-firxa globali tal-mard ta’ l-annimali, l-użu ekwitabbli tal-bijodiversità, ir-restawr, b'koperazzjoni ma' l-Organizzazzjoni tan-NU għall-Ikel u l-Agrikoltura, tas-sajd dinji għar-Riżultati Massimi Sostenibbli sa l-2015 u l-effett ta’/fuq il-bidla fil-klima).

Ġustifikazzjoni

L-għan li jkunu resititwiti stokkijiet globali ta' ħut sa l-2015 huwa xieraq iżda ambizzjuż b'mod estrem. Għalhekk il-prijorità għandha tingħata għal koperazzjoni u koordinazzjoni ma' l-entitajiet internazzjonali bħall-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura.

Emenda 73

Anness I, Parti “Temi”, sottotitlu “It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni”, intestatura 'Għan'

Titjib fil-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea u sabiex l-Ewropa tkun tista’ tikkontrolla u taġħti forma lill-iżvilupp futur tat-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni (ICT) sabiex it-talbiet tas-soċjetà u l-ekonomija jkunu sodisfatti. L-attivitajiet se jsaħħu l-bażi xjentifika u teknoloġika ta’ l-Ewropa u jiżguraw il-tmexxija globali tagħha fl-ICT, jgħinu sabiex jimmotivaw u jistimulaw l-innovazzjoni permezz ta’ l-użu ta’ l-ICT u jiżguraw li l-progress fl-ICT ikun trasformat, b’mod mgħaġġel, f’benefiċċji għaċ-ċittadini, negozji, industrija u gvernijiet Ewropej.

Titjib fil-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea u sabiex l-Ewropa tkun tista’ tikkontrolla u taġħti forma lill-iżvilupp futur tat-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni (ICT) sabiex it-talbiet tas-soċjetà u l-ekonomija jkunu sodisfatti. L-attivitajiet se jsaħħu l-bażi xjentifika u teknoloġika ta’ l-Ewropa u jiżguraw il-tmexxija globali tagħha fl-ICT, jgħinu sabiex jimmotivaw u jistimulaw l-innovazzjoni permezz ta’ l-użu ta’ l-ICT u jiżguraw li l-progress fl-ICT ikun trasformat, b’mod mgħaġġel, f’benefiċċji għaċ-ċittadini kollha Ewropej u b'mod partikolari għall-anzjani u ċ-ċittadini mhedda bl-esklużjoni soċjali bħal persuni b'diżabilità u dawk li għalihom l-aċċess għall-ICT huwa diffiċli, għan-negozji, l-industrija u l-gvernijiet It-tnaqqis tal-qasma diġitali u ta' l-esklużjoni ta' l-informazzjoni se jkunu objettivi ta' prijorità għal dawn l-attivitajiet.

Ġustifikazzjoni

It-tnaqqis tal-qasma diġitali hija waħda mill-isfidi li qed taffaċja s-soċjetà l-ġdida bbażata fuq it-tagħrif u l-ekonomija li qed tinbena Huwa l-kompitu ta' l-awtoritajiet pubbliċi sabiex jiżguraw li s-soċjetà ta' l-informazzjoni tiżviluppa mingħajr l-ebda riskju ta' qasma diġitali. Id-diversi strumenti u programmi ta' l-UE għandhom jintużaw sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, għalhekk wieħed mill-objettivi ta' prijorità ta' l-attivitajiet relatati mas-Seba' Programm Qafas għandu jkun it-tnaqqis tal-qasma diġitali.

Emenda 74

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3“It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni”, intestatura “Introduzzjoni”, paragrafu 1

It-teknoloġiji tat-tagħrif u l-komunikazzjoni (ICT) għandhom rwol uniku u ppruvat fit-tkattir ta’ l-innovazzjoni, il-kreattività u l-kompetittività tas-setturi kollha ta’ l-industrija u tas-servizzi. Huma essenzjali sabiex ikunu ffaċċjati l-isfidi l-kbar tas-soċjetà u l-modernizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, u jirfdu l-progress fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija. Għalhekk, l-Ewropa trid tikkontrolla u taġħti forma lill-iżviluppi futuri ta’ l-ICT u tiżgura li s-servizzi u l-prodotti msejsa fuq l-ICT ikunu adottati u użati sabiex jipprovdu l-benefiċċji kollha possibbli liċ-ċittadini u n-negozju.

It-teknoloġiji tat-tagħrif u l-komunikazzjoni (ICT) għandhom rwol uniku u ppruvat fit-tkattir ta’ l-innovazzjoni, il-kreattività u l-kompetittività tas-setturi kollha ta’ l-industrija u tas-servizzi. L-ICT jista' jilgħab parti importanti fit-tixrid tar-riżultati ta' l-informazzjoni, tat-tagħrif u tar-riċerka u jiżgura aċċess għalihom. Huma essenzjali sabiex ikunu ffaċċjati l-isfidi l-kbar tas-soċjetà u l-modernizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, u jirfdu l-progress fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija. Jistgħu jgħinu sabiex itejbu u jiddiversifikaw l-aċċess għal informazzjoni u għandhom iħeġġu l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini. Għalhekk, l-Ewropa trid tinkoraġġixxi l-iżviluppi futuri ta’ l-ICT lejn ftuħ u inklussività u tiżgura li s-servizzi u l-prodotti msejsa fuq l-ICT ikunu interoperabbli u affidabbli, adottati u użati sabiex jipprovdu l-benefiċċji kollha possibbli liċ-ċittadini u n-negozju.

Emenda 75

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), intestatura 'Introduzzjoni', paragrafu 4

It-tema ICT taġħti prijorità lir-riċerka strateġika madwar pilastri tat-teknoloġija importanti, tiżgura l-integrazzjoni end-to-end tat-teknoloġiji u tipprovdi l-għarfien u l-mezzi għall-iżvilupp ta’ firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet. L-attivitajiet jiksbu avvanzi industrijali u teknoloġiċi fis-settur ICT u jtejbu l-vantaġġ kompetittiv tas-setturi importanti mitfugħin ħafna fuq l-ICT – kemm permezz ta’ prodotti u servizzi b’valur għoli msejsa fuq l-ICT u kemm minn titjib tal-proċessi ta’ organizzazzjoni kemm fin-negozji u kemm fl-amministrazzjoni ICT. It-tema se tagħti appoġġ ukoll lill-politiki oħra ta’ l-Unjoni Ewropea, billi timmobilizza l-ICT sabiex tilqa’ għat-talbiet tal-pubbliku u tas-soċjetà.

It-tema ICT tagħti prijorità lir-riċerka strateġika madwar pilastri tat-teknoloġija importanti, tiżgura l-integrazzjoni sħiħa ta' l-ICT u tipprovdi l-għarfien u l-mezzi għall-iżvilupp ta’ firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet innovattivi. L-attivitajiet jiksbu avvanzi industrijali u teknoloġiċi fis-settur ICT u jtejbu l-vantaġġ kompetittiv tas-setturi importanti mitfugħin ħafna fuq l-ICT – kemm permezz ta’ prodotti u servizzi b’valur għoli msejsa fuq l-ICT u kemm minn proċessi ta’ organizzazzjoni ġodda jew imtejba kemm fin-negozji u kemm fl-amministrazzjoni ICT. It-tema se tagħti appoġġ ukoll lill-politiki oħra ta’ l-Unjoni Ewropea, billi timmobilizza l-ICT sabiex tilqa’ għat-talbiet tal-pubbliku u tas-soċjetà bħall-ħarsien tas-saħħa u l-ambjent.

Emenda 76

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), intestatura 'Introduzzjoni', paragrafu 5

L-attivitajiet se jkopru l-kollaborazzjoni u l-azzjonijiet ta’ netwerking, jappoġġaw l-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija – inklużi aspetti magħżula tar-riċerka fl-oqsma tat-Teknoloġiji tan-Nanoelettronika u s-Sistemi tal-Kompjuters Embedded – u inizjattivi ta’ koordinazzjoni ta’ programmi nazzjonali – inkluż il-qasam tal-Assitenza fl-Ambjent tal-Ħajja. Il-prijoritajiet ta’ l-attivitajiet se jinkludu, fost sorsi oħrajn, suġġetti li jiddependu fuq ix-xogħol tal-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej. Sinerġiji tematiċi jkunu wkoll żviluppati ma’ attivitajiet relatati fi Programm Speċifiku oħra.

L-attivitajiet se jkopru l-kollaborazzjoni u l-azzjonijiet ta’ netwerking, u jistgħu jappoġjaw l-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija u inizjattivi ta’ koordinazzjoni ta’ programmi nazzjonali (inkluż nanoteknoloġija, Sistemi tal-Kompjuters Embedded u Għajxien Assistit fid-dar (Ambient Assisted Living). . Il-prijoritajiet ta’ l-attivitajiet se jinkludu, fost sorsi oħrajn, suġġetti li jiddependu fuq ix-xogħol tal-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej. Sinerġiji tematiċi jkunu wkoll żviluppati ma’ attivitajiet relatati fi Programm Speċifiku oħra. Se jiġu mfittxija sinerġija massima u kumplimentarjetà ma' programmi u inizjattivi oħra tal-Komunità, speċjalment mal-Fondi Strutturali, mal-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, ma' l-inizjattiva i-2010 u mal-programmi nazzjonali u reġjonali relatati ma' l-ICT ta' l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Il-programmi kollha (kemm fil-livell Komunitarju, kemm fil-livell ta' Stat Membru) iridu jkunu koordinati bil-ħsieb li jgħaqqdu l-isforzi milli jirduppjawhom.

Emenda 77

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3 (“It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni”), intestatura “Attivitajiet”, bullet 1,(Pilastri tat-Teknoloġija ICT), inċiż 1

–  In-nanoelettronika, “photonics” u sistemi mikro/nano integrati: l-ipproċessar, l-invenzjoni u l-iddisinjar sabiex itejbu d-daqs, id-densità, ir-rendiment, l-effiċjenza fir-rigward ta' l-enerġija, il-manifattura u l-benefiċċju skond il-prezz tal-komponenti, sistemi on-a-chip, sistemi in-a-package u sistemi integrati; komponenti fotoniċi bażiċi għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet; sistemi tal-ħażna tat-tagħrif b'rendiment għoli/densità għolja; apparat ta’ display b’superfiċje kbira/integrat ħafna; apparat li jħoss, iħaddem, jivviżwalizza u juri; sistemi li jikkunsmaw biss ftit enerġija; sorsi/ħażna alternattivi ta’ l-enerġija; teknoloġiji/sistemi ta’ integrazzjoni eteroġeni; sistemi multi-funzjonali mikro-nano-bijo-info; elettronika b’superfiċje kbira; l-integrazzjoni f’materjali/oġġetti differenti l-interfacing ma’ organiżmi ħajjin; (self)-assembly ta’ molekuli jew atomi fi strutturi stabbli.

–    In-nanoelettronika, “photonics” u sistemi mikro/nano integrati: tekonoloġiji ta' pproċessar, invenzjoni iddisinjar u ittestjar u metodoloġiji sabiex itejbu d-daqs, id-densità, ir-rendiment, l-effiċjenza fir-rigward ta' l-enerġija, il-manifattura u l-benefiċċju skond il-prezz tal-komponenti, sistemi on-a-chip, sistemi in-a-package u sistemi integrati; komponenti u sotto-sistemi bla fil; komponenti fotoniċi bażiċi li jiġġeneraw, jimmanipulaw u jiskopru dawl għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet inkluż komponenti ultra veloċi; sistemi RF; sistemi tal-ħażna tat-tagħrif b'rendiment għoli/densità għolja; apparat ta’ 'display' b’superfiċje kbira/integrat ħafna; apparat li jħoss, iħaddem, jivviżwalizza u juri; sistemi li jikkunsmaw biss ftit enerġija; sorsi/ħażna alternattivi ta’ l-enerġija; teknoloġiji/sistemi ta’ integrazzjoni eteroġeni; sistemi intelliġenti; sistemi multi-funzjonali mikro-nano-bijo-info; elettronika b’superfiċje kbira; l-integrazzjoni f’materjali/oġġetti differenti; l-interfacing ma’ organiżmi ħajjin; (self)-assembly ta’ molekuli jew atomi fi strutturi stabbli.

Emenda 78

Anness I, Parti 'Temi', taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), intestatura “Attivitajiet”, bullet 2,('Pilastri tat-Teknoloġija ICT'), inċiż 2

- Netwerks ta’ komunikazzjoni mifruxa u b’kapaċità bla limitu: teknoloġiji u sistemi ta’ netwerks ċellulari u broadband ta’ benefiċċju skond il-prezz inklużi netwerks terrestri u tas-satellita; il-konverġenza netwerks differenti fissi, ċellulari tar-radju u tax-xandir li jkopru mill-qasam personali sa żoni reġjonali u globali; l-interoperabbiltà tas-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-komunikazzjoni bil-wajers u mingħajrhom; l-immaniġġar tar-riżorsi tan-netwerks, il-konfigurazzjoni mill-ġdid tas-servizzi; netwerking kumpless ta’ apparat, sensors u mikroċipps tal-multimedja ad-hoc u intelliġenti.

- Netwerks ta’ komunikazzjoni mifruxa u b’kapaċità kbira teknoloġiji u sistemi ta’ netwerks ċellulari u broadband flessibbli li jistgħu jerġgħu jiġu kkonfigurati inklużi netwerks terrestri u tas-satellita; il-konverġenza ta' netwerks differenti fissi, ċellulari, tar-radju u tax-xandir u servizzi li jkopru mill-qasam personali sa zoni reġjonali u globali; infrastruttura u arkitettura għad-distribuzzjoni tas-servizz,l-interoperabbiltà tas-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-komunikazzjoni bil-wajers u mingħajrhom; l-immaniġġar tar-riżorsi tan-netwerks,(inkluż l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi [QoS]), il-konfigurazzjoni mill-ġdid tas-servizzi; netwerking kumpless ta’ apparat, sensors u mikroċipps tal-multimedja ad-hoc u intelliġenti.

Ġustifikazzjoni

Il-konverġenza għandha tapplika mhux biss għan-netwerks iżda wkoll għal servizzi, minħabba li l-pubbliku ġenerali jixtieq jirċievi servizzi irrispettivament mill-infrastruttura użata.

Rigward l-amministrazzjoni tan-'network-resource', għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex jiġi żgurat li l-poltika ta' servizz-kwalità hija segwita fil-każ ta' konġestjoni moderata tan-netwerk.

L-effiċjenza hija mixtieqa fi kwalunkwe sitwazzjoni, għalhekk għandha tingħata attenzjoni għaliha.

Emenda 79

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3 “It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni”, sottotaqsima “Attivitajiet”, intestatura ('Pilastri Teknoloġiċi ICT'), inċiż 3

- Sistemi embedded, kompjuting u kontroll: sistemi ta’ softwer/ħardwer aktar qawwija, żguri, distribwiti, affidabbli u effiċjenti li jistgħu jipperċepixxu, jikkontrollaw u jadattaw għall-ambjent tagħhom waqt li jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi; metodi u għodod għall-immudellar, l-iddisinjar u l-inġinerija ta’ sistemi sabiex jikkontrollaw il-komplessità; pjattaformi, middleware u sistemi ta’ operazzjoni distribwiti miftuħa, b’arkitettura komponibbli u scale-free sabiex ikun hemm ambjent verament kollaborattiv u ambjent intelligenti għas-sensing, it-tħaddim, il-kompjuting, il-ħażna u l-provvista ta’ servizz; arkitetturi ta’ kompjuting li jinkorporaw komponenti eteroġeni, networked u konfigurabbli mill-ġdid li jinkludu l-kumpilazzjoni, l-ipproġrammar u l-appoġġ run-time; il-kontroll ta’ uncertain systems distribwiti kbar.

- Sistemi embedded, kompjuting u kontroll: sistemi ta’ softwer/ħardwer aktar qawwija, żguri, distribwiti, affidabbli u effiċjenti li jistgħu jipperċepixxu, jikkontrollaw u jadattaw għall-ambjent tagħhom waqt li jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi; metodi u għodod għall-immudellar, l-analiżi l-iddisinjar, l-inġinerija u l-validazzjoni ta’ sistemi sabiex jikkontrollaw il-komplessità; pjattaformi, middleware u sistemi ta’ operazzjoni distribwiti miftuħa, b’arkitettura komponibbli u scale-free sabiex ikun hemm ambjent verament kollaborattiv u ambjent intelligenti għas-sensing, it-tħaddim, il-kompjuting, il-ħażna u l-provvista ta’ servizz; arkitetturi ta’ kompjuting li jinkorporaw komponenti eteroġeni, networked u konfigurabbli mill-ġdid li jinkludu l-kumpilazzjoni, l-ipproġrammar u l-appoġġ run-time; il-kontroll ta’ uncertain systems kbar distribwiti, xogħol tal-kompjuters ta' effiċjenza kbira ('hardware' u 'software').

Emenda 80

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima 'Attivitajiet', l-ewwel intestatura ('Pilastri Teknoloġiċi ICT'), inċiż 4

- Softwer, Grids, sigurtà u affidabiltà: teknoloġiji, għodod u metodi għal softwer, arkitettura u sistemi ta’ middleware dinamiċi u fdati li jirfdu s-servizzi kkonċentrati fuq it-tagħrif , inkluż il-provvediment tagħhom bħala servizzi; infrastrutturi orjentati lejn servizz, interoperabbli u scale-free, virtwalizzazzjoni grid-like tar-riżorsi, sistemi ta’ operazzjoni iċċentrati fuq netwerk; pjattaformi miftuħa u strateġiji kollaborattivi għall-iżvilupp tas-softwer, is-servizzi u s-sistemi; għodod ta’ kompożizzjoni; kontroll ta’ l-aġir emerġenti ta’ sistemi kumplessi; titjib fl-affidabbiltà u r-resistenza ta’ sistemi u servizzi fuq skala kbira, distribwiti u kkonnettjati b’mod intermittenti; sistemi u servizzi żguri u fdati, inklużi l-kontroll u l-awtentikazzjoni ta’ l-aċċess privacy-aware, politiki ta’ sigurtà u fiduċja dinamiċi, affidabbiltà u fiduċja meta-models.

- Softwer, Grids, arkitettura servizz-distribuzzjoni, sigurtà u affidabiltà: teknoloġiji, għodod u metodi għall-iżvilupp u l-validazzjoni ta' softwer, arkitettura u sistemi ta’ middleware ta' kwalità għolja, dinamiċi u fdati li jirfdu s-servizzi kkonċentrati fuq it-tagħrif , inkluż il-provvediment tagħhom bħala servizzi u għal servizzi ta' distribuzzjoni u teknoloġiji, għodda u metodi għall-iżvilupp u l-validazzjoni ta' kwalità għolja, ; infrastrutturi orjentati lejn servizz, interoperabbli u scale-free, virtwalizzazzjoni grid-like tar-riżorsi, inkluż pjattaformi 'domain-specific', sistemi ta’ operazzjoni iċċentrati fuq netwerk; softwer bil-kodiċi tas-sors tiegħu aċċessibbli; pjattaformi miftuħa u strateġiji kollaborattivi għall-iżvilupp u l-validazzjoni tas-softwer, inkluż softwer bil-kodiċi tas-sors tiegħu aċċessibbli u bla ħlas is-servizzi u s-sistemi; għodda ta' kompożizzjoni inkluż l-ipprogrammar ta' lingwi; kontroll ta’ l-aġir emerġenti ta’ sistemi kumplessi; titjib fl-affidabbiltà u r-resistenza ta’ sistemi u servizzi fuq skala kbira, distribwiti u kkonnettjati b’mod intermittenti; sistemi u servizzi żguri u fdati, inklużi l-kontroll u l-awtentikazzjoni ta’ l-aċċess privacy-aware, politiki ta’ sigurtà u fiduċja dinamiċi, affidabbiltà u fiduċja meta-models; l-introduzzjoni ta' mudelli softwer fl-industrija.

Ġustifikazzjoni

Waħda mill-kwistjonijiet li l-aktar jaħarqu fl-inġinerija tas-softwer hija dik dwar il-metrika meħtieġa sabiex titkejjel il-kwalita ta' l-iżvilupp ta' kompjuter, għal liema raġuni din għandha tiġi inkorporata fil-qasam tar-riċerka.

L-aspett teoretiku tas-suġġetti msemmija huwa importanti - iżda daqstant ieħor huwa importanti t-trasferiment tiegħu lill-industrija.

Emenda 81

Anness I, 'Temi', taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima 'Attivitajiet', l-ewwel intestatura ('Pilastri Teknoloġiċi ICT'), inċiż 5

- Tagħrif, sistemi konjittivi u ta' tagħlim. metodi u teknika għall-akkwist u l-interpretazzjoni, ir-rappreżentazzjoni u l-personalizzazzjoni, in-navigazzjoni u l-irkupru, l-iskambju u l-provvista tat-tagħrif, fl-għarfien tar-relazzjonijiet semantiċi fil-kuntest ta’ l-użu mill-bniedmin u l-magni; sistemi artifiċjali li jipperċepixxu, jinterpretaw u jivvalutaw it-tagħrif, li jistgħu jikkoperaw, jaġixxu b’mod awtonomu u jitgħallmu; tejoriji u esperimenti li jmorru lil hinn mill-avvanzi inkrimentali li jibbenefikaw minn informazzjoni dwar konjizzjoni naturali, b'mod partikolari it-tagħlim u l-memorja, anke għall-iskop ta' sistemi li jmexxu 'l quddiem it-tagħlim tal-bniedem.

- Tagħrif, sistemi konjittivi u ta' tagħlim. metodi u teknika għall-akkwist u l-interpretazzjoni, ir-rappreżentazzjoni u l-personalizzazzjoni, in-navigazzjoni u l-irkupru, l-iskambju u l-provvista tat-tagħrif, fl-għarfien tar-relazzjonijiet semantiċi fil-kuntest ta’ l-użu mill-bniedmin u l-magni, b'immaniġġjar imqassam tat-tagħrif; sistemi artifiċjali li jipperċepixxu, jinterpretaw u jivvalutaw it-tagħrif, li jistgħu jikkoperaw, jaġixxu b’mod awtonomu u jitgħallmu; tejoriji u esperimenti li jmorru lil hinn mill-avvanzi inkrimentali li jibbenefikaw minn informazzjoni dwar konjizzjoni naturali, b'mod partikolari it-tagħlim u l-memorja, anke għall-iskop ta' sistemi li jmexxu 'l quddiem it-tagħlim tal-bniedem.

Ġustifikazzjoni

Billi, l-infrastruttura tal-komunikazzjonijiet hija mqassma, hekk għandu jkun ukoll l-immaniġġjar tat-tagħrif, għal liema raġuni dan għandu jkun speċifikament imsemmi taħt din l-intestatura tar-riċerka.

Emenda 82

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3 “It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni”, sottotaqsima “Attivitajiet”, intestatura ('Pilastri Teknoloġiċi ICT'), inċiż 6

- Is-simulazzjoni, il-viżwalizzazzjoni, l-interazzjoni u r-realtajiet imħallta: għodod għall-immudellar, is-simulazzjoni, il-viżwalizzazzjoni, l-interazzjoni, realtajiet miżjuda u mħallta u l-intergrazzjoni tagħhom f’ambjenti end-to-end; għodod għall-iddisinjar innovattiv u l-kreattività fi prodotti, servizzi u medja awdjo-viżwali diġitali; interfaces aktar naturali, intuwittivi u faċli biex jintużaw u modi ġodda għall-interazzjoni mat-teknoloġija, magni, apparat u artefatti oħra; sistemi multilingwi u magni għat-traduzzjoni awtomatika.

- Is-simulazzjoni, il-viżwalizzazzjoni, l-interazzjoni u r-realtajiet imħallta: għodod għall-immudellar, is-simulazzjoni, il-viżwalizzazzjoni, l-interazzjoni, realtajiet miżjuda u mħallta u l-intergrazzjoni tagħhom f’ambjenti end-to-end; għodod għall-iddisinjar innovattiv u l-kreattività fi prodotti, servizzi u medja awdjo-viżwali diġitali; interfaces aktar naturali, intuwittivi u faċli biex jintużaw u modi ġodda għall-interazzjoni mat-teknoloġija, magni, apparat u artefatti oħra; Teknoloġija tal-lingwi inkluż sistemi multilingwi u magni għat-traduzzjoni awtomatika.

Emenda 83

Anness I, Parti “Temi”, sottotitolu “It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni”, intestatura “Attivitajiet”, intestatura I ('Pilastri Teknoloġiċi ICT'), inċiż 6a (ġdid)

 

- Sistemi mobbli: it-tranżizzjoni lejn sistemi mobbli tar-raba' ġenerazzjoni u iktar u teknoloġiji relatati ġodda fit-trażmissjonijiet diġitali u l-antenni.

Ġustifikazzjoni

Sistemi tar-raba’ ġenerazzjoni laħqu livell tajjeb ta’ studji u definizzjoni fil-kuntest Ġappuniż, filwaqt li l-Ewropa għadha lura mhux ħażin.

Emenda 84

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima 'Attivitajiet', it-tieni intestatura ('Integrazzjoni tat-Teknoloġiċi'), inċiż 2

Ambjenti fid-dar: komunikazzjoni, monitoraġġ, kontroll u assistenza fid-dar, bini u spazji pubbliċi; interoperabbiltà mingħajr qtugħ u l-użu ta’ l-apparat kollu skond l-effiċjenza komparata mal-prezz, kemm il-prezz ikun jintlaħaq u kemm ikun jista’ jintuża; servizzi ġodda u forom ġodda ta’ kontenut interattiv diġitali u servizzi; aċċess għat-tagħrif u l-immaniġġar tat-tagħrif.

 

Ambjenti fid-dar: komunikazzjoni, monitoraġġ, kontroll u assistenza fid-dar, bini u spazji pubbliċi; interoperabbiltà mingħajr qtugħ u l-użu ta’ l-apparat kollu skond l-effiċjenza komparata mal-prezz, kemm il-prezz ikun jintlaħaq, kemm ikun jista’ jintuża u s-sikurezza servizzi ġodda (inkluż dawk relatati mad-divertiment) u forom ġodda ta’ kontenut interattiv diġitali u servizzi; aċċess għat-tagħrif u l-immaniġġar tat-tagħrif.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel paragrafu ta' din il-Ġustifikazzjoni ma japplikax għall-verżjoni Ingliża.

Partijiet relatati mal-kontenut dwar divertiment ma għandhomx jitneħħew minn dan il-qasam.

Emenda 85

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima 'Attivitajiet', it-tielet intestatura ('Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet'), inċiż 1, sotto-inċiż 1

għas-saħħa: sistemi personali li ma jagħtux fil-għajn li jippermettu liċ-ċittadin li jimmaniġja l-benesseri tiegħu bħal apparat ta’ monitoraġġ li jista’ jintlibes jew jiddaħħal taħt il-ġilda u sistemi awtonomi li jgħinu biex jinżamm stat ta’ saħħa tajba; teknika emerġenti bħall-imaging molekulari għal prevenzjoni aħjar u mediċina individwalizzata; skoperti ta’ tagħrif dwar is-saħħa u l-applikazzjoni fil-prattika klinika; l-immodellar u s-simulazzjoni tal-funzjonijiet ta’ l-organi; apparat mikro- u nano-robotiku għal applikazzjonijiet terawpetiċi minimament invażivi jew mhux invażivi.

 

- għas-saħħa: sistemi personali li ma jagħtux fil-għajn li jippermettu liċ-ċittadin li jimmaniġja l-benesseri tiegħu bħal apparat ta’ monitoraġġ li jista’ jintlibes jew jiddaħħal taħt il-ġilda b'kapaċitajiet għal komunikazzjoni u sistemi awtonomi li jgħinu biex jinżamm stat ta’ saħħa tajba; teknika emerġenti bħall-imaging molekulari għal prevenzjoni aħjar u mediċina individwalizzata; skoperti ta’ tagħrif dwar is-saħħa u l-applikazzjoni fil-prattika klinika; l-immodellar u s-simulazzjoni tal-funzjonijiet ta’ l-organi; apparat mikro- u nano-robotiku għal applikazzjonijiet kirurġiċi u terawpetiċi minimament invażivi jew mhux invażivi; teknoloġiji għal assistenza remota u monitoraġġ remot għal dawk morda kronikament u għall-persuni anzjani; sejbiet permezz tal-kompjuter u sistemi ta' appoġġ għal deċiżjonijiet kliniċi li jwasslu għal dijanjożi aktar affidabbli u xogħol imtejjeb li jwasslu għal sistemi esperti ta' mard speċifiku b'approċċ integrali li jikkonsisti f'ċiklu ta' kura (carecycle approach) u l-użu massimu ta' dejta akkumulata tal-pazjenti u tagħrif dwar mard ibbażat fuq mudell permezz ta' data mining, bijoinformatiċi u sistemi bijoloġiċi; sistemi ta’ l-IT ta’ intrpriża jwasslu għal aktar effiċjenza u tnaqqis fl-iżbalji mediċi fl-isptarijiet u fil-faċilitajiet ta' kura sekondarja;

Ġustifikazzjoni

Ir-riżultati tal-kejl meħud għandhom jintbagħatu b'mod kunfidenzjali f'ċentru għal monitoraġġ fejn ikun jista' janalizzahom professjonist tas-saħħa. Għalhekk ir-riċerka, l-iżvilupp u ċ-ċiklu innovattiv jeħtieġ li jintemmu.

Il-popolazzjoni li qed tikber titlob għal riċerka fl-iżvilupp ta' metodi ġodda li jnaqqsu l-pressjoni fuq l-isptarijiet u fl-istess ħin itejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies mingħajr ma jnaqqsu l-livell ta' għajnuna li huma jirċievu.

Emenda 86

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima 'Attivitajiet', it-tielet intestatura ('Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet'), inċiż 1, sotto-inċiż 2

għall-gvernijiet: l-użu ta’ l-ICT f’strateġija interdixxiplinari fl-amministrazzjoni pubblika kombinat ma’ bidla fl-organizzazzjoni u ħiliet ġodda sabiex ikunu pprovduti servizzi innovattivi, iċċentrati fuq iċ-ċittadin, għal kulħadd; riċerka u soluzzjonijiet imsejsa fuq l-ICT avvanzata sabiex jitjiebu l-proċessi demokratiċi u partiċipattivi u r-rendiment u l-kwalità tas-servizzi tas-settur pubbliku, l-interazzjoni ma u bejn l-amministrazzjonijiet u l-gvernijiet u bħala appoġġ għall-proċessi ta’ l-iżvilupp leġislattiv u ta’ politika f’kull stadju tad-demokrazija.

 

– għall-gvernijiet: l-użu ta’ l-ICT fi strateġija interdixxiplinarja fl-amministrazzjoni pubblika kkombinat ma’ bidla fl-organizzazzjoni proċessi ta' inġinerija mill-ġdid u ħiliet ġodda sabiex ikunu pprovduti servizzi innovattivi, iċċentrati fuq iċ-ċittadin, għal kulħadd; riċerka avanzata u soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ICT biex itejbu l-proċessi demokratiċi u parteċipatorji (inkluż e-demokrazija) u r-rendiment u l-kwalità tas-servizzi tas-settur pubbliku, l-interazzjoni ma’ u bejn amministrazzjonijiet u gvernijiet, u biex jappoġġjaw proċessi leġiżlattivi u ta’ żvilupp ta’ politiki f’kull stadju tad-demokrazija;

Ġustifikazzjoni

L-ICTs jistgħu u għandhom jintużaw sabiex jippromwovu appoġġ għad-demokrazija. F'dan il-qasam, l-e-demokrazija tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-pubbliku ġenerali, għandha kopertura bla limitu, tagħmilha possibbli li tinġabar dejta u informazzjoni li tista' tiġi skambjata b'mod aktar mgħaġġel u ma tinvolvix burokrazija.

Emenda 87

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima “Attivitajiet”, it-tielet intestatura,('Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet'), inċiż 3

- għall-inklużjoni: sabiex l-individwi u l-komunitajiet tagħhom ikunu awtorizzati u jkun hemm titjib fil-parteċipazzjoni ugwali taċ-ċittadini fis-soċjetà tat-tagħrif, waqt li jkun evitat qsim diġitali minħabba d-diżabbiltà, nuqqas ta’ ħiliet, faqar, iżolament ġeografiku, kultura, sess jew età, inter alia permezz ta’ appoġġ għal teknoloġija ta’ assistenza, il-promozzjoni tal-ħajja indipendenti, żieda fil-ħiliet elettroniċi u l-iżvilupp ta’ prodotti ddisinjati-għal-kulħadd.

- għall-inklużjoni: sabiex l-individwi u l-komunitajiet tagħhom ikunu awtorizzati u jkun hemm titjib fil-parteċipazzjoni ugwali taċ-ċittadini fis-soċjetà tat-tagħrif, waqt li jkun evitat qsim diġitali minħabba d-diżabbiltà, nuqqas ta’ ħiliet, faqar, iżolament ġeografiku, kultura, sess jew età, inter alia permezz ta’ appoġġ għal teknoloġija ta’ assistenza, il-promozzjoni tal-ħajja indipendenti, (eż permezz ta' teknoloġiji u servizzi għall-kura tas-saħħa fid-dar) żieda fil-ħiliet elettroniċi u l-iżvilupp ta’ prodotti ddisinjati-għal-kulħadd;

Emenda 88

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima “Attivitajiet”, it-tielet intestatura,('Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet'), inċiż 1 sotto inċiż 4

- għall-mobbilità: sistemi tas-sigurtà integrati bbażati fuq l-ICT għall-vetturi, ibbażati fuq arkitettura u interfaces miftuħa, żguri u affidabbli; sistemi interoperabbli u kooperattivi għall-effiċjenza u s-sikurezza fit-trasport, imsejsa fuq il-komunikazzjoni bejn il-vetturi u ma’ l-infrastruttura tat-trasport u li jintegraw teknoloġija li tindika l-lokazzjoni preċiża u robusta; servizzi personalizzati multi-modal li jindikaw il-post u tagħrif dwar il-mobbiltà inklużi soluzzjonijiet għal servizzi intelliġenti għat-turiżmu;

- għall-mobbilità: sistemi tas-sigurtà integrati bbażati fuq l-ICT għall-vetturi, ibbażati fuq arkitettura u interfaces miftuħa, żguri u affidabbli; sistemi interoperabbli u kooperattivi għall-effiċjenza, s-sikurezza u li ma tagħmilx ħsara għall-ambjent fit-trasport, imsejsa fuq il-komunikazzjoni bejn il-vetturi u ma’ l-infrastruttura tat-trasport u li jintegraw teknoloġija li tindika l-lokazzjoni u navigazzjoni preċiża u robusta; servizzi personalizzati multi-modal li jindikaw il-post u tagħrif dwar il-mobbiltà inklużi soluzzjonijiet għal servizzi intelliġenti għat-turiżmu.

Emenda89

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima “Attivitajiet”, it-tielet intestatura,('Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet'), inċiż 1 sotto inċiż 5a ġdid

 

- għall-kultura: trasferiment ta' soluzzjonijiet ICT sabiex jintuża bl-aħjar mod il-potenzjal ekonomiku fil-qasam kulturali (inkluż il-wirt kulturali, l-iżvilupp reġjonali, it-turiżmu) u l-promozzjoni tax-xogħol f'dawn l-oqsma; se jiġu kkunsidrati sħubijiet bejn organizzazzjonijiet pubbliċi (fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali) u organizzazzjonijiet privati (b'mod partikolari, SMEs).

(Din l-emenda tieħu post EM 680 ta' l-Abbozz tar-Rapport ta' Jerzy Buzek dwar is-Seba’ Programm Qafas)

Emenda 90

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima “Attivitajiet”, it-tielet intestatura,('Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet'), inċiż 1 (ġdid)

 

-mudelli ġodda tan-negozju għall-ICT: il-ħolqien u d-definizzjoni ta’ mudellikummerċjali ġodda ta’ l-ICT għan-negozji permezz ta’ ħidma konġunta ma’ dawk it-temi fejn l-ICT għandha rwol fundamentali fil-bdil ta’ l-istrateġija tal-produzzjoni u tas-servizzi (pereżempju fit-trasport, fis-saħħa, fl-enerġija, fl-ambjent). Il-proġetti li oriġinaw permezz ta' din ir-riċerka konġunta għandhom ikunu ttestjati f'sitwazzjonijiet speċifiċi. L-isforzi konġunti għandhom ikunu appoġġjati minn strateġija li tinvolvi aktar minn tema waħda (cross-thematic approach) imsemmija fl-Anness 1.

Ġustifikazzjoni

Opportunitajiet ġodda qegħdin jiżviluppaw għall-ICT flimkien ma’ problemi soċjo-ekonomiċi u problemi ambjentali emerġenti. B’mod partikolari, is-setturi tat-trasport, tas-saħħa u ta’ l-enerġija jistgħu jibbenefikaw permezz ta’ l-applikazzjoni diffuza tat-teknoloġiji ta’ l-ICT. In order to make possible these new applications, new business models and value chains have to be defined to encourage investments in the related innovation initiatives.

Emenda 91

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima “Attivitajiet”, it-tielet intestatura,('Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet'), inċiż 2 sotto inċiż 1

- forom ġodda ta’ kontenut interattiv, mhux-lineari u jadatta waħdu; esperjenza ta’ l-utent kreattiva u mtejba; customisation u konsenja ta’ kontenut fuq aktar minn medja waħda; kombinament tal-produzzjoni u l-immaniġġar ta’ kontenut kollu kemm hu diġitali ma’ teknoloġiji semantiċi emerġenti; użu li jiffavorixxi l-utenti; kreazzjoni tal-kontenut u aċċess għalih.

- forom ġodda ta’ kontenut interattiv, mhux-lineari u jadatta waħdu inkluż dawk għal skopijiet ta' divertiment u ta' disinn; esperjenza ta’ l-utent kreattiva u mtejba; customisation u konsenja ta’ kontenut fuq aktar minn medja waħda; kombinament tal-produzzjoni u l-immaniġġar ta’ kontenut kollu kemm hu diġitali ma’ teknoloġiji semantiċi emerġenti; użu li jiffavorixxi l-utenti; kreazzjoni tal-kontenut u aċċess għalih.

Emenda 92

Anness I, Parti 'Temi', taqsima 3 (''Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet''), sottotaqsima “Attivitajiet”, it-tielet intestatura,('Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet'), inċiż 2 sotto inċiż 2a (ġdid)

 

– il-ħarsien, il-konservazzjoni u t-titjib fil-valur tal-wirt kulturali, inkluż l-ambjent naturali tal-bniedem: teknoloġiji għall-immaniġġjar ambjentalment rett u sostenibbli ta’ l-ambjent tal-bniedem, li jinkludi l-ambjent mibni, zoni urbani u il-pajsaġġ, kif ukoll għall-ħarsien, il-konservazzjoni u għall-aħjar użu u integrazzjoni tal-wirt kulturali, inklużi l-evalwazzjoni ta’ l-impatt ambjentali, mudelli u għodod għall-evalwazzjoni tar-riskju, tekniki avanzati u mhux distruttivi għad-dijanjosi tal-ħsara, prodotti u metodoloiji ġodda għar-restawrazzjoni, strateġiji ta’ mitigazzjoni u adattament għall-immaniġġjar sostenibbli kemm ta’ l-assi kulturali mobbli kif ukoll ta’ dawk immobbli;

Amendment 93

Anness I, Parti “Temi”, taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima “Attivitajiet”, it-tielet intestatura,('Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet'), inċiż 2 sotto inċiż 3

-servizzi intelliġenti għall-aċċess għall-wirt kulturali f’forma diġitali; għodod għall-komunitajiet sabiex joħolqu memorja kulturali ġdida msejsa fuq wirt ħaj; metodi u għodod għall-priservazzjoni ta’ kontenut diġitali; l-oġġetti diġitali ikunu użabbli minn utenti futuri waqt li jinżammu l-awtentiċità u l-integrità tal-ħolqien oriġinali u l-kuntest ta’ l-użu tagħhom.

-servizzi intelliġenti għall-aċċess u l-promozzjoni tal-kultura (inkluż il-wirt kulturali, l-iżvilupp reġjonali u t-turiżmu); għodod għall-komunitajiet sabiex jiġbru u jippriżervaw il-memorji kulturali tagħhom msejsa fuq wirt ħaj; metodi u għodod għall-priżervazzjoni u d-diversifikazzjoni ta’ kontenut diġitali; l-oġġetti diġitali ikunu użabbli minn utenti futuri waqt li jinżammu l-awtentiċità u l-integrità tal-ħolqien oriġinali u l-kuntest ta’ l-użu tagħhom.

Emenda 94

Anness I, Parti 'Temi', taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima 'Attivitajiet', it-tielet intestatura,('Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet'), inċiż 3 sotto inċiż 1

– sistemi tan-negozju dinamiċi, orjentati lejn in-negozju għall-produzzjoni u l-ħolqien u l-konsenja tas-servizzi; il-kontroll u l-immaniġġar deċentralizzat ta’ oġġetti intelliġenti; ekosistemi tan-negozju diġitali, b’mod partikolari soluzzjonijiet ta’ softwer adattabbli għall-ħtiġijiet ta’ organizzazzjonijiet żgħar u ta’ daqs medju; servizzi kollaborattivi għal postijiet tax-xogħol distribwiti; preżenza tal-grupp miżjuda, maniġġar tal-grupp u appoġġ għall-qsim.

– sistemi tan-negozju dinamiċi, orjentati lejn in-negozju għall-produzzjoni u l-ħolqien u l-konsenja tas-servizzi; il-kontroll u l-immaniġġar deċentralizzat ta’ oġġetti intelliġenti; ekosistemi tan-negozju diġitali, b’mod partikolari soluzzjonijiet ta’ softwer adattabbli għall-ħtiġijiet ta’ organizzazzjonijiet żgħar u ta’ daqs medju; servizzi kollaborattivi għal postijiet tax-xogħol distribwiti u konxji mill-kuntest; preżenza tal-grupp miżjuda, maniġġar tal-grupp u appoġġ għall-qsim. servizzi tal-qsim tal-għarfien u servizzi interattivi.

Amendment 95

Anness I, Parti 'Temi', taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima 'Attivitajiet', it-tielet intestatura,('Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet'), inċiż 3 sotto inċiż 2

– manifattura: kontrolli intelliġenti fuq netwerk għall-manifattura bi preċiżjoni għolja u użu baxx tar-riżorsi; awtomazzjoni mingħajr wajers u loġistika għall-konfigurazzjoni mill-ġdid malajr ta’ l-impjanti; ambjenti integrati għall-immudellar, is-simulazzjoni, il-preżentazzjoni u l-produzzjoni virtwali; teknoloġiji tal-manifattura għal sistemi ICT minjaturizzati u għal sisyemi minsuġa ma’ kull tip ta’ materjali u oġġetti.

-manifattura, inkluż industrija tradizzjonali: kontrolli intelliġenti fuq netwerk għall-manifattura bi preċiżjoni għolja u użu baxx tar-riżorsi; awtomazzjoni mingħajr wajers u loġistika għall-konfigurazzjoni mill-ġdid malajr ta’ l-impjanti; ambjenti integrati għall-immudellar, is-simulazzjoni, l-aħjar użu, il-preżentazzjoni u l-produzzjoni virtwali; teknoloġiji tal-manifattura għal sistemi ICT minjaturizzati u għal sisyemi minsuġa ma’ kull tip ta’ materjali u oġġetti.

Emenda 96

Anness I, Parti 'Temi' sottotitolu ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), intestatura 'Attivitajiet', it-tielet intestatura,('Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet'), inċiż 2 (ġdid)

 

– Monitoraġġ f’ħin reali ta’ mmaniġġjar u operat ta’ negozji: appoġġ effettiv u produttiv għal deċiżjonijiet manaġerjali, monitoraġġ, ġbir u pproċessar ta’ dejta;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi promoss l-użu tat-TIK fil-management tan-negozji.

Emenda 97

Anness I, Parti 'Temi', taqsima 3 ('It-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima 'Attivitajiet', it-tielet intestatura,('Riċerka ta' l-Applikazzjonijiet'), inċiż 4 sotto inċiż 1

għodod li jappoġġaw il-fiduċja u l-kunfidenza fl-ICT u l-applikazzjonijiet tagħhom; sistemi ta’ l-immaniġġar ta’ l-identità multipliċi u federati; teknika ta’ awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni; sistemi li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ privatezza li joħorġu minn żviluppi teknoloġiċi ġodda; maniġġar tad-drittijiet u l-assi; għodod għall-ħarsien minn theddid ċibernatiku.

għodod li jappoġġaw il-fiduċja u l-kunfidenza fl-ICT u l-applikazzjonijiet tagħhom; sistemi ta’ l-immaniġġar ta’ l-identità multipliċi u federati; teknika ta’ awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni; sistemi li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ privatezza li joħorġu minn żviluppi teknoloġiċi ġodda; maniġġar tad-drittijiet u l-assi; għodod għall-ħarsien mill-ispam u mit-theddid ċibernatiku.

