Proċedura : 2005/0035(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0389/2006

Testi mressqa :

A6-0389/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2006 - 6.28
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0596

RAPPORT     *
PDF 291kDOC 295k
10 ta' Novembru 2006
PE 369.901v02-00 A6-0389/2006

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm speċifiku dwar il-“Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità” għall-Perjodu 2007-2013 - Programm Ġenerali dwar “is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet”

(COM(2005)0124 – C6-0242/2005 – 2005/0035(CNS))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Romano Maria La Russa

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS
 PROCEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm speċifiku dwar il-“Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità” għall-Perjodu 2007-2013 - Programm Ġenerali dwar “is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet”

(COM(2005)0124 – C6-0242/2005 – 2005/0035(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0124)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34, paragrafu 2, punt c) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39, paragrafu 1, tat-Trattat KE, skond liema Artikolu huwa ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0242/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0389/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Iqis li l-ammont ta' referenza finanzjarja indikattiv muri fil-proposta leġizlattiva jeħtieġ li jkun kompatibbli mal-limitu tar-rubrika 3 A tal-qafas ġdid finanzjarju plurjennali u jfakkar li l-ammont annwali ma jitkomplix matul il-proċedura baġitarja annwali kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006(2),

3.   Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250, paragrafu 2, tat-Trattat KE;

4.   Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurma lill-Parlament jekk biħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.   Jistieden lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament jekk biħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 1

Għandu jinkiseb l-għan ta’ l-Unjoni li tipprovdi liċ-ċittadini b’livell għoli ta’ sigurtà fi ħdan żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, skond id-dispożizzjoni li hemm fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 2, u fl-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, billi tevita u tiġġieled il-kriminalità, organizzata jew mhux.

 

Għandu jinkiseb l-għan prijoritarju ta’ l-Unjoni li tipprovdi liċ-ċittadini b’livell għoli ta’ sigurtà fi ħdan zona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, skond id-dispożizzjoni li hemm fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 2, u fl-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, billi tevita u tiġġieled il-kriminalità, organizzata jew mhux.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tkun stipulata b'mod ċar il-prijorità li l-UE qed tagħti lill-kwistjoni tas-sigurtà u għalhekk għall-ġlieda kontra l-kriminalità fil-forom kollha tagħha - għall-objettiv tagħha li tiżviluppa spazju verament ħieles, sikur u ġust.

Emenda 2

Premessa 2

Biex tħares il-libertà u s-sigurtà taċ-ċittadini u s-soċjetà tagħna mill-attivitajiet kriminali, l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tevita, tagħraf, tinvestiga u sseħħ prosekuzzjoni tal-forom kollha ta’ kriminalità b’mod effiċjenti u effettiv, b’mod partikolari f’każijiet li għandhom element li jmur lil hinn mill-fruntieri.

Biex tħares il-libertà u s-sigurtà taċ-ċittadini u s-soċjetà tagħna mill-attivitajiet kriminali, l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tevita, tagħraf, tinvestiga u sseħħ prosekuzzjoni tal-forom kollha ta’ kriminalità b’mod effiċjenti u effettiv, b’mod partikolari f’każijiet ta' kriminalità organizzata.

Emenda 3

Premessa 5

(5) Hu meħtieġ u xieraq li jkunu estiżi l-possibbiltajiet għall-finanzjament tal-miżuri li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu l-kriminalità u li jkunu riveduti l-modalitajiet fl-interess ta’ l-effikaċja, l-effiċjenza ta’ l-ispejjeż u t-trasparenza.

(5) Hu meħtieġ u xieraq li jkunu estiżi l-possibbiltajiet għall-finanzjament tal-miżuri li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu l-kriminalità: Se jsiru sforzi biex b'mod partikolari jsir l-aħjar użu possibbli mill-aġenziji rilevanti grazzi għall-approċċ tal-kapaċitajiet ibbażati fuq l-aspetti direttament operazzjonali. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tal-programm preżenti għandhom jippermettu li jkunu riveduti l-modalitajiet fl-interess ta’ l-effikaċja, l-effiċjenza ta’ l-ispejjeż u t-trasparenza.