Ġustifikazzjoni

L-ispam għadda minn dwejjaq ta’ kultant għal problema serja, billi żdied bil-goff fil-volum u fil-kumplessità. Il-kost ta’ l-ispam għan-negozju u t-tħaddim effiċjenti tal-komunikazzjonijiet elettroniċi qiegħed kulma jmur jikber. Is-soluzzjonijiet għall-ispam jiskadu b’ritmi mgħaġġlin wisq. Jeħtieġ li l-UE tippromwovi l-iżvilupp ta’ għodod teknoloġiċi xierqa biex dan il-fenomenu jitrażżan.

Emenda 98

Anness I, parti 'Temi', taqsima 3 ('Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni'), sottotaqsima ('Reazzjoni għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta’ politika mhux previsti'), paragrafu 1

Attività dwar Teknoloġiji Futuri u Emerġenti se tiġbed u trawwem riċerka eċċellenti trans-dixxiplinari f’oqsma emerġenti relatati ma’ l-ICT. Il-punti ta’ attenzjoni jinkludu: l-esplorazzjoni ta’ fruntieri ġodda fil-minjaturizzazzjoni u l-kompjuters inklużi, pereżempju, l-esplorazzjoni ta’ l-effetti quantum; l-esplojtazzjoni tal-kumplessità tal-kompjuters u sistemi ta’ komunikazzjoni fuq netwerk; l-esplorazzjoni ta’ kunċetti ġodda dwar, u esperiment ma’, sistemi intelliġenti għal prodotti u servizzi personalizzati ġodda.

Attività dwar Teknoloġiji Futuri u Emerġenti se tiġbed u trawwem riċerka eċċellenti trans-dixxiplinari f’oqsma emerġenti relatati ma’ l-ICT. Il-punti ta’ attenzjoni jinkludu: l-esplorazzjoni ta’ fruntieri ġodda fil-minjaturizzazzjoni u l-kompjuters inklużi, pereżempju, l-esplorazzjoni ta’ l-effetti quantum; l-esplojtazzjoni tal-kumplessità tal-kompjuters u sistemi ta’ komunikazzjoni fuq netwerk;inkluż softwer; l-esplorazzjoni ta’ kunċetti ġodda dwar, u esperiment ma’, sistemi intelliġenti għal prodotti u servizzi personalizzati ġodda.

Emenda 99

Anness I, Parti 'Temi', taqsima 4 (‘Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ġodda ta’ Produzzjoni’), sottotaqsima ‘Approċċ’, paragrafu 1

Sabiex ittejjeb il-kompetittività, l-industrija Ewropea teħtieġ innovazzjonijiet radikali. Se tikkonċentra l-kapaċitajiet tagħha fuq prodotti b’valur miżjud għoli u teknoloġiji li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-klijenti, kif ukoll aspettattivi tas-soċjetà fl-ambjenta, is-saħħa u oħrajn. Ir-riċerka hija integrali biex ikunu ffaċċjati dawn l-isfidi konfliġġenti.

Sabiex ittejjeb il-kompetittività, l-industrija Ewropea teħtieġ innovazzjonijiet radikali. Se tikkonċentra l-kapaċitajiet tagħha fuq prodotti b’valur miżjud għoli, proċessi u teknoloġiji li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-klijenti, kif ukoll aspettattivi tas-soċjetà fl-ambjenta, is-saħħa u oħrajn. Ir-riċerka hija integrali biex ikunu ffaċċjati dawn l-isfidi konfliġġenti.

Emenda 100

Anness I, Parti 'Temi', taqsima 4 (‘Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ġodda ta’ Produzzjoni’), sottotaqsima ‘Approċċ’, paragrafu 2

Element kruċjali ta’ din it-tema hija l-integrazzjoni effettiva tan-nanoteknoloġija, ix-xjenzi dwar il-materjali u metodi ta’ produzzjoni ġodda, sabiex jitwettqu u jkunu massimizzati l-impatti għat-trasformazzjoni industrijali u, fl-istess ħin, ikun hemm appoġġ għall-produzzjoni u konsum sostenibbli. It-Tema se tappoġġa kull attività industrijali li joperaw b’sinerġija ma’ temi oħra. L-applikazzjonijiet fis-setturi u oqsma kollha se jkunu appoġġati u dan jinkludi x-xjenzi tal-materjali, il-proċessi u teknoloġiji tal-manifattura b’rendiment għoli, in-nanobijoteknoloġija u n-nanoelettronika.

Il-kompetittività ta’ l-industrija fil-futur se tkun tiddependi ħafna min-nanoteknoloġija u l-applikazzjonijiet tagħha. Attivitajiet ta’ RTD magħmulin f'għadd ta’ oqsma tan-nanoxjenza u n-nano teknoloġija jistgħu jħaffu l-pass tat-trasformazzjoni ta’ l-industrija Ewropea. L-Unjoni Ewropea għandha rwol ta’ tmexxija rikonoxxut f’oqsma bħalma huma n-nanoxjenzi, in-nanoteknoloġiji, materjali u teknoloġiji ġodda ta’ produzzjoni, u dan għandu jitħeġġeġ sabiex tissaħħaħ il-qagħda tagħha fil-kuntest globalizzat li fih kompetizzjoni kbira.

Ġustifikazzjoni

Il-qasam kopert b’din it-Tema huwa vast. L-esperjenza bis-6tt FRP turi l-ħtieġa li tingħata prijorità akbar lid-dimensjoni tan-nanoxjenza u n-nanoteknoloġija, sabiex tiġi evitata s-sottoskrizzjoni żejda.

Emenda 101

Anness I, Parti 'Temi', taqsima 4 (‘Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ġodda ta’ Produzzjoni’), sottotaqsima ‘Attivitajiet’,it-tieni intestatura ('Materjali') paragrafu 1

Materjali avvanzati ġodda b’kontenut ta’ għarfien akbar, funzjonalitajiet ġodda u rendiment imtejjeb huma dejjem aktar kruċjali għall-kompetittività industrijali u l-iżvilupp sostenibbli. Skond il-mudelli l-ġodda għall-industrija tal-manifattura, huma l-materjali stess li qegħdin ikunu l-ewwel pass għaż-żieda fil-valur tal-prodotti u r-rendiment tagħhom, aktar milli l-passi ta’ l-ipproċessar.

Materjali avvanzati ġodda inkluż materjali komposti b’kontenut ta’ għarfien akbar, funzjonalitajiet ġodda u rendiment imtejjeb huma dejjem aktar kruċjali għall-kompetittività industrijali u l-iżvilupp sostenibbli. Skond il-mudelli l-ġodda għall-industrija tal-manifattura, huma l-materjali stess li qegħdin ikunu l-ewwel pass għaż-żieda fil-valur tal-prodotti u r-rendiment tagħhom, aktar milli l-passi ta’ l-ipproċessar.

Ġustifikazzjoni

Hemm riċerka dwar il-komposti daqskemm hemm dwar il-metalli, bi problemi speċifiċi marbutin mal-komposti (l-adeżjoni, eċċ) li ma jitfaċċawx fil-każ ta’ tgħaqqid ta’ metalli (welding, eċċ.).

Emenda 102

Anness I, Parti 'Temi', taqsima 4 (‘Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ġodda ta’ Produzzjoni’), sottotaqsima ‘Attivitajiet’, it-tieni intestatura paragrafu 2

Ir-riċerka se tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ materjali ġodda bbażati fuq l-għarfien b’karatteristiċi magħżula apposta. Dan jitlob kontroll intelliġenti tal-proprjetajiet intrinsiċi, l-ipproċessar u l-produzzjoni u li jingħata każ ta’ l-impatti potenzjali fuq is-saħħa u l-ambjent maċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom kollu. L-enfasi se tkun fuq materjali ġodda avvanzati miksuba bl-użu tal-potenzjal tan-nanoteknoloġija u l-bijoteknoloġiji u/jew it-“tagħlim min-natura”, b’mod partikolari nanomaterjali, bijomaterjali u materjali mħallta b’rendiment għoli. .

Ir-riċerka se tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ materjali ġodda bbażati fuq l-għarfien b’karatteristiċi magħżula apposta. Dan jitlob kontroll intelliġenti tal-proprjetajiet intrinsiċi, l-ipproċessar u l-produzzjoni u li jingħata każ ta’ l-impatti potenzjali fuq is-saħħa u l-ambjent maċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom kollu. L-enfasi se tkun fuq materjali ġodda avvanzati miksuba bl-użu tal-potenzjal tan-nanoteknoloġija u l-bijoteknoloġiji u/jew it-“tagħlim min-natura”, b’mod partikolari nanomaterjali, bijomaterjali metamaterjali u materjali mħallta b’rendiment għoli.

Ġustifikazzjoni

Metamaterjali huma klassi ġdida ta' materjali li għandhom karatteristiċi li mhumiex osservati fin-natura u li minħabba l-importanza innovattiva tagħhom u l-prospetti futuri tagħhom ma għandhomx jiġu esklużi mir-riċerka. Bħalissa, waħda mill-applikazzjonijiet l-aktar komuni tal-metamaterjali hija fil-manifattura ta' lentijiet ċatti.

Emenda 103

Anness I, Parti 'Temi', taqsima 4 (‘Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ġodda ta’ Produzzjoni’), sottotaqsima ‘Attivitajiet’,it-tielet intestatura ('Teknoloġiji ġodda ta' Produzzjoni') paragrafu 1

Hemm il-ħtieġa ta’ strateġija ġdid lejn il-manifattura għat-trasformazzjoni ta’ l-industrija ta’ l-UE minn ambjent industrijali mitfugħ fuq ir-riżorsi għal wieħed mitfugħ fuq l-għarfien u dan jiddependi fuq l-adozzjoni ta’ attitudnijiet kompletament differenti lejn l-akkwist, l-użu, il-ħarsien u l-finanzjament kontinwi ta’ għarfien ġdid u l-użu tiegħu, inkluż lejn produzzjoni u modi ta’ konsum sostenibbli. Dan jimplika l-ħolqien tal-kundizzjonijiet xierqa għall-innovazzjoni kontinwa (f’attivitajiet industrijali u sistemi ta’ produzzjoni, inklużi kostruzzjoni, tagħmir u servizzi) u għall-iżvilupp ta’ “assi” tal-produzzjoni ġeneriċi (teknoloġiji, organizzazzjoni u faċilitajiet ta’ produzzjoni) filwaqt li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' sikurezza u dawk ambjentali.

Hemm il-ħtieġa ta’ strateġija ġdid lejn il-manifattura għat-trasformazzjoni ta’ l-industrija ta’ l-UE minn ambjent industrijali mitfugħ fuq ir-riżorsi għal wieħed mitfugħ fuq l-għarfien u dan jiddependi fuq l-adozzjoni ta’ attitudnijiet kompletament differenti lejn l-akkwist, l-użu, il-ħarsien u l-finanzjament kontinwi ta’ għarfien ġdid u l-użu tiegħu, inkluż lejn produzzjoni u modi ta’ konsum sostenibbli. Dan jimplika l-ħolqien tal-kundizzjonijiet xierqa għall-innovazzjoni kontinwa (f’attivitajiet industrijali u sistemi ta’ produzzjoni, inklużi kostruzzjoni, tagħmir u servizzi) u għall-iżvilupp ta’ “assi” tal-produzzjoni ġeneriċi (teknoloġiji, awtomazzjoni organizzazzjoni ta' riżorsi/tagħmir u faċilitajiet ta’ produzzjoni) li jinkoraġġixxu l-modernizzazzjoni ta' l-industriji bażiċi ta' l-Ewropa filwaqt li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' sikurezza u dawk ambjentali inkluż dawk relatati mal-materjali komposti.

Ġustifikazzjoni

Għandu jingħata aktar dettall rigward wieħed x'jifhem b'assi ta' produzzjoni ġeneriċi'. L-għan aħħari hu li jiġu mmodernizzati l-industriji Ewropej.

Emenda 104

Anness I, Parti 'Temi', taqsima 4 (‘Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ġodda ta’ Produzzjoni’), sottotaqsima ‘Attivitajiet’,it-tielet intestatura ('Teknoloġiji ġodda ta' Produzzjoni') paragrafu 2

Ir-riċerka se tiffoka fuq numru ta’ linji: l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ mudelli u strateġiji industrijali ġodda li jkopru l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u l-proċess; sistemi ta’ produzzjoni adattivi li jirbħu l-limitazzjonijiet eżistenti tal-proċess u jippermettu metodi ġodda ta’ manifattura u pproċessar; produzzjoni fuq netwerk għall-iżvilupp ta’ għodod u metodi għal operazzjonijiet kooperattivi u b’valur miżjud fuq skala globali; għodod għat-trasferiment u l-integrazzjoni mgħaġġla ta’ teknoloġiji ġodda fl-iddisinjar u l-operazzjoni tal-processi tal-manifattura; u l-esplojtazzjoni tal-konverġenza tat-teknoloġiji nano, bijo, info u konjittivi għall-iżvilupp ta’ prodotti u kunċetti ta’ l-inġinerija ġodda u l-possibilità ta’ industriji ġodda.

Ir-riċerka se tiffoka fuq numru ta’ linji: l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ mudelli u strateġiji industrijali ġodda li jkopru l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u l-proċess; sistemi ta’ produzzjoni adattivi li jirbħu l-limitazzjonijiet eżistenti tal-proċess u jippermettu metodi ġodda ta’ manifattura u pproċessar; produzzjoni fuq netwerk għall-iżvilupp ta’ għodod u metodi għal operazzjonijiet kooperattivi u b’valur miżjud fuq skala globali; għodod għat-trasferiment u l-integrazzjoni mgħaġġla ta’ teknoloġiji ġodda fl-iddisinjar u l-operazzjoni tal-processi tal-manifattura; u l-esplojtazzjoni ta' netwerks ta' riċerka multidixxiplinarji u tal-konverġenza tat-teknoloġiji nano, bijo, info u konjittivi għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ibridi, prodotti u kunċetti ta’ l-inġinerija ġodda u l-possibilità ta’ industriji ġodda.

Ġustifikazzjoni

In-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji huma min-natura tagħhom stess multidixxiplinarji. Għalhekk, waħda mill-kundizzjonijiet ewlenin għall-innovazzjoni f'dan il-qasam ta' riċerka hija l-iżvilupp ta' riċerka multidixxiplinarja, l-edukazzjoni u netwerks ta' taħriġ li jikkombinaw firxa wiesgħa ta' oqsma xjentifiċi, bħan-nanoteknoloġiji, materjali, xjenzi, inġinerija, informazzjoni u teknoloġiji tal-komunikazzjoni, bijoteknoloġiji, xjenzi dwar id-dinja u xjenzi dwar l-ambjent. Il-għan huwa li wieħed jasal għal teknoloġiji ibridi u tgħammir f’saħħtu bejn dixxiplini xjentifiċi differenti.

Emenda 105

Anness I, Parti 'Temi', taqsima 4 (‘Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ġodda ta’ Produzzjoni’), sottotaqsima ‘Attivitajiet’,it-tielet intestatura ('Integrazzjoni ta' Teknoloġiji għall-applikazzjonijiet industrijali') paragrafu 2

Ir-riċerka se tiffoka fuq applikazzjonijiet ġodda u soluzzjonijiet ġodda ta' bidla notevoli bħala reazzjoni għal sfidi importanti, kif ukoll għall-ħtiġijiet ta’ l-RTD identifikati mill-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej differenti. L-integrazzjoni ta’ l-għarfien ġdid u teknoloġiji nano, ta' materjali u ta' produzzjoni se jkunu appoġġati f'applikazzjonijiet settorjali u dawk mifruxa fuq aktar minn applikazzjoni waħda bħas-saħħa, il-kostruzzjoni, l-industrija ta' l-ispazju, it-trasport, l-enerġija, il-kimika, l-ambjent, it-tessili, u l-ħwejjeġ, il-polpa u l-karta, u l-inġinerija mekkanika, kif ukoll fuq is-suġġett ġenerali tas-sikurezza fl-industrija.

Ir-riċerka se tiffoka fuq applikazzjonijiet ġodda u soluzzjonijiet ġodda ta' bidla notevoli bħala reazzjoni għal sfidi importanti, kif ukoll għall-ħtiġijiet ta’ l-RTD identifikati mill-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej differenti. L-integrazzjoni ta’ l-għarfien ġdid u teknoloġiji nano, ta' materjali u ta' produzzjoni se jkunu appoġġati f'applikazzjonijiet settorjali u dawk mifruxa fuq aktar minn applikazzjoni waħda bħas-saħħa, l-ipproċessar ta' l-ikel, il-kostruzzjoni, (inklużi xogħlijiet pubbliċi), l-industrija ta' l-ajruspazju, it-trasport, l-enerġija, il-kimika, l-ambjent, it-tessili, u l-ħwejjeġ, taż-żraben, il-polpa u l-karta, u l-inġinerija mekkanika, kif ukoll fuq is-suġġett ġenerali tas-sikurezza fl-industrija.

Ġustifikazzjoni

L-industriji msemmijin – li jistgħu jibbenefikaw mir-riċerka f’dan il-qasam – m’għandhomx jitħallew barra. Kjarifika ta’ l-Emenda 103 preċedenti: 'l-industrija ta' l-ajruspazju'

Amendment 106

Annex I, part 'Themes', section 5 ('Energy'), subsection 'Approach', paragraph 3

It-tisħiħ tal-kompetittività tas-settur Ewropew ta’ l-enerġija, iffaċċjat minn kompetizzjoni qawwija mill-kumplament tad-dinja, huwa għan importanti ta’ din it-Tema, li jipprovdi l-kapaċità lill-industrija Ewropea li tilħaq, jew iżżomm, pożizzjoni fuq quddiem f’teknoloġiji importanti ta’ l-enerġija. B’mod partikolari, l-SMEs huma l-ilma tal-ħajja tas-settur ta’ l-enerġija, għandhom rwol vitali fil-katina ta’ l-enerġija u se jkunu vitali fil-promozzjoni ta’ l-innovazzjoni. Parteċipazzjoni qawwija min-naħa tagħhom fir-riċerka u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni huma essenzjali u se jiġu promossi b’mod attiv.

It-tisħiħ tal-kompetittività tas-settur Ewropew ta’ l-enerġija, iffaċċjat minn kompetizzjoni qawwija mill-kumplament tad-dinja, huwa għan importanti ta’ din it-Tema, li jipprovdi l-kapaċità lill-industrija Ewropea li tilħaq, jew iżżomm, pożizzjoni fuq quddiem f’teknoloġiji importanti ta’ l-enerġija. Quddiem kompetizzjoni qawwija, din il-pożizzjoni fuq quddiem tista' tkun żgurata biss minn livell għoli ta' investiment fir-riċerka u l-iżvilupp. B’mod partikolari, l-SMEs huma l-ilma tal-ħajja tas-settur ta’ l-enerġija, għandhom rwol vitali fil-katina ta’ l-enerġija u se jkunu vitali fil-promozzjoni ta’ l-innovazzjoni. Parteċipazzjoni qawwija min-naħa tagħhom fir-riċerka u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni huma essenzjali u se jiġu promossi b’mod attiv.

Ġustifikazzjoni

Tiipprova tikkjarifika li livell għoli ta’ investiment fir-riċerka u l-iżvilupp jikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-qagħda ewlenija ta’ l-Ewropa meta ffaċċjata bil-kompetizzjoni globali.

Emenda 107

Anness I, parti 'Temi', taqsima 5 ('Enerġija'), sottotaqsima 'Approċċ', paragrafu 5

Sabiex tissaħħaħ id-disseminazzjoni u l-użu tal-produzzjoni tar-riċerka, id-disseminazzjoni tat-tagħrif u t-trasferiment tar-riżultati, inkluż lil dawk li jofformulaw il-politika, se jkun appoġġat fl-oqsma kollha. Dan se jikkomplimenta l-element Enerġija Intelligenti – Programm Ewropa tal-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni sabiex ikun hemm appoġġ għall-innovazzjoni u jitneħħew l-ostakli mhux teknoloġiċi għall-mobilizzazzjoni fis-suq b’mod mifrux tat-teknoloġiji ta’ l-enerġija dimostrati.

Sabiex tissaħħaħ id-disseminazzjoni u l-użu tal-produzzjoni tar-riċerka, id-disseminazzjoni tat-tagħrif u t-trasferiment tar-riżultati, inkluż lil dawk li jofformulaw il-politika, se jkun appoġġat fl-oqsma kollha. B'mod partikolari, l-multidixxiplinarjetà u l-interdixxiplinarjetà se jkunu nkoraġġiti u se jiġu mfittxija s-sinerġija massima u l-kumplimentarjetà ma' programmi u azzjonijiet oħra tal-Komunità bħall-Intelligent Energy - Europe (parti mill-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni).

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe attività ffinanzjata mis-Seba' Programm Qafas għandha tkun relatata mill-qrib ma' dawk promossi minn programmi oħra sabiex jikkumplimentaw lil xulxin.

Amendment 108

Anness I, parti 'Temi', taqsima 5 ('L-enerġija'), sottotaqsima 'Attivitajiet', paragrafu-1

 

L-allokazzjoni ta' fondi fis-settur ta' l-enerġija għandha tkun ibbażata fuq kriterji li jagħmluha possibbli għal teknoloġiji li jkunu evalwati fuq l-abbiltà tagħhom li jassistu lill-UE tilħaq l-objettiv li toħloq settur ta' l-enerġija li hu kompettitiv, sostenibbli għall-ambjent u sikur. Ir-riċerka relattivament limitata ta' l-UE u l-fondi għall-iżvilupp taħt din it-tema għandhom ikunu ffokati fuq teknoloġiji li jistgħu jwasslu għal tnaqqis mgħaġġel ta' l-emissjonijiet tas-CO2.

Ġustifikazzjoni

Il-fondi ta’ l-UE relattivament limiti għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ kwestjonijiet ta’ enerġija mhux-nukleari jeħtieġ li jiġu pprijoritizzati favur teknoloġiji li jilħqu kriterji xjentifiċi oġġettivi, bħal: tnaqqis tad-dipendenza ta' l-enerġija ta' l-UE u t-tnaqqis tal-livell ta' l-enerġija impurtata u ta' numru ta' problemi dwar il-politika ta' sigurtà, jwasslu għal tnaqqis mgħaġġel ta' l-emissjonijiet tas-CO2 u jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' impjiegi ġenerali u b'mod kompettiv ta' l-UE fi żmien relattivament qasir.

Emenda 109

Anness I, 'Temi', taqsima 5('Enerġija'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 'Produzzjoni tal-fjuwil li jiġġedded'

L-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji integrati għall-produzzjoni ta’ l-elettriku minn materjali li jiġġeddu, adattati għal kondizzjonijiet reġjonali differenti, sabiex jipprovdu l-mezzi għal żieda sostanzjali fis-sehem tal-produzzjoni ta’ l-elettriku li jiġġedded fl-UE. Ir-riċerka sea żżid l-effiċjenza ġenerali fil-konverżjoni, tnaqqas il-prezz ta’ l-elettriku b’mod sinifikanti, ittejjeb l-affidabbiltà tal-proċess u tkompli tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent. L-enfasi se tkun fuq il-fotovoltajċi, ir-riħ u l-bijomassa (inkluża frazzjoni bijodigradibbli mill-iskart). Barra minn hekk, ir-riċerka se timmira li tirrealizza l-potenzjal sħiħ ta’ sorsi li jiġġeddu oħra ta’ l-enerġija: ġeotermali, mix-xemx, l-oċeani u idroenerġija fuq skala żgħira.

Riċerka fi u żvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji integrati għall-produzzjoni ta’ l-elettriku minn materjali li jiġġeddu, adattati għal kondizzjonijiet reġjonali differenti, sabiex jipprovdu l-mezzi għal żieda sostanzjali fis-sehem tal-produzzjoni ta’ l-elettriku li jiġġedded fl-UE. Ir-riċerka se żżid l-effiċjenza ġenerali fil-konverżjoni, se telimina ostakoli eżistenti (li se tnaqqas il-prezz ta’ l-elettriku b’mod sinifikanti) ittejjeb l-affidabbiltà tal-proċess u tkompli tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent. L-enfasi se tkun fuq il-fotovoltajċi, l-enerġija termo-solari, ir-riħ u l-bijomassa (inkluż pjanttaġuni għall-produzzjoni ta' l-enerġija u frazzjoni bijodigradibbli mill-iskart). Furthermore, research will aim at realising the full potential of other renewable energy sources: ġeotermali, mix-xemx, l-oċeani u idroenerġija fuq skala żgħira.

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li l-kliem tal-bidu tad-diversi paragrafi jkun standardizzat, sabiex jissemmew it-tliet komponenti xjentifiċi (ir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni).

L-użu ta' l-enerġija solari għall-produzzjoni ta' l-elettriku ma għandix tkun ristretta għall-fotovoltajċi; il-potenzjal għall-produzzjoni termo-elettrika bl-użu ta' kolletturi termiċi-solari b'temperatura medja u għolja, għandhom ukoll ikunu użati b'mod massimu.

L-għan li jiżdiedu u jittejbu l-attivitajiet relatati ma' l-uċuh għall-produzzjoni ta' l-enerġija u mal-potenzjal tagħhom għandu japplika f'kull każ.

Emenda 110

Anness I, 'Temi', taqsima 5 ('L-Enerġija'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 'Produzzjoni tal-fjuwil li jiġġedded'

L-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji ta’ konverżjoni aħjar għal produzzjoni sostenibbli u ktajjen ta’ provvista ta’ fjuwils solidi, likwidi u forma ta’ gass mill-bijomassa (inkl. frazzjoni bijodigradibbli mill-iskart) b’mod partikolari l-bijofjuwils għat-trasport. L-enfasi se tkun fuq tipi ġodda ta’ bijofjuwils kif ukoll fuq rotot ġodda ta’ produzzjoni u distribuzzjoni għall-bijofjuwils eżistenti, inkluża l-produzzjoni integrata ta’ l-enerġija u prodotti oħra b’valur miżjud permezz tal-bijoraffineriji. Bil-għan li jkun hemm aktar benefiċċji mis-'sors sa l-utent' tal-karbonju, ir-riċerka se tiffoka fuq żieda fl-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija u titjib fl-integrazzjoni tat-teknoloġija u l-użu ta-materja prima (feedstock). Se jkunu inklużi kwistjonijiet bħal loġistika tal-materja prima, riċerka pre-normattiva u l-istandardizzazzjoni għal użu bla periklu fit-trasport u applikazzjonijiet stazzjonarji. Sabiex ikun esplojtat il-potenzjal għall-produzzjoni ta’ l-idroġenu li jiġġedded, ikun hemm appoġġ għal proċessi bbazati fuq il-bijomassa, l-elettriku li jiġġedded u l-enerġija mix-xemx.

Ir-riċerka fil-, u l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’, teknoloġiji aħjar ta’ konverżjoni għall-produzzjoni sostenibbli u ktajjen ta’ provvista ta’ fjuwils solidi, likwidi u fil-forma ta’ gass mill-bijomassa u minn pjantaġġuni għall-produzzjoni ta' l-enerġija (inkl. frazzjoni bijodegradabbli mill-iskart), b’mod partikolari l-bijofjuwils għat-trasport. L-enfasi għandha tkun fuq tipi ġodda ta’ bijofjuwils kif ukoll fuq rotot ġodda ta’ produzzjoni u distribuzzjoni għall-bijofjuwils eżistenti, inkluża l-produzzjoni integrata ta’ l-enerġija u prodotti oħra b’valur miżjud permezz tal-bijoraffineriji. Bil-għan li jkun hemm aktar benefiċċji tal-karbonju mis-'sors sa l-utent', ir-riċerka se tiffoka fuq żieda fl-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija u titjib fl-integrazzjoni tat-teknoloġija u l-użu tal-materja prima (feedstock). Se jkunu inklużi kwistjonijiet bħal uċuh għall-produzzjoni ta' l-enerġija, loġistika tal-materja prima, riċerka pre-normattiva u l-istandardizzazzjoni għal użu bla periklu fit-trasport u applikazzjonijiet stazzjonarji. Sabiex ikun esplojtat il-potenzjal għall-produzzjoni ta’ l-idroġenu li jiġġedded, ikun hemm appoġġ għal proċessi bbazati fuq il-bijomassa, l-elettriku li jiġġedded u l-enerġija mix-xemx.

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li l-kliem tal-bidu tad-diversi paragrafi jkun standardizzat, sabiex jissemmew it-tliet komponenti xjentifiċi (ir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni).

L-għan li jiżdiedu u jittejbu l-attivitajiet relatati ma' l-uċuh għall-produzzjoni ta' l-enerġija u mal-potenzjal tagħhom għandu japplika f'kull każ. Għal din ir-raġuni qed jiġi propost li jkun xieraq li dan jissemma f'dan il-paragrafu kif ukoll fil-paragrafu ta' qablu.

Emenda 111

Anness I, 'Temi', taqsima 5 ('L-Enerġija'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 'Materjali li jiġġeddu għat-tisħin u t-tkessiħ'

L-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ firxa ta’ teknoloġiji sabiex jiżdied il-potenzjal tat-tisħin u t-tkessiħ permezz ta’ sorsi ta’ l-enerġija li jiġġeddu u jkun hemm kontribut lejn enerġija sostenibbli. L-għan huwa li jkun hemm tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet, żieda fl-effiċjenza, aktar tnaqqis fl-impatti fuq l-ambjent u l-aħjar użu tat-teknoloġiji f’kondizzjonijiet reġjonali differenti. Ir-riċerka u d-dimostrazzjoni se jinkludu sistemi u komponenti ġodda għal applikazzjonijiet industrijali (inkl. d-desalinizzazzjoni termali ta’ l-ilma baħar), tisħin u tkessiħ ta’ l-ispazji distrettwali u/jew dedikati, l-integrazzjoni tal-bini u l-ħażna ta’ l-enerġija.

Ir-riċerka fil-, u l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’, firxa ta’ teknoloġiji sabiex jiżdiedu l-potenzjal tat-tisħin u t-tkessiħ attiv permezz ta’ sorsi ta’ l-enerġija li jiġġeddu u t-titjib f'sistemi li jutilizzaw it-tisħin passiv jew li hu ġġenerat b'mod naturali sabiex ikun hemm kontribut lejn enerġija sostenibbli. L-għan huwa li jkun hemm tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet, żieda fl-effiċjenza, aktar tnaqqis fl-impatti fuq l-ambjent u l-aħjar użu tat-teknoloġiji f’kondizzjonijiet reġjonali differenti. Ir-riċerka u d-dimostrazzjoni se jinkludu sistemi u komponenti ġodda għal applikazzjonijiet industrijali (inkl. d-desalinizzazzjoni termali ta’ l-ilma baħar), tisħin u tkessiħ ta’ l-ispazji distrettwali u/jew dedikati, l-integrazzjoni tal-bini u l-ħażna ta’ l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li l-kliem tal-bidu tad-diversi paragrafi jkun standardizzat, sabiex jissemmew it-tliet komponenti xjentifiċi (ir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni).

Permezz ta' strumenti leġiżlattivi relatati ma' l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija fil-bini jkun xieraq li l-Unjoni Ewropea twettaq aktar studju dwar l-ambitu għall-użu ta' sistemi li jutilizzaw sħana passiva jew iġġenerata b'mod naturali.

Emenda 112

Anness I, parti 'Temi', taqsima 5 ('L-Enerġija'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 6 ('Teknoloġiji nodfa tal-faħam')

Impjanti ta’ l-enerġija li jaħarqu l-faħam għadhom il-qofol tal-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku madwar id-dinja, iżda għandhom potenzjal konsiderevoli għal kisba ta’ aktar effiċjenza u tnaqqis fl-emissjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tad-CO2. Sabiex iżommu l-kompetittività u jagħtu kontribut għall-immaniġġar ta’ l-emissjonijiet tad-CO2, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji għall-konverżjoni nadifa tal-faħam se jkunu appoġġati sabiex ikun hemm żieda sinifikanti fl-effiċjenza u l-affidabbiltà ta’ l-impjanti, tnaqqis fl-emissjonijiet li jniġġżu u tnaqqis fl-ispejjeż totali, taħt kondizzjonijiet ta’ operazzjoni diversi. Bl-għan li, fil-futur, ikun hemm ġenerazzjoni ta’ l-enerġija mingħajr emissjonijiet, dawn l-attivitajiet se jwittu t-triq għal, jikkomplementaw u jintrabtu ma' teknoloġiji futuri ta’ l-assorbiment u l-ħażna tad-CO2.

Impjanti ta’ l-enerġija li jaħarqu l-faħam għadhom il-qofol tal-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku madwar id-dinja, iżda għandhom potenzjal konsiderevoli għal kisba ta’ aktar effiċjenza u tnaqqis fl-emissjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tad-CO2. Sabiex iżommu l-kompetittività u jagħtu kontribut għall-konservazzjoni tar-riżorsi u għall-immaniġġar ta’ l-emissjonijiet tad-CO2, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji nodfa tal-faħam se jkunu appoġġati sabiex ikun hemm żieda sinifikanti fl-effiċjenza u l-affidabbiltà ta’ l-impjanti, tnaqqis fl-emissjonijiet li jniġġsu, inklużi patikuli fini, mikroelementi, merkurju u komposti organiċi u tnaqqis fl-ispiża totali, taħt kondizzjonijiet ta’ operazzjoni diversi. Bl-għan li, fil-futur, ikun hemm ġenerazzjoni ta’ l-enerġija mingħajr emissjonijiet, dawn l-attivitajiet se jwittu t-triq għal, jikkomplementaw u jintrabtu ma' teknoloġiji futuri ta’ l-assorbiment u l-ħażna tad-CO2.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi indirizzat it-titjib kollu li jista’ jsir fl-impjanti eżistenti u/jew futuri ta' l-enerġija li jaħdmu bil-faħam. L-ambitu ta' l-emendi huwa li jtejjeb il-kundizzjonijiet li fihom issir ir-riċerka fl-UE mhux biss biex tiżdied l-effiċjenza u t-tnaqqis tad-CO2, imma wkoll biex isir progress lejn il-miri biex naslu f'sitwazzjoni fejn ma jkunx hemm emissjonijiet (i.e: partikuli fini, mikroelementi, merkurju u komposti organiċi.)

Emenda 113

Anness I, parti 'Temi', taqsima 5 ('L-Enerġija'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 7 ('Netwerks ta’ smart energy')

Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal sistema ta’ enerġija aktar sostenibbli, hemm il-ħtieġa ta’ sforz R&Ż wiesa' sabiex iżid l-effiċjenza, il-flessibilità, is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-sistemi u netwerks Ewropej ta’ l-elettriku u l-gass. Għan-netwerks ta’ l-elettriku, l-għanijiet tat-trasformazzjoni tal-grids eżistenti f’netwerks ta’ servizz reżistenti u interattivi (klijenti/operaturi) u t-tneħħija ta’ l-ostakoli għall-użu fuq skala kbira u l-integrazzjoni effettiva ta’ sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu u ġenerazzjoni distribwita (eż. ċelluli tal-fjuwil, mikroturbini, magni bil-moviment alternat) ikunu jeħtieġu wkoll l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji importanti li jagħmlu żviluppi oħra possibbli (pre-eż. soluzzjonijiet ICT, teknoloġiji tal-ħażna għar-RES, elettronika ta’ l-enerġija u apparat HTS). Għan-netwerks tal-gass, l-għan huwa li jkunu dimostrati proċessi u sistemi aktar intelliġenti għat-trasport u d-distribuzzjoni tal-gass, inklużi l-integrazzjoni effettiva tas-sorsi ta’ l-enerġija li jiġġeddu.

Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal sistema ta’ enerġija aktar sostenibbli, hemm il-ħtieġa ta’ sforz R&Ż wiesa' sabiex iżid l-effiċjenza, il-flessibilità, is-sikurezza u l-affidabbiltà tas-sistemi u netwerks Ewropej ta’ l-elettriku u l-gass. Għan-netwerks ta’ l-elettriku, l-għanijiet tat-trasformazzjoni tal-grids eżistenti f’netwerks ta’ servizz reżistenti u interattivi (klijenti/operaturi), it-tneħħija ta’ l-ostakoli għall-użu fuq skala kbira u l-integrazzjoni effettiva ta’ sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu u ġenerazzjoni distribwita (eż. ċelluli tal-fjuwil, mikroturbini, magni bil-moviment alternat) u t-titjib tal-kwalità tal-provvista (f'termini ta' kwalità tal-vultaġġ u ta' l-enerġija mwassla) jkunu jeħtieġu wkoll l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji importanti li jagħmlu żviluppi oħra possibbli (eż. soluzzjonijiet ICT, teknoloġiji tal-ħażna għar-RES, kejl elettroniku, u sistemi ta' Ġestjoni Awtomatizzata ta' l-Arloġġi, elettronika ta’ l-enerġija u apparat HTS, sistemi ta' kontroll ICT għall-ġestjoni ta' netwerks attivi, ġestjoni effiċjenti tal-forza tax-xogħol, eċċ.). Għan-netwerks tal-gass, l-għan huwa li jkunu dimostrati proċessi u sistemi aktar intelliġenti għat-trasport u d-distribuzzjoni tal-gass, inklużi l-integrazzjoni effettiva tas-sorsi ta’ l-enerġija li jiġġeddu. Ir-riċerka dwar l-integrazzjoni bejn in-netwerks ta' l-elettriku u tal-gass (eż. ċentri ta' kontroll integrati, aktar minn arloġġ wieħed fl-istess ħin, forza tax-xogħol komuni) se ssir biex jintlaħaq l-għan ta' l-effiċjenza għaż-żewġ oqsma.

Ġustifikazzjoni

L-integrazzjoni tal-ġenerazzjoni distribwita hija waħda mill-akbar sfidi għan-netwerks ta’ l-elettriku tal-futur sabiex jiġi promoss it-tkabbir tar-RES, titjieb il-kwalità tal-provvista u jkunu sodisfatti l-bżonnijiet ta’ min juża s-servizz. Dawk li jużaw is-servizz se jkunu aktar u aktar involuti fis-suq ta’ l-elettriku permezz ta’ teknoloġiji innovattivi (eż. l-Arloġġi Elettroniċi, il-Ġestjoni Awtomatizzata ta' l-Arloġġi, l-enerġija mħallsa minn qabel, is-servizzi tal-faxxa wiesa', eċċ.), u jiġġeneraw l-enerġija elettrika lokalment (Ġenerazzjoni Distribwita). Ir-riċerka għall-ġestjoni u l-integrazzjoni tad-DG fin-netwerks ta’ distribuzzjoni hija xi ħaġa mixtieqa. Is-sistemi ta’ ICT se jkollhom rwol fuq quddiem nett. Għall-ġestjoni effiċjenti tan-netwerks tad-distribuzzjoni, jeħtieġ li jittejbu l-ħiliet organizzattivi: il-ġestjoni tal-forza tax-xogħol, l-integrazzjoni ta’ l-operazzjoni ta’ l-elettriku u l-gass, forza tax-xogħol komuni għan-netwerks tal-gass u l-elettriku jistgħu jtejbu l-livelli ta’ effiċjenza.

Emenda 114

Anness I, 'Temi', taqsima 5 ('L-Enerġija'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura 'L-effiċjenza u l-iffrankar fl-użu ta’ l-enerġija', sentenza1

Il-potenzjal kbir għall-iffrankar u t-titjib fl-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija iridu jiġu sfruttati permezz ta’ l-ottimizzazzjoni, il-validazzjoni u d-dimostrazzjoni ta’ kunċetti u teknoloġiji ġodda għall-bini, is-servizzi u l-industrija.

Il-potenzjal kbir għall-iffrankar u t-titjib fl-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija jridu jiġu sfruttati permezz ta’ l-ottimizzazzjoni, il-validazzjoni, ir-riċerka dwar, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ kunċetti u teknoloġiji ġodda għall-bini, it-trasport, is-servizzi u l-industrija.

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li l-kliem tad-diversi paragrafi jkun standardizzat, sabiex jissemmew it-tliet komponenti xjentifiċi (ir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni).

Il-qasam tat-trasport m'għandux jitħalla barra mill-attivitajiet li jipprovdi għalihom dan il-paragrafu.

Emenda 115

Anness I, parti 'Temi', taqsima 6 ('L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)'), subtaqsima 'Għan'

Il-promozzjoni ta’ l-immaniġġar sostenibbli ta’ l-ambjent naturali u dak tal-bniedem u r-riżorsi tiegħu billi jkun hemm avvanz fl-għarfien ta’ l-interazzjoni bejn il-bijosfera, l-ekosistemi u l-attivitajiet tal-bniedem, u bl-iżvilupp ta’ teknoloġiji, għodod u servizzi ġodda sabiex il-kwistjonijiet ambjentali globali jkunu indirizzati b’mod integrat. L-enfasi se tkun fuq il-previżjoni tal-bidliet fis-sistemi tal-klima, ekoloġiċi, ta’ l-art u l-oċeani, fuq għodod u teknoloġiji għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-pressjoni u r-riskji fuq l-ambjent, inkluża s-saħħa, u għas-sostenibbiltà ta’ l-ambjent naturali u dak magħmul mill-bniedem.

Il-promozzjoni ta’ l-immaniġġar sostenibbli ta’ l-ambjent naturali u dak tal-bniedem u r-riżorsi tiegħu billi jkun hemm avvanz fl-għarfien ta’ l-interazzjonijiet bejn il-bijosfera, l-ekosistemi u l-attivitajiet tal-bniedem, tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli tagħha, u bl-iżvilupp ta’ teknoloġiji, għodod u servizzi ġodda sabiex il-kwistjonijiet ambjentali globali jkunu indirizzati b’mod integrat. L-enfasi se tkun fuq il-previżjoni tal-bidliet fis-sistemi tal-klima, ekoloġiċi, ta’ l-art u l-oċeani, fuq għodod u teknoloġiji għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u l-adattament tal-pressjoni u r-riskji fuq l-ambjent, inkluża s-saħħa, u għas-sostenibbiltà ta’ l-ambjent naturali u dak magħmul mill-bniedem.

Ġustifikazzjoni

Ċerti pressjonijiet jew riskji ambjentali jista' jkun diffiċli ħafna biex jitreġġgħu lura. Għal din ir-raġuni, ikun xieraq li ssir riċerka dwar modi kif dawk il-pressjonijiet u riskji jiġu adattati sabiex jitnaqqas l-impatt li jista' jkollhom fuq il-bnedmin u l-ambjent tagħhom.

Emenda 116

Anness I, 'Temi', taqsima 6 ('L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)'), subtaqsima 'Strateġija', l-ewwel paragrafu

Il-ħarsien ta’ l-ambjent huwa essenzjali għal kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri kif ukoll għat-tkabbir ekonomiku. Ġaladarba r-riżorsi naturali tad-dinja u l-ambjent maħluq mill-bniedem huma taħt pressjoni mill-popolazzjoni li qegħda tikber, l-urbanizzazzjoni, l-espansjoni kontinwa ta’ l-agrikoltura, it-trasport u s-setturi ta’ l-enerġija, kif ukoll il-varjabbiltà tal-klima u t-tisħin fuq skala lokali, reġjonali u lokali, l-isfida li qegħda tiffaċċja l-UE hija li tiżgura tkabbir kontinwu u sostenibbli waqt li, fl-istess ħin, tnaqqas l-impatti negattivi fuq l-ambjent. Il-kooperazzjoni ma’ l-Ewropa kollha hija mmotivata mill-fatt li l-pajjiżi, ir-reġjuni u l-ibliet qegħdin jiffaċċjaw problemi ambjentali komuni u li hemm il-ħtieġa ta’ massa kritika minħabba l-iskala, l-ambitu u l-livell għoli ta’ kumplessità tar-riċerka dwar l-ambjent. Tali kooperazzjoni tiffaċilita wkoll l-ippjanar komuni, l-użu ta’ bażijiet tat-tagħrif konnessi u interoperabbli, u l-iżvilupp ta’ indikaturi komuni, ta’ metodoloġiji ta’ valutazzjoni u ta’ sistemi koerenti u fuq skala kbira għall-osservazzjoni u t-tbassir. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni internazzjonali hija meħtiega sabiex l-għarfien ikun komplut u għal maniġġar aħjar fuq livell dinji.

Il-ħarsien ta’ l-ambjent huwa essenzjali għal kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri kif ukoll għat-tkabbir ekonomiku. Ġaladarba r-riżorsi naturali tad-dinja u l-ambjent maħluq mill-bniedem huma taħt pressjoni mill-popolazzjoni li qiegħda tikber, l-urbanizzazzjoni, il-bini, l-espansjoni kontinwa ta’ l-agrikoltura, il-bhejjem ta' l-irziezet, l-akwakultura u s-sajd, it-trasport u s-setturi ta’ l-enerġija, kif ukoll il-varjabbiltà tal-klima u t-tisħin fuq skala lokali, reġjonali u lokali, l-isfida li qegħda tiffaċċja l-UE hija li tiżgura tkabbir kontinwu u sostenibbli waqt li, fl-istess ħin, tnaqqas l-impatti negattivi fuq l-ambjent. Il-kooperazzjoni ma’ l-Ewropa kollha hija mmotivata mill-fatt li l-pajjiżi, ir-reġjuni u l-ibliet qegħdin jiffaċċjaw problemi ambjentali komuni u li hemm il-ħtieġa ta’ massa kritika minħabba l-iskala, l-ambitu u l-livell għoli ta’ kumplessità tar-riċerka dwar l-ambjent. Tali kooperazzjoni tiffaċilita wkoll l-ippjanar komuni, l-użu ta’ bażijiet tat-tagħrif konnessi u interoperabbli, u l-iżvilupp ta’ indikaturi komuni, ta’ metodoloġiji ta’ valutazzjoni u ta’ sistemi koerenti u fuq skala kbira għall-osservazzjoni u t-tbassir. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni internazzjonali hija meħtiega sabiex l-għarfien ikun komplut u għal maniġġar aħjar fuq livell dinji.

Ġustifikazzjoni

L-impatt ambjentali tat-trobbija tal-bhejjem (bħall-produzzjoni tad-demel likwidu, li jnixxi għal ġol-provvisti ta' l-ilma ta' taħt l-art), tas-sajd (fir-rigward, pereżempju, tal-konservazzjoni ta' riżorsi jew ta' innovazzjonijiet fit-tekniki tas-sajd li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent) u ta' l-akwakultura (ikkaġunat, pereżempju, mill-gaġeġ tal-ġut li jirpoġġew mal-kosta u l-influwenza tagħhom fuq il-madwar tagħhom) għandhom jissemmew sabiex ikunu jistgħu jinġiebu speċifikament fl-ambitu ta' l-attivitajiet li dan il-paragrafu għandu x'jaqsam magħhom.

Emenda 117

Anness I, parti 'Temi', taqsima 6 ('L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)'), subtaqsima 'Strateġija', paragrafu 4

Il-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali se tkun imsaħħa bit-twessigħ u t-tkabbir ta’ l-ambitu ta’ l-ERA-NETS eżistenti fir-riċerka ambjentali, inkluża implimentazzjoni konġunta ta’ programmi ta’ riċerka fil-Baħar Baltiku u ERA-nets ġodda.

 

 

Il-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali se tkun imsaħħa bit-twessigħ u t-tkabbir ta’ l-ambitu ta’ l-ERA-NETS eżistenti fir-riċerka ambjentali, inkluża implimentazzjoni konġunta ta’ programmi ta’ riċerka fil-Baħar Baltiku u ERA-nets ġodda. Il-multidixxiplinarità u l-interdixxiplinarità se jiġu promossi permezz ta' 'sejħiet komuni' fil-każi ta' temi li jinvolvu b'mod ċar l-interrelazzjoni ta' diversi dixxiplini, bħax-xjenzi u t-teknoloġiji marittimi.

Ġustifikazzjoni

F'aspetti relatati mal-konservazzjoni ta' l-ambjent marittimu, għandhom jiġu inkuraġġiti l-metodi tal-multidixxiplinarità u ta' l-interdixxiplinarità, flimkien mal-ħidma u l-koperazzjoni bejn il-parteċipanti u l-pajjiżi involuti.

Emenda 118

Anness I, 'Temi', taqsima 6 ('L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)'), subtaqsima 'Strateġija', il-ħames paragrafu

Tingħata attenzjoni speċjali għat-tisħiħ tad-disseminazzjoni tar-rizultati tar-riċerka ta’ l-UE – ukoll permezz ta’ l-esplojtazzjoni ta’ sinerġiji ma’ mekkaniżmi kumplimentari ta’ finanzjament fuq livelli ta’ l-UE u l-Istati Membri – u anki l-istimulazzjoni ta’ l-adozzjoni tagħhom minn utenti finali rilevanti, bil-mira tkun, b’mod partikolari, lejn dawk li jifformulaw il-politika.

Tingħata attenzjoni speċjali għat-tisħiħ tad-disseminazzjoni tar-rizultati tar-riċerka ta’ l-UE u għat-tixrid informattiv u xjentifiku, bil-ħsieb li x-xjenza u t-teknoloġija jitressqu eqreb lejn is-soċjetà.

 

Jitfittxu l-akbar sinerġija u kumplimentarjetà possibbli ma’ mekkaniżmi kumplimentari ta’ finanzjament fuq livelli ta’ l-UE u l-Istati Membri, bħas-Sitt Programm ta' Azzjoni għall-Ambjent, il-programm URBAN u l-Fondi LIFE+.

Ġustifikazzjoni

L-inizjattivi ta' tixrid se jsiru sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet li jkollhom x'jaqsmu magħhom jiġu assimilati minn dawk li jkunu se jużawhom fl-aħħar u b'mod partikulari minn dawk responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi.

Attivitajiet finanzjati mis-Seba' Programm ta' Qafas għandhom ikunu relatati mill-qrib ma' dawk promossi minn programmi oħra, sabiex jiġi żgurat li jikkumplimentaw lil xulxin.

Emenda 119

Anness I, parti 'Temi', taqsima 6 ('L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)'), subtaqsima 'Attivitajiet', l-ewwel intestatura ('Bidla fil-klima, tniġġis u riskji'), l-ewwel inċiż

Ir-riċerka integrata dwar kif taħdem il-klima u s-sistema globali hija meħtieġa sabiex ikun hemm osservazzjoni u analiżi ta’ kif dawn is-sistemi jevolvu u tbassir ta’ l-evolviment fil-futur.. Dan se jippermetti l-iżvilupp ta’ adattament effettiv u miżuri ta’ mitigazzjoni dwar il-bidla fil-klima u l-impatt tagħha. Mudelli avvanzati dwar il-bidla fil-klima minn skala globali għal skala sub-reġjonali se jiġu żviluppati u applikati sabiex ikun hemm valutazzjoni tal-bidla, l-impatti potenzjali u l-limiti kruċjali. Bidliet fil-kompożizzjoni ta’ l-atmosfera u ċ-ċiklu ta’ l-ilma se jiġu studjati u se jkunu żviluppati strateġiji bbażati fuq ir-riskji li jqisu l-bidla fl-okkorrenza ta’ nixfiet, maltemp u għargħar. Il-pressjoni fuq il-kwalità ta’ l-ambjent u fuq il-klima mit-tniġġis ta’ l-arja, l-ilma u l-ħamrija se tiġi investigata, kif ukoll l-interazzjonijiet bejn l-atmosfera, is-saff ta’ l-ożonu fl-istratosfera, il-wiċċ ta’ l-art, is-silġ u l-oċeani. Tingħata konsiderazzjoni għall-mekkaniżmi ta’ reazzjoni u bidliet f’daqqa (eż. iċ-ċirkolazzjoni fl-oċeani) u għall-impatti fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi.

 

Ir-riċerka integrata dwar kif taħdem il-klima u s-sistema globali u ta' l-oċeani (inklużi r-reġjuni polari) hija meħtieġa sabiex ikun hemm osservazzjoni u analiżi ta’ kif dawn is-sistemi inbidlu fl-imgħoddi u kif jevolvu u tbassir ta’ l-evolviment fil-futur. Dan se jippermetti l-iżvilupp ta’ adattament effettiv u miżuri ta’ mitigazzjoni dwar il-bidla fil-klima u l-impatt tagħha. Mudelli avvanzati dwar il-bidla fil-klima minn skala globali għal skala sub-reġjonali se jiġu żviluppati u applikati sabiex ikun hemm valutazzjoni tal-bidla, l-impatti potenzjali u l-limiti kruċjali. Bidliet fil-kompożizzjoni ta’ l-atmosfera u ċ-ċiklu ta’ l-ilma se jiġu studjati u se jkunu żviluppati strateġiji bbażati fuq ir-riskji li jqisu l-bidla fl-okkorrenza ta’ nixfiet, maltemp u għargħar. Il-pressjoni fuq il-kwalità ta’ l-ambjent u fuq il-klima mit-tniġġis ta’ l-arja, l-ilma (kemm fil-wiċċ kif ukoll taħt l-art) u l-ħamrija se tiġi investigata, kif ukoll l-interazzjonijiet bejn l-atmosfera, is-saff ta’ l-ożonu fl-istratosfera, il-wiċċ ta’ l-art, is-silġ u l-oċeani, inklużi l-effetti tal-bidliet fil-livelli tal-baħar fuq l-inħawi tal-kosta. Tingħata konsiderazzjoni għall-mekkaniżmi ta’ reazzjoni u bidliet f’daqqa (eż. iċ-ċirkolazzjoni fl-oċeani) u għall-impatti fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi, inklużi l-impatti fuq inħawi partikularment sensittivi bħar-reġjuni kostali u muntanjużi.

Ġustifikazzjoni

Studju dwar il-bidliet li seħħew fl-imgħoddi fis-sistemi tad-dinja u ta' l-oċeani jistgħu joffru dejta li tista' tgħin biex jiġu spjegati u mbassra bidliet ta' bħalissa u tal-ġejjieni.

Barra minn hekk, din l-emenda sservi biex taġġorna d-deskrizzjoni tal-pressjonijiet li qed isiru bħalissa fuq l-ambjent tad-dinja u ta' l-oċeani tagħna, li jinkorpora kwistjonijiet bħat-tidwib ta' l-għatjiet tas-silġ, bidliet fil-livelli tal-baħar u l-ħsara lill-ilma ta' taħt l-art.

Emenda 120

Anness I, parti 'Temi', taqsima 6 ('L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)'), subtaqsima 'Attivitajiet', l-ewwel intestatura ('Bidla fil-klima, tniġġis u riskji'), it-tieni inċiż

Ir-riċerka multidixxiplinari dwar l-interazzjoni bejn l-fatturi ta’ riskju ambjentali u s-saħħa tal-bniedem hija meħtieġa bħala appoġġ għall-pjan ta’ azzjoni dwar l-Ambjent u s-Saħħa u l-integrazzjoni ta’ tħassib dwar is-saħħa pubblika u l-karatterizzazzjoni tal-mard relatati ma’ riskji ambjentali emerġenti. Ir-riċerka se tiffoka fuq esponiment multiplu minn rotot ta’ esponiment differenti, l-identifikazzjoni tas-sorsi tat-tniġġis u sorsi ta’ tensjoni ambjentali ġodda jew emerġenti ( l-arja ta’ ġewwa u ta’ barra, kampijiet elettromanjetiċi, ħoss u l-esponiment għal sustanzi tossiċi) u l-effetti potenzjali fuq is-saħħa. Ir-riċerka se timmira wkoll lejn l-integrazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ riċerka dwar il-bijomonitoraġġ fuq il-bniedem fir-rigward ta’ l-aspetti xjentifiċi, il-metodoloġiji u l-għodod sabiex ikun żviluppat strateġija koordinat u koerenti. Se tinkludi studji cohort (tqabbil ta’ żewġ gruppi, wieħed b’ċertu marda u l-ieħor le) Ewropej, b’attenzjoni speċjali għall-gruppi ta’ popolazzjoni vulnerabbli, u metodi u għodod għal karatterizzazzjoni aħjar tar-riskji, il-valutazzjoni u t-tqabbil tar-riskji u l-impatt fuq is-saħħa. Ir-riċerka se tiżviluppa wkoll marki bijoloġiċi u għodod għall-immudellar li jqisu l-esponiment kombinat, il-varjazzjonijiet fil-vulnerabbiltà u l-inċertezzi. Se tipprovdi wkoll metodi u għodod għat-teħid tad-deċiżjonijiet (indikaturi, analiżi dwar il-benefiċċju mqabbel mal-press u analiżi fuq diversi kriterji, valutazzjoni ta’ l-impatt fuq is-saħħa, analiżi tal-piż tal-mard u s-sostenibbiltà) għall-analiżi, l-immaniġġar u l-komunikazzjoni tar-riskji u għall-iżvilupp u l-analiżi tal-politika.

Ir-riċerka multidixxiplinari dwar l-interazzjonijiet tal-fatturi ta’ riskju ambjentali u dawk relatati mal-bidla globali u s-saħħa tal-bniedem hija meħtieġa bħala appoġġ għall-pjan ta’ azzjoni dwar l-Ambjent u s-Saħħa u l-integrazzjoni ta’ tħassib dwar is-saħħa pubblika u l-karatterizzazzjoni tal-mard relatati ma’ riskji ambjentali emerġenti, speċjalment fl-ambjent urban (inklużi nħawi postindustrijali). Ir-riċerka se tiffoka fuq l-impatt tal-bidla globali (il-bidla fil-klima, l-użu ta' l-art, il-globalizzazzjoni), esponimenti multipli minn rotot ta’ esponiment, formazzjoni ta' speċi ġodda u tossikoloġija differenti, l-identifikazzjoni tas-sorsi tat-tniġġis u sorsi ta’ tensjoni ambjentali ġodda jew emerġenti u l-interazzjoni tagħhom ma' aġenti u komponenti naturali (eż. gassijiet li jagħmlu l-ħsara, partikuli fini u ultrafini ta' natura animata u inanimata, l-arja ta’ ġewwa u ta’ barra, kampijiet elettromanjetiċi, ħoss, l-esponiment għal sustanzi tossiċi, gassijiet u emissjonijiet tal-karozzi u esponiment għar-radjazzjoni tax-xemx) u l-effetti potenzjali tagħhom fuq is-saħħa, analiżi ta' sindromi u ta' esponiment kroniku, interazzjonijiet ta' sustanzi tossiċi u taħlitiet ta' tali sustanzi, analiżi ta' polimorfiżmi ġenetiċi u testijiet immunoloġiċi, inklużi testijiet għat-trasformazzjoni u l-attivazzjoni tal-limfoċite. Se jiġu inkuraġġiti investigazzjonijiet dwar kimiki ġodda jew eżistenti, kif provdut fir-[regolament REACH], u wkoll dwar alternattivi għat-testijiet fuq l-annimali. Ir-riċerka se timmira wkoll lejn l-iżvilupp ta' metodi ġodda u mtejba ta' kif jiġu identifikati għejun ta' tniġġis u l-effett ta' l-influwenza tagħhom flimkien, l-integrazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ riċerka epidemjoloġika dwar il-bijomonitoraġġ fuq il-bniedem fir-rigward ta’ l-aspetti xjentifiċi, il-metodoloġiji u l-għodod sabiex ikun żviluppat strateġija koordinat u koerenti. Se tinkludi studji cohort (tqabbil ta’ żewġ gruppi, wieħed b’ċertu marda u l-ieħor le) Ewropej, b’attenzjoni speċjali għall-gruppi ta’ popolazzjoni vulnerabbli, u metodi u għodod għal karatterizzazzjoni u moniteraġġ aħjar tar-riskji, il-valutazzjoni u t-tqabbil tar-riskji u l-impatt fuq is-saħħa. Ir-riċerka se tiżviluppa (tħassir) marki bijoloġiċi u għodod għall-immudellar u l-moniteraġġ li jqisu l-esponiment kombinat, il-varjazzjonijiet fil-vulnerabbiltà u l-inċertezzi. Se tipprovdi wkoll metodi u għodod għat-teħid tad-deċiżjonijiet (indikaturi, analiżi dwar il-benefiċċju mqabbel mal-press u analiżi fuq diversi kriterji, valutazzjoni ta’ l-impatt fuq is-saħħa, analiżi tal-piż tal-mard u s-sostenibbiltà) għall-analiżi, l-immaniġġar u l-komunikazzjoni tar-riskji u għall-iżvilupp u l-analiżi tal-politika.

Emenda 121

Anness I, parti 'Temi', taqsima 6 ('L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)'), subtaqsima 'Attivitajiet', l-ewwel intestatura ('Bidla fil-klima, tniġġis u riskji'), it-tielet inċiż

L-immaniġġar tad-diżastri naturali jitlob strateġija multi risk.. Hemm il-ħtieġa ta’ għarfien, metodi u qafas integrat aħjar għall-valutazzjoni tal-perikli, il-vulnerabbiltà u r-riskji. Barra minn hekk hemm il-ħtieġa li jkunu żviluppati strateġiji ta’ mapping, prevenzjoni u mitigazzjoni, inklużi kunsiderazzjonijiet ta’ fatturi ekonomiċi u soċjali. Diżastri relatati mal-klima (bħal maltempati, nixfiet, nar fil-foresti, landslides u għargħar), u perikli ġeoloġiċi (terrimoti, vulkani u t-tsunami) se jkunu studjati. Din ir-riċerka se tippermetti li l-proċess bażiku jkun magħruf aħjar, u t-titjib tal-metodi ta’ previżjoni u tbassir fuq il-bażi ta’ strateġija probabilistic. Se tkun il-bażi wkoll għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twissija kmieni u ta’ tagħrif. Ir-riperkussjonijiet ta’ perikli naturali kbar fuq is-soċjetà se jkunu kkwantifikati.

L-immaniġġar tad-diżastri naturali jitlob strateġija multi risk imsejsa fuq l-użu flimkien ta' strateġiji għal riskji speċifiċi u pjanijiet, proċeduri u protokolli komprensivi. Hemm il-ħtieġa ta’ għarfien, metodi u qafas integrat aħjar għall-valutazzjoni tal-perikli, il-vulnerabbiltà u r-riskji. Barra minn hekk hemm il-ħtieġa li jkunu żviluppati strateġiji ta’ mapping, prevenzjoni, skoperta u mitigazzjoni, inklużi kunsiderazzjonijiet ta’ fatturi ekonomiċi u soċjali. Diżastri relatati mal-klima (bħal maltempati, nixfiet, meta t-temperaturi jinżlu taħt iz-zero, nirien fil-foresti, valangi, landslides, emissjonijiet, għargħar u fenomeni estremi oħra), u perikli ġeoloġiċi (terrimoti, vulkani u t-tsunami) se jkunu studjati. Din ir-riċerka se tippermetti li l-proċess bażiku jkun magħruf aħjar, u t-titjib tal-metodi ta’ previżjoni u tbassir fuq il-bażi ta’ strateġija probabilistic. Se tkun il-bażi wkoll għal riċerka dwar il-ġestjoni tar-riskji u d-diżastri naturali u għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twissija kmieni ta’ tagħrif u ta' rispons malajr u l-ġestjoni u l-investigazzjoni tagħhom dwar kif jiġu affrontati r-riskji u d-diżastri naturali. Se tingħata attenzjoni partikulari għall-modi kif iġġib ruħha s-soċjetà vis-à-vis perikli naturali u l-assessjar tar-riperkussjonijiet.

Emenda 122

Anness I, parti 'Temi', taqsima 6 ('L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)'), subtaqsima 'Attivitajiet', it-tieni intestatura ('Maniġġar Sostenibbli tar-Riżorsi'), inċiż 1

L-attivitajiet ta’ riċerka se jkunu mmirati lejn it-titjib tal-bażi ta’ għarfien u l-iżvilupp tal-mudelli u għodod avvanzati meħtieġa għall-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi u l-ħolqien ta’ modi ta’ konsum sostenibbli. Dan se jippermetti l-previżjoni ta’ l-iżvilupp ta’ l-ekosistemi u r-restawr tagħhom, u l-mitigazzjoni tad-degradazzjoni u t-telf ta’ elementi strutturali u funzjonali importanti ta’ l-ekosistemi (għall-bijodiversità, l-ilma, il-ħamrija u r-riżorsi tal-baħar). Ir-riċerka dwar l-immudellar ta’ l-ekosistemi se tqis il-prassi tal-ħarsien u l-konservazzjoni. Strateġiji innovattivi għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi mis-servizzi ta’ l-ekosistemi se jiġu promossi. Se jiġu żviluppati strateġiji li jevitaw id-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni ta’ l-art u l-erożjoni, u sabiex iwaqqfu t-telf tal-bijodiversità. Ir-riċerka se tindirizza wkoll l-immaniġġar sostenibbli tal-foresti u l-ambjent urban, inklużi l-ippjanar u l-immaniġġar ta’ l-iskart. Ir-riċerka se tibbenefika minn, u tagħti kontribut għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ l-immaniġġar tat-tagħrif miftuħa, distribwiti u interoperabbli u se tkun il-bażi tal-valutazzjonijiet, il-previżjonijiet u s-servizzi relatati mar-riżorsi naturali u l-użu tagħhom.

L-attivitajiet ta’ riċerka se jkunu mmirati lejn it-titjib tal-bażi ta’ għarfien u l-iżvilupp tal-mudelli u għodod avvanzati meħtieġa għall-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi u l-ħolqien ta’ modi ta’ konsum sostenibbli. Dan se jippermetti l-previżjoni ta’ l-iżvilupp ta’ l-ekosistemi u r-restawr tagħhom, u l-mitigazzjoni tad-degradazzjoni u t-telf ta’ elementi strutturali u funzjonali importanti ta’ l-ekosistemi (għall-bijodiversità, l-ilma, il-ħamrija u r-riżorsi tal-baħar).. Ir-riċerka dwar l-immudellar ta’ l-ekosistemi se tqis il-prassi tal-ħarsien u l-konservazzjoni u l-ħarsien mill-ħafa, partikularment fi nħawi muntanjużi. Strateġiji innovattivi għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi mis-servizzi ta’ l-ekosistemi se jiġu promossi. Se jiġu żviluppati strateġiji li jevitaw id-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni ta’ l-art u l-erożjoni, u sabiex iwaqqfu t-telf tal-bijodiversità. Ir-riċerka se tindirizza wkoll l-istrateġija ġenerali għall-immaniġġar sostenibbli u għall-konservazzjoni ta' l-inħawi rurali, inklużi l-foresti, l-ekosistemi tal-foresti u ekosistemi oħra qrib in-natura li jesperjenzaw kundizzjonijiet ambjentali li jinbidlu, inklużi diżastri ta' spiss jew intensi, u l-ambjent urban filwaqt li wieħed jagħti kas tal-wirt kulturali, l-ippjanar u l-immaniġġar ta’ l-iskart. Ir-riċerka se tibbenefika minn, u tagħti kontribut għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ l-immaniġġar tat-tagħrif miftuħa, distribwiti u interoperabbli u se tkun il-bażi tal-valutazzjonijiet, il-previżjonijiet u s-servizzi relatati mar-riżorsi naturali u l-użu tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-konservazzjoni sostenibbli tar-riżorsi teħtieġ l-istudju sistematiku tas-sistemi ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar, kif wieħed jista’ jinferixxi mid-diffikultajiet li wieħed jiltaqa’ magħhom fl-applikazzjoni tan-netwerk tan-Natura 2000.

Emenda 123

Anness I, parti 'Temi', taqsima 6 ('L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)'), subtaqsima 'Attivitajiet', it-tielet intestatura ('Teknoloġiji ambjentali'), inċiż 1

Hemm il-ħtieġa ta’ teknoloġiji ambjentali ġodda jew aħjar sabiex jitnaqqas l-impatt ta’ l-attivitajiet tal-bniedem fuq l-ambjent, jitħares l-ambjent u jkun hemm maniġġar aktar effiċjenti tar-riżorsi u żvilupp ta’ prodotti, proċessi u servizzi ġodda aktar ta’ benefiċċju għall-ambjent mill-alternattivi eżistenti. Ir-riċerka se tkun, b’mod partikolari, immirata lejn: teknoloġiji li jevitaw jew inaqqsu r-riskji ambjentali, jimmitigaw il-perikli u d-diżastri, jimmitigaw il-bidla fil-klima u t-telf tal-bijodiversità; teknoloġiji li jippromwovu l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli; teknoloġiji għall-immaniġġar tar-riżorsi jew it-trattament tat-tniġġis bmod aktar effiċjenti fir-rigward ta’ l-ilma, il-ħamrija, l-arja, il-baħar u riżorsi naturali oħra, jew l-iskart; teknoloġiji għall-immaniġġar ambjentalment sod u sostenibbli ta’ l-ambjent uman inkluż l-ambjent mibni, żoni urbani u paesaġġ, kif ukoll ik-konservazzjoni u r-restawr tal-wirt kulturali.

Hemm il-ħtieġa ta’ teknoloġiji ambjentali ġodda jew aħjar sabiex jitnaqqas l-impatt ta’ l-attivitajiet tal-bniedem fuq l-ambjent, jitħares l-ambjent u jkun hemm maniġġar aktar effiċjenti tar-riżorsi u żvilupp ta’ prodotti, proċessi u servizzi ġodda aktar ta’ benefiċċju għall-ambjent mill-alternattivi eżistenti. Ir-riċerka se tkun, b’mod partikolari, immirata lejn: teknoloġiji li jevitaw jew inaqqsu r-riskji ambjentali, jimmitigaw il-perikli u d-diżastri, jimmitigaw il-bidla fil-klima u t-telf tal-bijodiversità; teknoloġiji li jippromwovu l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli; teknoloġiji għall-immaniġġar tar-riżorsi jew it-trattament tat-tniġġis b'mod aktar effiċjenti fir-rigward ta’ l-ilma, il-ħamrija, l-arja, il-baħar u riżorsi naturali oħra, jew l-iskart, inkluż ir-riċiklaġġ ta' l-iskart; teknoloġiji għat-trattament u/jew l-użu prezzjuż mill-ġdid tar-residwi jew ta’ materjali ta’ skart li jkunu ġejjin mill-produzzjoni ta’ l-enerġija; teknoloġiji għall-immaniġġar ambjentalment sod u sostenibbli ta’ l-ambjent uman inkluż l-ambjent mibni, żoni urbani u paesaġġ, kif ukoll ik-konservazzjoni u r-restawr tal-wirt kulturali.

Ġustifikazzjoni

Ir-riċiklaġġ ta’ l-iskart huwa parti sinifikanti mis-soluzzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-problema ta’ l-iskart, b’mod partikolari f’termini ta’ produzzjoni ta’ l-enerġija.

Emenda 124

Anness I, 'Temi', taqsima 6 ('L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)'), subtaqsima 'Attivitajiet', intestatura ('Teknoloġiji ambjentali'), inċiż 2

Ir-riċerka se tiffoka fuq il-valutazzjoni tat-teknoloġija fir rigward tar-riskju u r-rendiment, inklużi l-proċessi u l-prodotti, u l-iżvilupp ulterjuri ta’ metodi relatati, bħall-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja. Barra minn hekk, l-enfasi se tkun fuq: l-opportunitajiet fuq terminu ta’ żmien twil, il-potenzjal tas-suq u l-aspetti soċjoekonomiċi tat-teknoloġiji ambjentali; il-valutazzjoni tar-riskji kimiċi, strategiji intelliġenti ta’ l-ittestjar u metodi għall-minimizzazzjoni ta’ l-ittestjar fuq l-annimali, teknika għall-kwantifikazzjoni tar-riskju u appoġġ ta' riċerka għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea għall-Verifikazzjoni u l-Ittestjar tat-Teknoloġiji Ambjentali.

Ir-riċerka se tiffoka fuq il-valutazzjoni tat-teknoloġija fir rigward tar-riskju u r-rendiment, inklużi l-proċessi, il-prodotti u s-servizzi, u l-iżvilupp ulterjuri ta’ metodi relatati, bħall-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja Barra minn hekk, l-enfasi se tkun fuq: l-opportunitajiet fuq terminu ta’ żmien twil, il-potenzjal tas-suq u l-aspetti soċjoekonomiċi tat-teknoloġiji ambjentali; il-valutazzjoni tar-riskji kimiċi, strategiji intelliġenti ta’ l-ittestjar u metodi għall-minimizzazzjoni ta’ l-ittestjar fuq l-annimali, teknika għall-kwantifikazzjoni tar-riskju; u appoġġ ta' riċerka għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea għall-Verifikazzjoni u l-Ittestjar tat-Teknoloġiji Ambjentali.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li wieħed jinkludi s-servizzi, fuq l-istess termini tal-prodotti u l-proċessi.

Emenda 125

Anness I, 'Temi', taqsima 6 ('L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)'), subtaqsima 'Il-kooperazzjoni internazzjonali', it-tieni paragrafu

Sħubiji xjentifiċi u teknoloġiċi ma’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw se jagħtu kontribut għall-Għanijiet ta’ l-Iżvilupp tal-Millenju f’diversi oqsma (eż. bidliet fix-xejriet tat-telf tar-riżorsi ambjentali, titjib fil-provvista ta’ l-ilma u s-sanità, u l-iffaċċar ta' l-isfidi ta’ l-urbanizzazzjoni), oqsma fejn l-SMEs jista'; jkollhom rwol importanti wkoll. Se tingħata attenzjoni partikolari lir-relazzjoni bejn kwistjonijiet ambjentali globali u l-problemi regjonali jew lokali dwar l-iżvilupp relatati ma’ riżorsi naturali, il-bijodiversità, l-użu ta’ l-art, perikli naturali u magħmula mill-bniedem, il-bidla fil-klima, teknoloġiji dwar l-ambjent, l-ambjent u s-saħħa kif ukoll dwar għodod għall-analiżi tal-politika. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi industrijalizzati se ssaħħaħ l-aċċess għall-eċċellenza globali fir-riċerka.

Sħubiji xjentifiċi u teknoloġiċi ma’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw se jagħtu kontribut għall-Għanijiet ta’ l-Iżvilupp tal-Millenju f’diversi oqsma (eż. il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' l-impatt tal-bidla fil-klima u tad-diżastri naturali, l-irġigħ lura tat-telf tar-riżorsi ambjentali, titjib fil-ġestjoni u l-provvista u s-sanità ta’ l-ilma (tħassir) u l-art, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, u l-iffaċċar ta' l-isfidi ta' l-ambjent u tal-bijodiversità ta’ l-urbanizzazzjoni u tal-produzzjoni u l-konsum sostenibbli), oqsma fejn l-SMEs jista' jkollhom rwol importanti wkoll. Se tingħata attenzjoni partikolari lir-relazzjoni bejn kwistjonijiet ambjentali globali u l-problemi regjonali jew lokali dwar l-iżvilupp relatati ma’ riżorsi naturali, il-bijodiversità, l-użu ta’ l-art, perikli naturali u magħmula mill-bniedem, il-bidla fil-klima, teknoloġiji dwar l-ambjent, l-ambjent u s-saħħa kif ukoll dwar għodod għall-analiżi tal-politika. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi industrijalizzati se ssaħħaħ l-aċċess għall-eċċellenza globali fir-riċerka.

Ġustifikazzjoni

L-UE tista' tagħti kontribut ewlieni għal proċess sod ta' żvilupp fl-ifqar pajjiżi billi tikkontribwixxi u taqsam magħhom tekniki għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri naturali, l-użu xieraq tar-riżorsi ta' l-ilma u ta' l-art, il-bini u t-tkabbir urban sostenibbli, eċċ.

Emenda 126

Anness I, 'Temi', taqsima 6 ('L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)'), subtaqsima 'Il-kooperazzjoni internazzjonali', it-tielet paragrafu

L-istabbiliment tal-GEOSS għall-osservazzjoni Globali se jippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali għall-għarfien tas-sistemi globali u kwistjonijiet dwar is-sostenibbiltà, u l-ġbir ta’ tagħrif koordinat għal għanijiet xjentifiċi u ta’ politika.

L-istabbiliment tal-GEOSS għall-osservazzjoni Globali se jippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali għall-għarfien tas-sistemi globali u kwistjonijiet dwar is-sostenibbiltà, u l ġbir ta’ tagħrif koordinat għal għanijiet xjentifiċi u ta’ politika, kif ukoll tkabbar l-interess kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat.

Ġustifikazzjoni

Huwa ċar li d-dejta li toħroġ mill-makrosistema GEOSS se sservi biex jitrawwem għarfien fost il-parteċipanti kemm mis-settur pubbliku kif ukoll minn dak privat dwar il-ħtiġijiet ambjentali tal-pjaneta, u b'hekk jitħajru jieħdu azzjoni.

Emenda 127

Anness I, 'Temi', taqsima 6 ('L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)'), subtaqsima 'Reazzjoni għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta’ politika mhux previsti', it-tieni paragrafu

Appoġġ għar-reazzjoni għal ħtiġijiet ta’ politika ambjentali mhux previsti jistgħu, pereżempju, ikunu relatati ma’ valutazzjonijiet tas-sostenibbiltà ta’ l-impatt ta’ politiki ġodda ta’ l-UE bħal fl-ambjent u l-politika, l-istandards u r-regolamenti marittimi.

Appoġġ għar-reazzjoni għal ħtiġijiet ta’ politika ambjentali mhux previsti jistgħu, pereżempju, ikunu relatati ma’ valutazzjonijiet tas-sostenibbiltà ta’ l-impatt ta’ politiki ġodda ta’ l-UE fir-rigward tal-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, l-ambjent, il-bidla fil-klima, ir-riżorsi naturali, il-politika marittima, u l-istandards u r-regolamenti (tħassir).

Ġustifikazzjoni

Ikun xieraq li l-evalwazzjoni l-ħin kollu għaddejja dwar is-sostenibilità li ssir referenza għaliha f'dan il-paragrafu tkun tinkludi wkoll il-politiki tal-Komunità rigward il-produzzjoni u l-konsum, ir-riżorsi naturali u l-bidla fil-klima, kif imsemmi fid-diversi partijiet ta' din it-tema prijoritarja.

Emenda 128

Anness I, parti 'Temi', taqsima 7 ('It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)'), subtaqsima 'Għan'

Fuq il-bażi ta’ avvanzi fit-teknoloġija, l-iżvilupp ta’ sistemi integrati tat-trasport pan-Ewropej aktar “ħodor”, aktar “smart” u aktar żguri għall-benefiċċju taċ-ċittadin u tas-soċjetà, li jirrispettaw l-ambjent u r-riżorsi naturali; u li jkunu żgurati u żviluppati l-kompetittività u r-rwol ewlieni mirbuħ mill-industriji Ewropej fis-suq dinji.

Fuq il-bażi ta’ avvanzi fit-teknoloġija, l-iżvilupp ta’ sistemi integrati tat-trasport pan-Ewropej aktar “ħodor”, aktar “smart” u aktar żguri għall-benefiċċju taċ-ċittadin u tas-soċjetà, li jirrispettaw l-ambjent u r-riżorsi naturali; u li jkunu żgurati u żviluppati aktar il-kompetittività u r-rwol ewlieni mirbuħ mill-industriji Ewropej fis-suq dinji u l-għeluq tal-lakuna teknoloġika transatlantika.

Ġustifikazzjoni

Hemm segmenti tas-sistema ta’ trasport bl-ajru li fihom l-Ewropa m’għadhiex fuq quddiem nett (eż. it-trasport reġjonali bl-ajru issa huwa ddominat mill-Kanadiżi u mill-Brażiljani). Hemm ukoll segmenti fejn l-Ewropa, mingħajr investimenti adegwati, qed tirriskja li tiġi mbuttata f'pożizzjonijiet insinifikanti (eż. it-tiltrowters).

Emenda 129

Anness I, parti 'Temi', taqsima 7 ('It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)'), subtaqsima 'Strateġija', paragrafu 3

Id-diversi Pjattaformi tat-Teknoloġija stabbiliti f’dan il-qasam (ACARE għall-aeronawtika u t-trasport bl-ajru, ERRAC għat-trasport bil-ferroviji, ERTRAC għat-trasport fit-toroq, WATERBORNE għat-trasport fuq l-ilma, iċ-Ċelluli tal-fjuwil u l-Idroġenu) elaboraw viżjonijiet fuq termini ta’ żmien twil u Aġendi Strateġiċi ta’ Riċerka (SRA) li jikkostitwixxu input utli għat-tifsira ta’ din it-tema u jikkumplimentaw il-ħtiġijiet ta’ dawk li jiformulaw il-politika u l-aspettattivi tas-soċjetà. Aspetti magħżula tal-SRAs jistgħu jiġġustifikaw l-istabbiliment ta’ Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija. L-attivitajiet ERA-NET jippreżentaw opportunitajiet sabiex tkun faċilitata aktar il-koordinazzjoni transnazzjonali dwar suġġetti speċifiċi fis-settur tat-Trasport u se jkunu imfittxa kull fejn ikun possibbli.

Id-diversi Pjattaformi tat-Teknoloġija stabbiliti f’dan il-qasam (ACARE għall-aeronawtika u t-trasport bl-ajru, ERRAC għat-trasport bil-ferroviji, ERTRAC għat-trasport fit-toroq, WATERBORNE għat-trasport fuq l-ilma u t-teknoloġija marittima, iċ-Ċelluli tal-fjuwil u l-Idroġenu) elaboraw viżjonijiet fuq termini ta’ żmien twil u Aġendi Strateġiċi ta’ Riċerka (SRA) li jikkostitwixxu input utli għat-tifsira ta’ din it-tema u jikkumplimentaw il-ħtiġijiet ta’ dawk li jiformulaw il-politika u l-aspettattivi tas-soċjetà. Aspetti magħżula tal-SRAs jistgħu jiġġustifikaw l-istabbiliment ta’ Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija. L-attivitajiet ERA-NET jippreżentaw opportunitajiet sabiex tkun faċilitata aktar il-koordinazzjoni transnazzjonali dwar suġġetti speċifiċi fis-settur tat-Trasport u se jkunu imfittxa kull fejn ikun possibbli.

Ġustifikazzjoni

L-Ewropa jmissha żżomm ir-rwol fuq quddiem tagħha fir-riċerka dwar it-teknoloġija marittima.

Emenda 130

Anness I, parti 'Temi', taqsima 7 ('It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)'), subtaqsima 'Strateġija', paragrafu 5

Il-ħtiġijiet attwali ta’ politika kif ukoll l-iżvilupp, il-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ oqsma ta’ politika ġodda (pereżempju l-Politika Marittima), se jkunu indirizzati fi ħdan u fuq id-diversi linji ta’ attività. Ix-xogħol se jinkludi studji, mudelli u għodod li jittrattaw il-monitoraġġ strateġiku u t-tbassir u jintegraw l-għarfien relatat mal-kwistjonijiet ewlenin ekonomiċi, soċjali, tas-sigurtà u ambjentali fir-rigward tat-trasport. Attivitajiet li jappoġġaw suġġetti tematiċi crosscutting se jiffokaw fuq kwistjonijiet speċifiċi għat-trasport, pereżempju aspetti ta’ sigurtà bħala rekwiżit inerenti fis-sistema tat-trasport; l-użu ta’ sorsi alternattivi ta’ l-enerġija f’applikazzjonijiet fit-trasport; il-monitoraġġ ta’ l-effetti ambjentali tat-trasport, inklużi l-bdil fil-klima.

Il-ħtiġijiet attwali ta’ politika kif ukoll l-iżvilupp, il-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ oqsma ta’ politika ġodda (pereżempju l-Politika Marittima), se jkunu indirizzati fi ħdan u fuq id-diversi linji ta’ attività. Ix-xogħol se jinkludi studji, mudelli u għodod li jittrattaw il-monitoraġġ strateġiku u t-tbassir u jintegraw l-għarfien relatat mal-kwistjonijiet ewlenin ekonomiċi, soċjali, tas-sigurtà u ambjentali fir-rigward tat-trasport. Attivitajiet li jappoġġaw suġġetti tematiċi crosscutting se jiffokaw fuq kwistjonijiet speċifiċi għat-trasport, pereżempju aspetti ta’ sigurtà bħala rekwiżit inerenti fis-sistema tat-trasport; l-użu ta’ sorsi alternattivi ta’ l-enerġija f’applikazzjonijiet fit-trasport; il-monitoraġġ ta’ l-effetti ambjentali tat-trasport, inklużi l-bdil fil-klima; u miżuri mmirati biex inaqqsu l-effetti negattivi kkawżati minn restrizzjonijiet ġeografiċi permanenti. Ikun xieraq li r-riċerka ambjentali tkopri metodi biex jiġi evitat u jitnaqqas it-traffiku, u biex jintuża bl-aħjar mod. Ikun xieraq li r-riċerka ambjentali tkun tinkludi l-ispinta lill-effiċjenza tat-trasport.

Ġustifikazzjoni

B'segwitu tat-test propost mir-rapporteur għal opinjoni, din l-emenda tipproponi li l-miżuri li għandhom jittieħdu taħt l-intestatura tal-koperazzjoni jkun xieraq li jkunu tali li jnaqqsu l-effetti negattivi mir-restrizzjonijiet ġeografiċi permanenti..

Emenda 131

Anness I, 'Temi', taqsima 6 ('It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)'), subtaqsima 'Strateġija', il-ħames paragrafu a (ġdid)

 

Se tingħata attenzjoni speċjali lit-titjib tat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka Komunitarja. Se jingħata inkuraġġiment lil metodi multidixxiplinari u interdixxiplinari, u se jitfittex l-ogħla grad possibbli ta' sinerġija u kumplimentarjetà b'mekkaniżmi finanzjarji kumplimentari fil-livell Komunitarju u ta' l-Istati Membri, bħalma huma dawk imsemmijin fil-programm Marco Polo jew dawk għan-netwerks Ewropej tat-trasport.

Ġustifikazzjoni

L-attivitajiet iffinanzjati mis-Seba' Programm ta' Qafas għandhom ikunu relatati mill-qrib ma' dawk promossi minn programmi oħra, bl-għan ta' dan ikun li tiġi żgurata l-kumplimentarjetà.

Emenda 132

Anness I, Parti 'Temi', taqsima 7 ('Trasport (inkluża l-Aeronawtika)'), subtaqsima 'Attivitajiet', l-ewwel intestatura ('L-aeronawtika u t-trasport bl-ajru'), paragrafu 2

Trasport bl-ajru aktar aħdar: L-iżvilupp ta’ teknoloġiji sabiex inaqqsu l-impatt ambjentali ta’ l-avjazzjoni bil-għan li d-diossidu karboniku (CO2) emess jonqos bin-nofs, l-emissjonijiet tan-ossidi nitroġeniċi (Nox) jonqsu bi 80% u l-ħoss mismugħ jonqos bin-nofs. Ir-riċerka se tiffoka fuq it-tkattir ta’ teknoloġiji għal magni ‘ħodor’, inkluża teknoloġija għal fjuwils alternattivi kif ukoll effiċjenza aħjar tal-vettura fil-każ ta’ ajruplani bi ġwienaħ fissi u ġwienaħ iduru (rotary wing), strutturi intelliħenti ġodda b’piż baxx u aerodinamiċi aktar. Kwistjonijiet bħal operazzjoni aħjar ta’ l-ajruplani fl-ajruport (fin-naħa ta’ l-ajru u n-naħa ta’ l-art) u l-immaniġġar tat-traffiku ta’ l-ajru, il-manutenzjoni u r-riċiklaġġ se jkunu inklużi.

Trasport bl-ajru aktar aħdar: L-iżvilupp ta’ teknoloġiji sabiex inaqqsu l-impatt ambjentali ta’ l-avjazzjoni bil-għan li d-diossidu karboniku (CO2) emess jonqos bin-nofs, l-emissjonijiet tan-ossidi nitroġeniċi (NOx) jonqsu bi 80% u l-ħoss mismugħ jonqos bin-nofs Ir-riċerka se tiffoka fuq it-tkattir ta’ teknoloġiji għal magni ‘ħodor’, inkluża teknoloġija għal fjuwils alternattivi kif ukoll effiċjenza aħjar tal-vettura fil-każ ta’ inġenji ta' l-ajru bi ġwienaħ fissi u bi ġwienaħ rotatorji (tħassir) (ħelikopters u tiltrowters), strutturi intelliġenti ġodda b’piż baxx u aerodinamiċi aktar. Kwistjonijiet bħal operazzjoni aħjar ta’ l-inġenji ta' l-ajru fl-ajruport (fin-naħa ta’ l-ajru u n-naħa ta’ l-art) u l-proċessi ta' l-immaniġġar tat-traffiku ta’ l-ajru, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-eżaminazzjoni bir-reqqa u r-riċiklaġġ se jkunu inklużi.

Ġustifikazzjoni

Il-ħelikopters u t-tiltrowters huma t-tnejn parti mill-familja ta' l-inġenji bi ġwienaħ rotatorji, kull wieħed minnhom bil-karatteristiċi speċifiċi tiegħu.

Emenda 133

Anness I, parti 'Temi', taqsima 7 ('Trasport (inkluża l-Aeronawtika)'), subtaqsima 'Attivitajiet', l-ewwel intestatura ('L-aeronawtika u t-trasport bl-ajru'), paragrafu 4

L-assigurazzjoni tas-sodisfazzjon u s-sikurezza tal-klijenti: L-introduzzjoni ta’ qabża kbira għall-aħjar fl-għażla għall-passiġġieri u flessibilità fl-iskedi, waqt li r-rata ta’ inċidenti tonqos b’ħames darbiet. Teknoloġiji ġodda se jippermettu għażla aktar wiesgħa fil-konfigurazzjonijiet tal-magni fuq l-ajruplani b'medda minn wide-body sa vetturi ta’ daqs żgħir, livelli akbar ta’ awtomatizzazzjoni fl-elementi kollha tas-sistemi, inkluż il-pilotaġġ. L-enfasi se tkun ukoll fuq titjib fil-kumdità, il-benesseri u s-servizzi ġodda għall-passiġġieri u miżuri ta’ sigurtà attivi u passivi b’enfasi partikolari fuq l-element uman. Ir-riċerka se tinkludi l-adattament ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ajruport u t-traffiku ta’ l-ajru għal tipi differenti ta’ vetturi u l-utilizzazzjoni tul 24 siegħa kuljum f’livelli ta’ ħoss aċċettabbli fil-komunità.