Ġustifikazzjoni

Il-programm preċedenti AGIS għamel kontribuzzjoni utli sabiex ikun hemm ftehim u koperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet differenti responsabbli mill-ġlieda kontra l-kriminalità; grazzi għal programm preżenti, huwa mixtieq li din il-koperazzjoni tieħu dimensjoni aktar direttament operazzjonali.

Emenda 4

Premessa 9

(9) Peress li l-għanijiet ta’ l-azzjoni li trid tittieħed, partikolarment il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u dik li tmur lil hinn mill-fruntieri, ma jistgħux jinkisbu bis-sħiħ mill-Istati Membri u għaldaqstant, għal raġunijiet ta’ skala u ta’ impatt ta’ l-inizjattiva, jinkisbu aħjar fuq il-livell ta’ l-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat f’Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. B’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(9) Peress li l-għanijiet ta’ l-azzjoni li trid tittieħed, partikolarment il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u dik li tmur lil hinn mill-fruntieri, ma jistgħux jinkisbu bis-sħiħ mill-Istati Membri u għaldaqstant, għal raġunijiet ta’ skala u ta’ impatt ta’ l-inizjattiva, hemm bżonn ta' azzjoni fuq il-livell ta’ l-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat f’Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. B’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Ġustifikazzjoni

Ri-affirmazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Emenda 5

Premessa 11

(11)In-nefqa tal-programm għandha tkun kompatibbli mar-rata massima taħt Titolu 3 tal-perspettiva finanzjarja. Hu meħtieġ li tkun prevista flessibilità fid-definzzjoni tal-programm b’mod li jkunu jistgħu jsiru l-aġġustamenti eventwali fl-azzjonijiet previsti, b’mod li jwieġbu għall-evoluzzjoni tal-bżonnijiet matul il-perjodu 2007-2013. Id-deċiżjoni għandha, għalhekk, tkun limitata għad-definizzjoni ġenerika ta’ l-azzjonijiet previsti u l-arranġamenti amministrattivi u finanzjarji rispettivi.

(11) In-nefqa tal-programm għandha tkun kompatibbli mar-rata massima taħt Titolu 3 tal-prospettiva finanzjarja. Hu meħtieġ li tkun prevista flessibilità fid-definzzjoni tal-programm b’mod li jkunu jistgħu jsiru l-aġġustamenti eventwali fl-azzjonijiet previsti, b’mod li jwieġbu għall-evoluzzjoni tal-bżonnijiet matul il-perjodu 2007-2013.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li hu mixtieq ċertu grad ta' flessibiltà, madanakollu wieħed għandu jevita li jagħti l-impressjoni li d-deċiżjoni hija wisq ġenerali u li għalhekk permezz ta' dan il-programm, huwa possibbli li ssir kwalunkwe attività hi x'inhi.

Emenda 6

Artikolu 3, paragrafu 1 punti (a) u (b)

(a) l-infurzar tal-liġi

(a) il-prevenzjoni tal-kriminalità u kriminoloġija

(b) il-prevenzjoni tal-kriminalità u kriminoloġija

(b) l-infurzar tal-liġi bil-għan li tiġġieled l-attività kriminali u li tipprevjeni lill-kriminali milli jibbenefikaw mill-attivitajiet kriminali tagħhom

Emenda 7

Artikolu 3, subparagrafu 2, punt (a)

(a) li jippromwovi u jiżviluppa l-koordinament, kooperazzjoni u ftehim reċiproku fost l-aġenziji ta’ l-infurzar tal-liġi, awtoritajiet nazzjonali oħra u organi relatati ta’ l-Unjoni;

(a) li jippromwovi u jiżviluppa l-koordinament, koperazzjoni u ftehim reċiproku fost l-aġenziji ta’ l-infurzar tal-liġi, awtoritajiet nazzjonali oħra, l-awtoritajiet lokali u organi kompetenti ta’ l-Unjoni, filwaqt li jipproċedi speċjalment fir-razzjonalizzar ta' l-isforzi tagħhom, fit-tisħiħ ta' l-interoperabbiltà tagħhom filwaqt li jinkoraġġixxi t-tkabbir tan-numru ta' "Joint Investigation Teams" ikkordinati mill-EUROPOL kif ukoll il-miżuri ta' taħriġ u ta' ħolqien ta' kuxjenza fil-ġlieda kontra t-terroriżmu bbażata fuq il-koperazzjoni bejn is- CEPOL u l-EUROPOL;<}0}>

Ġustifikazzjoni

Li wieħed jiffoka fuq l-aspett operazzjonali tal-programm jeħtieġ l-involviment ta' l-awtoritajiet lokali, iż-żieda ta' timijiet ta' investigazzjoni u ta' l-infurzar tal-liġi konġunti u t-twettiq ta' taħriġ speċifiku fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Emenda 8

Artikolu 3, subparagrafu 2, punt (a)

(a) li jippromwovi u jiżviluppa l-koordinament, kooperazzjoni u ftehim reċiproku fost l-aġenziji ta’ l-infurzar tal-liġi, awtoritajiet nazzjonali oħra u organi relatati ta’ l-Unjoni;

(a) li jippromwovi u jiżviluppa l-koordinament, koperazzjoni u ftehim reċiproku fost l-aġenziji ta’ l-infurzar tal-liġi, awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali oħra u organi kompetenti ta’ l-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkunu involuti l-awtoritajiet fil-livelli kollha fl-Istati Membri.

Emenda 9

Artikolu 3, paragrafu 2, punt b)

b) li jħeġġeġ, jippromwovi u jiżviluppa metodi u għodda orizzontali meħtieġa biex il-kriminalità tkun evitata u miġġielda strateġikament, per eżempju bi sħubijiet pubbliċi-privati, l-aqwa prattika fil-prevenzjoni tal-kriminalità, tqabbil ta’ statistika u kriminoloġija applikata;

(b) li jħeġġeġ, jippromwovi u jiżviluppa metodi u għodda trasversali kif ukoll l-istandardizzazzjoni tal-proċeduri meħtieġa biex il-kriminalità tkun evitata u miġġielda strateġikament, per eżempju bi sħubijiet pubbliċi-privati, (b'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet attwali u futuri f'oqsma sensittivi bħaż-żamma u l-ħarsien ta' dejta) l-aqwa prattika fil-prevenzjoni tal-kriminalità, tqabbil ta’ statistika u kriminoloġija applikata speċjalment permezz tal-ħolqien ta' tagħmir awtonomu ta' 'benchmarking' ;

Ġustifikazzjoni

L-istandardizzazzjoni tal-proċeduri u l-ħolqien u l-użu ta' għodda ta' statistika kriminoloġika pertinenti huma żewġ aspetti ewlenin tal-programm attwali. Rigward is-sħubijiet pubbliċi-privati - li huma indispensabbli-dawn għandhom jevitaw kwalunkwe kritika minħabba li jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni attwali f'oqsma sensittivi relatati mal-libertajiet fundamentali u mal-privatezza.

Emenda 10

Artikolu 3, paragrafu 2, punt c)

c) li tkun promossa u żviluppata l-aqwa prattika għall-ħarsien tal-vittmi tal-kriminalità u x-xhieda.

c) li tkun promossa u żviluppata l-aqwa prattika għall-ħarsien tal-vittmi tal-kriminalità u x-xhieda speċjalment bit-twaqqif ta' bażi soda għal fondi ta' kumpens permanenti u addizzjonali għas-sistemi nazzjonali varji, li jipprovdu livell garantit minimu komuni ta' protezzjoni u kumpens.

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri ta' kumpens għal vittmi jew għal familji tagħhom u l-protezzjoni tax-xhieda għandhom ikunu aktar mill-miżuri implimentati bħalissa fl-Istati Membri li jvarjaw ħafna. Fondi bħal dawn se jipprovdi lill-vittmi b'appoġġ akbar filwaqt li fl-istess ħin isaħħaħ l-effettività tal-miżuri tal-pulizija u tal-Qrati billi jnaqqsu l-pressjoni fuq ix-xhieda.