L-assigurazzjoni tas-sodisfazzjon u s-sikurezza tal-klijenti: L-introduzzjoni ta’ qabża kbira għall-aħjar fl-għażla għall-passiġġieri u flessibilità fl-iskedi, waqt li r-rata ta’ inċidenti tonqos b’ħames darbiet. Teknoloġiji ġodda se jippermettu għażla aktar wiesgħa fil-konfigurazzjonijiet tal-magni/inġenji ta' l-ajru b'medda minn wide-body sa vetturi ta’ daqs iżgħar għall-koinċidenzi bejn il-qalba ta' belt u dik ta' belt oħra u għall-użu reġjonali (eż. it-tiltrowters) u livelli akbar ta’ awtomatizzazzjoni fl-elementi kollha tas-sistemi, inkluż il-pilotaġġ, u se jagħmlu s-sistemi nazzjonali tat-tagħrif u ta' l-ibbukkjar interoperabbli f'termini ta' ġarriera u ta' mezzi fuq skala panewropea. L-enfasi se tkun ukoll fuq titjib fil-kumdità, il-benesseri u l-kundizzjonijiet sanitarji, eż. kumditajiet aħjar fil-kabina u s-servizzi ġodda għall-passiġġieri u miżuri ta’ sigurtà attivi u passivi b’enfasi partikolari fuq l-element uman. Ir-riċerka se tinkludi l-adattament ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ajruport u t-traffiku ta’ l-ajru għal kundizzjonijiet ġeografiċi u tipi differenti ta’ vetturi u l-utilizzazzjoni tul 24 siegħa kuljum f’livelli ta’ ħoss aċċettabbli fil-komunità.

Ġustifikazzjoni

"Iżgħar" tispjega aħjar il-ħtieġa li wieħed jikkunsidra l-firxa kollha ta' inġenji ta' l-ajru taħt il-kategorija tad-dimensjonijiet kbar. Għandna wkoll intejbu l-koinċidenzi bejn il-qalba ta' belt u ta' oħra u kwalunkwe koinċidenza reġjonali fejn ma jeżistux infrastrutturi adegwati.

Emenda 134

Anness I, parti 'Temi', Taqsima 7 (Trasport (inkluża l-Aeronawtika)', subtaqsima 'Attivitajiet', l-ewwel intestatura ('L-aeronawtika u t-trasport bl-ajru'), paragrafu 5

Titjib fl-effiċjenza komparata mal-prezz: Il-promozzjoni ta’ katina ta’ provvista kompetittiva kapaċi tnaqqas iż-żmien sakemm prodott jasal fis-suq bin-nofs u tnaqqas l-ispejjeż ta’ l-iżvilupp tal-prodotti u operazzjonali, sabiex ikun hemm trasport li jintlaħaq aktar għaċ-ċittadini. Ir-riċerka se tiffoka fuq it-tijib tal-proċess tan-negozju sħiħ, mid-disinn tal-kunċett sa l-iżvilupp tal-prodott, il-manifattura u l-operazzjoni fis-servizz inkluża l-integrazzjoni tal-katina tal-provvista. Se tinkludi kapaċitajiet ta’ simulazzjoni imtejba u awtomatizzazzjoni, teknoloġiji u metodi għar-realizzazzjoni ta’ ajruplani mingħajr manutenzjoni kif ukoll ajruplani u operazzjonijiet ta’ l-ajruport u l-immaniġġar tat-traffiku ta’ l-ajru mingħajr ħela (lean).

Titjib fl-effiċjenza komparata mal-prezz: Il-promozzjoni ta’ katina ta’ provvista kompetittiva li kapaċi tnaqqas iż-żmien sakemm prodott jasal fis-suq bin-nofs u tnaqqas l-ispejjeż ta’ l-iżvilupp tal-prodotti u operazzjonali, pereżempju billi tisfrutta r-riżultati tal-proġett tas-Sistema għall-Manutenzjoni Mobbli Aċċessibbli fi Żmien Reali (l-SMMART), sabiex ikun hemm trasport li jintlaħaq aktar għaċ-ċittadini. Ir-riċerka se tiffoka fuq it-tijib tal-proċess tan-negozju sħiħ, mid-disinn tal-kunċett sa l-iżvilupp tal-prodott, il-manifattura u l-operazzjoni fis-servizz inkluża l-integrazzjoni tal-katina tal-provvista. Se tinkludi kapaċitajiet ta’ simulazzjoni imtejba u awtomatizzazzjoni, teknoloġiji u metodi għar-realizzazzjoni ta’ ajruplani mingħajr manutenzjoni kif ukoll ajruplani u operazzjonijiet ta’ l-ajruport u l-immaniġġar tat-traffiku ta’ l-ajru mingħajr ħela (lean).

Ġustifikazzjoni

Huwa mixtieq li wieħed japprofitta mill-kisbiet potenzjali tas-6 Programm ta' Qafas, li l-SMMART - Sistema għal Manutenzjoni Mobbli Aċċesibbli fi Żmien Reali tagħmel parti minnu. L-għan tar-riċerka ta' l-SMMART huwa li tagħmel aktar effiċjenti u tqassar il-katina tal-forniment tal-partijiet tal-bdil fl-industrija ta' l-avjazzjoni.

Emenda 135

Anness I, parti 'Temi', taqsima 7 ('Trasport (inkluża l-Aeronawtika)'), subtaqsima 'Attivitajiet', l-ewwel intestatura ('L-aeronawtika u t-trasport bl-ajru'), paragrafu 6

Il-ħarsien ta’ l-ajruplani u l-passiġġieri: Il-prevenzjoni ta’ atti ostili ta’ kull tip li jistgħu jikkawżaw korrimenti, telf, ħsara jew tħarbit lill-passiġġieri jew liċ-ċittadini minħabba użu ħażin ta’ l-ajruplani. Ir-riċerka se tiffoka fuq l-elementi rilevanti tas-sistema tat-trasport bl-ajru, inklużi miżuri tas-sigurtà fl-iddisinjar tal-kabini tal-passiġġieri u tal-piloti, il-kontroll u l-inżul awtomatiċi f’każ ta’ użu ta’ l-ajruplan mhux awtorizzat, ħarsien minn attakki esterni, kif ukoll l-aspetti tas-sigurtà ta’ l-immaniġġar ta’ l-ispazju ta’ l-ajru u l-operazzjonijiet ta’ l-ajruport.

Il-ħarsien ta’ l-inġenji ta' l-ajru u l-passiġġieri: Il-prevenzjoni ta’ atti ostili ta’ kull tip li jistgħu jikkawżaw korrimenti, telf, ħsara jew tħarbit lill-passiġġieri jew liċ-ċittadini minħabba użu ħażin ta’ l-ajruplani. Ir-riċerka se tiffoka fuq l-elementi rilevanti tas-sistema tat-trasport bl-ajru, inklużi miżuri tas-sigurtà fl-iddisinjar tal-kabini tal-passiġġieri u tal-piloti, il-kontroll u l-inżul awtomatiċi f’każ ta’ użu ta’ l-ajruplan mhux awtorizzat, ħarsien minn attakki esterni, kif ukoll l-aspetti tas-sigurtà ta’ l-immaniġġar ta’ l-ispazju ta’ l-ajru u l-operazzjonijiet ta’ l-ajruport, u aspetti relatati ma' restrizzjonijiet fiżiċi jew kundizzjonijiet ħżiena ħafna tat-temp.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li ġġib kemm jista' jkun oqsma fl-ambitu tar-riċerka tal-ġejjieni..

Emenda 136
Anness I, parti 'Temi', taqsima 7 ('Trasport (inkluża l-Aeronawtika)'), subtaqsima 'Attivitajiet', l-ewwel intestatura ('L-aeronawtika u t-trasport bl-ajru'), paragrafu 7

Minn ta’ quddiem fit-trasport bl-ajru tal-futur: L-esplorazzjoni ta’ teknoloġiji aktar radikali, effiċjenti għall-ambjent u innovattivi li jistgħu jiffaċilitaw il-qabża meħtieġa fit-trasport bl-ajru fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu u lilhinn. Ir-riċerka se tindirizza aspetti bħal kunċetti ġodda ta’ propulsjoni u rfigħ, ideat ġodda għall-ispazji interni tal-vetturi ta’ l-ajru, kunċetti ġodda dwar l-ajruporti, metodi ġodda ta’ gwida u kontroll ta’ l-ajruplani, kunċetti alternattivi dwar l-operazzjoni tas-sistema tat-traffiku bl-ajru u l-integrazzjoni tagħha ma’ modi tat-trasport oħra.

Minn ta’ quddiem fit-trasport bl-ajru tal-futur: L-esplorazzjoni ta’ teknoloġiji aktar radikali, effiċjenti għall-ambjent u innovattivi li jistgħu jiffaċilitaw il-qabża meħtieġa fit-trasport bl-ajru fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu u lilhinn. Ir-riċerka se tindirizza aspetti bħal kunċetti ġodda ta’ propulsjoni u rfigħ, disinji ġodda għall-ispazji interni tal-vetturi ta’ l-ajru, kunċetti ġodda dwar l-ajruporti, metodi ġodda ta’ gwida u kontroll ta’ l-ajruplani, metodi alternattivi dwar l-operazzjoni tas-sistema tat-traffiku bl-ajru u l-integrazzjoni tagħha ma’ modi tat-trasport oħra, u ideat ġodda mmirati biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-effetti ta' restrizzjonijiet ġeografiċi negattivi.

Ġustifikazzjoni

It-trasport bl-ajru tal-ġejjieni jrid joffri modi ġodda biex inaqqas kemm jista' jkun l-effetti tar-restrizzjonijiet ġeografiċi permanenti li jeżistu fir-reġjuni jew pajjiżi fejn ikun se jintuża tali trasport.

Emenda 137

Anness I, parti 'Temi', taqsima 7 ('Trasport (inkluża l-Aeronawtika)'), subtaqsima 'Attivitajiet', it-tieni intestatura ('It-trasport bl-art (ferroviji, toroq, ilma)'), paragrafu 1

Trasport bl-art aktar aħdar: L-iżvilupp ta’ teknoloġiji u għarfien għal anqas tniġġis (arja, ilma, ħamrija) u impatt ambjentali bħall-bidla fil-klima, is-saħħa, il-bijodiversità u l-ħoss. Ir-riċerka se ttejjeb l-indafa u l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija tal-makkinarju u tippromwovi l-użu ta’ fjuwils alternattivi, inklużi ċ-ċelluli tal-fjuwil u l-idroġenu. L-attivitajiet se jkopru l-infrastruttura, il-vetturi, vapuri u t-teknoloġiji komponenti, inkluża l-ottimizzazzjoni ġenerali tas-sistema. Ir-riċerka dwar żviluppi speċifiċi għat-trasport se tinkludi l-manifattura, il-kostruzzjoni, l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni, it-tiswija, l-ispezzjoni, ir-riċiklaġġ, strateġiji dwar meta ma jkunux għadhom tajbin għall-użu u l-interventi fuq il-baħar f’każ ta’ xi inċident.

Trasport bl-art aktar aħdar: It-titjib ta' metodoloġiji għall-kalkulazzjoni tal-prezz soċjali u ambjentali estern. L-iżvilupp ta’ teknoloġiji u għarfien għal anqas tniġġis (arja, ilma, ħamrija) u impatt ambjentali bħall-bidla fil-klima, is-saħħa, il-bijodiversità u l-ħoss. Ir-riċerka se ttejjeb l-indafa, il-benefiċċji meta mqabbla mal-flus minfuqa u l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija tal-makkinarju (eż. soluzzjonijiet ibridi) u tippromwovi l-użu ta’ fjuwils alternattivi, inklużi ċ-ċelluli tal-fjuwil u l-idroġenu, u ta' ferroviji li jużaw magni ibridi alternattivi, bil-għan li jinkiseb mezz ta' trasport li ma jipproduċix karbonju. L-attivitajiet se jkopru l-infrastruttura, il-vetturi, vapuri u t-teknoloġiji komponenti, inkluża l-ottimizzazzjoni ġenerali tas-sistema. Ir-riċerka dwar żviluppi speċifiċi għat-trasport se tinkludi l-manifattura, il-kostruzzjoni, l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni, id-dijanjosi, it-tiswija, l-ispezzjoni, l-iżmuntaġġ, ir-rimi, ir-riċiklaġġ, strateġiji dwar meta ma jkunux għadhom tajbin għall-użu u l-interventi fuq il-baħar f’każ ta’ xi inċident.

Emenda 138

Anness I, parti 'Temi', taqsima 7 ('Trasport (inkluża l-Aeronawtika)'), subtaqsima 'Attivitajiet', it-tieni intestatura ('It-trasport bl-art (ferroviji, toroq, ilma)'), paragrafu 3

L-assigurazzjoni tal-mobbiltà sostenibbli fl-ibliet: Enfasi fuq il-mobbiltà tan-nies u l-oġġetti permezz ta’ riċerka dwar “il-vettura tal-ġenerazzjoni li jmiss” u l-penetrazzjoni tas-suq f'dan ir-rigward, billi jkunu kkombinati l-elementi kollha ta’ trasport tat-triq nadif, effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija, bla periklu u intelliġenti. Ir-riċerka dwar kunċetti ta’ mobbiltà ġodda, skemi ta’ organizzazzjoni u maniġġar tal-mobbiltà innovattivi u trasport pubbliku ta’ kwalità għolja se jkollha l-għan li tiżgura aċċess għal kulħadd u livelli għolja ta’ integrazzjoni intermodali. Se jkunu żviluppati u ttestjati strateġiji innovattivi għal trasport nadif fl-ibliet. Se tingħata attenzjoni speċjali lill-metodi ta’ trasport li ma jniġġsux, maniġġar tat-talba, razzjonalizzazzjoni tat-trasport privat u l-istrateġiji tat-tagħrif u l-komunikazzjoni, servizzi u infrastrutturi. Għodod li jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika se jinkludu l-ippjanar tat-trasport u l-użu ta’ l-art.

L-assigurazzjoni tal-mobbiltà sostenibbli fl-ibliet għaċ-ċittadini kollha, inklużi dawk b'diżabilitajiet: Enfasi fuq il-mobbiltà tan-nies u l-oġġetti permezz ta’ riċerka dwar “il-vettura tal-ġenerazzjoni li jmiss” u l-penetrazzjoni tas-suq f'dan ir-rigward, billi jkunu kkombinati l-elementi kollha ta’ trasport tat-triq nadif, effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija, bla periklu u intelliġenti. Ir-riċerka dwar kunċetti ta’ trasport u ta' mobbiltà ġodda, skemi ta’ organizzazzjoni u maniġġar tal-mobbiltà innovattivi u trasport pubbliku ta’ kwalità għolja se jkollha l-għan li tiżgura aċċess għal kulħadd u livelli għolja ta’ integrazzjoni intermodali. Se jkunu żviluppati u ttestjati strateġiji innovattivi għal trasport nadif fl-ibliet. Se tingħata attenzjoni speċjali lill-metodi ta’ trasport li ma jniġġsux, maniġġar tat-talba, razzjonalizzazzjoni tat-trasport privat u l-istrateġiji tat-tagħrif u l-komunikazzjoni, servizzi u infrastrutturi. L-enfasi se tkun ukoll fuq il-kwalità tal-mobilità u s-sodisfazzjon ta' min juża s-servizz, b'mod partikulari għal persuni b'mobilità­ mnaqqsa u għal gruppi speċifiċi bħal persuni kbar fl-età u n-nisa. Għodod u mudelli li jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika se jinkludu l-ippjanar tat-trasport u l-użu ta’ l-art.

Emenda 139

Anness I, parti 'Temi', taqsima 7 ('Trasport (inkluża l-Aeronawtika)'), subtaqsima 'Attivitajiet', it-tieni intestatura ('It-trasport bl-art (ferroviji, toroq, ilma)'), paragrafu 4

Titjib fis-sikurezza u s-sigurtà: L-iżvilupp ta’ teknoloġiji u sistemi intelliġenti għall-ħarsien ta’ persuni vulnerabbli bħal sewwieqa, rikkieba, passiġġieri, ekwipaġġ u nies mixjin fit-triq. Se jkunu żviluppati sistemi ta’ inġinerija avvanzati u metodoloġiji ta’ l-analiżi tar-riskju għall-iddiżinjar tal-vetturi, il-vapuri u l-infrastrutturi. L-enfasi se tkun fuq l-strateġiji integrattivi li jorbtu l-elementi umani, ta’ integrità strutturali, preventivi, sikurezza passiva u attiva, salvataġġ u maniġġar tal-kriżijiet. Is-sikurezza se titqies bħala komponent inerenti tas-sistema tat-trasport sħiħa, u tħaddan l-infrastruttura, il-merkanzija u l-kontejners, l-utenti u l-operaturi tat-trasport, il-vetturi u l-vapuri u miżuri u politiki fuq livelli leġislattivi, inkluż appoġġ għad-deċiżjonijiet u għodod ta’ validazzjoni; is-sigurtà se tkun indirizzata kull fejn hija rekwiżit inerenti għas-sistema tat-trasport.

Titjib fis-sikurezza u s-sigurtà: L-iżvilupp ta’ teknoloġiji u sistemi intelliġenti għall-ħarsien ta’ persuni vulnerabbli bħal sewwieqa, rikkieba, passiġġieri, ekwipaġġ u nies mixjin fit-triq. Se jkunu żviluppati sistemi ta’ inġinerija avvanzati u metodoloġiji ta’ l-analiżi tar-riskju għall-iddisinjar tal-vetturi, il-vapuri u l-infrastrutturi. L-enfasi se tkun fuq l-strateġiji integrattivi li jorbtu l-elementi umani, ta’ integrità strutturali, preventivi, sikurezza passiva u attiva, salvataġġ u maniġġar tal-kriżijiet. Is-sikurezza se titqies bħala komponent inerenti tas-sistema tat-trasport sħiħa, u tħaddan l-infrastruttura on-shore jew off-shore, il-merkanzija (inkluż l-LNG) u l-kontejners, l-utenti u l-operaturi tat-trasport, il-vetturi u l-vapuri u miżuri u politiki fuq livelli leġislattivi, inkluż appoġġ għad-deċiżjonijiet u għodod ta’ validazzjoni is-sigurtà se tkun indirizzata kull fejn hija rekwiżit inerenti għas-sistema tat-trasport.

Emenda 140

Anness I, Parti 'Temi', taqsima 7 (Trasport (inkluża l-Aeronawtika)', sotto-taqsima 'Attivitajiet', it-tieni intestatura ('It-trasport bl-art (ferroviji, toroq, ilma)'), paragrafu 5

It-tisħiħ tal-kompetittività: Titjib fil-kompetittività ta’ l-industriji tat-trasport, l-iżgurar li jinkisbu servizzi tat-trasport sostenibbli, effiċjenti u li jintlaħqu u l-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ xogħol permezz ta’ riċerka u żviluppi. It-teknoloġiji għal proċessi industrijali avvanzati se jinkludu l-iddisinjar, l-armar, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni u jimmiraw lejn tnaqqis fil-prezz taċ-ċiklu tal-ħajja u ż-żmien meħtieġ mir-riċerka sas-suq (lead time). Se jkun hemm enfasi fuq kunċetti innovattivi ta’ prodotti u servizzi tat-trasport aħjar, li jiżguraw aktar sodifazzjon tal-klijent. Se tkun żviluppata organizzazzjoni ġdida tal-prodott, li tinkludi l-immaniġġar tal-katina tal-provvista u s-sistema ta’ distribuzzjoni.

It-tisħiħ tal-kompetittività: Titjib fil-kompetittività ta’ l-industriji tat-trasport, l-iżgurar li jinkisbu servizzi tat-trasport sostenibbli, effiċjenti u li jintlaħqu u l-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ xogħol permezz ta’ riċerka u żviluppi. It-teknoloġiji għal proċessi industrijali avvanzati se jinkludu l-iddisinjar, l-armar, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni u jimmiraw lejn tnaqqis fil-prezz taċ-ċiklu tal-ħajja u ż-żmien meħtieġ mir-riċerka sas-suq (lead time). Se jkun hemm enfasi fuq kunċetti innovattivi ta’ prodotti u sistemi u servizzi tat-trasport aħjar, li jiżguraw aktar sodifazzjon tal-klijent. Se tkun żviluppata organizzazzjoni ġdida tal-prodott, li tinkludi l-immaniġġar tal-katina tal-provvista u s-sistema ta’ distribuzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Emenda 141

Anness I, parti 'Temi', taqsima 7 ('Trasport (inkluża l-Aeronawtika)'), intestatura 'Attivitajiet', it-tielet intestatura ('Appoġġ għas-sistema Ewropea ta’ navigazzjoni bis-satellita (Galileo)'), paragrafu 3

Il-provvediment ta’ l-għodod u l-ħolqien ta’ l-ambjent xieraq: l-assigurazzjoni ta’ l-użu tas-servizzi mingħajr periklu, prinċipalment permezz taċ-ċertifikazzjoni f’ċerti oqsma ta’ applikazzjoni; il-preparazzjoni u l-konferma ta’ l-konformità tas-servizzi ma’ politiki u leġiżlazzjoni ġodda, inkluża l-implimentazzjoni tagħhom; it-trattament tas-sevizzi ppubbliċi rregolati skond il-politika approvata dwar l-aċċess; l-iżvilupp tat-tagħrif essenzjali għat-topoloġija diġitali, il-kartografija u dejta tal-ġeodesija u sistemi għall-użu f’applikazzjonijiet fin-navigazzjoni; trattament tal-ħtiġijiet ta’ sikurezza u sigurtà.

Il-provvediment ta’ l-għodod u l-ħolqien ta’ l-ambjent xieraq: l-assigurazzjoni ta’ l-użu tas-servizzi mingħajr periklu, prinċipalment permezz taċ-ċertifikazzjoni f’ċerti oqsma ta’ applikazzjoni; il-preparazzjoni u l-konferma ta’ l-konformità tas-servizzi ma’ politiki u leġiżlazzjoni ġodda, inkluża l-implimentazzjoni tagħhom; it-trattament tas-sevizzi ppubbliċi rregolati skond il-politika approvata dwar l-aċċess; l-iżvilupp tat-tagħrif essenzjali għat-topoloġija diġitali, il-kartografija u dejta tal-ġeodesija u sistemi għall-użu f’applikazzjonijiet fin-navigazzjoni; trattament tal-ħtiġijiet ta’ sikurezza u sigurtà. Fiz-zona ta’ sigurtà, sabiex tintlaħaq l-interazzjoni massima mas-sistemi marbutin mal-GMES, se jiġu promossi studji ta’ fattibilità u dimostrazzjonijiet biex ikun hemm kompatibilità u konverġenza f’kull pass possibbli bejn il-GMES u Galileo, bħala parti mis-‘sistema tas-sistemi’ tal-GMES.

Emenda 142

Anness I, 'Temi', taqsima 8 ('Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi'), sotto-taqsima 'Strateġija', l-ewwel paragrafu

Il-prijoritajiet ta’ riċerka jindirizzaw l-isfidi soċjali, ekonomiċi u kulturali importanti li tiffaċċja l-Ewropa issa u fil-futur. L-aġenda ta’ riċerka proposta tikkostitwixxi strateġija koerenti sabiex ikunu indirizzati dawn l-isfidi. L-iżvilupp ta’ bażi ta’ għarfien soċjoekonomiku u ta’ l-istudji umanistiċi dwar dawn l-isfidi importanti jagħti kontribut sinifikanti għall-promozzjoni ta’ għarfien komuni fl-Ewropa kollha u għar-riżoluzzjoni ta’ problemi internazzjonali usa'. The research priorities will help improve the formulation, implementation, impact and assessment of policy in virtually all Community policy areas at the European, national, regional and local levels, and a substantial international perspective is included in most of the research.

Il-prijoritajiet ta’ riċerka jindirizzaw l-isfidi soċjali, ekonomiċi u kulturali importanti li tiffaċċja l-Ewropa issa u fil-futur. L-aġenda ta’ riċerka proposta tikkostitwixxi strateġija koerenti sabiex ikunu indirizzati dawn l-isfidi. L-iżvilupp ta’ bażi ta’ għarfien soċjoekonomiku, soċjo-kulturali u ta’ l-istudji umanistiċi dwar dawn l-isfidi importanti jagħti kontribut sinifikanti għall-promozzjoni ta’ għarfien komuni fl-Ewropa kollha u għar-riżoluzzjoni ta’ problemi internazzjonali usa'. Il-prijoritajiet tar-riċerka se jgħinu l-formulazzjoni, l-implimentazzjoni, l-impatt u l-evalwazzjoni tal-politika fiz-zoni kważi kollha tal-politika tal-Komunità fuq livelli Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, u fil-biċċa l-kbira tar-riċerka hemm inkluża perspettiva internazzjonali sostanzjali.

Ġustifikazzjoni

Huwa importnati li jiġu inklużi x-xjenzi soċjo-kulturali, sabiex tinkiseb viżjoni usa' u iżjed konkreta tal-kwistjonijiet Ewropej u internazzjonali.

Emenda 143

Anness I, parti 'Temi', taqsima 8 ('Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi'), sotto-taqsima 'Attivitajiet', l-ewwel intestatura ('It-tkabbir, ix-xogħol u l-kompetittività f’soċjetà ta’ għarfien'), paragrafu 1, parti introduttorja

Dan għandu l-għan li jiżviluppa u jintegra r-riċerka dwar kwistjonijiet li jaffettwaw it-tkabbir, ix-xogħol u l-kompetittività sabiex jipprovdi għarfien aħjar u integrat ta’ dawn il-kwistjonijiet għall-iżvilupp kontinwu ta’ soċjetà ta’ l-gharfien. Se jkun ta’ benefiċċju għall-politika u ta’ appoġġ għat-twettiq ta’ dawn l-ghanijiet. Ir-riċerka se tintegra l-aspetti li ġejjin tal-kwistjonijiet:

Dan għandu l-għan li jiżviluppa u jintegra r-riċerka dwar kwistjonijiet li jaffettwaw it-tkabbir, l-istabilità soċjo-ekonomika, l-impjiegi u l-kompetittività, il-koeżjoni teknoloġika u l-iżvilupp tas-soċjetà ta' l-informazzjoni, sabiex jipprovdi għarfien aħjar u integrat ta’ dawn il-kwistjonijiet għall-iżvilupp kontinwu ta’ soċjetà ta’ l-għarfien. Se jkun ta’ benefiċċju għall-politika u ta’ appoġġ għat-twettiq ta’ dawn l-ghanijiet. Ir-riċerka se tintegra l-aspetti li ġejjin tal-kwistjonijiet:

Ġustifikazzjoni

Hemm il-ħtieġa li jittieħdu in kunsiderazzjoni l-problemi li jaffettwaw l-istabilità soċjo-ekonomika u l-inklużjoni mhux biss ta’ l-edukazzjoni formali imma anki dik non-formali.

Din l-Emenda tieħu post Parti minn AM 981 għall-Abbozz tar-Rapport ta’ Jerzy Buzek tas-7a’ Programm Qafas

Emenda 144

Anness I, 'Temi', taqsima 8 ('Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi'), sotto-taqsima 'Attivitajiet', intestatura 'It-tkabbir, ix-xogħol u l-kompetittività f’soċjetà ta’ għarfien', l-ewwel paragrafu, inċiż 1

- Ir-rwol li qiegħed jinbidel ta’ l-għarfien fl-ekonomija kollha, inkluż ir-rwol ta’ tipi differenti ta’ għarfien u l-kompetenzi, l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja u l-investiment intanġibbli.

- L-irwol ta' l-għarfien, li qiegħed jinbidel, fl-ekonomija, inkluż l-irwol ta' tipi differenti ta' għarfien u kompetenzi, l-intraprenditorija u l-kreattività, il-forzi kulturali, il-valuri, l-edukazzjoni, inkluża dik mhux formali, it-tagħlim tul il-ħajja u l-investiment tanġibbli; l-irwol ta' l-għarfien u tal-prodotti tanġibbli fil-produzzjoni tal-ġid ekonomiku, soċjali u kulturali u l-kontribut tagħhom lejn il-benessri soċjali u ambjentali.

Emenda 145

Anness I, 'Temi', taqsima 8 ('Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi'), sotto-taqsima 'Attivitajiet', intestatura 'It-tkabbir, ix-xogħol u l-kompetittività f’soċjetà ta’ għarfien', l-ewwel paragrafu, inċiż 2

- L-istrutturi ekonomiċi, kwistjonijiet ta’ bidla strutturali u produttività, inkluż ir-rwol tas-settur tas-servizzi, tal-finanzi, demografiku, talba u l-proċessi ta’ bidla f’termini ta’ żmien twal.

- L-istrutturi ekonomiċi, il-bidla strutturali, ir-relazzjonijiet bejn is-setturi u kwistjonijiet ta' produttività, inklużi l-irwol tas-settur tas-servizzi, l-għoti 'l barra tas-servizzi, it-teknoloġija ta' l-informatika u l-komunikazzjonijiet, il-finanzi, id-demografika, id-domanda u l-proċess ta' bidla fuq medda twila ta' żmien.

Ġustifikazzjoni

Fid-dinja globalizzata ta' llum, ir-relazzjonijiet bejn is-setturi saru importanti iżjed minn qatt qabel, u m'għandhomx jiġu esklużi meta jissemmew l-istrutturi ekonomiċi. L-istess japplika għall-għoti 'l barra ta' servizzi u t-teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet, li mingħajrhom l-ekonomija ta' llum tkun inkonċepibbli.

Emenda 146

Anness I, parti 'Temi', taqsima 8 ('Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi'), sotto-taqsima 'Attivitajiet', l-ewwel intestatura ('It-tkabbir, ix-xogħol u l-kompetittività f’soċjetà ta’ għarfien'), paragrafu 1, inċiż 3

– Kwistjonijiet istituzzjonali u ta’ politika, inkluża l-politika makroekonomika, is-swieq tax-xogħol, il-kuntesti istituzzjonali u l-koerenza u l-koordinazzjoni tal-politika.

- Kwistjonijiet istituzzjonali u ta’ politika, inkluża l-politika makroekonomika, is-swieq tax-xogħol, is-sistemi soċjali u tal-benessri, il-kuntesti istituzzjonali nazzjonali u reġjonali, l-irwol li qed jinbidel fil-kompetenza xjentifika fil-proċess tat-tfassil tal-politika u l-koerenza u l-koordinazzjoni tal-politika.

Emenda 147

Anness I, parti 'Temi', taqsima 8 ('Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi'), sotto-taqsima 'Attivitajiet', it-tielet intestatura ('Ix-xejriet importanti fis-soċjetà u l-implikazzjonijiet tagħhom'), paragrafu 1, inċiż 1 a (ġdid)

 

- L-iżvilupp ta' riċerka urbana sabiex jinftiehmu aħjar l-interazzjonijiet tematiċi (ambjentali, tat-trasport, soċjali, ekonomiċi, demografiċi) u spazjali (urbani, reġjonali) fil-belt u biex ikunu żviluppati, l-ewwelnett, mekkaniżmi ta’ ppjanar innovattivi biex ikunu indirizzati l-kwistjonijiet b’mod integrat u sostenibbli, u t-tieni, governabbilità urbana, l-iżvilupp ta' strumenti u approċċi innovattivi biex itejbu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-koperazzjoni bejn il-parteċipanti pubbliċi u privati, biex jinftiehmu aħjar l-irwoli ta’ l-ibliet Ewropej f’kuntest globali (kompetittività urbana), biex ikunu appoġġjati l-awtoritajiet lokali fit-titjib tal-koeżjoni soċjali u fil-ġlieda kontra l-esklużjoni fl-ibliet fejn qegħdin jiżdiedu l-inugwaljanzi minkejja l-iżvilupp ekonomiku.

Emenda 148

Anness I, parti 'Temi', taqsima 8 ('Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi'), sotto-taqsima 'Attivitajiet', it-tielet intestatura ('Ix-xejriet importanti fis-soċjetà u l-implikazzjonijiet tagħhom'), paragrafu 1, inċiżi 3 a u 3 b (ġodda)

 

- Il-kompetittività urbana: l-irwol ta' l-ibliet Ewropej f'kuntest globali, politiki lokali sabiex tittejjeb il-koeżjoni.

 

- Ir-riċerka urbana: l-iffukar fuq l-interazzjonijiet tematiċi (ambjentali, tat-trasport, ekonomiċi, demografiċi) u spazjali fl-ibliet sabiex jiġu żviluppati proċessi integrati u sostenibbli ta' governabilità.

Ġustifikazzjoni

The Il-proposta tal-Kummissjoni ma taħsibx li se jkun hemm bżonn xi riċerka speċifika fil-qaasam ta’ l-iżvilupp urban sakemm il-maġġoranza taċiċittadini Ewropej jgħixu fl-ibliet. L-iskop ta’ din l-emenda hu li terġa tintroduċi din it-tip ta’ riċerka dwar id-dimensjoni urbana. Meta wieħed jara l-irvellijiet li kien fi Franza fis-subborgi Franċiżi huwa meħtieġ li jkun hemm din it-tip ta’ riċerka fi ħdan il-Programm ta’ Qafas. Kummissjoni ma Commission proposal does not foresee any specific research in the area of urban development while the majority of EU citizens live in cities. The aim of this Emenda is to reintroduce this kind of research on the urban dimension.

Emenda 149

Anness I, parti 'Temi', taqsima 8 ('Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi'), sotto-taqsima 'Attivitajiet', it-tielet intestatura 'Ix-xejriet importanti fis-soċjetà u l-implikazzjonijiet tagħhom', paragrafu 1, inċiż 3 c (ġdid)

 

- Studji fl-impatt tal-kultura, tal-patrimonju kulturali u ta' l-industriji kreattivi u ta' dawk orjentati lejn il-kultura fuq l-iżvilupp soċjo-ekonomiku u fuq is-suq tax-xogħol.

Ġustifikazzjoni

L-irwol ta’ l-ambjent kulturali huwa fattur importanti li huwa speċifiku għall-Ewropa; il-valur miżjud li jikkontribwixxi għandu jiġi studjat fil-fond.

Emenda 150

Anness I, 'Temi', taqsima 8 ('Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi'), sotto-taqsima 'Attivitajiet', intestatura 'L-Ewropa fid-Dinja', l-ewwel paragrafu, inċiż 2

- Il-kunflitti, il-kawżi u s-soluzzjoni tagħhom; ir-relazzjoni bejn is-sigurtà u fatturi ta’ instabbiltà bħall-faqar, il-kriminalità, id-degradazzjoni ta’ l-ambjent u l-iskarseza tar-riżorsi; it-terroriżmi, il-każi u l-konsegwenzi tiegħu; politiki relatat mas-sigurtà u l-perċezzjonijiet tan-nuqqas ta’ sigurtà u r-relazzjonijiet bejn is-soċjetà ċivili u l-militar.

- Il-kunflitti, il-kawżi u r-riżoluzzjoni tagħhom; ir-relazzjoni bejn is-sigurtà u fatturi ta’ instabilità bħall-faqar, il-migrazzjoni, il-kriminalità, id-degradazzjoni ta’ l-ambjent u l-iskarsezza tar-riżorsi; it-terroriżmu, il-każi u l-konsegwenzi tiegħu; politiki relatati mas-sigurtà u l-perċezzjonijiet tan-nuqqas ta’ sigurtà u r-relazzjonijiet bejn is-soċjetà ċivili u l-militar.

Ġustifikazzjoni

Il-migrazzjoni bħala fattur ta' instabilità trid tiġi inkluża.

Emenda 151

Anness I, parti 'Temi', taqsima 8 ('Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi'), sotto-taqsima 'Attivitajiet', intestatura 7 'Attivitajiet ta' Previżjoni', paragrafu 1, inċiż 1

– Previżjoni soċjoekonomika wiesgħa dwar numru limitat ta’ sfidi u opportunitajiet importanti għall-UE, l-esplorazzjoni ta’ kwistjonijiet bħall-futur u l-implikazjonijiet tax-xjuħija, il-migrazzjoni, il-globalizzazzjoni ta’ l-għarfien, bidliet fil-kriminilità u riskji ewlenin.

– Previżjoni soċjoekonomika wiesgħa dwar numru limitat ta’ sfidi u opportunitajiet importanti għall-UE, l-esplorazzjoni ta’ kwistjonijiet bħall-futur u l-implikazzjonijiet tax-xjuħija, il-migrazzjoni, il-globalizzazzjoni u t-tixrid ta’ l-għarfien, bidliet fil-kriminalità u riskji ewlenin.

Ġustifikazzjoni

Il-globalizzazzjoni ta' l-għarfien għamlitha ħaġa kruċjali li jinftiehmu l-mekkaniżmi tat-tixrid tal-għarfien.

Emenda 152

Anness I, parti 'Temi', taqsima 8 ('Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi'), sotto-taqsima 'Attivitajiet', intestatura 7 'Attivitajiet ta' Previżjoni', paragrafu 1, inċiż 4a (ġdid)

 

- L-Istudji Umanistiċi: Il-Lingwa, l-istruttura u l-kisba tal-lingwa. L-istorja, l-istorja ta’ l-arti, il-ġeografija, xjenzi dwar id-dinja, l-istorja territorjali. Il-Filosofija, il-kultura u l-istorja tar-reliġjon.

Il-wirt kulturali ta' l-arti viżwali, l-arti tradizzjonali u u s-snajja', l-arkitettura u l-ibliet.

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ għarfien komprensiv ta’ l-oriġini ta’ l-‘acquis’ komuni.

Emenda 153

Anness I, parti 'Temi', taqsima 9 ('Is-Sigurtà u l-Ispazju'), titolu u sotto-taqsima 'Għan', it-tieni paragrafu

9. Is-Sigurtà u l-Ispazju

9. Is-sigurtà

Appoġġ għal Programm Spazjali Ewropew li jiffoka fuq applikazzjonijiet ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini bħall-GMES (monitoraġġ globali għall-ambjent u s-sigurtà) u għall-kompetittività ta’ l-industrija spazjali Ewropea. Dan se jagħti kontribut għall-iżvilupp ta’ Politika Spazjali Ewropea, li tikkuplimenta l-isforzi mill-Istati Membri u minn atturi importanti oħra, inkluża l-Aġenzija Spazjali Ewropea.

 

imħassar

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-konnessjonijiet bejn is-sigurtà u l-ispazju, dawn iż-żewġ suġġetti għandhom jiġu ttrattati bħala żewġ prijoritajiet distinti minn xulxin.

Emenda 154

Anness I, parti 'Temi', taqsima 9.1 (Is-Sigurtà'), titolu

9.1      Is-sigurtà

imħassar

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-konnessjonijiet bejn is-sigurtà u l-ispazju, dawn iż-żewġ suġġetti għandhom jiġu ttrattati bħala żewġ prijoritajiet distinti minn xulxin.

Emenda 155

Anness I, parti 'Temi', taqsima 9.1 (Is-Sigurtà'), sottotaqsima 'Strateġija', paragrafu 2

L-attivitajiet fuq livell ta’ Komunità se jindirizzaw erba’ oqsma ta’ missjoni ta’ sigurtà li ġew identifikati b’reazzjoni għal sfidi speċifiċi b’rilevanza politika għolja u valur miżjud Ewropew fir-rigward tat-theddid u inċidenti ta’ sigurtà potenzjali, u tliet oqsma ta’ interess għal diversi oqsma. Kull qasam ta’ missjoni jkopri sitt fażijiet li jvarjaw skond iż-żmien u l-enfasi. Dawn is-sitt fażijiet huma: l-identifikazzjoni (relatata ma’ l-inċident), il-prevenzjoni (relatata mat-theddid), il-ħarsien (relatata mal-mira), il-preparazzjoni (relatata ma’ l-operazzjoni), ir-reazzjoni (relatata mal-kriżi) u l-irkupru (relatata mal-konsegwenzi); dawn jiddeskrivu l-isforzi li se jsiru fil-fażijiet rispettivi. L-ewwel erba’ fażijiet jirreferu għall-isforzi sabiex ikun evitat inċident u jnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali tiegħu, l-aħħar tnejn jirreferu għall-isforzi sabiex tkun irmedjata s-sitwazzjoni ta’ l-inċident u l-konsegwenzi aktar fit-tul.

 

L-attivitajiet fuq livell ta’ Komunità se jindirizzaw erba’ oqsma ta’ missjoni ta’ sigurtà li ġew identifikati b’reazzjoni għal sfidi speċifiċi b’rilevanza politika għolja u valur miżjud Ewropew fir-rigward tat-theddid u inċidenti ta’ sigurtà potenzjali, u tliet oqsma ta’ interess għal diversi oqsma. Rekwiżiti speċifiċi ta' konfidenzjalità għandhom jiġu sodisfati, għalkemm mingħajr ma jirrestrinġu mingħajr bżonn it-trasparenza tar-riżultati tar-riċerka. Jeħtieġ li għal dan il-għan jiġu identifikati l-oqsma li bħalissa jippermettu t-trasparenza tar-riżultati tar-riċerka. Kull qasam ta’ missjoni jkopri sitt fażijiet li jvarjaw skond iż-żmien u l-enfasi. Dawn is-sitt fażijiet huma: l-identifikazzjoni (relatata ma’ l-inċident), il-prevenzjoni (relatata mat-theddid), il-ħarsien (relatata mal-mira), il-preparazzjoni (relatata ma’ l-operazzjoni), ir-reazzjoni (relatata mal-kriżi) u l-irkupru (relatata mal-konsegwenzi); dawn jiddeskrivu l-isforzi li se jsiru fil-fażijiet rispettivi. L-ewwel erba’ fażijiet jirreferu għall-isforzi sabiex ikun evitat inċident u jnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali tiegħu, l-aħħar tnejn jirreferu għall-isforzi sabiex tkun irmedjata s-sitwazzjoni ta’ l-inċident u l-konsegwenzi aktar fit-tul.

Ġustifikazzjoni

Fl-Abbozz tal-Proposta tagħha dwar il-programm ta’ Koperazzjoni, il-Kummissjoni qalek li: “Biex jissaħħu d-diffużjoni u l-użu tar-riżultati tar-riċerka ta’ l-UE, jiġu appoġġjati it-tixfrix tal-għarfien u t-trasferiment tar-riżultati fl-oqsma tematiċi kollha”. Din tkun segwita b'footnote li tkun tgħid li “F’ċerti każijiet, ċerti restrizzjonijiet jistgħu japplikaw għar-riċerka dwar is-sigurtà, in konformità mar-Regoli għall-Parteċipazzjoni u t-Tifrix” . Din l-Emenda tipprova tieħu in kunsiderazzjoni r-rekwiżiti speċifiċi tar-riċerka dwar is-sigurtà. Jekk jaddotta din l-Emenda, il-Parlament Ewropew ikun qiegħed itenni l-pożizzjoni li jkun ġa fformula.

Emenda 156

Anness I, parti 'Temi', taqsima 9.1 (Is-Sigurtà'), sottotaqsima 'Strateġija', paragrafu 6

L-involviment ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME) fl-attività huwa mħeġġeġ bil-qawwa kif inhuwa wkoll dak ta’ l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet responsabbli mis-sigurtà taċ-ċittadini. L-aġenda ta’ riċerka fuq terminu ta’ żmien aktar twil elaborata mill-Bord Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka dwar is-Sigurtà (ESRAB) se tappoġġa t-tifsira tal-kontenut u l-istruttura tar-riċerka f’din it-tema.

 

 

L-involviment ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME) fl-attività huwa mħeġġeġ bil-qawwa kif inhuwa wkoll dak ta’ l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet responsabbli mis-sigurtà taċ-ċittadini. Madankollu, fil-każ tal-qasam tar-riċerka fis-sigurtà, id-definizzjoni ta' SME teħtieġ tinbidel fir-rigward ta' l-ammont ta' impjegati u ċifri ta' dħul, jew inkella, impriża għandha tiġi kklassifikata bħala SME jekk ikun hemm relazzjoni mill-qrib ħafna bejn is-sjieda, ir-responsabilità, it-tmexxija, ir-responsabilità għar-riskju u l-involviment b'responsabilità fil-maniġment ta' l-impriża. L-aġenda ta’ riċerka fuq terminu ta’ żmien aktar twil elaborata mill-Bord Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka dwar is-Sigurtà (ESRAB) se tappoġġa t-tifsira tal-kontenut u l-istruttura tar-riċerka f’din it-tema.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li f’bosta osqma l-ekonomija hija stutturata b’mod tali li l-SMEs – kif imfissra mid-definizzjoni ta’ l-UE – huma l-mutur għall-innovazzjoni u l-kompetittività, il-qasam tas-sigurtà huwa eċċezzjoni. Għall-innovazzjoni f’dan il-qasam huma indispensabbli l-azjendi li l-attività tagħhom ħafna drabi – parzjalment bħala riżultat tal-falliment fl-ikkompletar tas-Suq Intern u ta’ kompetizzjoni ristretta – m’humiex limitati biss għall-qasam tas-sigurtà tar-riċerka u għalhekk ma jikkwalifikawx taħt id-definizzjoni ta’ l-UE dwar l-SMEs. L-istruttura ta’ dan il-qasam għandha tittieħed in kunsiderazzjoni.

Emenda 157

Anness I, parti 'Temi', taqsima 9.1 (Is-Sigurtà'), sottotaqsima 'Strateġija', bulit 1

Il-ħarsien mit-terroriżmu u l-kriminalità: L-attivitajiet għandhom jikkonċentraw l-aspett ta’ theddida ta’ inċidenti potenzjali, bħal min jikkommetti offiża, apparat u riżorsi użati minnhom jew bħala l-mekkaniżmu ta’ attakk. Serje ta’ kapaċitajiet huma meħtieġa għal dan il-qasam ta’ missjoni, li ħafna minnhom jirrigwardaw primarjament il-fażijiet ta’ “identifikazzjoni”, “prevenzjoni”, “preparazzjoni” u “reazzjoni”. Il-mira hija kemm li jkun evitat inċident u kemm li jkunu mmitigati l-konsegwenzi potenzjali. Sabiex jitkattru l-kapaċitajiet meħtieġa, l-enfasi se tkun fuq kwistjonijiet bħal: theddid (eż. Kimiċi, Bijoloġiku, Radjoloġiku u Nukleari), għarfien (eż. ġbir, kollezzjoni, esplojtazzjoni, tpartit tat-tagħrif; alerting), detection (e.g. hazardous substances, individuals or groups, suspect behaviour), identification (e.g. of persons, type and amount of substances), prevention (e.g. control of access and movements, with respect to financial resources, control of financial structures), preparedness (e.g. risk assessment; control of intentionally released biological and chemical agencts; assessment of levels for strategic reserves such as manpower, skills, equipment, consumables; with respect to large scale events etc.), neutralisation and containment of effects of terrorist attacks and crime, law enforcement data processing.

Il-ħarsien mit-terroriżmu u l-kriminalità: L-attivitajiet għandhom jikkonċentraw l-aspett ta’ theddida ta’ inċidenti potenzjali, bħal min jikkommetti offiża, apparat u riżorsi użati minnhom jew bħala l-mekkaniżmu ta’ attakk. Serje ta’ kapaċitajiet huma meħtieġa għal dan il-qasam ta’ missjoni, li ħafna minnhom jirrigwardaw primarjament il-fażijiet ta’ “identifikazzjoni”, “prevenzjoni”, “preparazzjoni” u “reazzjoni”. Il-mira hija kemm li jkun evitat inċident u kemm li jkunu mmitigati l-konsegwenzi potenzjali. Sabiex jitkattru l-kapaċitajiet meħtieġa, l-enfasi se tkun fuq kwistjonijiet bħal: theddid (eż. Kimiċi, Bijoloġiku, Radjoloġiku u Nukleari), għarfien (eż. ġbir, kollezzjoni, esplojtazzjoni, tpartit tat-tagħrif; twissija), skoperta (eż. sustanzi, individwi jew gruppi perikolużi, aġir suspettuż), identifikazzjoni (eż. ta’ persuni, tipi u ammonti ta’ sustanzi), prevenzjoni (eż. kontroll ta’ l-aċċess u l-moviment, fir-rigward ta’ riżorsi finanzjarji, kontroll ta’ l-istrutturi finanzjarji), stat ta’ preparazzjoni (eż. valutazzjoni tar-riskju; kontroll ta' aġenti bijoloġiċi u kimiċi rilaxxati malizzjużament; valutazzjoni tal-livelli tar-riservi strateġiċi bħal personal, ħiliet, tagħmir, oġġetti ta’ konsum, fir-rigward ta’ inċidenti kbar, eċċ.), newtralizzazzjoni u konteniment ta’ l-effetti ta’ attakki terroristiċi u kriminali, infurzar tal-liġi u l-ipproċesar tat-tagħrif, studji dwar il-paċi u riċerka fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni paċifika ta' kunflitti.

Ġustifikazzjoni

L-FP jimmira wkoll li jappoġġja l-politiki ta’ l-UE.

Emenda 158

Anness I, parti 'Temi', taqsima 9.1 (Is-Sigurtà'), sottotaqsima 'Attivitajiet', bulit 2 ('Is-sigurtà ta’ l-infrastrutturi u s-servizzi')

L-attivitajiet se jikkonċentraw fuq il-miri ta’ inċident; eżempji ta’ l-infrastruttura jinkludu siti ta’ avvenimenti fuq skala kbira, siti ta’ valur sinifikanti politiku (eż. bini tal-parlament) jew simboliku (eż. monumenti partikolari) u s-servizzi bħall-enerġija (inklużi ż-żejt, l-elettriku, il-gass) l-ilma, it-trasport (iklużi bl-arja, l-art u fuq l-ilma), il-komunikazzjoni (inkluż ix-xandir), finanzjarji, amministrattivi, ta' saħħa pubblika eċċ. Serje ta’ kapaċitajiet huma meħtieġa għal dan il-qasam ta’ missjoni, li ħafna minnhom jirrigwardaw primarjament il-fażijiet ta’ “protezzjoni”, iżda wkoll “reparazzjoni”. Il-mira hija kemm li jkun evitat inċident u kemm li jkunu mmitigati l-konsegwenzi potenzjali. Sabiex jitkattru l-kapaċitajiet meħtieġa, l-enfasi se tkun fuq kwistjonijiet bħal: l-analiżi u l-valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet ta’ l-infrastruttura fiżika u l-operat tagħha; l-assigurazzjoni ta’ l-infrastrutturi kruċjali fuq netwerk eżistenti u tal-futur pubbliċi u privati; sistemi u servizzi, fir-rigward ta’ l-aspetti fiżiċi u funzjonali tagħhom; control and alert systems to allow for quick response in case of an incident; protection against cascading effects of an incident.

L-attivitajiet se jikkonċentraw fuq diżastri u fuq il-miri ta’ inċident; eżempji ta’ l-infrastruttura jinkludu siti ta’ avvenimenti fuq skala kbira, siti ta’ valur sinifikanti politiku (eż. bini tal-parlament) jew simboliku (eż. monumenti partikolari) u s-servizzi bħall-enerġija (inklużi ż-żejt, l-elettriku, il-gass) l-ilma, it-trasport (iklużi bl-arja, l-art u fuq l-ilma), il-komunikazzjoni (inkluż ix-xandir), finanzjarji, amministrattivi, ta' saħħa pubblika eċċ. Serje ta’ kapaċitajiet huma meħtieġa għal dan il-qasam ta’ missjoni, li ħafna minnhom jirrigwardaw primarjament il-fażijiet ta’ “protezzjoni”, iżda wkoll “reparazzjoni”. Il-mira hija kemm li jkun evitat inċident u kemm li jkunu mmitigati l-konsegwenzi potenzjali. Sabiex jitkattru l-kapaċitajiet meħtieġa, l-enfasi se tkun fuq kwistjonijiet bħal: l-analiżi u l-valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet ta’ l-infrastruttura fiżika u l-operat tagħha; l-assigurazzjoni ta’ l-infrastrutturi kruċjali fuq netwerk eżistenti u tal-futur pubbliċi u privati; sistemi u servizzi, fir-rigward ta’ l-aspetti fiżiċi u funzjonali tagħhom; sistemi ta’ kontroll u twissija sabiex ikun hemm reazzjoni mgħaġġla f’każ ta’ inċident, ħarsien mill-effetti li jsegwu ‘l xulxin (cascading) ta’ inċident.

Ġustifikazzjoni

Ikun rilevanti li jissemmew l-inċidenza tad-diżastri.

Emenda 159

Anness I, parti 'Temi', taqsima 9.1 (Is-Sigurtà'), sottotaqsima 'L-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tas-Sistemi tas-Sigurtà', titolu

- L-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tas-Sistemi tas-Sigurtà

- L-integrazzjoni, l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tas-Sistemi tas-Sigurtà

Ġustifikazzjoni

Jekk se jintlaħaq l-effett mixtieq ta' interoperabilità bejn is-sistemi ta' sigurtà, għandhom ikunu żgurati l-ħtiġijiet xierqa ta' interkonnessjoni tagħhom.

Emenda 160

Anness I, 'Temi', taqsima 9.1 (Is-Sigurtà'), sottotaqsima 'Il-Koperazzjoni Internazzjonali', it-tieni paragrafu

Se jkunu kkunsidrati azzjonijiet speċifiċi ta’ kooperazzjoni internazzjonali fejn ikun hemm benefiċċju reċiproku skond il-Politika tas-Sigurtà ta’ l-UE, bħal riċerka relatata ma’ attivitajiet tas-sigurtà b’applikazzjoni dinjija.

Se jkunu kkunsidrati azzjonijiet speċifiċi ta’ kooperazzjoni internazzjonali fejn ikun hemm benefiċċju reċiproku skond il-Politika tas-Sigurtà ta’ l-UE, bħal riċerka relatata ma’ attivitajiet ta' applikabilità globali marbuta mas-sigurtà u d-diżastri.

Ġustifikazzjoni

Iż-żewġ element prinċipali tal-paragrafu għandhom jiġu speċifikati wkoll fir-rigward tal-koperazzjoni internazzjonali.

Emenda 161

Anness I, 'Temi', taqsima 9.1 (Is-Sigurtà'), sottotaqsima 'Reazzjoni għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta’ politika mhux previsti'

It-tema tar-Riċerka dwar is-Sigurtà hija flessibbli kemm bħala natura u kemm bħala disinn. L-attivitajiet se jippermettu l-akkomodazzjoni ta’ theddid għas-sigurtà li għadu mhux magħruf u ħtiġijiet ta’ politika relatati li jistgħu jqumu. Din il-flessibilità se tikkumplimenta l-karattru orjentat lejn il-missjoni ta’ l-attivitajiet ta’ riċerka spjegati hawn fuq.

It-tema tar-Riċerka dwar is-Sigurtà hija flessibbli kemm bħala natura u kemm bħala disinn. L-attivitajiet se jippermettu l-akkomodazzjoni ta’ diżastri u theddid għas-sigurtà li għadhom mhux magħrufa u ħtiġijiet ta’ politika relatati li jistgħu jqumu. Din il-flessibilità se tikkumplimenta l-karattru orjentat lejn il-missjoni ta’ l-attivitajiet ta’ riċerka spjegati hawn fuq.

Ġustifikazzjoni

Hawnhekk ukoll it-test għandu jiġi addattat biex jirriferi għal diżastri.

Emenda 162

Anness I, parti 'Temi', taqsima 9.2 ('L-Ispazju'), titolu u sotto-taqsima 'Strateġija' (ġdid)

9.2 Space

9a. L-ispazju

 

Strateġija

 

Appoġġ għal Programm Spazjali Ewropew li jiffoka fuq applikazzjonijiet ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini bħall-GMES (monitoraġġ globali għall-ambjent u s-sigurtà) u għall-kompetittività ta’ l-industrija spazjali Ewropea. Dan se jagħti kontribut għall-iżvilupp ta’ Politika Spazjali Ewropea, li tikkuplimenta l-isforzi mill-Istati Membri u minn atturi importanti oħra, inkluża l-Aġenzija Spazjali Ewropea.

 

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-konnessjonijiet bejn is-sigurtà u l-ispazju, dawn iż-żewġ suġġetti għandhom jiġu ttrattati bħala żewġ prijoritajiet distinti minn xulxin.

Emenda 163

Anness I, parti 'Temi', taqsima 9.2 ('L-Ispazju'), sotto-taqsima 'Attivitajiet' l-ewwel intestatura ('Applikazzjonijiet ibbażati fuq l-ispazju għas-servizz tas-Soċjetà Ewropea'), inċiż 1, ('Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES)',

L-għan huwa li jkunu żviluppati sistemi xierqa ta’ monitoraġġ u twissija minn kmieni, ibbażati fuq is-satelliti, bħala sorsi ta’ tagħrif uniċi u disponibbli b’mod globali u li tkun ikkonsolidata u stimulata l-evoluzzjoni ta’ l-użu operazzjonali tagħhom. Dan il-programm se wkoll jipprovdi appoġġ għall-iżvilupp ta’ servizzi operazzjonali GMES, li jippermetti li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li jantiċipaw jew inaqqsu aħjar is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi u l-kwistjonijiet relatati ma’ l-immaniġġar ta’ l-ambjent u s-sigurtà. L-attivitajiet ta’ riċerka prinċipalment se jagħtu kontribut sabiex ikun massimizzat l-użu tat-tagħrif GMES miġbur minn sorsi bbażati fl-ispazju u jintegrhom mat-tagħrif minn sistemi ta’ osservazzjoni fi prodotti komplessi iddisinjati sabiex jipprovdu tagħrif u servizzi magħmula apposta għall-utenti finali permezz ta’ maniġġar effiċjenti ta’ l-integrazzjoni tat-tagħrif. L-attivitajiet ta’ riċerka se jagħtu kontribut ukoll sabiex itejbu t-teknika ta’monitoraġġ u t-teknoloġiji ta’ l-istrumenti, jiżviluppaw, fejn ikun meħtieġ, sistemi ġodda bbażati fuq l-ispazju jew itejbu l-interoperabbiltà ta’ dawk eżistenti, u jagħmlu l-użu tagħhom possibbli f’servizzi (pre)operazzjonali li jissodisfaw tipi speċifiċi ta’ domanda.

L-għan huwa li jkunu żviluppati sistemi xierqa ta’ monitoraġġ u twissija minn kmieni, ibbażati fuq is-satelliti, bħala sorsi ta’ tagħrif uniċi u disponibbli b’mod globali u li tkun ikkonsolidata u stimulata l-evoluzzjoni ta’ l-użu operazzjonali tagħhom. Dan il-programm se wkoll jipprovdi appoġġ għall-iżvilupp ta’ servizzi operazzjonali GMES, li jippermetti li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li jantiċipaw jew inaqqsu aħjar is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi u l-kwistjonijiet relatati ma’ l-immaniġġar ta’ l-ambjent u s-sigurtà u kif jiġu ttrattati diżastri naturali. L-attivitajiet ta’ riċerka prinċipalment se jagħtu kontribut sabiex ikun massimizzat l-użu tat-tagħrif GMES miġbur minn sorsi bbażati fl-ispazju u jintegrhom mat-tagħrif minn sistemi ta’ osservazzjoni fi prodotti komplessi iddisinjati sabiex jipprovdu tagħrif u servizzi magħmula apposta għall-utenti finali permezz ta’ maniġġar effiċjenti ta’ l-integrazzjoni tat-tagħrif. L-attivitajiet ta’ riċerka se jagħtu kontribut ukoll sabiex itejbu t-teknika ta’monitoraġġ u t-teknoloġiji ta’ l-istrumenti, jiżviluppaw, fejn ikun meħtieġ, sistemi ġodda bbażati fuq l-ispazju jew itejbu l-interoperabbiltà ta’ dawk eżistenti, u jagħmlu l-użu tagħhom possibbli f’servizzi (pre)operazzjonali li jissodisfaw tipi speċifiċi ta’ domanda. Ir-riċerka għandha tappoġġja l-iżvilupp ta’ sistemi sostenibbli msejsin fl-ispazju u in situ (inklużi dawk terrestri u dawk fl-ajru) għal: monitoraġġ ta' l-art u maniġment ta' kriżijiet bit-tħejjija ta' immaġnijiet b'riżoluzzjoni għolja għal zoni ta' importanza kbira, inklużi zoni sensittivi, urbani u li qed jevolvu b'rata mgħaġġla; għall-prevenzjoni tar-riskju u l-immaniġġjar tar-riskju u kull tip ta’ emerġenza, billi tittejjeb il-konverġenza mas-sistemi mhux ta’ l-ispazju.

Ġustifikazzjoni

Intwera li monitoraġġ u sorveljanza minn satellita jistgħu jkunu effettivi ħafna fil-prevenzjoni u fil-maniġment ta' diżastri naturali.

Emenda 164

Anness I, Parti 'Temi', sottotitolu 'Is-sigurtà u l-ispazju', taqsima 'Spazju', intestatura 'Strateġija', paragrafu 6 a (ġdid)

 

L-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta' impenji internazzjoni li jinvolvu l-Ewropa, li jittieħdu lil hinn mill-fruntieri Ewropej.

Ġustifikazzjoni

L-osservazzjoni tad-dinja minn barra l-Ewropa hija essenzjali u għandha tissemma b’mod ċar. Timplika riċerka u teknoloġija speċifiċi. Il-protokoll ta’ Kjoto u obbligazzjonijiet ambjentali oħrajn (ara l-Kapitolu 6 “Ambjent”) kif ukoll ftehimiet ekonomiċi jeħtieġu li jiġu moniterjati Partijiet Terzi. Dan jgħodd fil-każ tal-ħxejjex illegali, l-attivitajiet nukleari illegali, u b’appoġġ għal korpi tal-Ġnus Magħquda li s-soltu m’għandhomx mezz tagħhom proprju biex jimplimentaw il-kontroll u ħafna drabi jkollhom joqogħdu biss fuq tagħrif ġej mill-Istati Uniti. Il-għan aħħari huwa li tiġi promossa r-riċerka li għandha tgħin lir-riċerka li mbagħad tgħin fl-iżvilupp ta’ aktar ħiliet Ewropej ta’ monitoraġġ indipendenti.

Emenda 165

Anness I, parti 'Temi', taqsima 9.2 ('L-Ispazju'), sottotaqsima 'Reazzjoni għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta’ politika mhux previsti'

Ir-riċerka dwar il-ħtiġijiet emerġenti se tippermetti li jkun hemm soluzzjonijiet innovattivi għal żviluppi teknoloġiċi fil-qasam tar-riċerka fl-ispazju u l-possibilità ta’ adattazzjoni u applikazzjonijiet f’oqsma oħrajn (eż. maniġġar tar-riżorsi, proċessi bijoloġiċi u materjali ġodda). Ir-riċerka bħala reazzjoni għal ħtiġijiet ta’ politika mhux previsti tista’ tindirizza suġġetti bħal soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ispazju bħala appoġġ għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, l-iżvilupp ta’ għodod ġodda għall-osservazzjoni u komunikazzjoni spazjali u metodi relatati mal-politiki rilevanti tal-Komunità u kontribuzzjoni għal l-inklusività soċjali.

Ir-riċerka dwar il-ħtiġijiet emerġenti se tippermetti li jkun hemm soluzzjonijiet innovattivi għal żviluppi teknoloġiċi fil-qasam tar-riċerka fl-ispazju u l-possibilità ta’ adattazzjoni u applikazzjonijiet f’oqsma oħrajn (eż. maniġġar tar-riżorsi, proċessi bijoloġiċi u materjali ġodda). Ir-riċerka bħala reazzjoni għal ħtiġijiet ta’ politika mhux previsti tista’ tindirizza suġġetti bħal soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ispazju bħala appoġġ għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, l-iżvilupp ta’ għodod ġodda għall-osservazzjoni u komunikazzjoni spazjali u metodi relatati mal-politiki rilevanti tal-Komunità u kontribuzzjoni għal l-inklusività soċjali. Se tingħata attenzjoni speċjali għar-riċerka li jkollha l-għan li ttejjeb il-komponent ta' l-ispazju ta' sistemi ta' monitoraġġ li jimmiraw lejn infrastrutturi kritiċi, bħal netwerks tat-telekomunikazzjoni, trasport fuq l-art u fil-baħar, infrastrutturi ta' l-enerġija kif ukoll it-twettiq ta' din ir-riċerka f'netwerks Ewropej, l-iktar lil hinn mill-fruntieri Ewropej.

Ġustifikazzjoni

Ir-riċerka mmirata lejn is-sigurtà ta’ infrastrutturi kritiċi fadlilha biex tkun sodisfaċenti, u dan fi żmien meta l-infrastrutturi huma mgħobbijin aktar milli jifilħu fuq livell dinji. Dejjem aktar ta’ sikwit qiegħed jiġri li d-deċiżjonijiet li jaffettwaw il-fornituri ta’ enerġija Ewoprek, pereżempju, isiru wara li tingħata importanza kbir lill-ħtiġiet u rekwiżiti tas-sigurtà. Għalhekk huwa urġenti li jkun hemm titjib fir-riċerka f’dan il-qasam, l-aktar dak li għandu x’jaqsam mal-komponent ta’ l-ispazju.

Emenda 166

Anness II, tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Saħħa.

5 984

 

L-ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija

1 935

 

It-Teknoloġija tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni;

9 110

In-Nanoxjenza, in-Nanoteknoloġija, il-Materjali u t-Teknoloġiji ġodda ta’ Produzzjoni

3 467

 

L-Enerġija

2 265

 

L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)

1 886

 

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika).

4 180

 

Ix-Xjenzi Soċjoekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi

607

 

Is-Sigurtà u l-Ispazju.

2 858

 

TOTAL

32 292

 

Emendi mill-Parlament

Saħħa.

6 134

L-ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija

1 935

It-Teknoloġija tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni;

9 020

In-Nanoxjenza, in-Nanoteknoloġija, il-Materjali u t-Teknoloġiji ġodda ta’ Produzzjoni

3 467

L-Enerġija

2 385

L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)

1 886

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika).

4 150

Ix-Xjenzi Soċjoekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi

657

Is-sigurtà

1 429

L-ispazju

1 429

TOTAL

32 492

Emenda 167

Anness III, intestatura 'Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija', bulit 5, paragrafu 1

L-Ewropa trid tibqa’ fuq quddiem fit-teknoloġiji importanti jekk trid li jkollha industriji ta’ l-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru innovattivi u kompetittivi fil-futur. Bħala industrija mixħuta fuq l-RTD, il-kompetittività preżenti tal-kumpaniji Ewropej ta’ l-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru nbniet fuq investiment privat sinifikanti (tipikament 13-15% tan-negozju totali) tul ħafna għexieren ta’ snin. Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur, l-iżviluppi ġodda ta’ spiss jiddependu fuq il-kooperazzjoni effettiva bejn is-settur pubbliku u s-settur privat.

L-Ewropa trid tibqa’ fuq quddiem fit-teknoloġiji importanti jekk trid li jkollha industriji ta’ l-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru innovattivi u kompetittivi fil-futur. Hemm setturi, bħat-trasport bl-ajru reġjonali, fejn l-Ewropa tenħtieġ terġa' ssir kompetittiva, anke permezz ta' soluzzjonijiet li huma innovattivi fir-rigward tat-teknoloġija, u oħrajn fejn il-pressjoni kompetittività qed tiżdied. B’mod partikulari, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ħodor għandu jkun dak li jiżgura l-kompetittività tas-settur kollu (inklużi l-mezzi rotori ta’ l-ajru u mezzi reġjonali). Bħala industrija mixħuta fuq l-RTD, il-kompetittività preżenti tal-kumpaniji Ewropej ta’ l-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru nbniet fuq investiment privat sinifikanti (tipikament 13-15% tan-negozju totali) tul ħafna għexieren ta’ snin. Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur, l-iżviluppi ġodda ta’ spiss jiddependu fuq il-kooperazzjoni effettiva bejn is-settur pubbliku u s-settur privat.

Ġustifikazzjoni

It-‘tħaddir’ tat-trasport bl-ajru jirrappreżenta prijorità teknoloġika determinanti għas-settur kollu tat-trasport bl-ajru (li jinkludi wkoll il-mezzi rotori ta’ l-ajru u mezzi reġjonali).

Emenda 168

Anness III, intestatura 'Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija', bulit 5, paragrafu 3

Fil-qasam ta’ l-Aeronawtika u t-Trasport bl-Ajru, se jkunu indirizzati oqsma differenti, bħal ajruplani li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li huma ta’ benefiċċju komparati mal-prezz (“L-Ajruplan Aħdar”), u l-immaniġġar tat-traffiku bl-ajru bħala appoġġ għall-politika ta’ Sema Wieħed Ewropew u l-inizjattiva SESAME.

Fil-qasam ta’ l-Aeronawtika u t-Trasport bl-Ajru, se jkunu indirizzati oqsma differenti, bħal sistemi tat-trasport bl-ajru li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li huma ta’ benefiċċju komparati mal-prezz (“Sistema tat-Trasport bl-Ajru Ħadra”), u l-immaniġġar tat-traffiku bl-ajru bħala appoġġ għall-politika ta’ Sema Wieħed Ewropew u l-inizjattiva SESAME.

Ġustifikazzjoni

It-terminu 'mezz ta’ l-ajru' (aircraft) huwa riduttiv. L-industrija bħalissa tippreferi tuża t-terminu ‘sistema ta’ trasport bl-ajru’.

Emenda 169

Anness III, taqsima "Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tas-Sogru", paragrafu 2

Il-BEI se jsellef fondi ġġenerati mis-swieq finanzjarji internazzjonali skond ir-regoli, ir-regolamenti u l-proċeduri standard tiegħu. Imbagħad se juża din l-għotja, flimkien mal-fondi proprji tiegħu, bħala provvista u allokazzjoni ta' kapital fi ħdan il-bank sabiex ikopri parti mir-riskji assoċjati ma' dan is-self għal azzjonijiet kbar Ewropej ta' RTD.

Il-BEI se jsellef fondi ġġenerati mis-swieq finanzjarji internazzjonali skond ir-regoli, ir-regolamenti u l-proċeduri standard tiegħu. Imbagħad se juża din l-għotja, flimkien mal-fondi proprji tiegħu, bħala provvista u allokazzjoni ta' kapital fi ħdan il-bank sabiex ikopri parti mir-riskji assoċjati ma' dan is-self għal azzjonijiet Ewropej ta' RTD.

Emenda 170

Anness III, intestatura 'Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tas-Sogru', paragrafu 4

Din l-għotja tingħata fuq bażi annwali. L-ammont annwali jiġi stabbilit fil-programmi ta' ħidma, filwaqt li jitqiesu r-rapport ta' attività u l-previżjonijiet li il-BEI ikun ressaq lill-Komunità.

 

L-ammont globali ta' l-għotja għall-perjodu kollu se jiġi propost minn qabel, Din l-għotja tingħata fuq bażi annwali u l-ammont annwali tagħha jista' jiġi rivedut fil-programmi ta' ħidma, filwaqt li jitqiesu r-rapport ta' attività u l-previżjonijiet li il-BEI ikun ressaq lill-Komunità.

Emenda 171

Anness III, intestatura ' Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tas-Sogru ', paragrafu 5, bulit 2

L-eliġibbiltà ta' azzjonijiet kbar RTD. Normalment, "Inizjattivi Konġunti ta' Teknoloġija" u proġetti kollaborattivi kbar iffinanzjati mill-Komunità taħt it-temi u l-attivitajiet li jagħtu kontribut ta' dan il-Programm Speċifiku se jkunu eliġibbli awtomatikament. Proġetti kollaborattivi Ewropej oħra bħal dawk ta' l-EUREKA jistgħu ukoll jitqiesu. Skond ir-regolament adottat skond l-Artikolu 167 tat-trattat, il-ftehim ta' għotja se jistabbilixxi wkoll modalitajiet proċedurali u se jiggarantixxi lill-Komunità l-possibbiltà li toħroġ veto f'ċerti ċirkostanzi kontra l-użu ta' l-għotja sabiex tipprovdi self propost mill-BEI.

L-eliġibbiltà ta' azzjonijiet kbar RTD u ta' proġetti proposti mill-SMEs. Normalment, "Inizjattivi Konġunti ta' Teknoloġija" u proġetti kollaborattivi kbar iffinanzjati mill-Komunità taħt it-temi u l-attivitajiet li jagħtu kontribut ta' dan il-Programm Speċifiku se jkunu eliġibbli awtomatikament. Proġetti kollaborattivi Ewropej oħra bħal dawk ta' l-EUREKA jistgħu ukoll jitqiesu. Għandu jkun żgurat li l-eliġibbilità ta' l-SMEs ikun ikkjarifikar. Skond ir-regolament adottat skond l-Artikolu 167 tat-trattat, il-ftehim ta' għotja se jistabbilixxi wkoll modalitajiet proċedurali u se jiggarantixxi lill-Komunità l-possibbiltà li toħroġ veto f'ċerti ċirkostanzi kontra l-użu ta' l-għotja sabiex tipprovdi self propost mill-BEI.

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

(2)

              F’ċerti każijiet, ċerti restrizzjonijiet jistgħu japplikaw għar-riċerka dwar is-Sigurtà, skond ir-Regoli għall-Parteċipazzjoni u t-Tixrid.

(3)

fn


NOTA SPJEGATTIVA

Lejn Ewropa ta' l-innovazjoni u l-għarfien

L-UE trid taspira għall-eċċellenza, u għalhekk huwa vitali li timpenja ruħha għal sistema ambizzjuża ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni

Il-Kunsill Ewropew ta' Liżbona ppropona strateġija għal mudell ġdid ta' tkabbir ekonomiku, kemm li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent kif ukoll li jkun orjentat lejn il-progress, bl-għodod ewlenin ikunu r-riċerka xjentifika, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni. Sussegwentement, il-Kunsill Ewropew ta' Barċellona ppropona l-objettiv li tiżdied in-nefqa totali fuq riċerka u żvilupp u l-innovazzjoni għal 3% tal-GDP ta' l-Unjoni sa l-2010 (b'żewġ terzi jiġu mis-settur privat u t-terz li fadal mis-settur pubbliku).

Waqt li jieħu bħala l-punt ta' referenza r-rapport Kok(1), ir-rapport Locatelli(2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-UE biex tkun tista' tilħaq l-objettivi ta' l-2010. stimulazzjoni ta' l-investiment privat fir-riċerka; żieda ta' riżorsi umani sa 8 riċerkaturi għal kull 1000 ħaddiem attiv, jew total ta' 700 000 riċerkatur ġdid; appoġġ għal riċerka bażika ta' kwalità għolja; rabtiet iktar mill-qrib bejn id-dinja tar-riċerka u dik tan-negozju, notevolment fil-kuntest ta' l-SMEs; mezzi ta' komunikazzjoni mtejba bejn il-politiki ta' riċerka fuq livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali (ta' l-ewwel jinkludi l-BEI); u li titnaqqas il-burokrazija u jkunu simplifikati l-proċeduri.

Fuq il-bażi ta' dan kollu msemmi fuq, il-Kummissjoni f'April 2005 issottometta l-proposta tagħha għas-Seba' Programm ta' Qafas (7FP), b'baġit ta' EUR 72.7 biljun għall-perjodu 2007-2013 (l-ekwivalenti ta' l-irduppjar tal-baġit tas-7FP), skond il-linja sostnuta fir-rapport Böge, li kiseb appoġġ enormi mill-Parlament.

Fir-rigward tal-kontenut tas-7FP, il-Parlament jesprimi l-qbil tiegħu f'termini ġenerali għall-proposta tal-Kummissjoni u jagħmilha ċara li biss jekk jinżamm il-livell ta' finanzjar propost mill-Kummissjoni u mill-Parlament jista' jkun possibbli li jkun żgurat li l-objettivi jintlaħqu.

Madankollu, il-ftehima tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2005 u l-ftehima Kunsill/Parlament dwar il-prospettiva finanzjarja għall-perjodu 2007-2013 it-tnejn li huma jassenjaw total f'approprjazzjonijiet għas-7FP li huma kważi 30% inqas minn dak imsemmi fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni, anke jekk il-ftehima ta' l-aħħar tipproponi reviżjoni radikali tal-baġit tal-Komunità fl-2009. Il-Kummissjoni u l-Kunsill ikollhom imbagħad jiftiehmu mal-Parlament dwar l-introduzzjoni ta' żieda sinifikattiva fl-approprjazzjonijiet konformi mar-rekwiżiti tas-7FP u b'mod partikulari, dan ir-reġim speċifiku bl-għan li l-objettivi jintlaħqu.

Il-programm speċifiku ta' koperazzjoni jirrappreżenta f'termini tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni, 61% tal-baġit totali tas-7FP. L-għan huwa li l-UE tkun tista' tassumi pożizzjoni għall-avangwardja f'numru ta' oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi/strateġiċi speċifiċi, permezz tal-koperazzjoni bejn l-universitajiet, ċentri ta' riċerka, l-industrija u istituzzjonijiet oħrajn, kemm fl-UE kif ukoll f'pajjiżi terzi. Il-proposta tal-Kummissjoni tistabbilixxi disa' 'Temi' ta' prijorità, li huma karatterizzati minn livell għoli ta' kontinwità mas-6FP, u tipproponi numru ta' proposti għal titjib immirati lejn l-iffaċilitar ta' l-aċċess għall-programmi għal gruppi ta' riċerka.

Ir-rapporteur tagħkom, inġenerali, hija favur l-istruttura u l-kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni. Iżda, madanakollu, temmen li teħtieġ kjarifika ulterjuri dwar il-punti li ġejjin:

Il-Multidixxiplinarità u l-interdixxiplinarità Progress xjentifiku ta' importanza kbira jkun faċilitat ħafna jekk ikun hemm proposti konġunti għal 'Temi' teknoloġiċi u xjentifiċi li jkunu applikabbli għal aktar minn tema waħda u fir-rigward ta' l-interdixxiplinarità, ċerti kwistjonijiet kumplessi dwar il-prijorità tat-'Temi' jiġu indirizzati fl-istess ħin permezz ta' iktar minn dixxiplina waħda.

It-tisħiħ ta' l-irwol ta' l-industrija bis-saħħa ta' pjattaformi teknoloġiċi. Jekk l-objettivi tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona se jintlaħqu u l-kompetittività se tissaħħaħ, huwa vitali li jiġi operat djalogu strutturat u li tiġi żgurata l-koperazzjoni ma' l-industrija u bejn l-industrija u ċentri ta' riċerka.

Inizjattivi konġunti fit-teknoloġija. Dawn huma meħtieġa, essenzjalment, sabiex jagħtu kontinwità lill-pjattaformi teknoloġiċi li, f'numru limitat ta' każi, jistgħu jwasslu għal sħubijiet bejn is-settur pubbliku u l-privat li jkunu aktar intergrati, ambizzjużi u fit-tul. Dawn ikunu mmaniġġjati minn intrapriżi konġunti, li fir-rigward tagħhom il-livell tad-dħul ta' kapital provdut mill-Kummissjoni jirrikjedi l-opinjoni tal-Parlament, kif huwa obbligatorju taħt l-Artikolu 171. Peress li dan jinvolvi strumenti tekniċi u finanzjarji ġodda għall-parteċipazzjoni fil-programm speċifiku ta' koperazzjoni, il-Kummissjoni se jkollha tistabbilixxi strutturi ta' tmexxija li jiżguraw konformità mal-kriterji, trasparenza fir-rigward ta' prijoritajiet u maniġġjar sod u effiċjenti, u b'rappurtar regolari dwar dawn l-aspetti kollha lill-Parlament.

Parteċipazzjoni ta' l-SMEs. Iridu jinħolqu mekkaniżmi li jiżguraw il-parteċipazzjoni reali ta' SMEs fl-azzjonijiet u l-proġetti taħt it-'Temi' ta' prijorità tal-programm ta' 'Koperazzjoni'. Il-proposta tal-Kummissjoni teħtieġ definizzjoni aktar preċiża fir-rigward ta' dawn l-aspetti li ġejjin:

a) it-tfassil ta' objettivi konkreti għall-parteċipazzjoni u għall-baġit tal-programm ta' 'Koperazzjoni' (20%);

b) li jinstab l-ogħla livell possibbli ta' kontribuzzjoni mill-fondi Komunitarji kollha, inklużi l-BEI (Bank Ewropew ta' l-Investiment) u l-FEI (Fond Ewropew ta' l-Investiment), għall-iffinanzjar ta' proġetti, inkluż il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs;

c) l-istabbiliment ta' mekkaniżi għall-ħolqien ta' aggruppamenti reġjonali, tematiċi jew territorjali bl-għan li jsaħħu l-kapaċità tal-parteċipazzjoni;

d) it-titjib u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi.

Fuq san il-punt, huwa importanti li jiġu stabiliti miżuri speċifiċi għall-koordinazzjoni mal-programm speċifiku 'Kapaċitajiet' u mal-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni.

Il-Kumplimentarjetà u s-sinerġija. Huwa importanti li tiġi żviluppata kumplimentarjetà u sinerġija bejn il-programm speċifiku 'Koperazzjoni' u azzjonijiet u programmi Komunitarji oħrajn, bħalma huma l-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, il-Fondi Strutturali, u oħrajn li jafu jkunu sorsi potenzjali ta' finanzjar għal azzjonijiet, infrastrutturi jew proġetti fil-qasam ta-Riċerka u l-Iżvilupp jew l-innovazzjoni.

Fil-prattika, mhux faċli li dan ikun implimentat, grazzi għar-restrizzjonijiet li jeżistu taħt dawn ir-regoli li aħna stess stabilejna għall-użu tal-fondi u l-immaniġġjar tal-programmi. Proċedura hija proposta għall-preżentazzjoni ta' programmi integrati fuq il-bażi tal-kombinazzjoni ta' sforzi mingħajr ma jiġu duplikati. Dan il-punt għandu jiġi inkluż fir-regoli dwar il-parteċipazzjoni.

Eżami tal-Baġit. Peress li l-ftehima li ntlaħqet mill-Parlament u mill-Kunsill dwar il-prospettiva finanzjarja għall-2007-2013 ma toffrix il-mezzi finanzjarji meħtieġa għall-kisba kompleta ta' l-objettivi tas-7FP, jew b'mod partikulari, dawk tal-programm speċifiku 'Koperazzjoni', ir-rapporteur tagħkom tissuġġerixxi li fil-kuntest tar-reviżjoni tal-qafas finanzjarju li ġie mwiegħed għall-2009, għandha titressaq proposta li tirrifletti kif jixraq l-aspirazzjonijeit ta' l-Unjoni f'dan il-qasam.

Reazzjoni għal ħtiġijiet u opportunitajiet ġodda. Il-programm speċifiku 'Koperazzjoni' jeħtieġ ikun OPEN ENDED u flessibbli biżżejjed biex jirreaġixxi għall-ħtiġijiet ta' dawk l-oqsma fejn il-progress huwa partikularment mgħaġġel, dejjem jinbidel u diffiċli li wieħed ibassar fuq perjodu ta' seba' snin, u anke li jindirizza l-rekwiżiti politiċi varji li jafu jinqalgħu minn ċirkostanzi li ma jistgħux jitbassru u li se jesiġu reazzjoni ta' malajr (epidemiji, eċċ).

Koordinazzjoni ma' l-Istati Membri. Huwa neċessarju li jissaħħu l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni tar-Riċerka u l-Iżvilupp ta' l-Istati Membri u r-reġjuni u ta' programmi innovattivi mal-programm ta' qafas u b'mod partikulari, dan il-programm speċifiku, sabiex tintlaħaq l-aħjar użu ta' riżorsi finanzjarji, li jiġu kkombinati iżda mhux duplikati l-isforzi, u biex tinbena Zona Ewropea ta' Riċerka awtentika.

Iz-Zona Ewropea tar-Riċerka. Huwa essenzjali li jsir tisħiħ tal-prinċipju tal-prijoritizzazzjoni ta' azzjonijiet fiz-zona Komunitarja minflok ma jintuża l-metodu intergovernattiv. Fi kliem ieħor, koperazzjoni intergovernattivi, bħalma jiġri fil-kuntest ta' l-ERA NET, għandha tiġi favorita biss jekk l-azzjonijiet jikkoinċidaw ma' l-objettivi tas-7FP u jekk il-proponenti jiffaċilitaw u jiżguraw il-possibilità tal-parteċipazzjoni msejsa fuq l-ugwaljanza ma' partijiet oħrajn minn Stati Membri oħrajn.

L-universitajiet bħala netwerk essenzjali ta' riċerka u ċentri tat-tagħlim. Aktar minn 60% tar-riċerka fl-UE ssir fl-universitajiet, u huwa hemmhekk li l-maġġoranza kbira tar-riċerkaturi jirċievu l-edukazzjoni tagħhom. Dan huwa qasam importanti ieħor li jeħtieġ ikun enfasizzat fir-rapport. Għandu jitqies ukoll f'kwalunkwe deċiżjonijiet futuri li jikkonċernaw l-organizzazzjoni tax-xjenza u t-teknoloġija fl-UE u l-ħolqien possibbli ta' ċentri ġodda ta' eċċellenza fil-kuntest tar-riċerka, bħall-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija futur.

Trasferiment ta' teknoloġija. Hemm biżżejjed għarfien tal-problemi li jinħolqu minħabba s-sensil ta' l-oqsma tan-negozju u tar-riċerka (miż-żewġ naħat). Huwa neċessarju li jiġu provduti u żviluppati mekkaniżmi u inċentivi li jiżguraw li t-trasferiment ta' l-għarfien, tal-kompetenzi u tat-teknoloġiji jsir b'tali mod li s-sejbiet mir-riċerka jiġu komunikati lill-dawk li jimpjegaw, b'mod speċjali SMEs u jistgħu jiġu assimiliati u użati minnhom.

Koperazzjoni Internazzjonali. Il-koperazzjoni ma' pajjiżi mhux fl-UE għandha tiffoka fuq dawk it-'Temi' li għalihom tista' tipprovdi valur miżjud sinifikattiv, u għandha tkun ta' żewġ tipi: koperazzjoni ma' pajjiżi industrijalizzati fuq 'Temi' speċifiċi ta' interess reċiproku, bil-prijorità għat-'Temi' ta' dan il-programm; u koperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw fuq programmi mmirati lejn il-promozzjoni ta' titjib fl-iżvilupp ekonomiku, fis-saħħa, fil-benessri soċjali u s-sostenibilità ta' l-ambjent.

It-tnaqqis tal-qasma diġitali. Il-figuri juri li l-qasma teknoloġika bejn l-Istati Membri ta' l-UE u r-reġjuni hija ikbar mill-qasma ekonomika jew fil-kwalità tal-ħajja. Għaldaqstant, huwa essenzjali li l-programm speċifiku 'Koperazzjoni' għandu jagħti attenzjoni speċjali għat-tisħiħ tal-konverġenza bejn l-Istati Membri u r-reġjuni ta' l-Unjoni fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija, b'miżuri effettivi biex titnaqqas għal kollox din il-firda teknoloġika bejn zoni territorjali.

It-tixrid tax-xjenza. Il-programm speċifiku ' Koperazzjoni' għandu jikkontribwixxi wkoll għat-tixrid tax-xjenza, bl-għan li x-xjenza u t-teknoloġija jersqu aktar qrib tas-soċjetà: dan għandu jkun rifless kemm fil-preparazzjoni kif fit-twettiq ta' proġetti.

L-irwol tal-Parlament Ewropew Il-PE jeħtieġ ikollu rwol iktar prominenti fis-segwitu u l-monitoraġġ tat-twettiq tal-programm ta' qafas u b'mod partikulari, ta' dan il-programm speċifiku. Il-Parlament għandu jkun mgħarraf, u għandu jkun kapaċi jagħti l-opinjoni tiegħu, dwar il-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 6 u dwar kwalunkwe aġġustamenti għalih, kif ukoll l-analiżi statistika tal-baġit.

Strumenti ta' finanzjar konġunt mal-BEI. Il-proposta tal-Kummissjoni tistabbilixxi sussidju tal-BEI. Dan għandu jkollu l-objettiv li jikkontribwixxi f'sens wiesa' għall-iffaċilitar u l-inkoraġġiment ta' investiment tas-settur privat fir-Riċerka u l-Iżvilupp. Il-mekkaniżmu għall-qsim tas-sogru jaf ikollu limitazzjonijiet fl-skop (kreditu biss) u fil-volum (proġetti kbar biss) tiegħu. għalhekk huwa neċessarju li jiġu esplorati l-possibilitajiet kollha għal attività konġunta mal-BEI fejn dan ikun relevanti, sabiex jintlaħaq, proporzjonalment ma' l-isforz pubbliku rappreżentat mill-programm ta' qafas, ta' l-objettiv stabilit fis-samit ta' Barċellona li żewġ terzi ta' l-investiment għandhom joriġinaw mis-settur privat. Għandu jsir kull tentattiv biex ikun żgurat li l-offerta ta' finanzjar tal-BEI f'dan il-kuntest ġdid jikkorrispondi u jappoġġja d-domanda li teħtieġ tkun stimulata mix-xogħol mal-Pjattaformi Teknoloġiċi u l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti.

(1)

http://europa.eu.int/comm/councils/bx20041105/kok_report_en.pdf

(2)

Test adottati, P6_TA (2005) 0077


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġit

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku "Koperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni

(COM(2005)0440 – C6-0381/2005 – 2005/0185(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Marilisa Xenogiannakopoulou

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. Elementi ewlenin tal-proposta

Il-proposta għall-programmi speċifiċi hija bbażata fuq it-Titolu XVIII tat-Trattat, l-Artikoli 163 sa 173, u partikolarment l-Artikolu 166(3) dwar it-twettiq tal-Programm ta’ Qafas permezz ta’ programmi speċifiċi.

Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li twaqqaf aġenzija eżekuttiva li se tkun fdata b’ċertu xogħol meħtieġ biex jiġu implimentati l-programmi speċifiċi "Koperazzjoni", "Nies" u "Kapaċitajiet". Din l-istrateġija se tittieħed ukoll għall-implimentazzjoni tal-programm "Ideat".

Il-programm speċifiku Koperazzjoni huwa maħsub biex l-UE tkun minn ta' l-ewwel f’oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ewlenin billi tkun appoġġjata l-koperazzjoni bejn l-universitajiet, l-industrija, iċ-ċentri ta’ riċerka u l-awtoritajiet pubbliċi fl-Unjoni Ewropea kollha kif ukoll fil-bqija tad-dinja. Il-programmi ta’ qafas ta’ qabel juru l-impatt ta’ dawn l-azzjonijiet fir-ristrutturazzjoni tar-riċerka fl-Ewropa u t-tgħaqqid u l-użu tal-kapital misluf (leveraging) tar-riżorsi.

Is-Seba’ Programm ta’ Qafas ser jiddistribwixxi dawn l-impatti b’mod usa’ u d-disa’ temi proposti jikkorrespondu ma’ l-oqsma ewlenin tal-progress fl-għarfien u t-teknoloġija fejn ir-riċerka eċċellenti trid tissaħħaħ biex tindirizza l-isfidi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u industrijali Ewropej.

Hemm novitajiet importanti f’dan il-programm speċifiku li jeħtieġu konsiderazzjoni speċifika għall-implimentazzjoni:

Reazzjoni għall-bżonn ta' sħubijiet pubbliċi u privati ambizzjużi panewropej biex jaċċeleraw l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ewlenin, permezz tat-tnedija ta’ Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti;

Approċċ imsaħħaħ għall-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali ta’ riċerka . (Skema ERA-NET);

Inizjattivi fl-oqsma ta’ l-għajxien assistit mill-ambjent, fir-riċerka fil-baħar Baltiku u fil-metroloġija (l-hekk imsejħa inizjattivi ta' l-Artikolu 169);

koperazzjoni internazzjonali (permezz ta’ djalogi ta’ politika u netwerks ma’ reġjuni differenti ta’ pajjiżi msieħba);

Reazzjoni flessibbli għal ħtiġijiet li qed jitfaċċaw u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti.

2. Rakkomandazzjonijiet mir-Rapporteur għal opinjoni

Għal raġunijiet ta’ koerenza, ir-rapporteur għal opinjoni tipproponi l-istess grupp ta’ emendi għas-seba’ programmi speċifiċi ta’ riċerka kollha.

Emenda standard tirreferi għall-qafas finanzjarju plurijennali u l-ħtieġa li jkun irrispettat il-limitu massimu ta’ l-intestatura 1a.

L-emendi proposti msemmija hawn taħt jinkludu l-idea ta’ mmaniġġjar finanzjarju sod u l-implimentazzjoni effiċjenti ta’ l-azzjonijiet iffinanzjati skond il-programm speċifiku.

Sabiex jitjieb il-monitoraġġ finanzjarju ta’ attivitajiet ta' riċerka ffinanzjati mill-Komunità, ir-rapporteur għal opinjoni tqis li l-Kummissjoni għandha tinforma lill-aworità baġitarja dwar l-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi fuq bażi regolari u tipprovdi l-informazzjoni minn qabel kull meta jkollha l-ħsieb li titbiegħed mill-analiżi statistika ta’ l-infiq iddikjarata fil-baġit ġenerali.

EMENDI

Il-Kumitat għal Baġit jistieden il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala il-kumitat responsabbli, biex jinkorpora fir-rapport tiegħu l-emendi li ġejjin:

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda 1

Paragrafu 1 a (ġdid)

1a.      Jikkunsidra li l-ammont indikattiv ta' referenza finanzjarja indikat fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali ġdid (MFF) u jirrimarka li l-ammont annwali jkun deċiż fil-proċedura baġitarja annwali bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' punt 38 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006;

Ġustifikazzjoni

Emenda standard.

Proposta għal deċiżjoni

Test propost mill-Kummissjoni(1)

 

 

Emendi mill-Parlament

Emenda

2

Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati qed isiru b'mod effettiv u skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda 3

Artikolu 3, paragrafu 1 b (ġdid)

 

In- nefqa amministrattiva totali tal-programm, inkluża n-nefqa interna u ta' l-immaniġġjar għall-Aġenzija Eżekuttiva, għandha tkun proporzjonali għall-funzjonijiet stipulati fil-programm ikkonċernat u tkun suġġetta għad-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlattivi.

Ġustifikazzjoni

L-approprjazzjonijiet allokati għall-Aġenzija Eżekuttiva għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Kondotta dwar it-twaqqif ta' Aġenzija Eżekuttiva u mar-Regolament tal-Kunsill Nru 58/2003 li jistabilixxu l-istatut għal aġenziji eżekuttivi li jkunu fdati b'funzjonijiet speċifiċi fl-immaniġġjar tal-programmi tal-Komunità. Dan se jiżgura li jkun hemm finanzjament xieraq għall-azzjonijiet tal-programm.

Emenda 4

Artikolu 3, paragrafu 1 c (ġdid)

 

Approprjazzjonijiet tal-baġit għandhom jintużaw skond il-prinċipju ta' l-immaniġġjar finanzjarju sod, jiġifieri skond il-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità.

Emenda 5

Artikolu 5 a (ġdid)

 

Artikolu 5a

 

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni minn qabel lill-awtorità tal-baġit meta jkollha ħsieb li titbiegħed mill-analiżi statistika ta' l-infiq iddikjarata fil-kummenti u fl-anness tal-baġit anwali.

Ġustifikazzjoni

Din il-proċedura kienet introdotta bħala riżultat ta' ftehima bejn il-Kumitat għall-Baġit u l-Kummissjoni f'Ottubru 1999. Ir-rapporteur għal opinjoni hija tal-fehma li l-proċedura għandha tinżamm sabiex jitjieb il-proċess ta' segwitu ta' l-użu tal-fondi fil-programmi speċifiċi ta' l-FP7.

Emenda 6

Artikolu 8, paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun fih evalwazzjoni ta' kemm huwa sod l-immaniġġjar finanzjarju. Għandu jkun fih evalwazzjoni ta' l-effiċjenza u r-regolarità ta' l-immaniġġjar baġitarju u ekonomiku tal-programm.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku “Koperazzjoni” li jimplimenta s-Seba’ Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni

Referenzi

COM(2005)0440 – C6-0381/2005 – 2005/0185(CNS)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
17.11.2005

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

0.0.0000

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Marilisa Xenogiannakopoulou
20.9.2004

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

22.6.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.6.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Bösch, Simon Busuttil, Bárbara Dührkop Dührkop, Markus Ferber, Ingeborg Gräßle, Nathalie Griesbeck, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Antonis Samaras, Esko Seppänen, Nina Škottová, Helga Trüpel, Yannick Vaugrenard, Ralf Walter

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

(1)

ĠU C 49, 28.2.2006, p. 37.


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (28.2.2006)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku "Koperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni

(COM(2005)0440 – C6-0381/2005 – 2005/0185(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Jaromír Kohlíček

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Is-Seba' Programm ta' Qafas: is-sitwazzjoni preżenti

Fis-6 ta' April 2005 l-Kummissjoni ppeżentat il-proposta tagħha għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-seba' Programm ta' Qafas (FP7) għar-riċerka, l-izvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013). Fil-11 ta' Ottubru 2005 l-kumitat TRAN adotta opinjoni dwar din il-proposta, li amendat il-parti tematika dwar it-trasport u l-aeronawtika, li ġiet mgħoddija lill-kumitat ITRE. Il-kumitat ITRE kien iddeċieda, ukoll fid-dawl ta' l-inċertezza dwar il-Perspettivi Finanzjarji 2007-2013, li jgħaddi qabel ir-rapport tiegħu żewġ dokumenti ta' ħidma, imressqa f'Ġunju u f'Ottubru 2005. L-abbozz tar-rapport ITRE se jitressaq f'Jannar 2006. Ir-rapporteur tiegħek għal opinjoni ssuġġerixxa lir-rapporteur ITRE s-Sur Buzek biex jinkludi l-emendi TRAN kollha u biex jevita li jinkludi emendi li jistgħu jmorru kontra dawk tal-kumitat TRAN.

Sadattant, il-Kummissjoni ressqet proposta ġdida għal Deċiżjoni tal-Kunsill fil-21 ta' Settembru 2005, li tikkonċerna biss il-programm speċifiku 'Koperazzjoni' ta' l-FP7. Il-programm "Koperazzjoni" huwa parti mill-FP7 li jidentifika d-disa' oqsma ta' riċerka tematika, li wieħed minnhom huwa 'trasport u aeronawtika'. Il-kumitat ITRE se jagħmel rapport separat dwar din il-proposta, li dwaru għandu jiġi nnutat li l-Parlament qed jitqies għall-konsultazzjoni biss.

Trasport u aeronawtika fil-programm ta' Koperazzjoni: differenzi mal-proposta ġenerali FP7.

Il-proposta tal-programm 'Koperazzjoni' hija f'ħafna sensi speċifikazzjoni ta' dak li ntqal diġà fil-proposta ġenerali FP7. Jekk jitqies dak li jikkonċerna t-trasport u l-aeronawtika, il-proposta ssegwi l-istess struttura billi tippreżenta l-ewwel l-objettiv u l-istrateġija, wara attivitajiet fl-aeronawtika u t-trasport bl-ajru, trasport fuq l-art u l-Galileo.

Jistgħu jiġu nnotati d-differenzi u ż-żiediet li ġejjin meta mqabbla mal-proposti ġenerali FP7:

Objettiv u strateġija:

Jiżdied ma' l-objettivi trasport aktar sikur. L-strateġija tal-programm 'Koperazzjoni' hija karatterizzata bħala 'integrata', billi tgħaqqad il-modi kollha ta' trasport. Suggetti tematiċi trasversali għandhom jiffokaw fuq l-ispeċifitajiet tat-trasport, bħal m'hija s-sigurtà. Minflok ma tirreferi għall-'vettura nadifa u sikura tal-futur', tuża kliem ta' tifsir aktar ġenerali, billi tirreferi għal 'sorsi ta' enerġija alternattiva fl-applikazzjonijiet tat-trasport' u 'effetti ambjentali ... inkluża l-bidla fil-klima'. Aktar enfasi tingħata lill-ħidma ta' Pjattaformi Teknoloġiċi u lill-Aġendi Strateġiċi tar-Riċerka, li tista' tiġġustifika t-twaqqif ta' l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti. Tingħata attenzjoni għall-attivitajiet ta' rilevanza partikulari għall-SMEs u l-valutazzjonijiet ta' l-impatt.

Attivitajiet fl-aeronawtika u t-trasport bl-ajru:

Xi miri kwantitattivi ġew miżjuda, bħal m'huma t-tnaqqis fl-emissjonijiet (CO2 u ħsejjes b'50%, NOx bi 80%) t-tnaqqis b'ħames darbiet tar-rati ta' l-inċidenti u dak bin-nofs taż-żmien biex jitpoġġew fis-suq prodotti ġodda. Dwar li jiġu żgurati s-sodisfazzjon u s-sikurezza tal-klijent hemm referenza għar-riċerka dwar kif jiġu adattati operazzjonijiet ta' ajruport u tat-traffiku bl-ajru skond tipi differenti ta' vetturi u 'utilizzazzjoni għal 24 siegħa b'livelli ta' ħsejjes aċċettabbli għall-komunità'. Dwar żieda fl-effiċjenza ta' ħin utli tiġi ffukata l-iniżjattiva SESAME. Dwar it-trasport bl-ajru tal-futur jiżdiedu xi kunċetti ġodda, bħal m'huma kunċetti ġodda dwar propulsjoni u rfigħ u metodi ġodda ta' gwida għall-vetturi ta' l-ajru.

Attivitajiet dwar trasport bl-art (bil-ferrovija, bit-triq u bil-baħar):

It-testi spjegattivi huma aktar dettaljati u hemm żieda ta' xi enfasi ġdida. Pereżempju, hemm referenza dwar ċelluli ta' fjuwil (għall-'greening'), tagħbien u ħatt (għall-'modal shift'), immaniġġjar tat-talba (għall-mobbiltà urbana), analiżi tar-riskju (għas-sikurezza u s-sigurtà) u tnaqqis ta' l-ispejjeż taċ-ciklu tal-ħajja (għall-kompetittività).

Attivitajiet għall-Galileo:

Dan il-paragrafu ġie estiż b'mod sostanzjali, billi jsemmi t-tipi ta' l-applikazzjonijiet kollha possibbli tas-sistema Galieo (pereżempju l-kartografija u n-navigazzjoni) u aspetti importanti li jridu jiġu kkunsidrati (pereżempju l-ftuħ għall-aċċess kummerċjali jew li jiġi żgurat użu sikur permezz taċ-ċertifikazzjoni).

Żiediet oħra:

Żdiedu żewġ sottotitoli oħra: wieħed biex issir enfasi fuq l-importanza tal-koperazzjoni internazzjonali u ieħor biex jiġi nnotat li r-riċerka għandha wkoll tkun kapaċi tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-politika li mhumiex previsti.

Emendi

Sakemm ġiet ppublikata din il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-programm tal-Koperazzjoni, il-Parlament kien għadu ma adottax ir-rapport tagħha dwar il-proposta ġenerali FP7. Għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni ma tikkunsidrax (għalissa) l-emendi tal-Parlament għall-proposta ġenerali. Peress li din il-proposta ġdida hija ħafna simili għal dik preċedenti, ir-rapporteur tiegħek jipproponi emendi li jixbhu lil dawk magħmula għall-proposta ġenerali.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lil-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora fir-rapport tiegħu l-emendi li ġejjin:

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (g)

(g) It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika);

(g) It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika u t-teknoloġija marittima), b'mod partikulari l-Galileo, is-SESAR u l-ERTMS *;

_____________________

*Il-Galileo huwa l-programm satellitari navigazzjonali Ewropew, is-SESAR huwa l-programm ta' Riċerka ATM għal Sema Waħdieni Ewropew u ERTMS hija s-Sistema Ewropea għall-Immaniġġjar tat-traffiku bil-Ferrovija.

Ġustifikazzjoni

Jinħtieg li l-Ewropa tibqa' minn ta' quddiem fir-riċerka dwar it-teknoloġija marittima. Dwar il-Galileo, is-Sesar u l-ERTMS : din l-emenda tikkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Perspettivi Finanzjarji l-ġodda.

Emenda 2

Anness I, Taqsima 7, It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika), intestatura

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika).

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika u t-teknoloġija marittima), b'mod partikulari l-Galileo, is-SESAR u l-ERTMS

Ġustifikazzjoni

Jinħtieg li l-Ewropa tibqa' minn ta' quddiem fir-riċerka dwar it-teknoloġija marittima. Dwar il-Galileo, is-Sesar u l-ERTMS : din l-emenda tikkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Perspettivi Finanzjarji l-ġodda.

Emenda 3

Anness I, Sezzjoni 7, It-Trasport, L-Għan

Fuq il-bażi ta’ avvanzi fit-teknoloġija, l-iżvilupp ta’ sistemi integrati tat-trasport pan-Ewropej aktar “ħodor”, aktar “smartu aktar żguri għall-benefiċċju taċ-ċittadin u tas-soċjetà, li jirrispettaw l-ambjent u r-riżorsi naturali; u li jkunu żgurati u żviluppati l-kompetittività u r-rwol ewlieni mirbuħ mill-industriji Ewropej fis-suq dinji.

L-iżvilupp permanenti ta' sistemi ta' trasport Ewropej li jkunu kompetittivi u faċli biex tużahom, għall-benefiċċju taċ-ċittadini u ta' l-industriji Ewropej. Avvanzi fit-teknoloġija, żvilupp sostenibbli, sistemi tat-trasport pan-Ewropej globali u dawk loġistiċi aktar "ħodor", aktar "smart", "aktar irħas iżda aħjar", aktar żguri u aktar faċli għall-klijent huma l-objettiv tas-Seba' Programm ta'Qafas fis-settur tat-trasport u l-loġistika.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel mira u dik l-aktar importanti hija l-ħolqien tal-kompetittività u wara dan għandu jitpoġġa l-isfond tar-riċerka, bħala mezz għall-appoġġ tal-mira prinċipali. L-inklużjoni ta' 'aktar faċli għall-klijent' hija skond l-ispirtu tal-proposta tal-Kummissjoni. Minħabba r-relazzjonijiet tat-trasport globali ta' l-UE u l-iżvilupp tas-sistemi tat-trasport tagħha, huwa vitali li wieħed isemmi wkoll sistemi ta' loġistika ġodda u mtejba, li jgħinu kemm biex titjieb il-mobbiltà u kemm biex jonqos l-impatt ambjentali.

4

Anness I, Sezzjoni 7, It-Trasport, Strateġija paragrafu 1

Is-sistema tat-trasport Ewropea hija element vitali għall-prosperità ekonomika u soċjali Ewropea. Hija għandha rwoli importanti fit-trasportazzjoni tan-nies u l-merkanzija f’kuntest lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropew u internazzjonali. Dit it-tema se tindirizza x’uħud mill-isfidi attwali, kif magħrufa fil-White Paper dwar it-Trasport, fit-titjib tal-kontribuzzjoni li t-trasport jagħti lis-soċjetà u lill-kompetittività industrijali f’UE akbar, waqt li jkunu minimizzati l-impatti u l-konsegwenzi negattivi tat-trasport relatati ma’ l-ambjent, l-użu ta’ l-enerġija, is-sigurtà u s-saħħa pubblika.

Is-sistema tat-trasport Ewropea u dik globali hija element vitali għall-prosperità ekonomika u soċjali Ewropea. Mhux biss jeżisti volum konsiderevoli ta' trasport intern bejn Stati Membri kif ukoll ħoloq ewlenin ta' trasport ma' pajjiżi terzi, iżda kumpaniji Ewropej, b'mod partikolari fis-setturi tat-trasport bl-ajru u bil-baħar, huma dominanti f'bosta oqsma, ukoll fir-rigward tat-trasport bejn pajjiżi terzi, kemm fis-servizzi tat-trasport kif ukoll fil-provvisti ta' apparat avvanzat. Dit it-tema se tindirizza x’uħud mill-isfidi attwali, kif magħrufa fil-White Paper dwar it-Trasport, fit-titjib tal-kontribuzzjoni li t-trasport jagħti lis-soċjetà u lill-kompetittività industrijali f’UE akbar, waqt li jkunu minimizzati l-impatti u l-konsegwenzi negattivi tat-trasport relatati ma’ l-ambjent, l-użu ta’ l-enerġija, is-sigurtà u s-saħħa pubblika. Ir-ripartizzjoni tal-baġit għar-riċerka dwar it-trasport tirrifletti l-importanza ekonomika tal-modi differenti tat-trasport.

Ġustifikazzjoni

It-trasport Ewropew jeħtieġ li wieħed jarah f'kuntest globali. Barra dan, peress li t-trasport bl-art għandu f'termini ekonomiċi parti ħafna akbar mit-trasport bl-ajru, dan għandu jirrifletti fir-ripartizzjoni tal-baġit u fl-aġendi tar-riċerka. Kif indikat il-Kummissjoni stess fil-proposta ġenerali għas-seba' programm qafas COM(2005)0043, it-trasport bl-art huwa responsabbli għal 11% tal-GDP ta' l-UE u jipprovdi xogħol lil 16-il miljun ruħ, u t-trasport bl-ajru għal biss 2.6% u tliet miljuni u mitt elf ruħ.

Emenda 5

Anness I, Taqsima 7, It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika), Strateġija, paragrafu 3

Id-diversi Pjattaformi tat-Teknoloġija stabbiliti f’dan il-qasam (ACARE għall-aeronawtika u t-trasport bl-ajru, ERRAC għat-trasport bil-ferroviji, ERTRAC għat-trasport fit-toroq, WATERBORNE għat-trasport fuq l-ilma, iċ-Ċelluli tal-fjuwil u l-Idroġenu) elaboraw viżjonijiet fuq termini ta’ żmien twil u Aġendi Strateġiċi ta’ Riċerka (SRA) li jikkostitwixxu input utli għat-tifsira ta’ din it-tema u jikkumplimentaw il-ħtiġijiet ta’ dawk li jiformulaw il-politika u l-aspettattivi tas-soċjetà. Aspetti magħżula tal-SRAs jistgħu jiġġustifikaw l-istabbiliment ta’ Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija. L-attivitajiet ERA-NET jippreżentaw opportunitajiet sabiex tkun faċilitata aktar il-koordinazzjoni transnazzjonali dwar suġġetti speċifiċi fis-settur tat-Trasport u se jkunu imfittxa kull fejn ikun possibbli.

Id-diversi Pjattaformi tat-Teknoloġija stabbiliti f’dan il-qasam (ACARE għall-aeronawtika u t-trasport bl-ajru, ERRAC għat-trasport bil-ferroviji, ERTRAC għat-trasport fit-toroq, WATERBORNE għat-trasport fuq l-ilma, u għat-teknoloġija marittima, iċ-Ċelluli tal-fjuwil u l-Idroġenu) elaboraw viżjonijiet fuq termini ta’ żmien twil u Aġendi Strateġiċi ta’ Riċerka (SRA) li jikkostitwixxu input utli għat-tifsira ta’ din it-tema u jikkumplimentaw il-ħtiġijiet ta’ dawk li jiformulaw il-politika u l-aspettattivi tas-soċjetà. Aspetti magħżula tal-SRAs jistgħu jiġġustifikaw l-istabbiliment ta’ Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija. L-attivitajiet ERA-NET jippreżentaw opportunitajiet sabiex tkun faċilitata aktar il-koordinazzjoni transnazzjonali dwar suġġetti speċifiċi fis-settur tat-Trasport u se jkunu imfittxa kull fejn ikun possibbli.

Ġustifikazzjoni

Jinħtieg li l-Ewropa tibqa' minn ta' quddiem fir-riċerka dwar it-teknoloġija marittima.

Emenda 6

Anness I, Taqsima 7, It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika), Strateġija, paragrafu 5

Il-ħtiġijiet attwali ta’ politika kif ukoll l-iżvilupp, il-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ oqsma ta’ politika ġodda (pereżempju l-Politika Marittima), se jkunu indirizzati fi ħdan u fuq id-diversi linji ta’ attività. Ix-xogħol se jinkludi studji, mudelli u għodod li jittrattaw il-monitoraġġ strateġiku u t-tbassir u jintegraw l-għarfien relatat mal-kwistjonijiet ewlenin ekonomiċi, soċjali, tas-sigurtà u ambjentali fir-rigward tat-trasport. Attivitajiet li jappoġġaw suġġetti tematiċi crosscutting se jiffokaw fuq kwistjonijiet speċifiċi għat-trasport, pereżempju aspetti ta’ sigurtà bħala rekwiżit inerenti fis-sistema tat-trasport; l-użu ta’ sorsi alternattivi ta’ l-enerġija f’applikazzjonijiet fit-trasport; il-monitoraġġ ta’ l-effetti ambjentali tat-trasport, inklużi l-bdil fil-klima.

Il-ħtiġijiet attwali ta’ politika kif ukoll l-iżvilupp, il-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ oqsma ta’ politika ġodda (pereżempju l-politika marittima), se jkunu indirizzati fi ħdan u fuq id-diversi linji ta’ attività. Ix-xogħol se jinkludi studji, mudelli u għodod li jittrattaw il-monitoraġġ strateġiku u t-tbassir u jintegraw l-għarfien relatat mal-kwistjonijiet ewlenin ekonomiċi, soċjali, tas-sigurtà u ambjentali fir-rigward tat-trasport. Attivitajiet li jappoġġaw suġġetti tematiċi crosscutting se jiffokaw fuq kwistjonijiet speċifiċi għat-trasport, pereżempju aspetti ta’ sigurtà bħala rekwiżit inerenti fis-sistema tat-trasport; l-użu ta’ sorsi alternattivi ta’ l-enerġija f’applikazzjonijiet fit-trasport; il-monitoraġġ ta’ l-effetti ambjentali tat-trasport, inklużi l-bdil fil-klima; u miżuri mmirati biex inaqqsu l-effetti negattivi kkawżati minn limitazzjonijiet ġeografiċi permanenti. Ir-riċerka ambjentali għandha tkopri metodi biex jiġi evitat, jitnaqqas u jittejjeb it-traffiku. Ir-riċerka ambjentali għandha tinkludi l-ispinta lill-effiċjenza tat-trasport.

Ġustifikazzjoni

Bħala segwitu mit-test propost mir-rapporteur, din l-emenda tipproponi li l-miżuri li jridu jitwettqu taħt l-intestatura ta' koperazzjoni għandhom ikunu tali li jnaqqsu l-effetti ħżiena kkawżati minn limitazzjonijiet ġeografiċi permanenti.

Emenda 7

Anness I, Taqsima 7, It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika), Attivitajiet, subtitolu L-aeronawtika u t-trasport bl-ajru

L-aeronawtika u t-trasport bl-ajru

L-aeronawtika u t-trasport bl-ajru sostenibbli

Ġustifikazzjoni

Konsistenti ma' l-Artikolu 2 TEC u l-Kunsill Ewropew ta' Göteborg.

Emenda 8

Anness I, Taqsima 7, It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika), Attivitajiet, subtitolu L-ajrunawtika u t-trasport bl-ajru, paragrafu 4

L-introduzzjoni ta’ qabża kbira għall-aħjar fl-għażla għall-passiġġieri u flessibilità fl-iskedi, waqt li r-rata ta’ inċidenti tonqos b’ħames darbiet. Teknoloġiji ġodda se jippermettu għażla aktar wiesgħa fil-konfigurazzjonijiet tal-magni fuq l-ajruplani b'medda minn wide-body sa vetturi ta’ daqs żgħir, livelli akbar ta’ awtomatizzazzjoni fl-elementi kollha tas-sistemi, inkluż il-pilotaġġ. L-enfasi se tkun ukoll fuq titjib fil-kumdità, il-benesseri u s-servizzi ġodda għall-passiġġieri u miżuri ta’ sigurtà attivi u passivi b’enfasi partikolari fuq l-element uman. Ir-riċerka se tinkludi l-adattament ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ajruport u t-traffiku ta’ l-ajru għal tipi differenti ta’ vetturi u l-utilizzazzjoni tul 24 siegħa kuljum f’livelli ta’ ħoss aċċettabbli fil-komunità.

L-introduzzjoni ta’ qabża kbira għall-aħjar fl-għażla għall-passiġġieri u flessibilità fl-iskedi, waqt li r-rata ta’ inċidenti tonqos b’ħames darbiet. Teknoloġiji ġodda se jippermettu għażla aktar wiesgħa fil-konfigurazzjonijiet tal-magni fuq l-ajruplani b'medda minn wide-body sa vetturi ta’ daqs żgħir, livelli akbar ta’ awtomatizzazzjoni fl-elementi kollha tas-sistemi, inkluż il-pilotaġġ, u se jagħmlu s-sistemi nazzjonali ta' l-informazzjoni u ta' l-ibbukkjar interoperabbli fuq skala Ewropea rigward trasportaturi bl-ajru u mezzi tat-trasport. L-enfasi se tkun ukoll fuq titjib fil-kumdità, il-benesseri u s-servizzi ġodda għall-passiġġieri u miżuri ta’ sigurtà attivi u passivi b’enfasi partikolari fuq l-element uman. Ir-riċerka se tinkludi l-adattament ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ajruport u t-traffiku ta’ l-ajru għal tipi differenti ta' kundizzjonijiet ġeografiċi u ta’ vetturi u l-utilizzazzjoni tul 24 siegħa kuljum f’livelli ta’ ħoss aċċettabbli fil-komunità.

Ġustifikazzjoni

Integrazzjoni aħjar ta' sistemi ta' bbukkjar iżżid mhux biss is-sodisfazzjon tal-klijenti, iżda wkoll l-effiċjenza tas-sistema sħiħa, għall-kundizzjonijiet ġeografiċi kollha.

Emenda 9

Anness I, Taqsima 7, It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika), Attivitajiet, subtitolu L-ajrunawtika u t-trasport bl-ajru, paragrafu 5

Titjib fl-effiċjenza komparata mal-prezz: Il-promozzjoni ta’ katina ta’ provvista kompetittiva kapaċi tnaqqas iż-żmien sakemm prodott jasal fis-suq bin-nofs u tnaqqas l-ispejjeż ta’ l-iżvilupp tal-prodotti u operazzjonali, sabiex ikun hemm trasport li jintlaħaq aktar għaċ-ċittadini. Ir-riċerka se tiffoka fuq it-tijib tal-proċess tan-negozju sħiħ, mid-disinn tal-kunċett sa l-iżvilupp tal-prodott, il-manifattura u l-operazzjoni fis-servizz inkluża l-integrazzjoni tal-katina tal-provvista. Se tinkludi kapaċitajiet ta’ simulazzjoni imtejba u awtomatizzazzjoni, teknoloġiji u metodi għar-realizzazzjoni ta’ ajruplani mingħajr manutenzjoni kif ukoll ajruplani u operazzjonijiet ta’ l-ajruport u l-immaniġġar tat-traffiku ta’ l-ajru mingħajr ħela (lean).

Titjib fl-effiċjenza komparata mal-prezz: Il-promozzjoni ta’ katina ta’ provvista kompetittiva kapaċi tnaqqas iż-żmien sakemm prodott jasal fis-suq bin-nofs u tnaqqas l-ispejjeż ta’ l-iżvilupp tal-prodotti u operazzjonali, pereżempju billi jiġu sfruttati r-riżultati tal-proġett Sistema għal Manutenzjoni Mobbli Aċċessibbli fi Żmien Reali (SMMART), sabiex ikun hemm trasport li jintlaħaq aktar għaċ-ċittadini. Ir-riċerka se tiffoka fuq it-tijib tal-proċess tan-negozju sħiħ, mid-disinn tal-kunċett sa l-iżvilupp tal-prodott, il-manifattura u l-operazzjoni fis-servizz inkluża l-integrazzjoni tal-katina tal-provvista. Se tinkludi kapaċitajiet ta’ simulazzjoni imtejba u awtomatizzazzjoni, teknoloġiji u metodi għar-realizzazzjoni ta’ ajruplani mingħajr manutenzjoni kif ukoll ajruplani u operazzjonijiet ta’ l-ajruport u l-immaniġġar tat-traffiku ta’ l-ajru mingħajr ħela (lean).

Ġustifikazzjoni

Hu mixtieq li jsir profitt mit-twettiq potenżjali tas-Sitt Programm ta' Qafas, li parti minnu hija s-SMMART - Sistema ta' Manutenzjoni Mobbli Aċċessibbli fi Żmien Reali. Il-mira tar-riċerka SMMART fl-industrija ta' l-avjazzjoni hija li tagħmel il-katina tal-provvisti ta' l-'spare parts' aktar effiċjenti u li tqassrilhom ż-żmien.

Emenda 10

Anness I, Taqsima 7, It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika), Attivitajiet, subtitolu L-ajrunawtika u t-trasport bl-ajru, paragrafu 6

Il-ħarsien ta’ l-ajruplani u l-passiġġieri: Il-prevenzjoni ta’ atti ostili ta’ kull tip li jistgħu jikkawżaw korrimenti, telf, ħsara jew tħarbit lill-passiġġieri jew liċ-ċittadini minħabba użu ħażin ta’ l-ajruplani. Ir-riċerka se tiffoka fuq l-elementi rilevanti tas-sistema tat-trasport bl-ajru, inklużi miżuri tas-sigurtà fl-iddisinjar tal-kabini tal-passiġġieri u tal-piloti, il-kontroll u l-inżul awtomatiċi f’każ ta’ użu ta’ l-ajruplan mhux awtorizzat, ħarsien minn attakki esterni, kif ukoll l-aspetti tas-sigurtà ta’ l-immaniġġar ta’ l-ispazju ta’ l-ajru u l-operazzjonijiet ta’ l-ajruport.

Il-ħarsien ta’ l-ajruplani u l-passiġġieri: Il-prevenzjoni ta’ atti ostili ta’ kull tip li jistgħu jikkawżaw korrimenti, telf, ħsara jew tħarbit lill-passiġġieri jew liċ-ċittadini minħabba użu ħażin ta’ l-ajruplani. Ir-riċerka se tiffoka fuq l-elementi rilevanti tas-sistema tat-trasport bl-ajru, inklużi miżuri tas-sigurtà fl-iddisinjar tal-kabini tal-passiġġieri u tal-piloti, il-kontroll u l-inżul awtomatiċi f’każ ta’ użu ta’ l-ajruplan mhux awtorizzat, ħarsien minn attakki esterni, kif ukoll l-aspetti tas-sigurtà ta’ l-immaniġġar ta’ l-ispazju ta’ l-ajru u l-operazzjonijiet ta’ l-ajruport, u aspetti relatati ma limitazzjonijiet fiżiċi jew kundizzjonijiet ħżiena ħafna tat-temp.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-iskop li tiġbor l-oqsma possibbli kollha fi ħdan ir-riċerka tal-futur.

Emenda 11

Anness I, Taqsima 7, It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika), Attivitajiet, subtitolu L-ajrunawtika u t-trasport bl-ajru, paragrafu 7

Minn ta’ quddiem fit-trasport bl-ajru tal-futur: L-esplorazzjoni ta’ teknoloġiji aktar radikali, effiċjenti għall-ambjent u innovattivi li jistgħu jiffaċilitaw il-qabża meħtieġa fit-trasport bl-ajru fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu u lilhinn. Ir-riċerka se tindirizza aspetti bħal kunċetti ġodda ta’ propulsjoni u rfigħ, ideat ġodda għall-ispazji interni tal-vetturi ta’ l-ajru, kunċetti ġodda dwar l-ajruporti, metodi ġodda ta’ gwida u kontroll ta’ l-ajruplani, kunċetti alternattivi dwar l-operazzjoni tas-sistema tat-traffiku bl-ajru u l-integrazzjoni tagħha ma’ modi tat-trasport oħra.

Minn ta’ quddiem fit-trasport bl-ajru tal-futur: L-esplorazzjoni ta’ teknoloġiji aktar radikali, effiċjenti għall-ambjent u innovattivi li jistgħu jiffaċilitaw il-qabża meħtieġa fit-trasport bl-ajru fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu u lil hinn. Ir-riċerka se tindirizza aspetti bħal kunċetti ġodda ta’ propulsjoni u rfigħ, disinni ġodda ta' l-ispazji interni għall-vetturi ta’ l-ajru, kunċetti ġodda dwar l-ajruporti, metodi ġodda ta’ gwida u kontroll ta’ l-ajruplani, metodi alternattivi dwar l-operazzjoni tas-sistema tat-traffiku bl-ajru u l-integrazzjoni tagħha ma’ modi tat-trasport oħra, u ideat ġodda mmirati biex itaffu kemm jista' jkun l-effetti ta' limitazzjonijiet ġeografiċi ħżiena.

Ġustifikazzjoni

It-trasport bl-ajru tal-futur irid joffri metodi ġodda biex itaffi kemm jista' jkun l-effetti kkawżati minn limitazzjonijiet ġeografiċi permanenti li jeżistu fir-reġjuni jew fil-pajjiżi fejn dan it-trasport irid jintuża.

Emenda 12

Anness I, Sezzjoni 7, It-Trasport, Attivitajiet, subtitolu Trasport bl-art

Trasport bl-Art (ferroviji, toroq u ilma)

Trasport Sostenibbli bl-Art (ferroviji, toroq u ilma)

Ġustifikazzjoni

L-istess bħal fis-Sitt Programm ta' Qafas, l-intestatura għandha tinkludi l-kelma 'sostenibbli', peress li l-Art 6 tat-Trattat jobbliga li jiġi integrat l-iżvilupp sostenibbli f'pereżempju s-setturi tar-riċerka u t-trasport.

Emenda 13

Anness I, Taqsima 7, It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika). Attivitajiet, subtitolu It-trasport bl-art (ferrovija, toroq, ilma), paragrafu 1

Trasport bl-art aktar aħdar: L-iżvilupp ta’ teknoloġiji u għarfien għal anqas tniġġis (arja, ilma, ħamrija) u impatt ambjentali bħall-bidla fil-klima, is-saħħa, il-bijodiversità u l-ħoss. Ir-riċerka se ttejjeb l-indafa u l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija tal-makkinarju u tippromwovi l-użu ta’ fjuwils alternattivi, inklużi ċ-ċelluli tal-fjuwil u l-idroġenu. L-attivitajiet se jkopru l-infrastruttura, il-vetturi, vapuri u t-teknoloġiji komponenti, inkluża l-ottimizzazzjoni ġenerali tas-sistema. Ir-riċerka dwar żviluppi speċifiċi għat-trasport se tinkludi l-manifattura, il-kostruzzjoni, l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni, it-tiswija, l-ispezzjoni, ir-riċiklaġġ, strateġiji dwar meta ma jkunux għadhom tajbin għall-użu u l-interventi fuq il-baħar f’każ ta’ xi inċident.

Trasport bl-art aktar aħdar: It-titjib tal-metodoloġiji biex jiġu kkalkulati l-ispejjeż esterni soċjali u ambjentali u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u għarfien għal anqas tniġġis (arja, ilma, ħamrija) u impatt ambjentali bħall-bidla fil-klima, is-saħħa, il-bijodiversità u l-ħoss. Ir-riċerka se ttejjeb l-indafa u l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija tal-makkinarju u tippromwovi l-użu ta’ fjuwils alternattivi, inklużi ċ-ċelluli tal-fjuwil, l-idroġenu u l-bijomassa. L-attivitajiet se jkopru l-infrastruttura, il-vetturi, vapuri u t-teknoloġiji komponenti, inkluża l-ottimizzazzjoni ġenerali tas-sistema. Ir-riċerka dwar żviluppi speċifiċi għat-trasport se tinkludi l-manifattura, il-kostruzzjoni, l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni, it-tiswija, l-ispezzjoni, ir-riċiklaġġ, strateġiji dwar meta ma jkunux għadhom tajbin għall-użu u l-interventi fuq il-baħar f’każ ta’ xi inċident. Ir-riċerka se toħloq il-bażi għal disinn immirat/relatat mar-riskji u għalhekk għal aktar sikurezza u effiċjenza fuq vapuri u strutturi lil hinn mill-kosta, ittejjeb l-operabilità u l-manutenzjoni tal-vapuri u tidentifika sistemi ġodda għas-salvagwardja ta' l-operazzjonijiet marittimi. Fl-istess ħin, it-tniġġis ambjentali jrid ikompli jitnaqqas bil-għan li jiġi żgurat li jkun garantit livell ambjentali aċċettabbli ta' żvilupp biż-żieda mistennija fil-kwantità tat-tbaħħir.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni dwar id-Direttiva Eurovignette 2 l-ġdida tinkludi l-għan li jiġu żviluppati metodoloġiji għall-kalkolu tal-spejjeż ambjentali u soċjali esterni. Il-bijomassa hija kkunsidrata bħala sors possibbli ta' enerġija alternattiva għall-futur immedjat u għaldaqstant ma tistax tiġi eskluża mir-riċerka ppjanata fil-qasam tal-propulsjoni.

Emenda 14

Anness I, Taqsima 7, It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika). Attivitajiet, subtitolu It-trasport bl-art (ferrovija, toroq, ilma), paragrafu 2

Tħeġġiġ ta’ bdil modali tax-xejriet u tnaqqis tal-konġestjoni fir-rotot tat-trasport: L-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ trasport mingħajr qtugħ minn bieb-sa-bieb għan-nies u għall-merkanzija kif ukoll teknoloġiji li jiżguraw intermodalità effettiva, inkluża fil-kuntest tal-kompetittività tat-trasport bil-ferrovija. Dan jinkludi attivitajiet li jindirizzaw l-interoperabbiltà u l-ottimizzazzjoni operazzjonali tan-netwerks tat-trasport Ewropej lokali, reġjonali u nazzjonali, sistemi u servizzi u l-integrazzjoni intermodali tagħħhom. L-attivitajiet se jimmiraw għall-aħjar użu ta’ l-infrastruttura inklużi t-terminals u netwerks speċjalizzati, immaniġġjar aħjar tat-trasport, tat-traffiku u tat-tagħrif, loġistika aħjar għall-merkanzija u intermodalità għall-passiġġieri. Se jkunu żviluppati sistemi intelliġenti, kunċetti ġodda dwar vetturi/vapuri u teknoloġiji li jinkludu operazzjonijiet ta’ tagħbija u ħatt. L-għarfien għall-formulazzjoni tal-politika se jinkludi l-prezz u l-ħlasijiet għall-infrastruttura, il-valutazzjoni tal-miżuri tal-politika ta’ l-UE dwar it-trasport u l-politika u proġetti dwar netwerks trans-Ewropej.

Tħeġġiġ ta’ bdil modali tax-xejriet u tnaqqis tal-konġestjoni fir-rotot tat-trasport: L-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ trasport mingħajr qtugħ minn bieb-sa-bieb għan-nies u għall-merkanzija kif ukoll teknoloġiji li jiżguraw intermodalità effettiva, inkluża fil-kuntest tal-kompetittività tat-trasport bil-ferrovija. Dan ifisser li jiġi żviluppat "approċċ b'sistema waħda" b'bilanċ bejn modi ta' trasport, li jinvolvi l-promozzjoni tal-ferrovija, tat-trasport fuq kanali interni, u tat-tbaħħir fuq distanzi qosra bħala alternattivi għat-trasport fuq it-toroq u dak bl-ajru għal vjaġġi qosra, xi ħaġa li hija wkoll l-objettiv tal-programmi Marco Polo. Dan jinkludi attivitajiet li jindirizzaw l-interoperabbiltà u l-ottimizzazzjoni operazzjonali tan-netwerks tat-trasport Ewropej lokali, reġjonali u nazzjonali, sistemi u servizzi u l-integrazzjoni intermodali tagħħhom u l-ksib ta' aktar esperjenza fis-Sistema Ewropea ta' l-Immaniġġjar tat-Traffiku bil-Ferrovija u l-iżvilupp ulterjuri tagħha. L-attivitajiet se jimmiraw għall-aħjar użu ta’ l-infrastruttura inklużi t-terminals u netwerks speċjalizzati, immaniġġjar aħjar tat-trasport, tat-traffiku u tat-tagħrif, loġistika aħjar għall-merkanzija u intermodalità għall-passiġġieri. Se jkunu żviluppati sistemi intelliġenti, kunċetti ġodda dwar vetturi/vapuri u teknoloġiji li jinkludu operazzjonijiet ta’ tagħbija u ħatt. L-għarfien għall-formulazzjoni tal-politika se jinkludi l-prezz u l-ħlasijiet għall-infrastruttura, il-valutazzjoni tal-miżuri tal-politika ta’ l-UE dwar it-trasport u l-politika u proġetti dwar netwerks trans-Ewropej.

Ġustifikazzjoni

"Approċċ b'sistema waħda" jfisser li t-trasport f'ċerta zona jitqies bħala sistema waħda, u li l-bzonnijiet tat-trasport f'dik iz-zona jistgħu jiġu moqdija bil-modalità li tkun l-aktar adatta għall-bżonnijiet speċifiċi tal-klijent, tal-fornitur u ta' l-ambjent. Ir-riċerka tista' tgħin biex jiġu żviluppati teknoloġiji u applikazzjonijiet għall-utent biex jitwettaq dan l-approċċ, b'hekk jiġu promossi l-ferrovija l-'ħadra', kanali interni u trasport bil-baħar għal distanzi żgħar. L-ERTMS hija importanti fit-TEN-T. Riċerka addizzjonali ma' dawn dwar standardizzazzjoni, stabilizzazzjoni u esperjenzi ġodda għandha tiġi żviluppata.

Emenda 15

Anness I, Sezzjoni 7, It-Trasport, Attivitajiet, subtitolu Trasport bl-art, paragrafu 3

L-assigurazzjoni tal-mobbiltà sostenibbli fl-ibliet: Enfasi fuq il-mobbiltà tan-nies u l-oġġetti permezz ta’ riċerka dwar “il-vettura tal-ġenerazzjoni li jmiss” u l-penetrazzjoni tas-suq f'dan ir-rigward, billi jkunu kkombinati l-elementi kollha ta’ trasport tat-triq nadif, effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija, bla periklu u intelliġenti. Ir-riċerka dwar kunċetti ta’ mobbiltà ġodda, skemi ta’ organizzazzjoni u maniġġar tal-mobbiltà innovattivi u trasport pubbliku ta’ kwalità għolja se jkollha l-għan li tiżgura aċċess għal kulħadd u livelli għolja ta’ integrazzjoni intermodali. Se jkunu żviluppati u ttestjati strateġiji innovattivi għal trasport nadif fl-ibliet. Se tingħata attenzjoni speċjali lill-metodi ta’ trasport li ma jniġġsux, maniġġar tat-talba, razzjonalizzazzjoni tat-trasport privat u l-istrateġiji tat-tagħrif u l-komunikazzjoni, servizzi u infrastrutturi. Għodod li jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika se jinkludu l-ippjanar tat-trasport u l-użu ta’ l-art.