Emenda 11

Artikolu 3, paragrafu 2, punt c a) (ġdid)

 

c a) il-promozzjoni, fi ħdan proġetti adattati, il-kunċett ta' 'l-involviment taċ-ċittadini' u t-trawwim ta' inizjattivi bbażati fuq l-involviment attiv tas-soċjetà ċivili u taċ-ċittadini tagħha 'fit-titjib tas-sigurtà globali.

Ġustifikazzjoni

Il-mobilizzazzjoni tal-pubbliku fil-ġlieda kontra l-kriminalità fil-forom kollha tagħha, u b'mod partikolari kontra t-terroriżmu, għandha tidher fost l-objettivi tal-programm preżenti minħabba li involviment bħal dan - li jifforma parti minn approċċ ta' prevenzjoni għal tul ta' żmien, jikkontribwixxi għal risposta xierqa u bbilanċjata u għandha ssir element essenzjali fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki ta' l-Istati Membri f'dan il-qasam.

Emenda 12

Artikolu 3, paragrafu 3

3. Il-programm ma jittrattax dwar il-kooperazzjoni ġuridika. Madankollu, jista’ jkopri xi azzjonijiet li jkollhom l-għan ta’ kooperazzjoni bejn awtoritajiet ġuridiċi u awtoritajiet responsabbli mill-infurzar tal-liġi.

3. Il-programm ma jittrattax il-koperazzjoni ġuridika. Madankollu, jista’ jkopri xi azzjonijiet li jkollhom l-għan ta’ koperazzjoni bejn awtoritajiet ġuridiċi u awtoritajiet responsabbli mill-infurzar tal-liġi speċjalment permezz tad-dispożizzjoni fil-qafas tal-koperazzjoni bejn il-EUROPOL u l-EUROJUST ta' unità permanenti u ta' emerġenza ta' assistenza politika responsabbli mill-evalwazzjoni, bbażata fuq is-sitwazzjoni li twassal għal riferiment, liema bażi legali tista' tintuża sabiex testendi l-operat tal-pulizija u/jew tas-servizzi tas-sigurtà b'konformità sħiħa mal-liġi.

Ġustifikazzjoni

Ħafna drabi d-dritt tas-segwitu miftiehem ma' l-pulizija u mas-servizzi tas-sigurtà ta' l-Istati Membri jiddgħajjef mill-inċertezzi dwar il-bażi legali li tawtorizza l-kontinwità ta' l-azzjoni tagħhom lil hinn mill-fruntieri : Assistenza bħal din għandha tkabbar il-possibiltajiet ta' azzjoni u tillimita n-numru ta' każijiet annullati a posteriori minħabba difetti fil-proċedura jew minħabba nuqqas ta' bażi legali xierqa.

Emenda 13

Artikolu 6 paragrafu 1

1. L-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni jista’ jieħu l-forom legali segwenti:

 

1. L-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni jista’ jieħu l-forom legali segwenti, skond is-sens ta' l-Artikoli 108 u 88 tar-Regolament finanzjarju.

(a) l-għotjiet

(a) l-għotjiet ,

(b)       il-Kuntratti ta’ akkwisti pubbliċi.

(b)       il-Kuntratti ta’ akkwisti pubbliċi.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat il-fatt li l-appoġġ finanzjarju ta' l-UE huwa suġġett għar-regoli tar-Regolament Finanzjarju 1605/2002/KE. Korrezzjoni ta' żball ta' l-edizzjoni

Emenda 14

Artikolu 6, paragrafu 2 a) (ġdid)

 

2 a. L-aċċess għall-finanzjament hu ffaċilitat bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità riġward dokumenti li jridu jiġu pprovduti u bil-ħolqien ta' bażi ta' dejta għall-preżentazzjoni tat-talbiet.

Ġustifikazzjoni

Il-metodi u l-proċeduri għandhom jiġu simplifikati sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-proċedura ta' l-għażla u biex tiffaċilita l-aċċess għall-programm.