L-assigurazzjoni tal-mobbiltà sostenibbli fl-ibliet: Enfasi fuq il-mobbiltà tan-nies u l-oġġetti permezz ta’ riċerka dwar “il-vettura tal-ġenerazzjoni li jmiss” u l-penetrazzjoni tas-suq f'dan ir-rigward, billi jkunu kkombinati l-elementi kollha ta’ trasport tat-triq nadif, effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija, bla periklu u intelliġenti. Ir-riċerka dwar kunċetti ta’ mobbiltà ġodda, skemi ta’ organizzazzjoni u maniġġar tal-mobbiltà innovattivi u trasport pubbliku ta’ kwalità għolja se jkollha l-għan li tiżgura aċċess għal kulħadd u livelli għolja ta’ integrazzjoni intermodali. Se jkunu żviluppati u ttestjati strateġiji innovattivi għal trasport nadif fl-ibliet. Se tingħata attenzjoni speċjali lill-metodi ta’ trasport li ma jniġġsux, maniġġar tat-talba, razzjonalizzazzjoni tat-trasport privat u l-istrateġiji tat-tagħrif u l-komunikazzjoni, servizzi u infrastrutturi. Se jkunu ffukati wkoll il-kwalità tal-mobbiltà u s-sodisfazzjon ta' l-utent, b'mod partikulari għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa u gruppi speċifiċi bħan-nies anzjani u n-nisa. Għodod li jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika se jinkludu l-ippjanar tat-trasport u l-użu ta’ l-art.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-bidla demografika u l-bżonnijiet tal-mobbiltà l-ġdida tas-soċjetà Ewropea illum, huwa importanti li wieħed jaħseb bil-quddiem fit-tibdiliet li jistgħu jsiru riġward is-sensitività u l-perċezzjonijiet ta' l-utenti tat-trasport bl-art (konvenjenza, preferenzi, eċċ.). Għalkemm l-aċċessibilità, speċjalment għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa, qed tiġi rikonoxxuta dejjem aktar bħala importanti, jinħtieġ aktar riċerka dwar din il-kwistjoni. Attenzjoni speċjali tista' tingħata għall-miżuri li għandhom effett pożittiv ukoll fuq utenti oħra tat-trasport. Pereżempju, jekk jitbaxxew it-taraġ ta' ħdejn il-bieb u jinħoloq spazju fil-karozzi tal-linja għall-'wheelchairs' ikun ta' benefiċċju wkoll għall-utent ġenerali (aċċess aktar faċli, ħela anqas ta' ħin fil-'bus stop', aktar minn użu wieħed ta' l-ispazju).

Emenda 16

Anness I, Sezzjoni 7, It-Trasport, Attivitajiet, subtitolu Trasport bl-art, paragrafu 5

It-tisħiħ tal-kompetittività: Titjib fil-kompetittività ta’ l-industriji tat-trasport, l-iżgurar li jinkisbu servizzi tat-trasport sostenibbli, effiċjenti u li jintlaħqu u l-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ xogħol permezz ta’ riċerka u żviluppi. It-teknoloġiji għal proċessi industrijali avvanzati se jinkludu l-iddisinjar, l-armar, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni u jimmiraw lejn tnaqqis fil-prezz taċ-ċiklu tal-ħajja u ż-żmien meħtieġ mir-riċerka sas-suq (lead time). Se jkun hemm enfasi fuq kunċetti innovattivi ta’ prodotti u servizzi tat-trasport aħjar, li jiżguraw aktar sodifazzjon tal-klijent. Se tkun żviluppata organizzazzjoni ġdida tal-prodott, li tinkludi l-immaniġġar tal-katina tal-provvista u s-sistema ta’ distribuzzjoni.

It-tisħiħ tal-kompetittività: Titjib fil-kompetittività ta’ l-industriji tat-trasport, l-iżgurar li jinkisbu servizzi tat-trasport sostenibbli, effiċjenti u li jintlaħqu u l-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ xogħol permezz ta’ riċerka u żviluppi. It-teknoloġiji għal proċessi industrijali avvanzati se jinkludu l-iddisinjar, l-armar, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni u jimmiraw lejn tnaqqis fil-prezz taċ-ċiklu tal-ħajja u ż-żmien meħtieġ mir-riċerka sas-suq (lead time). Se jkun hemm enfasi fuq kunċetti innovattivi ta’ prodotti u servizzi tat-trasport aħjar, li jiżguraw aktar sodifazzjon tal-klijent. Se tkun żviluppata organizzazzjoni ġdida tal-prodott, li tinkludi l-immaniġġar tal-katina tal-provvista u s-sistema ta’ distribuzzjoni. Ir-riċerka għandha tiffoka wkoll fuq sistemi ġodda biex titjieb l-effiċjenza u jiġi ggarantit il-finanzjament tat-TENs u proġetti oħrajn Ewropej dwar mobbiltà u trasport, billi jiġu mħeġġa skemi innovattivi ta' self u PPPs fuq livell Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Aktar kompetittività ma tistax titwettaq biss fil-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-vetturi, iżda wkoll f'metodi ġodda tal-finanzjamenti għall-infrastruttura.

Amendment 17

Anness I, Taqsima 7, It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika), subtitolu Appoġġ għas-sistema Ewropea ta’ navigazzjoni bis-satellita (Galileo), paragrafu 2

L-esplojtazzjoni tal-potenzjal sħiħ: il-promozzjoni tat-tkabbir fl-użu tas-servizzi li jvarjaw minn aċċess miftuħ sa kummerċjali, sikurezza tal-ħajja sa “tfittix u salvataġġ” u servizz pubbliku rregolat; applikazzjonijiet ta' ġestjoni tat-trasport tat-tagħbija; l-isfruttar tas-servizzi ta' prodotti sekondarji; id-dimostrazzjoni tal-benefiċċji u effiċjenzi tan-navigazzjoni bis-satellita.

L-esplojtazzjoni tal-potenzjal sħiħ: il-promozzjoni tat-tkabbir fl-użu tas-servizzi li jvarjaw minn aċċess miftuħ sa kummerċjali, speċjalment fir-reġjuni ġeografikament l-aktar imbiegħda mill-kontinent Ewropew, sikurezza tal-ħajja sa “tfittix u salvataġġ” u servizz pubbliku rregolat; applikazzjonijiet ta' ġestjoni tat-trasport tat-tagħbija; l-isfruttar tas-servizzi ta' prodotti sekondarji; id-dimostrazzjoni tal-benefiċċji u effiċjenzi tan-navigazzjoni bis-satellita.

Ġustifikazzjoni

L-użu tas-sistema navigazzjonali satellitari globali Ewropea (Galileo) fir-reġjuni ġeografikament l-aktar imbiegħda mill-kontinent Ewropew ikun mezz ewlieni għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' sistema ta' trasport li tkun kapaċi tlaħħaq b'mod effettiv mal-limitazzjonijiet tal-pożizzjoni ġeografika ta' ċerti reġjuni Ewropej.

Emenda 18

Anness I, Taqsima 7, It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika), Attivitajiet, subtitolu Koperazzjoni internazzjonali

Il-kooperazzjoni internazzjonali hija komponent importanti fl-attivitajiet RTD f’dan il-qasam, u se jkunu mħeġġa fejn ikun hemm interessi għall-industrija u għal dawk li jifformulaw il-politika. Oqsma wesgħin għall-azzjonijiet speċifiċi huma fejn ikun hemm il-ġibda tas-suq (per ezempju l-iżvilupp globali tan-negozju u l-irbit tan-netwerks u s-servizzi fuq livell kontinentali u interkontinentali); l-opportunitajiet li jkun hemm aċċess għal, u li jinkisbu, xjenza u teknologija li huma komplimentari ma’ l-għarfien Ewropew kurrenti u ta’ benefiċċju reċiproku; u fejn l-Ewropa tirreaġixxi għall-ħtiġijiet globali (pereżempju l-bidla fil-klima) jew tagħti kontribut għal standards internazzjonali u sistemi globali (pereżempju l-loġistika applikata u l-infrastruttura tan-navigazzjoni bis-satellita).

Il-koperazzjoni internazzjonali hija komponent importanti fl-attivitajiet RTD f’dan il-qasam, u se jkunu mħeġġa fejn ikun hemm interessi għall-industrija u għal dawk li jifformulaw il-politika. Oqsma wesgħin għall-azzjonijiet speċifiċi huma fejn ikun hemm il-ġibda tas-suq ħdejn jew aktar 'l bogħod miċ-ċentru ta' l-Ewropa (per ezempju l-iżvilupp globali tan-negozju u l-irbit tan-netwerks u s-servizzi fuq livell kontinentali u interkontinentali); l-opportunitajiet li jkun hemm aċċess għal, u li jinkisbu, xjenza u teknologija li huma komplimentari ma’ l-għarfien Ewropew kurrenti u ta’ benefiċċju reċiproku; u fejn l-Ewropa tirreaġixxi għall-ħtiġijiet globali (pereżempju l-bidla fil-klima) jew tagħti kontribut għal standards internazzjonali u sistemi globali (pereżempju l-loġistika applikata u l-infrastruttura tan-navigazzjoni bis-satellita).

Ġustifikazzjoni

Kjarifika lingwistika

Emenda 19

Anness I, Taqsima 7, It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika), subtitolu Ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta’ politika mhux previsti, paragrafu 1

Inizjattivi taħt ħtiġijiet emerġenti se jagħtu appoġġ lir-riċerka li tirreaġixxi għal avvenimenti u sfidi kruċjali ta’ sistemi tat-trasport tal-futur, pereżempju kunċetti ġodda ta’ trasport u vetturi, awtomatizzazzjoni, mobbiltà jew organizzazzjoni.

Inizjattivi taħt ħtiġijiet emerġenti se jagħtu appoġġ lir-riċerka li tirreaġixxi għal avvenimenti u sfidi kruċjali ta’ sistemi tat-trasport tal-futur, pereżempju kunċetti ġodda ta’ trasport u vetturi, awtomatizzazzjoni, mobbiltà jew organizzazzjoni, jew il-kunċett ta' loġistika innovattiva sostenibbli Ewropea li tagħmilha ta' katalist għat-tkabbir u l-koeżjoni.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi antiċipata l-ispinta li l-Kummissjoni se tagħti lill-loġistika fil-futur qrib, filwaqt li wieħed iżomm f'rasu li jinħtieġ li l-kapaċità Ewropea tavvanza u tespandi f'settur li għandu l-irwol ewlieni li jirrazzjonalizza t-traffiku, l-użu ta' l-enerġija u l-impatt ambjentali filwaqt li jipprovdi koeżjoni territorjali u servizz kompetittiv għall-utenti.

Emenda 20

Anness I, Sezzjoni 7, It-Trasport, Attivitajiet, subtitolu Turiżmu (ġdid)

 

Turiżmu

 

Li ssir riċerka dwar l-effetti tat-turiżmu fuq it-trasport u l-effetti ta' trasport nadif u effiċjenti fuq l-iżvilupp sostenibbli tat-turiżmu; li jiġi żviluppat turiżmu sostenibbli mingħajr talba eċċessiva għat-trasport; kunċetti innovattivi għall-użu tat-trasport fis-settur turistiku, inkluż l-ibbukkjar elettroniku u l-ħruġ integrat ta' biljetti.

Ġustifikazzjoni

Billi t-turiżmu u t-trasport huma marbutin ma' xulxin mill-qrib, għandha ssir ukoll riċerka dwar ir-rabta bejn iż-żewġ setturi. Soluzzjonijiet innovattivi, bħalma huma l-ibbukkjar u l-ħruġ elettroniku tal-biljetti jista' jkun partikularment importanti għas-suq turistiku.

Emenda 21

Anness II, id-disa' vers

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika u t-teknoloġija marittima)

Ġustifikazzjoni

L-Ewropa għandha żżomm postha minn ta' quddiem fir-riċerka teknoloġika marittima.

Emenda 22

Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva, Taqsima 3.1. Linji tal-baġit

02 04 01 L-ispazju; 02 04 02 Azzjoni preparatorja għat-titjib tar-Riċerka tas-sigurtà Ewropea; 08 02 01 Il-genomika u l-bijoteknoloġija għas-saħħa; 08 05 01 Il-kwalità u s-sigurtà ta' l-ikel; 09 04 01 It-teknoloġiji tas-soċjetà informatika; 08 03 01 In-Nanoteknoloġiji, materjal intelliġenti, tagħmir u proċessi ta’ produzzjoni ġodda; 08 06 01 01 Sistemi ta’ enerġija sostenibbli; 06 06 02 01 Sistemi ta’ enerġija sostenibbli; 08 06 01 03 Tibdil planetarju u ekosistemi; 08 04 01 L-aeronawtika; 08 06 01 02 Trasport tal-wiċċ sostenibbli; 06 06 01 L-Aeronawtika u l-ispazju; 06 06 02 02 Trasport tal-wiċċ sostenibbli; 08 07 01 Iċ-ċittadini u l-gvern f'soċjetà bbażata fuq l-għarfien; 08 08 01 01 – 06 06 03 – 09 04 02 – 11 05 01 – Politiki ta’ appoġġ u l-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi.

02 04 01 L-ispazju; 02 04 02 Azzjoni preparatorja għat-titjib tar-Riċerka tas-sigurtà Ewropea; 08 02 01 Il-genomika u l-bijoteknoloġija għas-saħħa; 08 05 01 Il-kwalità u s-sigurtà ta' l-ikel; 09 04 01 It-teknoloġiji tas-soċjetà informatika; 08 03 01 In-Nanoteknoloġiji, materjal intelliġenti, tagħmir u proċessi ta’ produzzjoni ġodda; 08 06 01 01 Sistemi ta’ enerġija sostenibbli; 06 06 02 01 Sistemi ta’ enerġija sostenibbli; 08 06 01 03 Tibdil planetarju u ekosistemi; 08 04 01 L-aeronawtika; 08 06 01 02 Trasport tal-wiċċ sostenibbli; 06 06 01 L-Aeronawtika u l-ispazju; 06 06 02 02 Trasport tal-wiċċ sostenibbli; 06 03 01 TEN-T (Il-Galileo biss, "it-tieni azzjoni speċifika"); 08 07 01 Iċ-ċittadini u l-governanza f'soċjetà bbażata fuq l-għarfien; 08 08 01 01 – 06 06 03 – 09 04 02 – 11 05 01 – Politiki ta’ appoġġ u l-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi.

Ġustifikazzjoni

Emenda biex tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Perspettivi Finanzjarji ġodda.

Emenda 23

Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva, Taqsima 5.3, punt 7

(7) It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)

(7) It-Trasport (inkluża l-Ajrunawtika u t-teknoloġija marittima), b'mod partikulari l-Galileo, is-SESAR u l-ERTMS

Ġustifikazzjoni

Rigward il-Galileo, is-SESAR u l-ERTMS: emenda biex tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Perspettivi Finanzjarji ġodda. Jinħtieg li l-Ewropa tibqa' minn ta' quddiem fir-riċerka dwar it-teknoloġija marittima.

PROCEDURE

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku "Koperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni

Referenzi

COM(2005)0440 – C6-0381/2005 – 2005/0185(CNS)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN
17.11.2005

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Jaromír Kohlíček
10.10.2005

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

24.01.2006

21.02.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.02.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Philip Bradbourn, Paolo Costa, Michael Cramer, Arūnas Degutis, Armando Dionisi, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Emanuel Jardim Fernandes, Roland Gewalt, Luis de Grandes Pascual, Jeanine Hennis-Plasschaert, Stanisław Jałowiecki, Georg Jarzembowski, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Michael Henry Nattrass, Seán Ó Neachtain, Janusz Onyszkiewicz, Josu Ortuondo Larrea, Willi Piecyk, Luís Queiró, Reinhard Rack, Luca Romagnoli, Ulrich Stockmann, Marta Vincenzi, Corien Wortmann-Kool, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zsolt László Becsey, Den Dover, Zita Gurmai, Anne E. Jensen, Jelko Kacin, Zita Pleštinská, Rosa Miguélez Ramos, Vladimír Remek, Hannu Takkula

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Hedh

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (21.3.2006)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku "Koperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni

(COM(2005)0440 – C6-0381/2005 – 2005/0185(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Giovanni Berlinguer

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-programm speċifiku huwa mfassal biex jippromwovi u jappoġġja l-eċċellenza tar-riċerka Ewropea permezz ta’ koperazzjoni aktar mill-qrib bejn ċentri tar-riċerka, universitajiet, korpi pubbliċi u l-industrija, inklużi l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Il-koperazzjoni u l-iskambju ta’ l-informazzjoni u ta’ l-għarfien huma vitali biex ikun assigurat li r-riċerka tgawdi l-kreattività, il-libertà u l-iżvilupp li teħtieġ biex tagħmel l-iskoperti. Huwa importanti li dawk il-proġetti li jipprevedu l-koperazzjoni bejn l-industrija u universitajiet jew ċentri tar-riċerka m’għandhomx ikunu orjentati b’enfasi żejda lejn il-profitt. L-universitajiet għandhom ikunu ggarantiti l-awtonomija meta jidentifikaw il-prijoritajiet għar-riċerka; awtonomija bħal din m’għandhiex tkun issubordinata għat-talbiet ta’ l-industrija.

Ir-riċerka bażika, li spiss hija ttraskurata mid-ditti kummerċjali - imma li mingħajrha ma jistax ikun hemm riċerka applikata - trid tkun inkuraġġita, permezz ta’ sħubiji ma' l-industriji u l-SMEs, u għandha tkun aċċessibbli u disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

Filwaqt li wieħed jagħraf il-fatt li l-brevetti jistgħu jagħmlu l-investiment fir-riċerka possibbli, u li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jistgħu jgħinu biex tkun iffinanzjata r-riċerka, huwa assolutament essenzjali li jkunu evitati l-monopolji f’ċerti setturi, li jkunu ristretti l-brevetti li jinkludu kollox u li jkunu mqassar il-perjodu ta’ żmien li matulu skoperta tkun taħt brevett. Hemm ukoll il-ħtieġa li l-Ewropa timpenja ruħha fuq livell internazzjonali biex tistabblilixxi limiti għal dak li jista' jkun ibbrevettat (organiżmi ħajjin, DNA u l-ġenomu uman). Rigward il-farmakoloġija, il-brevetti u l-prezzijiet m’għandhomx ixekklu l-aċċess ġust għall-kura u, fil-każ ta’ epidemiji serji għandu jkun possibbli li jiġu sospiżi, kif diġà kien deċiż għal mard bħall-AIDS, fuq il-bażi ta’ ftehimiet tad-WTO.

Ir-riċerka ffinanzjata taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas u r-riċerka li ssir fl-universitajiet jew b’finanzjament pubbliku għandhom ikunu aċċessibbli u għandhom jixxerrdu, u għandhom jinvolvu l-qsim ta’ l-għarfien u ta’ l-informazzjoni. Ir-riċerka Ewropea għandha ssegwi l-għanijiet li l-għarfien u l-ġid komuni jistagħnew fil-valur tagħhom.

Fejn huma kkonċernati l-proġetti għall-koperazzjoni internazzjonali previsti mis-Seba’ Programm ta’ Qafas, il-valur miżjud li jirriżulta mill-iskambju ta’ esperjenzi u l-għarfien reċiproku u l-illanċjar u t-tmexxija ta' proġetti ta' riċerka konġunti għandhom ikunu l-kriterji prinċipali li jirfdu l-koperazzjoni xjentifika.

It-teknoloġiji l-ġodda ta’ informazzjoni u komunikazzjoni jistgħu jkunu għodda straordinarja għall-promozzjoni tad-dritt ta’ komunikazzjoni, ta’ parteċipazzjoni u ta’ aċċess u għall-informazzjoni u li wieħed jirċeviha. Il-proġetti ta’ l-ICT taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas għandhom jgħinu biex titnaqqas il-qasma diġitali assoċjata ma’ opportunitajiet differenti ta’ aċċess – li jvarjaw bejn pajjiż u ieħor u fi ħdan l-istess pajjiżi, u bejn it-Tramuntana u Nofsinhar – u mat-teknoloġiji u l-għarfien li jħallihom ikunu utilizzati.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Eerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni(1)  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 4

(4) Is-Seba’ Programm ta’ Qafas għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet Komunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ Liżbona, flimkien, b’mod partikolari, ma’ dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.

(4) Il-Programm ta’ Qafas għandu jikkumplementa l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet Komunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ Liżbona, b’mod parallel, partikolarment, għal dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.

Emenda 2

Premessa 8

(8) Kif previst fl-Artikolu 170 tat-Trattat, il-Komunità kkonkludiet numru ta’ ftehimiet internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u għandhom isiru sforzi sabiex tissaħħaħ il kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka bl-għan li jkun hemm aktar integrazzjoni tal-Komunità fil-komunità internazzjonali tar-riċerka. Għalhekk, dan il-Programm Speċifiku huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li kkonkludew il-ftehim meħtieġ għal dan il-għan u huwa wkoll miftuħ fuq livell ta’ proġett, u fuq il-bażi ta’ benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika.

(8) Kif previst fl-Artikolu 170 tat-Trattat, il-Komunità kkonkludiet numru ta’ ftehimiet internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u għandhom isiru sforzi sabiex tissaħħaħ il koperazzjoni internazzjonali fir-riċerka bil-għan li jkun hemm aktar integrazzjoni tal-Komunità fil-komunità internazzjonali tar-riċerka. Għalhekk, dan il-Programm Speċifiku għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li kkonkludew ftehimiet għal dan il-għan, bl-istess mod għandu jsaħħaħ il-koperazzjoni ma' pajjiżi li ma kkonkludewx ftehimiet bħal dawn, u għandu jkun miftuħ ukoll fuq livell ta’ proġett, u fuq il-bażi tal-ġid komuni u ta’ benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għal koperazzjoni xjentifika.

Emenda 3

Premessa 9

(9) Attivitajiet ta’ riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom josservaw il-prinċipji ta’ l-etika fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea,

(9) Attivitajiet ta’ riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji fundamentali ta’ l-etika , inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea u għandhom jikkonfermaw il-valur ċiviku u umanistiku tar-riċerka b'attenzjoni xierqa għad-diversità etika u kulturali.

Ġustifikazzjoni

Aktar minn qatt qabel, ir-riċerka qed tesperjenza t-tensjoni – xi kultant produttiva u xi kultant distruttiva – bejn l-avvanzi impressjonanti tagħha u s-soċjetà u l-istruttura ekonomika, politika u kulturali tagħha. Għandna niddedikaw il-ħin biex nikkunsidraw il-kwistjonijiet li jitqajmu mill-etika u mill-ħafna aspetti kulturali fid-dinja tar-riċerka.

Emenda 4

Premessa 10

 

Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija.

Emenda 5

Premessa 11 a (ġdida)

 

(11a) Biex ikunu ssimplifikati s-sejħiet għal proposti u jkunu mnaqqsa l-ispejjeż, il-Kummissjoni għandha toħloq bażi ta’ dejta bħala prerekwiżit biex jiġu nnotifikati l-parteċipanti fis-sejħiet għal proposti.

Or.  de

Ġustifikazzjoni

Aċċess aktar faċli għall-programm għall-istituzzjonijiet ta' riċerka Ewropej u partijiet interessati f'sejħa għal proposti.

Emenda 6

Artikolu 7, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżultati tar-riċerka jkunu evalwati u għandha tirrapporta dwar il-kontribut tagħhom lejn soċjetà dinamika, ibbażata fuq l-għarfien, fl-Ewropa.

Or.  de

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni trid turi li l-għan tal-programm ta’ soċjetà dinamika, ibbażata fuq l-għarfien, fl-Ewropa ikun fil-fatt intlaħaq.

Emenda 7

Artikolu 8, paragrafu 5

5. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Kumitat dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdilu l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet ta’ riċerka, taħriġ u żvilupp (RTD) iffinanzjati taħt dan il-programm.

5. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf regolarment lill-Kumitat u lill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew dwar il-progress ġenerali ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdihom b’tagħrif dwar l-azzjonijiet kollha ta' riċerka, taħriġ u żvilupp (RTD) iffinanzjati taħt dan il-programm.

Or.  de

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni qed tippreżenta dispożizzjonijiet għal proċedura ta’ komitoloġija fil-kuntest ta’ koperazzjoni mal-Kunsill hawnhekk. Huwa xieraq li tkun infurmata l-istituzzjoni l-oħra li għandha l-awtorità baġitarja, ukoll, dwar l-implimentazzjoni tal-programm.

Emenda 8

Artikolu 8, paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta din id-Deċiżjoni u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku lill-korpi kompetenti għall-evalwazzjoni kmieni biżżejjed biex ikun żgurat li l-proċedura għall-modifika ta' din id-Deċiżjoni tkun tista' titlesta sa tmiem l-2010.

Or.  de

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjoni tad-deċiżjoni matul il-perjodu ta’ żmien ipproġettat għaliha (reviżjoni ta’ nofs it-term), fil-kuntest ta’ evalwazzjoni u, possibilment, ta’ azzjoni korrettiva, tagħmilha possibbli li jkun hemm reazzjoni għal problemi bl-implimentazzjoni jew għal żviluppi oħra. Minħabba l-fażi inizzjali tat-twettiq tal-programm li teżisti fil-prattika, ir-reviżjoni sseħħ sena wara l-ewwel nofs tal-perjodu kopert mill-programm. Din l-emenda hija maħsuba biex l-evalwazzjoni tkun iktar ta’ min joqgħod fuqha.

Emenda 9

Anness I, Objettivi xjentifiċi u teknoloġiċi, il-linji wiesgħa tat-temi u ta’ l-attivitajiet, paragrafu 2

L-għan ewlieni huma li jagħti kontribut lill-iżvilupp sostenibbli fi ħdan il-kuntest tal-promozzjoni tar-riċerka fl-ogħla livell ta’ riċerka.

L-għan ewlieni tar-riċerka għandu jkun li jiżdied l-għarfien. L-għan kumplessiv huwa li jingħata kontribut għal żieda fl-għarfien u anke għall-iżvilupp sostenibbli fi ħdan il-kuntest tal-promozzjoni tar-riċerka fl-ogħla livell ta eċċellenza. Ir-riċerka hija strument fundamentali għall-inkoraġġiment ta' l-inklużjoni soċjali, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni attivi, it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività, is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja.

Ġustifikazzjoni

Ir-riċerka u x-xjenza qed isiru dejjem iktar spiss minsuġin mal-kompetittività, l-ekonomija jew il-kontribuzzjonijiet, u mal-benefiċċji għall-industrija. Ir-riċerka xjentifika għandha titqies l-ewwel nett bħala attività biex iżżid l-għarfien.

Emenda 10

Anness I, Objettivi xjentifiċi u teknoloġiċi, il-linji wiesgħa tat-temi u ta’ l-attivitajiet, paragrafu 2 a (ġdid)

 

Fil-każ ta' sħubiji bejn universitàjiet u l-industrija, il-Kummissjoni se timpenja ruħha li xxerred ir-riżultati ta' riċerka bażika u applikata, fejn dawn ikunu ta' interess pubbliku u diretti lejn il-ġid komuni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu ssoddisfati l-impenji ta' l-Aġenda ta' Liżbona, il-prijorità għar-riċerka Ewropea għandha tkun li jixxerred u jiġi ddemokratizzat l-għarfien. Fi proġetti ffinanzjati taħt is-Seba' Programm ta' Qafas li jinvolvu koperazzjoni bejn l-industrija u l-universitajiet, għandu jkun hemm garanzija kemm li r-riċerka ssir fuq temi li ma jkollhomx riżultati inċidentali diretti ta’ ġid għall-industrija kif ukoll li r-riżultati tar-riċerka jkunu aċċessibbli u jistgħu jintużaw mill-pubbliku ġenerali, b'mod speċjali meta dawn ir-riżultati jagħtu kontribut għat-titjib u l-iżvilupp tas-soċjetà.

Emenda 11

Anness I, Objettivi xjentifiċi u teknoloġiċi, il-linji wiesgħa tat-temi u ta’ l-attivitajiet, Tixrid, trasferiment ta' għarfien u impenn usa', inċiż 4 a (ġdid)

 

- Inizzjattivi speċifiċi ta’ tagħlim organizzati f’koperazzjoni ma’ netwerks eżistenti tal-partijiet interessati (amministrazzjonijiet pubbliċi, utenti, l-industrija, is-soċjetà ċivili) li għandhom il-għan li jiġbru u jirrapportaw esperjenzi pożittivi kif ukoll ‘fallimenti’ bħala parti naturali ta’ proġett ta’ implimentazzjoni li huwa kruċjali li wieħed jitgħallem minnhom;

Emenda 12

Anness I, Objettivi xjentifiċi u teknoloġiċi, il-linji wiesgħa tat-temi u ta’ l-attivitajiet, Koperazzjoni Internazzjonali, paragrafu 1, frażi introduttorja

Azzjonijiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali se jappoġġaw il-politika dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija li għandha żewġ għanijiet interdipendenti:

Azzjonijiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali se jappoġġaw politika internazzjonali dwar ix-xjenza u t-teknoloġija li għandha tliet għanijiet interdipendenti:

Emenda 13

Anness I, Objettivi xjentifiċi u teknoloġiċi, il-linji wiesgħa tat-temi u ta’ l-attivitajiet, Koperazzjoni Internazzjonali, paragrafu 1, inċiż 1

- Biex jappoġġja u jippromwovi l-kompetittività Ewropea permezz ta' sħubiji ta' riċerka strateġiċi ma' pajjiżi terzi inklużi ekonomiji emerġenti u industrijalizzati b'mod sostanzjali fix-xjenza u t-teknoloġija billi jimpenja l-aqwa xjenzati minn pajjiżi terzi biex jaħdmu ġo u ma' l-Ewropa.

- biex jappoġġja u jippromwovi proġetti ta' riċerka ta' valur universali permezz ta' sħubiji ta' riċerka strateġiċi fix-xjenza u t-teknoloġija ma' pajjiżi terzi inklużi ekonomiji emerġenti u industrijalizzati b'mod sostanzjali , li jappoġġjaw il-mobilità ta' xjenzati minn pajjiżi terzi biex ikun żgurat li huma jkollhom l-aqwa kundizzjonijiet li jippermettulhom li jaħdmu ġo u ma' l-Ewropa u jiffaċilitawlhom ir-ritorn sussegwenti tagħhom lejn pajjiżhom.

Ġustifikazzjoni

Għandna bżonn ninkoraġġixxu s-sistema ta' riċerka Ewropea biex tinfetaħ għar-riċerkaturi barranin, filwaqt li noħolqu l-aħjar kundizzjonijiet biex nippermettulhom li, ladarba jirritornaw fil-pajjiżi ta' l-oriġini tagħhom, ikomplu jikkoperaw ma' l-Ewropa u r-riżultati tar-riċerka konġunta jużawhom għall-ġid. Minbarra dan, fi proġetti li jinvolvu koperazzjoni internazzjonali, kemm jekk bejn pajjiżi jew jekk bejn timijiet ta' riċerka mħallta, ikollhom jitqiesu l-prijoritajiet b'mod ġust u bbilanċjat.

Emenda 14

Anness I, Objettivi xjentifiċi u teknoloġiċi, il-linji wiesgħa tat-temi u ta’ l-attivitajiet, Koperazzjoni Internazzjonali, paragrafu 1, inċiż 1 a (ġdid)

 

- biex jassigura li r-riżultati u l-benefiċċji tar-riċerka ta’ valur universali jkunu aċċessibbli u jkunu jistgħu jintużaw fuq skala wiesgħa;

Emenda 15

Anness I, Objettivi xjentifiċi u teknoloġiċi, il-linji wiesgħa tat-temi u ta’ l-attivitajiet, Koperazzjoni Internazzjonali, paragrafu 1, inċiż 2

- biex jindirizza problemi speċifiċi li jiffaċċjaw pajjiżi terzi jew li għandhom karatteristika globali, fuq il-bażi ta' interess reċiproku u ta' benefiċċju reċiproku.

- biex jindirizza problemi speċifiċi li jiffaċċjaw pajjiżi terzi jew li għandhom karattru globali, jittejjeb il-kunċett ta' koperazzjoni dinjija u l-qsim ta' għarfien u informazzjoni.

Emenda 16

Anness I, Objettivi xjentifiċi u teknoloġiċi, il-linji wiesgħa tat-temi u ta’ l-attivitajiet, Koperazzjoni Internazzjonali, paragrafu 2

Il-politika ta' koperazzjoni xjentifika internazzjonali ta' l-UE tenfasizza u tiżviluppa koperazzjoni biex tiġġenera, taqsam u tuża tagħrif permezz ta' sħubiji ta' riċerka ġusti billi jqisu l-kuntest nazzjonali, reġjonali u soċjoekonomiku u bażi ta' tagħrif ta' pajjiżi msieħba. L-approċċ strateġiku huwa li jittejjeb l-iżvilupp tal-kompetittività u sostenibbli globali permezz ta' sħubiji bejn l-UE u pajjiżi terzi fil-livelli bilaterali, reġjonali u globali bbażati fuq interess u benefiċċju reċiproku. Għal dan il-għan, ir-rwol ta’ l-UE bħala attur fuq skala globali għandu jkun promoss ukoll permezz ta’ programmi internazzjonali ta’ riċerka. L-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali appoġġjati se jkunu konnessi ma' kwistjonijiet ta' politika kurrenti biex jappoġġjaw il-kisba ta' impenji internazzjonali ta' l-UE u jikkontribwixxu fil-qsim ta' valuri Ewropej, kompetittività, progress soċjoekonomiku, protezzjoni ambjentali u assistenza skond il-proċess ta' żvilupp sostenibbli globali.

Il-politika ta' koperazzjoni xjentifika internazzjonali ta' l-UE tenfasizza u tiżviluppa koperazzjoni biex tiġġenera, taqsam u tuża l-għarfien permezz ta' sħubiji ta' riċerka ġusti billi jqisu l-kuntest internazzjonali, dak ta’ pajjiż, dak reġjonali u dak soċjoekonomiku, il-bażi ta' l-għarfien u l-prijoritajiet Ewropej tal-pajjiżi msieħba. L-approċċ strateġiku huwa li jittejjbu l-kompetittività ta’ l-UE u l-iżvilupp sostenibbli globali permezz ta' sħubiji bħal dawn bejn l-UE u pajjiżi terzi fil-livelli bilaterali, reġjonali u globali bbażati fuq l-interess pubbliku u kollettiv. Għal dan il-għan, l-irwol ta’ l-UE bħala attur fuq skala globali għandu jkun promoss ukoll permezz ta’ programmi ta’ riċerka internazzjonali multilaterali. L-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali appoġġjati se jkunu konnessi ma' kwistjonijiet ta' politika kurrenti biex jappoġġjaw it-twettiq ta' l-impenji internazzjonali ta' l-UE u jikkontribwixxu fil-qsim ta' riżultati sabiex jissaħħu l-kompetittività, il-progress soċjoekonomiku, il-protezzjoni u l-ġid ambjentali flimkien fi ħdan l-iżvilupp sostenibbli globali.

Emenda 17

Anness I, Temi, punt 1, Approċċ, paragrafu 4 a (ġdid)

 

Il-prevenzjoni u l-informazzjoni f’dak li jirrigwarda l-aspetti kollha tas-saħħa pubblika m’għandhomx ikunu kwistjoni li tikkonċerna biss Ministri tas-Saħħa individwali, ċentri tar-riċerka u sptarijiet; għandhom jinħolqu sinerġiji mas-settur ta’ l-edukazzjoni għal edukazzjoni għas-saħħa b'mira u għal attivitajiet għall-prevenzjoni tal-mard (korsijiet, materjal awdjoviżiv, fuljetti).

Emenda 18

Anness I, Temi, punt 3, L-Għan

Titjib fil-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea u sabiex l-Ewropa tkun tista’ tikkontrolla u taġħti forma lill-iżvilupp futur tat-Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni (ICT) sabiex it-talbiet tas-soċjetà u l-ekonomija jkunu sodisfatti. L-attivitajiet se jsaħħu l-bażi xjentifika u teknoloġika ta’ l-Ewropa u jiżguraw il-tmexxija globali tagħha fl-ICT, jgħinu sabiex jimmotivaw u jistimulaw l-innovazzjoni permezz ta’ l-użu ta’ l-ICT u jiżguraw li l-progress fl-ICT ikun trasformat, b’mod mgħaġġel, f’benefiċċji għaċ-ċittadini, negozji, industrija u gvernijiet Ewropej.

Titjib fil-kompetittività tas-settur tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni (ICT) Ewropew u sabiex l-Ewropa tkun tista’ toħloq soċjetà ta’ l-informazzjoni miftuħa u inklussiva li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà ta’ l-espressjoni u d-diversità kulturali u lingwistika, kif kien adottat fil-Konferenza Internazzjonali ta’ Tunis dwar l-ICT, u li tgħin ukoll biex ikunu riżolti l-inugwaljanzi serji fir-rigward ta’ l-iżviluppi fl-ICT bejn u ġewwa l-pajjiżi. L-attivitajiet se jsaħħu l-bażi xjentifika u teknoloġika ta’ l-Ewropa u jiżguraw li tkun il-mexxejja globali fl-ICT, jgħinu sabiex jimmotivaw u jistimulaw l-innovazzjoni u l-iżvilupp permezz ta’ l-użu ta’ l-ICT u jiżguraw li l-progress fl-ICT ikun ittrasformat, b’mod mgħaġġel, f’benefiċċji għaċ-ċittadini, universitajiet, ċentri tar-riċerka, negozji, industrija u għall-gvernijiet Ewropej u għal dawk tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li qed jitfaċċaw li magħhom diġà hemm proġetti ta' koperazzjoni nnetwerkjati (EUMEDIS u EUMEDCONTACT għall-Mediterran, @LIS għall-Amerika Latina u ASI@ICT għall-Asja).

Ġustifikazzjoni

It-teknoloġiji l-ġodda ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) qed jilagħbu parti li kulma jmur qed issir aktar predominanti fis-soċjetà kontemporanja. Huma għandhom impatt fuq l-awtorità, l-edukazzjoni, l-informazzjoni, l-iżvilupp industrijali, l-ambjent u l-ħajja ta' kuljum ta' biljuni ta' nies. L-Unjoni Ewropea għandha tgħin biex toħloq soċjetà ta’ l-informazzjoni li fiha t-teknoloġija, l-infrastruttura u s-servizzi jkunu għodda li jaqdu lill-pubbliku. Li wieħed jagħmel is-soċjetà ta’ l-informazzjoni miftuħa u inklussiva jfisser ukoll li wieħed jirriżolvi l-vojt enormi li jeżisti bejn ir-reġjuni (zoni rurali), il-gruppi soċjali (gruppi żvantaġġjati) u t-Tramuntana u n-Nofsinhar.

Emenda 19

Anness I, Temi, punt 3, Introduzzjoni, paragrafu 1

It-teknoloġiji tat-tagħrif u l-komunikazzjoni (ICT) għandhom rwol uniku u ppruvat fit-tkattir ta’ l-innovazzjoni, il-kreattività u l-kompetittività tas-setturi kollha ta’ l-industrija u tas-servizzi. Huma essenzjali sabiex ikunu ffaċċjati l-isfidi l-kbar tas-soċjetà u l-modernizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, u jirfdu l-progress fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija. Għalhekk, l-Ewropa trid tikkontrolla u taġħti forma lill-iżviluppi futuri ta’ l-ICT u tiżgura li s-servizzi u l-prodotti msejsa fuq l-ICT ikunu adottati u użati sabiex jipprovdu l-benefiċċji kollha possibbli liċ-ċittadini u n-negozju.

It-teknoloġiji tat-tagħrif u l-komunikazzjoni (ICT) iwettqu rwol uniku u ppruvat fl-inkoraġġiment ta’ l-innovazzjoni, il-kreattività u l-kompetittività tas-setturi kollha ta’ l-industrija u tas-servizzi. L-ICT jista' jilgħab parti importanti wkoll fit-tixrid tal-kapaċità, ta' l-għarfien u tar-riżultati tar-riċerka u billi jiżgura aċċess għalihom. Huma essenzjali sabiex ikunu indirizzati l-isfidi l-importanti tas-soċjetà u biex ikunu mmodernizzati s-servizzi pubbliċi, u jirfdu l-progress fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija. Jistgħu jgħinu sabiex itejbu u jiddiversifikaw l-aċċess għal informazzjoni u għandhom iħeġġu l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini. Għalhekk, l-Ewropa trid tinkoraġġixxi l-iżviluppi futuri ta’ l-ICT lejn il-ftuħ u l-inklussività u tiżgura li s-servizzi u l-prodotti msejsa fuq l-ICT ikunu adottati u użati sabiex jipprovdu l-benefiċċji kollha possibbli liċ-ċittadini u lin-negozji.

Emenda 20

Anness I, Temi, punt 3, Riċerka dwar Aplikazzjonijiet, kif l-ICT jilqa’ l-isfidi tas-soċjetà, inċiż 2

– għall-gvernijiet: l-użu ta’ l-ICT f’strateġija interdixxiplinari fl-amministrazzjoni pubblika kombinat ma’ bidla fl-organizzazzjoni u ħiliet ġodda sabiex ikunu pprovduti servizzi innovattivi, iċċentrati fuq iċ-ċittadin, għal kulħadd; riċerka avanzata u soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ICT biex itejbu l-proċessi demokratiċi u parteċipatorji u r-rendiment u l-kwalità tas-servizzi tas-settur pubbliku, l-interazzjoni ma’ u bejn amministrazzjonijiet u gvernijiet, u biex jappoġġjaw proċessi leġiżlattivi u ta’ żvilupp ta’ politiki f’kull stadju tad-demokrazija.

– għall-gvernijiet: l-użu ta’ l-ICT fi strateġija interdixxiplinarja fl-amministrazzjoni pubblika kkombinat ma’ bidla fl-organizzazzjoni u ħiliet ġodda sabiex ikunu pprovduti servizzi innovattivi, iċċentrati fuq iċ-ċittadin, għal kulħadd; riċerka avanzata u soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ICT biex itejbu l-proċessi demokratiċi u parteċipatorji u r-rendiment u l-kwalità tas-servizzi tas-settur pubbliku, l-interazzjoni ma’ u bejn amministrazzjonijiet u gvernijiet, u biex jappoġġjaw proċessi leġiżlattivi u ta’ żvilupp ta’ politiki f’kull stadju tad-demokrazija.

Emenda 21

Anness I, Temi, punt 3, Riċerka dwar Applikazzjonijiet, l-ICT għall-kontenut, il-kreattività u l-iżvilupp personali, inċiż 2 a (ġdid)

 

– il-ħarsien, il-konservazzjoni u t-titjib fil-valur tal-wirt kulturali, inkluż l-ambjent naturali tal-bniedem: teknoloġiji għall-immaniġġjar ambjentalment rett u sostenibbli ta’ l-ambjent tal-bniedem, li jinkludi l-ambjent mibni, zoni urbani, il-pajsaġġ, kif ukoll għall-ħarsien, il-konservazzjoni u għall-aħjar użu u integrazzjoni tal-wirt kulturali, inklużi l-evalwazzjoni ta’ l-impatt ambjentali, mudelli u għodod għall-evalwazzjoni tar-riskju, tekniki avanzati u mhux distruttivi għad-dijanjosi tal-ħsara, prodotti u metodoloiji ġodda għar-restawrazzjoni, strateġiji ta’ mitigazzjoni u adattament għall-immaniġġjar sostenibbli kemm ta’ l-assi kulturali mobbli kif ukoll ta’ dawk immobbli;

PROĊEDURA

Titolu

Il-Programm Speċifiku “Koperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni

Referenzi

COM(2005)0440 – C­6-0381/2005 – 2005/0185(CNS)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT
17.11.2005

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Giovanni Berlinguer

7.10.2005

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2006

23.32.2006

0.0.0000

 

 

Data ta' l-adozzjoni

21.3.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+: 25

–: 1

0: 0

 

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia I Cutchet, Christopher Beazley, Ivo Belet, Giovanni Berlinguer, Guy Bono, Marie-Hélène Descamps, Claire Gibault, Vasco Graça Moura, Lissy Gröner, Luis Herrero-Tejedor, Ruth Hieronymi, Manolis Mavrommatis, Marianne Mikko, Ljudmila Novak, Doris Pack, Rolandas Pavilionis, Zdzisław Zbigniew Podkański, Christa Prets, Karin Resetarits, Nikolaos Sifunakis, Helga Trüpel, Henri Weber, Thomas Wise

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Gyula Hegyi, Mario Mauro, Jaroslav Zvěřina

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

(1)

Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku "Koperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni

Referenzi

COM(2005)0440 – C6-0381/2006 – 2005/0185(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

14.11.2005

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE
17.11.2005

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni(jiet)
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
17.11.2005

ECON
17.11.2005

EMPL
17.11.2005

ENVI

17.11.2005

TRAN

17.11.2005

 

AGRI

17.11.2005

CULT

17.11.2205

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

ECON
25.10.2005

EMPL

5.10.2005

ENVI

29.11.2005

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Teresa Riera Madurell
5.10.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Proċedura ssimplifikata - data tad-deċiżjoni  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Eżami fil-kumitat

31.1.2006

21.2.2006

4.5.2006

30.5.02006

19.6.2006

 

4.10.2005

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

10.10.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Šarūnas Birutis, Jerzy Buzek, Joan Calabuig Rull, Pilar del Castillo Vera, Giles Chichester, Den Dover, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein Mintz, Rebecca Harms, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Anne Laperrouze, Vincenzo Lavarra, Pia Elda Locatelli, Nils Lundgren, Eugenijus Maldeikis, Eluned Morgan, Reino Paasilinna, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras Roca, Dominique Vlasto

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Daniel Caspary, Jan Christian Ehler, Cristina Gutiérrez-Cortines, Lambert van Nistelrooij, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Vittorio Prodi, Esko Seppänen

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Albert Deß, Rosa Miguélez Ramos

Data tat-tressiq

26.10.2006

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

OPINJONI tal-kumitat għall-iżvilupp agrikolu u rurali

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-Programm Speċifiku "Koperazzjoni" li jimplimenta is-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunita Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni

(COM(2005)0440 – C6-0381/2005 – 2005/0185(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Markus Pieper

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Biex tilħaq l-Istrateġija ta' Liżbona, l-industrija ta' l-UE ta' l-agrikultura u ta' l-ikel agrikolu issa trid timmira li ssir aktar kompetittiva b'mod globali, permezz ta' l-innovazzjoni billi tesplojta l-progress teknoloġiku u billi tkompli ttejjeb l-istandards ta' kwalita. Ir-riċerka diġa għamlet kontribuzzjoni konsiderevoli għall-iżvilupp sostenibbli rurali, u appoġġjat lill-bdiewa u lill-industrija ta' l-ikel agrikolu billi laħqet id-domanda li dejjem tiżdied taċ-ċittadin għal prodotti varji u tas-saħħa. Permezz ta' l-innovazzjoni, ir-riċerka għenet lill-indistrija ta' l-ikel agrikolu biex takkwista post ċentrali fl-ekonomija Ewropea u globali.

Issa, iktar minn qatt qabel, il-kontribuzzjoni tar-riċerka hija meħtieġa biex tgħin fiż-żamma u fir-rinfurzar ta' l-Agrikultura Sostenibbli fl-Unjoni Ewropea. Jekk ir-riċerka fl-Unjoni Ewropea trid tgħin lill-bdiewa jilħqu l-isfidi tas-CAP il-ġdida u toħloq tkabbir sostenibbli fl-ekonomija li dejjem qed issir aktar globalizzata, din trid tlaħħaq ma' l-attivitajiet internazzjonali ta' riċerka u l-iżviluppi teknoloġiċi.

Fis-Sitt programm ta' qafas (2002 - 2006) ir-riċerka agrikola kienet limitata kważi esklussivament għall-kwalita u s-sikurezza ta' l-ikel. Fis-Seba' programm ta' qafas (2007 - 2013) il-Kummissjoni Ewropea toffri approċċ aktar wiesa', u tipproponi li tibni 'bijoekonomija Ewropea bbażata fuq l-għarfien, li tesplojta opportunitajiet ta' riċerka ġodda u emerġenti li jindirizzaw sfidi ekonomiċi u soċjali'. Il-proposta talloka kapitlu għall-"Ikel, l-Agrikultura, u l-Bijoteknoloġija" (Tema 2). Barra minn hekk, ir-riċerka agrikola hija trattata wkoll taħt it-tema 5 dwar l-enerġija, kif ukoll taħt it-tema 6 dwar l-ambjent.

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom jilqa' l-viżjoni aktar wiesgħa tal-Kummissjoni u jfaħħar id-deċiżjoni biex il-baġit għas-seba' programm ta' qafas jiġi estiż meta kkumparat mal-perjodu tal-programm preċedenti.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tippreżenta ħames "programmi speċifiċi" sabiex jiġi implimentat is-Seba' Programm ta' Qafas. L-ewwel wieħed huwa direttament relatat ma' azzjonijiet finanzjati taħt iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt. L-erbgħa l-oħra jisimhom: Koperazzjoni, Ideat, Nies u Kapaċita. Il-programm speċifiku Koperazzjoni huwa dak li qed jiġi diskuss hawnhekk.

Il-programm speċifiku Koperazzjoni huwa prinċiparjament imfassal biex jikseb tmexxija Ewropea f'oqsma ewlenin permezz tal-koperazzjoni ta' l-industrija u l-istituzzjonijiet ta' riċerka. Se jingħata l-appoġġ għal firxa wiesgħa ta' attivitajiet ta' riċerka li jitwettqu fil-koperazzjoni transnazzjonali, minn proġetti kollaborattivi u netwerks sal-koordinament ta' programmi tar-riċerka.

Il-programm Koperazzjoni huwa mqassam f'disa' sotto-programmi li se jkunu operattivi b'mod awtonomu u fl-istess ħin se juru koerenza u konsistenza, u jippermettu għal strateġiji komuni u interdixxiplinari għal suġġetti ta' riċerka ta' interess komuni. Il-baġit propost għat-tema 2 "L-Ikel, l-Agrikultura u l-Bijoteknoloġija" fil-programm Koperazzjoni huwa ta' EUR 2.45 biljun. Dan il-baġit kif propost huwa neċessarju minħabba l-ħafna approċċi inklużi taħt din it-tema (l-agrikultura, is-sajd, il-foresterija, eċċ.).

Ir-rapporteur għal opinjoni huwa sodisfatt b'mod ġenerali bil-proposta tal-Kummissjoni. L-ideat ewlenin li ġew enfasizzati jidhru li huma marbuta mal-viżjoni tar-rapporteur għal opinjoni, speċjalment meta l-agrikultura hija rikonixxuta bħala waħda mid-disa' oqsma tematiċi li fihom se tapplika azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.

Madankollu huwa ta' l-opinjoni li hemm bżonn ta' preċiżazzjoni u għalhekk jissuġġerixxi numru ta' emendi, l-aktar relatati mat-tema 2 "L-Ikel, l-Agrikultura u l-Bijoteknoloġija".

Għandha tiġi enfasizzata l-ħtieġa li jissemma l-irwol multifunzjonali ta' l-agrikultura b'mod aktar prominenti. Ir-riċerka għandha tippromwovi l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' produzzjoni li huma kapaċi jikkombinaw l-eżekuzzjoni ekonomika, ambjentali u soċjali.

Hemm bżonn li tiġi inkluża wkoll ir-riċerka relatata mal-bidla fil-klima fl-attivitajiet taħt l-iskema 2 peress li adattament ta' l-agrikultura għal bidla fil-klima jidher sinifikanti.

Għandha tkun appoġġjata koordinazzjoni aħjar bejn ir-riċerkaturi fl-Ewropa kif ukoll komunikazzjoni aħjar tar-riżultati tar-riċerka.

Għandha tiġi enfasizzata l-ħtieġa li l-Kummissjoni tkun konsegwenti biex torbot attivitajiet konkreti ma' l-appoċċ li jittieħed. Huwa meħtieġ li attivitajiet konkreti jkunu marbutin meta fil-parti ta' l-approċċ tat-tema 2 hemm imsemmija speċifikament il-kontribuzzjonijiet tar-riċerka għas-CAP, il-Politika Komuni għas-Saħħa ta' l-Annimali, l-istrateġija ta' l-UE għall-foresterija u għas-CFP.

Fl-aħħarnett, ir-rapporteur għal opinjoni jikkunsidra li hemm bżonn ta' attenzjoni speċjali għal koordinament effettiv biex tiġi evitata ripetizzjoni tat-tema "L-Ikel, l-Agrikultura u l-Bijoteknoloġija" f'oqsma tematiċi oħrajn. Għalhekk jinkoraġġixxi approċċ konġunt ta' temi interdixxiplinari u jitlob għal koperazzjoni interdixxiplinari.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali jitlob lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi mill-Parlament

Emenda 1

Anness I, Tema, 2. L-Ikel, l-Agrikultura u l-Bijoteknoloġija
L-Għan, paragrafu 1

Il-kostruzzjoni ta’ Bijo-ekonomija Imsejsa fuq l-Għarfien Ewropea bl-għaqda tax-xjenza, l-industrija u dawk li għandhom interess sabiex jiġu sfruttati l-opportunitajiet ta’ riċerka ġodda u emerġenti li jittrattaw l-isfidi soċjali u ekonomiċi: it-talba li qiegħda tikber għal ikel aktar bla periklu, aħjar għas-saħħa u ta’ kwalità aktar għolja, li tikkunsidra l-benesseri ta’ l-annimali u l-kuntesti rurali; il-produzzjoni sostenibbli u l-użu ta’ bijoriżorsi li jiġġeddu; ir-riskju li qiegħed jikber ta’ mard epiżotiku u żoonotiku u mard relatat ma’ l-ikel; theddid għas-sostenibilta u s-sigurtà tal-produzzjoni ta’ l-agrikoltura u s-sajd li jirriżulta mill-bidla fil-klima.

Il-kostruzzjoni ta’ Bijoekonomija Imsejsa fuq l-Għarfien Ewropea bl-għaqda tax-xjenza, l-industrija u dawk li għandhom interess sabiex jiġu sfruttati l-opportunitajiet ta’ riċerka ġodda u emerġenti li jittrattaw l-isfidi soċjali, ambjentali u ekonomiċi: it-talba li qiegħda tikber għal ikel aktar bla periklu, aħjar għas-saħħa u ta’ kwalità aktar għolja, li tikkunsidra l-irwol multifunzjonali ta' l-agrikultura, il-benesseri ta’ l-annimali u l-kuntesti rurali; il-produzzjoni sostenibbli u l-użu ta’ bijoriżorsi li jiġġeddu; ir-riskju li qiegħed jikber ta’ mard epiżotiku u żoonotiku u mard relatat ma’ l-ikel u sforzi oħra biex jiġi eskluż mard marbut ma' l-ikel ta' l-annimali; theddid għas-sostenibilta u s-sigurtà tal-produzzjoni ta’ l-agrikoltura u s-sajd u reżistenza u adattament tal-katina ta' l-ikel li jirriżultaw mill-bidla globali (bidla fil-klima, spejjeż ta' l-enerġija, eċċ.).

Ġustifikazzjoni

- Ir-riċerka għandha tippromwovi l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' produzzjoni li huma kapaċi jikkumbinaw eżekuzzjoni ekonomika, ambjentali u soċjali. L-irwol multifunzjonali ta' l-agrikultura għandu jissemma b'mod aktar prominenti.

- L-iżvilupp sostenibbli huwa bbażat fuq 3 pilastri; sfidi soċjali, ambjentali u ekonomiċi.

L-effetti ta' ikel ta' l-annimali huma wkoll settur importanti tar-riċerka agrikola, bħalma huwa l-mard li ġej minnhom, bħal BSE.

Huwa importanti li ssir riċerka fuq l-effetti ta' bidla globali fuq il-katina ta' l-ikel (b'mod speċjali l-bidla fil-klima).

Emenda 2

Anness I, Tema, 2. L-Ikel, l-Agrikultura u l-Bijoteknoloġija
Strateġija, paragrafu 1

Din it-tema se ssaħħaħ il-bażi ta’ l-għarfien, tipprovdi l-innovazzjonijiet u tipprovdi appoġġ ta’ politika għall-kostruzzjoni ta’ Bijoekonomija Ewropea Imsejsa Fuq l-Għarfien (KBBE). Ir-riċerka se tiffoka fuq tmexxija, produzzjoni u użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi, b’mod partikolari permezz tax-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġija u l-konverġenzi ma’ teknoloġiji oħra, sabiex tipprovdi prodotti ġodda, eko-effiċjenti u kompetittivi mill-agrikoltura, is-sajd, l-akkwakultura, l-ikel, il-foresti u industriji relatati. Ir-riċerka se tagħti kontribut kbir għall-implimentazzjoni u l-formulazzjoni tal-politika u r-regolamenti ta' l-UE u, speċifikament, tindirizza jew tappoġġa: Il-Politika Agrikola Komuni; kwistjonijiet ta’ agrikoltura u kummerċ; regolamenti dwar is-sikurezza fl-ikel; il-Politika tal-Komunità dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali, il-kontroll tal-mard u l-istandards tal-benesseri; l-ambjent u l-bijodiversita; l-Istrateġija ta' l-UE dwar il-Foresterija; u il-Politika Komuni dwar is-Sajd, li għandha l-mira li tipprovdi żvilupp sostenibbli fis-sajd u l-akkwakultura. Ir-riċerka tfittex ukoll li tiżviluppa indikaturi ġodda u attwali li jappoġġaw l-analiżi, l-iżvilupp u l-monitoraġġ ta’ din il-politika.

Din it-tema se ssaħħaħ il-bażi ta’ l-għarfien, tipprovdi l-innovazzjonijiet u tipprovdi appoġġ ta’ politika għall-kostruzzjoni ta’ Bijoekonomija Ewropea Imsejsa Fuq l-Għarfien (KBBE). Ir-riċerka se tiffoka fuq tmexxija, produzzjoni u użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi, inter alia permezz tax-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġija u l-konverġenzi ma’ teknoloġiji oħra, sabiex tipprovdi prodotti ġodda, eko-effiċjenti u kompetittivi mill-agrikoltura, is-sajd, l-akkwakultura, l-ikel, il-foresti u industriji relatati. Ir-riċerka se tagħti kontribut kbir għall-implimentazzjoni u l-formulazzjoni tal-politika u r-regolamenti ta' l-UE u, speċifikament, tindirizza jew tappoġġja: Il-Politika Agrikola Komuni; kwistjonijiet ta’ agrikoltura u kummerċ; regolamenti dwar is-sikurezza fl-ikel; il-Politika tal-Komunità dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali, il-kontroll tal-mard u l-istandards tal-benesseri; rural development; l-ambjent u l-bijodiversita; l-Istrateġija ta' l-UE dwar il-Foresterija; u l-Politika Komuni dwar is-Sajd, li għandha l-mira li tipprovdi żvilupp sostenibbli fis-sajd u l-akkwakultura. Ir-riċerka tfittex ukoll li tiżviluppa indikaturi ġodda u attwali li jappoġġjaw l-analiżi, l-iżvilupp u l-monitoraġġ ta’ dawn il-politiki.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti għall-implimentazzjoni ta' riċerka agrikola komprensiva li l-kapitlu 'L-Ikel, l-Agrikultura u l-Bijoteknoloġija' jiġi interpretat b'mod wiesa', minflok jiġi ristrett għal metodi partikulari. It-tema 'bijoteknoloġija' se tiġi ttrattata f'aktar dettall f'parti oħra f'dan il-kapitlu.

Ir-riċerka u l-iskambju ta' esperjenzi innovattivi fil-komponent strateġiku ta' l-iżvilupp rurali huma kruċjali.

Emenda 3

Anness I, Tema, 2. L-Ikel, l-Agrikultura u l-Bijoteknoloġija
Strateġija, paragrafu 2

L-industriji ta’ l-ikel mill-agrikoltura, li 90% minnhom huma SMEs, se jibbenefikaw b’mod partikolari minn ħafna attivitajiet ta’ riċerka, inklużi attivitajiet immirati tad-disseminazzjoni u trasferiment tat-teknokoġija, b’mod partikolari l-integrazzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji, metodoloġiji u proċessi eko-effiċjenti avvanzati u l-iżvilupp ta’ l-istandards. Kumpaniji ġodda b’teknoloġija għolja mil-bijo-, nano-, u ICT huma mistennija li jagħtu kontribut importanti fl-oqsma tat-tkattir tal-pjanti, uċuħ imtejba u ħarsien tal-pjanti aħjar, teknoloġiji ta’ skoperta u monitoraġġ abvvanzati sabiex ikunu żgurati s-sikurezza u l-kwalità ta’ l-ikel u bijoproċessi industrijali ġodda.

L-industriji ta’ l-ikel mill-agrikoltura, li 90% minnhom huma SMEs, se jibbenefikaw b’mod partikolari minn ħafna attivitajiet ta’ riċerka, inklużi attivitajiet immirati tad-disseminazzjoni u trasferiment tat-teknokoġija, b’mod partikolari l-integrazzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji, metodoloġiji u proċessi eko-effiċjenti avvanzati u l-iżvilupp ta’ l-istandards. Kumpaniji ġodda b’teknoloġija għolja mill-bijo-, nano-, ICT u teknoloġija robotika u satellitari huma mistennija li jagħtu kontribut importanti fl-oqsma tat-tkattir tal-pjanti, uċuħ imtejba u ħarsien tal-pjanti aħjar, teknoloġiji ta’ skoperta u monitoraġġ avvanzati sabiex ikunu żgurati s-sikurezza u l-kwalità ta’ l-ikel u bijoproċessi industrijali ġodda Dawn l-intrapriżi li għadhom fil-bidu jistgħu jkunu fattur deċiżiv għall-iżvilupp ta' zoni rurali Ewropej, b'mod partikulari jekk dawn jorganizzaw lilhom infushom f'netwerks għall-għarfienu l-iskambu ta' esperjenzi innovattivi fil-kuntest ta' żvilupp rurali.

Ġustifikazzjoni

It-teknoloġija Robotika u Satellitari hija għodda utli fil-proċessi ta' produzzjoni u ta' monitoraġġ.

Iz-zoni rurali ta' l-Ewropa, li ħafna minnhom huma affettwati ħażin mill-kriżi soċjo-ekonomika, huma l-aktar fil-bżonn ta' ditti kummerċjali innovattivi, fejn l-għan huwa li jitressqu aktar viċin tal-livelli Ewropej ta' żvilupp u kompetittivita.

Emenda 4

Anness I, Tema, 2. L-Ikel, l-Agrikultura u l-Bijoteknoloġija
Strateġija, paragrafu 3

Diversi Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej, li jkopru l-oqsma tal-genomics u l-bijoteknoloġija tal-pjanti, il-forestrija u l-industriji bbażati fuq il-foresti, is-saħħa ta’ l-annimali fuq livell dinji, it-tgħammir u t-trobbija ta’ l-annimali fil-farms, l-ikel, l-akkwakultura u l-bijoteknoloġija industrijali se jagħtu kontribut għall-istabbiliment ta’ prijoritajiet ta’ riċerka komunu għal din it-Tema, fl-identifikazzjoni ta’ inizjattiv potenzjali futuri fuq skala kbira bħal proġetti ta’ dimostrazzjoni għall-produzzjoni tal-kimika fil-kwantità mill-bijomassa (cell wall tal-pjanti, bijofjuwils, bijopolimeri) u jgħinu sabiex jiżguraw il-parteċipazzjoni wiesgħa u l-integrazzjoni ta’ kull min għandu interess. Kull fejn ikun xieraq, ikunu segwiti azzjonijiet li jsaħħu l-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka nazzjonali, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-proġetti ERA-NET, il-Pjattaformi tat-Teknoloġija u atturi oħra rilevanti, bħall-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka fl-Agrikoltura (SCAR) jew kwalunkwe struttura Ewropea għall-koordinazzjoni tar-riċerka marittima fil-ġejjieni.

Diversi Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, li jkopru l-oqsma tal-genomics u l-bijoteknoloġija tal-pjanti, il-forestrija u s-settur tal-foresterija, is-saħħa ta’ l-annimali fuq livell dinji, it-tgħammir u t-trobbija ta’ l-annimali fil-farms, l-ikel, l-akkwakultura u l-bijoteknoloġija industrijali se jagħtu kontribut għall-istabbiliment ta’ prijoritajiet ta’ riċerka komunu għal din it-Tema, fl-identifikazzjoni ta’ inizjattiv potenzjali futuri fuq skala kbira bħal proġetti ta’ dimostrazzjoni għall-produzzjoni tal-kimika fil-kwantità mill-bijomassa (cell wall tal-pjanti, bijofjuwils, bijopolimeri) u jgħinu sabiex jiżguraw il-parteċipazzjoni wiesgħa u l-integrazzjoni ta’ kull min għandu interess. Kwistjoni importanti f'dan il-kuntest huwa t-tixrid tajjeb tar-riżultati ta' riċerka applikata fis-settur agrikolu. Kull fejn ikun xieraq, ikunu segwiti azzjonijiet li jsaħħu l-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka nazzjonali, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-proġetti ERA-NET, il-Pjattaformi tat-Teknoloġija u atturi oħra rilevanti, bħall-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka fl-Agrikoltura (SCAR) jew kwalunkwe struttura Ewropea għall-koordinazzjoni tar-riċerka marittima fil-ġejjieni. Sabiex jitranġaw nuqqasijiet fil-komunikazzjoni u titjieb il-koperazzjoni fir-riċerka agrikola Ewropea, it-twaqqif u l-estensjoni ta' pjattaformi ta' l-Internet għandhom ikunu appoġġjati.

Ġustifikazzjoni

Ir-riżultati ta' riċerka għandhom jiġu koordinati aħjar billi jitjieb id-djalogu bejn iċ-ċentri ta' riċerka u bejn ir-riċerkaturi, l-utenti u l-konsumaturi.

Ħafna drabi jkun hemm nuqqas ta' kuntatti li jaqsmu l-fruntieri. Sabiex titjieb il-koperazzjoni fuq il-livell ta' l-UE u jitjieb l-użu ta' sinerġiji, pjattaforma ta' l-Internet li ġiet maħluqa b'mod konġunt hija l-aħjar mod kif jiġu stabbiliti l-kuntatti.

Is-settur tal-foresterija jinkludi l-industrija Ewropea għall-ipproċessar tal-karti u ta' l-injam.

Emenda 5

Anness I, Tema, 2. L-Ikel, l-Agrikultura u l-Bijoteknoloġija
Attivitajiet, paragrafu 1, inċiż 2

- –Sostenibbiltà u kompetittività miżjuda, waqt li jonqos l-impatt ambjentali, fl-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd u l-akkwakultura permezz ta’ l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, tagħmir, sistemi ta’ monitoraġġ, pjanti u sistemi ta’ produzzjoni ġodda, it-titjib tal-bażi xjentifika u teknika tal-ġestjoni tas-sajd, kif ukoll għarfien aħjar ta’ l-interazzjoni bejn sistemi differenti (agrikoltura u forestrija; sajd u akkwakultura) bi strateġija mifruxa fuq ekosistema sħiħa. Għar-riżorsi bijoloġiċi bbażati fuq l-art, se ssir enfażi speċjali fuq sistemi bi dħul baxx u organiċi, immaniġġar aħjar tar-riżorsi u għalf ġdid u pjanti ġodda (uċuħ u siġar) flimkien ma’ kompożizzjoni, resistenza għat-tensjoni, użu effiċjenti tan-nutrijenti u arkitettura imtejbin. Dan se jkun appoġġat permezz ta’ riċerka fil-bijosikurezza, il-koeżistenza u t-traċċabilità ta’ pjanti, sistemi u prodotti ġodda. Is-saħħa tal-pjanti tiġi imtejba pemezz ta’ għarfien aħjar ta’ l-ekoloġija, il-bijoloġija ta’ l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti (pests) u theddid ieħor u appoġġ għall-kontroll tat-tifqigħ ta’ mard u titjib ta’ għodod u sistemi sostenibbli għall-immaniġġar tal-pests. Għar-riżorsi bijoloġiċi minn ambjenti akkwatiċi, se ssir enfażi fuq il-funzjonijiet bijoloġiċi essenzjali, sistemi ta' produzzjoni sikuri u għalf ta' speċi kkulturai li ma jagħmlux ħsara żejda lill-ambjent u fuq il-bijoloġija tas-sajd, id-dinamika tas-sajd imħallat, l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet ta' sajd u l-ekosistema tal-baħar u fuq sistemi ta' ġestjoni reġjonali u multi-annwali ibbażati fuq il-flotot.

- Sostenibbiltà u kompetittività miżjuda, waqt li jonqos l-impatt ambjentali, fl-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd u l-akkwakultura permezz ta’ riċerka u żvilupp ieħor ta' sistemi ta’ produzzjoni agrikola, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, tagħmir, riċerka f'sistemi ta' monitoraġġ ġdid u aħjar, l-iżvilupp ta' pjanti u sistemi ta’ produzzjoni ġodda, it-titjib tal-bażi xjentifika u teknika tal-ġestjoni tas-sajd, kif ukoll għarfien aħjar ta’ l-interazzjoni bejn sistemi differenti (agrikoltura u forestrija; sajd u akkwakultura) bi strateġija mifruxa fuq ekosistema sħiħa. Għar-riżorsi bijoloġiċi bbażati fuq l-art, se ssir enfasi speċjali fuq sistemi bi dħul baxx u organiċi, immaniġġar aħjar tar-riżorsi u għalf ġdid u sistemi ġodda ta' kultivazzjoni ta' pjanti flimkien ma’ kompożizzjoni, resistenza għat-tensjoni, użu effiċjenti tan-nutrijenti u arkitettura imtejbin. Dan se jkun appoġġjat permezz ta’ riċerka u analiżi ta' l-ispiża/l-benefiċċji tal-bijosikurezza, il-koeżistenza u t-traċċabilità ta’ pjanti, sistemi u prodotti ġodda. Is-saħħa tal-pjanti tiġi imtejba pemezz ta’ għarfien aħjar ta’ l-ekoloġija, il-bijoloġija ta’ l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti (pestijiet) u theddid ieħor u appoġġ għall-kontroll tat-tifqigħ ta’ mard u titjib ta’ għodod u sistemi sostenibbli għall-immaniġġar tal-pestijiet, b'mod partikulari l-iżvilupp ta' protezzjoni integrata, kontroll bijoloġiku u pestiċidi li huma ta' anqas ħsara għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Għandu jkun hemm aktar enfasi fuq l-impatt tal-bidla fil-klima fuq id-distribuzzjoni ġeografika ta' pestijiet agrikoli, u għal dan il-għan għandu jsir sforz sabiex jinħolqu netweks ta' monitoraġġ fir-reġjuni Ewropej. Għar-riżorsi bijoloġiċi minn ambjenti akkwatiċi, se ssir enfasi fuq il-funzjonijiet bijoloġiċi essenzjali, sistemi ta' produzzjoni sikuri u għalf ta' speċi kkulturati li ma jagħmlux ħsara żejda lill-ambjent u fuq il-bijoloġija tas-sajd, id-dinamika tas-sajd imħallat, l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet ta' sajd u l-ekosistema tal-baħar u fuq sistemi ta' ġestjoni reġjonali u multi-annwali ibbażati fuq il-flotot.

Ġustifikazzjoni

Ir-riċerka dwar is-sistemi ta' produzzjoni agrikola, u l-iżvilupp ta' dawn, għandhom ukoll isibu post flimkien ma' miżuri importanti għaż-żieda tas-sostenibilta u l-kompetittivita tal-bijoteknoloġija.

Ġie skopert li s-sistemi kurrenti tal-monitoraġġ mhumiex kapaċi jiżguraw is-sikurezza fl-ikel. Ikun raġonevoli li ssir riċerka fuq livell Ewropew f'mudelli ġodda.

Jekk l-objettivi magħżula jridu jinkisbu ,ir-riċerka għandha tkun relatata mhux biss mal-pjanti nnifishom iżda wkoll ma' sistemi ta' kultivazzjoni. Riċerka fil-koeżistenza bejn pjanti modifikati ġenetikament u pjanti konvenzjonali għandha tittratta wkoll kwistjonijiet ta' vijabilita ekonomika u dwar xi jrid il-konsumatur.

Għandu jkun hemm referenza għall-għodod varji għall-immaniġġjar sostenibbli ta' pestijiet agrikoli. Il-ħarsien integrat u l-kontroll bijoloġiku, oqsma fejn ir-riċerka għadha nieqsa, huma kruċjali għall-iżvilupp ta' l-irwol multifunzjonali tal-biedja, speċjalment tal-biedja organika.

Barra minn hekk, għandha tiġi meqjusa l-bidla fil-klima li qed nesperjenzaw bħalissa, peress li din tista' twassal għal bidliet fl-oqsma ta' distribuzzjoni ta' pestijiet agrikoli, pereżempju t-tixrid ta' pestijiet tan-Nofsinhar lejn reġjuni Ewropej. Għandha tiġi mwaqqfa netwerk Ewropea ta' monitoraġġ biex tittraċċa żviluppi relatati ma' dawn il-bidliet.

Emenda 6

Anness I, Tema, 2. L-Ikel, l-Agrikultura u l-Bijoteknoloġija
Attivitajiet, paragrafu 1, inċiż 3

- L-aħjar produzzjoni u benesseri ta’ l-annimali, fl-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura, inter alia permezz ta’ l-esplojtazzjoni ta’ l-għarfien ġenetiku, metodi ġodda ta’ tkattir, għarfien aħjar tal-fiżjoloġija u l-aġir ta’ l-annimali u għarfien u kontroll aħjar tal-mard ta' l-annimali li jittieħed, inklużi ż-żoonosi. Dan ta’ l-aħħar se jkun indirizzat ukoll bl-iżvilupp ta’ għodod għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-kontrol, permezz ta’ riċerka ta' bażi u applikata dwar il-vaċċini u d-dijanjostiċi, l-istudju ta’ l-ekoloġija ta’ aġenti ta’ l-infezzjoni magħrufa jew emerġenti u theddid ieħor, inklużi atti malizzjużi, u l-impatti tas-sistemi agrikoli differenti u l-klima. Ikun ukoll żviluppat għarfien ġdid dwar ir-rimi bla periklu ta’ l-iskart ta’ l-annimali u maniġġjar aħjar tal-prodotti sekondarji.

- L-aħjar produzzjoni u benesseri ta’ l-annimali, fl-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura, inter alia permezz ta’ l-esplojtazzjoni ta’ l-għarfien ġenetiku, metodi ġodda ta’ tkattir, għarfien aħjar tal-fiżjoloġija u l-aġir ta l-annimali u għarfien u kontroll aħjar tal-mard ta' l-annimali li jittieħed, inklużi ż-żoonosi u mard marbut ma' l-ikel ta' l-annimali. Dan ta’ l-aħħar se jkun indirizzat ukoll bl-iżvilupp ta’ għodod għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-kontrol, permezz ta’ riċerka ta' bażi u applikata dwar il-vaċċini u d-dijanjostiċi, l-istudju ta’ l-ekoloġija ta’ aġenti ta’ l-infezzjoni magħrufa jew emerġenti u theddid ieħor, inklużi atti malizzjużi, u l-impatti tas-sistemi agrikoli differenti u l-klima. F'dan il-kuntest l-għan għandu jkun li tiġi eżaminata l-agrikultura li qed tadatta għal bidla f'zoni ta' klima. Ikun ukoll żviluppat għarfien ġdid dwar ir-rimi bla periklu ta’ l-iskart ta’ l-annimali u maniġġjar aħjar tal-prodotti sekondarji.

Ġustifikazzjoni

Mard relatat ma' l-għalf ta' l-annimali, bħal BSE, m'għandux ikun eskluż mir-riċerka.

Huwa importanti li l-effetti tal-bidliet fil-klima jkunu investigati bħall-bidla fiz-zoni klimatiċi u biex ir-riċerka tkun imrawwma f'miżuri biex il-produzzjoni ta' l-agrikultura tkun adattata.

Emenda 7

Anness I, Tema, 2. L-Ikel, l-Agrikultura u l-Bijoteknoloġija
Attivitajiet, paragrafu 1, inċiż 4

Il-provvista ta’ l-għodod meħtieġa minn dawk li jifformolaw il-politika u atturi oħra bħala appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji , politika u leġiżlazzjoni rilevanti u b’mod partikolari, bħala appoġġ għall-ħolqien ta’ Bijoekonomija Ewropea Imsejsa Fuq l-Għarfien (KBBE) u l-ħtiġijiet ta’ l-iżvilupp rurali u kostali. Il-Politika Komuni dwar is-sajd se tkun appoġġata permezz ta' l-iżvilupp ta' strateġiji adattivi li jappoġġaw l-istrateġija ta' l-ekosistema kollha għall-ħsad tar-riżorsi tal-baħar. Ir-riċerka għall-oqsma kollha ta' politika se tinkludi wkoll studji soċjo-ekonomiċi, investigazzjonijiet komparattivi tad-diversi sistemi agrikoli, sistemi ta' ġestjoni effiċjenti tas-sajd, it-trobbija ta’ annimali mhux għall-ikel, l-interazzjoni mal-forestrija u studji sabiex titjieb il-ħajja rurali u kostali.

Il-provvista ta’ l-għodod meħtieġa minn dawk li jifformolaw il-politika u atturi oħra bħala appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji, politika u leġiżlazzjoni rilevanti u b’mod partikolari, bħala appoġġ għall-ħolqien ta’ Bijoekonomija Ewropea Imsejsa Fuq l-Għarfien (KBBE) u l-ħtiġijiet ta’ l-iżvilupp rurali u kostali, kif ukoll l-iżvilupp ta' mekkaniżi innovattivi ta' maniġġjar tal-foresti, tekniki biex jiġu evitati u miġġielda n-nirien fil-foresti, u miżuri biex jiġġieldu kontra n-nixfa u t-tgħawwir agrikolu. Il-Politika Agrikola Komuni, il-Politika tal-Komunità dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali, l-Istrateġija ta' l-UE dwar il-Foresterija; u l-Politika Komuni għas-sajd se jkunu appoġġjati. Il-Politika Komuni dwar is-sajd se tkun appoġġjata permezz ta' l-iżvilupp ta' strateġiji adattivi li jappoġġjaw l-istrateġija ta' l-ekosistema kollha għall-ħsad tar-riżorsi tal-baħar. Ir-riċerka għall-oqsma kollha ta' politika se tinkludi wkoll studji soċjo-ekonomiċi, ir-riċerka soċjo-rurali, investigazzjonijiet komparattivi tad-diversi sistemi agrikoli, sistemi ta' ġestjoni effiċjenti tas-sajd, it-trobbija ta’ annimali mhux għall-ikel, l-interazzjoni mal-forestrija u studji sabiex titjieb il-ħajja rurali u kostali.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li jitqiesu l-avvenimenti traġiċi li seħħew fl-Ewropa tan-Nofsinhar fl-aħħar sentejn, b'mod partikulari in-nixfa u n-nirien estensivi, għandha tingħata spinta għal riċerka internazzjonali u għal koperazzjoni xjentifika fil-qasam ta' l-immaniġġjar tal-foresti, fl-evitar u fil-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti u fit-tnaqqis ta' l-effetti tan-nixfa u t-tgħawwir agrikolu.

Il-Kummissjoni jeħtieġ li ssegwi dan biex tgħaqqad attivitajiet konkreti ma' l-approċċ adottat. Waqt referenza fl-approċċ parti ta' tema 2 b'mod speċifiku għall-kontribuzzjonijiet ta' riċerka għall-CAP, il-Politika Komuni għas-Saħħa ta' l-Annimali, l-istrateġija ta' l-UE għall-forestrija u s-CFP huwa meħtieġ ukoll li jkunu magħquda attivitajiet konkreti u mhux biss għas-CFP.

Emenda 8

Anness I, Tema 2 Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija, Attivitajiet, Mill-furketta sar-razzett L-ikel, is-saħħa u l-benesseri, paragrafu 2

L-għarfien tal-fatturi fid-dieta u l-użanzi bħala fattur importanti kontrollabbli fl-iżvilupp u t-tnaqqis ta’ l-okkorrenza ta’ mard u diżordnijiet relatati mad-dieta. Dan se jinvolvi l-iżvilupp ta’ l-applikazzjoni tan-nutrigenomics u s-sistemi bijoloġiċi, u l-istudju ta’ l-interazzjonijiet bejn il-funzjonijiet nutrittivi, fiżjoloġiċi u psikoloġiċi. Jista' jwassal għall-formulazzjoni mill-ġdid ta’ l-ikel ipproċessat, u l-iżvilupp ta’ ikel ġdid, ikel tad-dieta u ikel li jingħad li huwa sustanzjuż u tajjeb għas-saħħa. L-investigazzjoni ta’ ikel u dieti tradizzjonali, lokali u staġjonali se tkun ukoll importanti sabiex tenfasizza l-impatt ta’ ċertu ikel u dieti fuq is-saħħa, u għall-iżvilupp ta' gwida integrata dwar l-ikel.

L-għarfien tal-fatturi fid-dieta u l-użanzi bħala fattur importanti kontrollabbli fl-iżvilupp u t-tnaqqis ta’ l-okkorrenza ta’ mard u diżordnijiet relatati mad-dieta. Dan se jinvolvi l-iżvilupp ta’ l-applikazzjoni tan-nutrigenomics u s-sistemi bijoloġiċi; approċċ integrat għandu jiffoka b'mod partikulari fuq l-istudju ta’ l-interazzjonijiet bejn il-funzjonijiet nutrittivi, fiżjoloġiċi u psikoloġiċi. Jista' jwassal għall-formulazzjoni mill-ġdid ta’ l-ikel ipproċessat, u l-iżvilupp ta’ ikel ġdid, ikel tad-dieta u ikel li jingħad li huwa sustanzjuż u tajjeb għas-saħħa. L-investigazzjoni ta’ ikel u dieti tradizzjonali, lokali u staġjonali se tkun ukoll importanti sabiex tenfasizza l-impatt ta’ ċertu ikel u dieti fuq is-saħħa, u għall-iżvilupp ta' gwida integrata dwar l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Dieta tajba għas-saħħa m'għandhiex tiġi meqjusa biss bħala l-ġbir flimkien tan-nutrijenti u tal-vitamini meħtieġa, iżda bħala kwistjoni ta' kultura. Minħabba dan, dieta tajba għas-saħħa ma tistax tinkiseb biss permezz ta' l-ingredjenti iżda hija l-ewwelnett kwistjoni ta' komprensjoni u ta' drawwiet aħjar ta' l-ikel.

Emenda 9

Anness I, Tema, 2. L-Ikel, l-Agrikultura u l-Bijoteknoloġija
Attivitajiet, paragrafu 2, inċiż 4

- Li tkun żgurata s-sikurezza kimika u mikrobijoloġika u li titjjieb il-kwalita fil-provvista Ewoprea ta' l-ikel. Dan se jinkludi l-għarfien ta’ l-irbit bejn l-ekoloġija tal-mikrobi u s-sikurezza fl-ikel; l-iżvilupp ta’ metodi u mudelli li jindirizzaw l-integrità tal-katini tal-provvista ta’ l-ikel; metodi ġodda ta’ skoperta, u teknoloġiji u għodod għall-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-komunikazzjoni tar-riskji u t-titjib ta' l-għarfien dwar il-perċezzjoni tar-riskji.

- Li tkun żgurata u mtejba s-sikurezza u l-kwalita kimika, mikrobijoloġika, sensorjali u alimentari, kif ukoll li titjjieb il-kwalita fil-provvista Ewoprea ta' l-ikel Dan se jinkludi l-għarfien ta’ l-irbit bejn l-ekoloġija tal-mikrobi u s-sikurezza fl-ikel; l-iżvilupp ta’ metodi u mudelli li jindirizzaw l-integrità tal-katini tal-provvista ta’ l-ikel; it-tfassil ta' approċċ armonizzat għall-iskambju ta' dejta dwar l-ikel, l-ittraċċar ta' metodi ġodda ta’ skoperta, u teknoloġiji u għodod għall-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-komunikazzjoni tar-riskji u t-titjib ta' l-għarfien dwar il-perċezzjoni tar-riskji.

Ġustifikazzjoni

'kwalita sensorjali u alimentari' tenfasizza l-impatt pożittiv fuq is-saħħa u l-benessri.

Proċessar ta' dejta, skambju, u traċċar imtejbin iżidu t-trasparenza u l-kompetittivita fis-settur ta' l-ikel.

Emenda 10

Anness I, Tema, 2. L-Ikel, l-Agrikultura u l-Bijoteknoloġija, Attivitajiet, paragrafu 2, inċiż 5

- Il-ħarsien kemm tas-saħħa tal-bniedem u kemm ta’ l-ambjent permezz ta’ għarfien aħjar ta’ l-impatt ambjentali fuq u ta’ l-katini ta’ l-ikel/għalf. Dan se jinvolvi l-istudju tal-kontaminanti ta’ l-ikel u r-riżultati fuq is-saħħa, l-iżvilupp ta’ għodod u metodi aħjar għall-valutazzjoni ta’ l-impatt tal-katini ta’ l-ikel u l-għalf fuq l-ambjent. L-assigurazzjoni tal-kwalità u l-integrità tal-katina ta’ l-ikel titlpb mudelli ġodda għall-analiżi tal-katina tal-prodotti bażiċi u kinċetti dwar l-immaniġġar tal-katina ta’ l-ikel kollha, inklużi l-aspetti relatati mal-konsumatur.

- Il-ħarsien kemm tas-saħħa tal-bniedem u kemm ta’ l-ambjent permezz ta’ għarfien aħjar ta’ l-impatt ambjentali fuq u ta’ l-katini ta’ l-ikel/għalf. Dan se jinvolvi l-istudju tal-kontaminanti ta’ l-ikel u r-riżultati fuq is-saħħa, l-iżvilupp ta’ għodod u metodi aħjar għall-valutazzjoni ta’ l-impatt tal-katini ta’ l-ikel u l-għalf fuq l-ambjent. L-assigurazzjoni tal-kwalità u l-integrità tal-katina ta’ l-ikel titlob mudelli ġodda għall-analiżi tal-katina tal-prodotti bażiċi u kinċetti dwar l-immaniġġar tal-katina ta’ l-ikel kollha, inklużi l-aspetti relatati mal-konsumatur bħalma huwa l-aċċess għal informazzjoni ċara u ta' min joqgħod fuqha..

Emenda 11

Anness I, Tema 2 Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija, Koperazzjoni internazzjonali, paragrafu 2

Barra minn hekk, titwettaq kooperazzjoni multilaterali sabiex tindirizza jew l-isfidi li jitolbu sforzi internazzjonali wesgħin, bħad-dimensjoni u l-kumplessità tas-sistemi bijoloġiċi fil-pjanti u l-mikroorganiżmi, jew sabiex tindirizza l-isfidi globali u l-impenji internazzjonali ta’ l-UE (is-sigurtà u s-sikurezza fl-ikel u l-ilma tax-xorb, il-firxa globali tal-mard ta’ l-annimali, l-użu ekwitabbli tal-bijodiversità, ir-restawr tas-sajd dinji għar-Riżultati Massimi Sostenibbli sa l-2015 u l-effett ta’/fuq il-bidla fil-klima).

Barra minn hekk, titwettaq kooperazzjoni multilaterali sabiex tindirizza l-isfidi li jitolbu sforzi internazzjonali wesgħin, bħad-dimensjoni u l-kumplessità tas-sistemi bijoloġiċi fil-pjanti u l-mikroorganiżmi, jew sabiex tindirizza l-isfidi globali u l-impenji internazzjonali ta’ l-UE (is-sigurtà u s-sikurezza fl-ikel u l-ilma tax-xorb, il-firxa globali tal-mard ta’ l-annimali, l-użu ekwitabbli tal-bijodiversità, ir-restawr, b'koperazzjoni ma' l-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikultura tan-NU) tas-sajd dinji għar-Riżultati Massimi Sostenibbli sa l-2015 u l-effett ta’/fuq il-bidla fil-klima).

Ġustifikazzjoni

L-għan li jkunu resititwiti stokkijiet globali ta' ħut sa l-2015 huwa xieraq iżda ambizzjuż b'mod estrem. Għalhekk il-prijorità għandha tingħata għal koperazzjoni u koordinazzjoni ma' l-entitajiet internazzjonali bħall-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura.


PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku "Koperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni

Referenzi

COM(2005/0040 - C6-0381/2005 - 2005/0185(CNS))

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI
17.11.2005

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

--

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Markus Pieper
23.11.2005

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

--

Eżami fil-kumitat

25.1.2006

21.2.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

21.2.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

-

--

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Joseph Daul, Albert Deß, Michl Ebner, Carmen Fraga Estévez, Duarte Freitas, Jean-Claude Fruteau, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Stéphane Le Foll, Albert Jan Maat, Diamanto Manolakou, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Marc Tarabella, Jeffrey Titford, Kyösti Virrankoski, Andrzej Tomasz Zapałowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bernadette Bourzai, Markus Pieper, Zdzisław Zbigniew Podkański

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

--

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

--

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Novembru 2006Avviż legali