Emenda 15

Artikolu 7, paragrafu 3 a) (ġdid)

 

3 a. Il-Kummissjoni għandha tissimplifika kemm jista' jkun il-proċeduri u tiżgura li s-sejħiet għal proposti inklużi f' dan il-programm ma jkunux ta' piż burokratiku żejjed għall-promoturi tal-proġetti proposti. F'dak il-każ, is-sejħa għall-proposti tkun tista' tiġi organizzata f'żewġ fażijiet, hekk li l-ewwel waħda ma tkunx teħtieġ għajr li tintbagħat l-informazzjoni strettament neċessarja għal evalwazzjoni xierqa tal-proġett.

Ġustifikazzjoni

Il-programm ma għandu jiskoraġġixxi l-ebda inizjattiva minħabba kumplessità u/jew teknikalitajiet amministrattivi; parti mill-qofol tas-suċċess tiegħu hija s-simplifikazzjoni tal-proċeduri.

Emenda 16

Artikolu 7, paragrafu 5, punt (d)

(d) l-impatt ġeografiku ta’ l-attivitajiet imwettqa;

(d) l-impatt ġeografiku u soċjali ta’ l-attivitajiet imwettqa;

Emenda 17

Artikolu 9

1. Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, fi żmien limitat li l-Presidenza tista’ tistipula skond l-urġenza tal-kwistjoni, f’każ ta’ bżonn b’votazzjoni.

Fejn issir riferenza għal dan l-Artikolu l-Artikoli (3) u (7) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

2. L-opinjoni għandha tkun miżmuma fil-minuti; kull Stat Membru jista’ jitlob li l-pożizzjoni tiegħu tkun miżmuma fil-minuti.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar qies possibbli lill-opinjoni mogħtija mill-Kumitat. Hi għandha tinforma lill-Kumitat dwar il-mod ta’ kif l-opinjoni kienet ikkunsidrata.

 

Ġustifikazzjoni

Sabiex l-att leġiżlattiv jiġi ssimplifikat u ċċarat, hemm proposta li ssir riferenza diretta għad-dispożizzjonijiet tal-proċedura konsultattiva tad-deċiżjoni komitoloġika ta' l-1999. Din id-deċiżjoni tal-Kunsill, għalkemm mhijiex waħda ideali, għall-inqas tipprovdi għal ċerta informazzjoni u trasparenza favur il-Parlament Ewropew, filwaqt li l-proċedura proposta mill-Kummissjoni tevita kull informazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Emenda18

Artikolu 14, paragrafu 1 a) (ġdid)

 

1a Il-Kummisjoni għandha tieħu ħsieb li l-attivitajiet pertinenti ta' din id-deċiżjoni isirulhom evalwazzjonjieti qabel, wara u oħra ex post. Hija għandha tiżgura li l-programm ikun aċċessibbli u implimentat b'mod trasparenti.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun żgurat skrutinju demokratiku permezz tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm fi żmien xieraq .

Emenda 19

Artikolu 14, paragrafu 2

2. Il-Kummissjoni għandha toffri evalwazzjoni regolari, indipendenti u esterna tal-programm.

2. Il-Kummissjoni għandha toffri evalwazzjoni regolari, indipendenti u esterna tal-programm. Hija għandha torganizza wkoll skambji ta' opinjonijiet mal-benifiċjarji tal-programm dwar id-disinn, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-programm.

Ġustifikazzjoni

Skambji ta' informazzjoni regolari huma bżonnjużi sabiex jiżguraw li jsir kwalunkwe titjib neċessarju għall-programm, minħabba li jippermettu li l-programm jiġi aġġustat għar-realtajiet li l-benifiċċjarji jaffaċċjaw.

Emenda 20

Artikolu 14, paragrafu 3 parti introduttorja u punt -a) (ġdid)

3. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

3. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat għar-Reġjuni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali:

 

(- a) rapport annwali fil-qosor li jinkludi b'mod partikulari l-informazzjoni meħtieġa biex jitkejjel is-suċċess, minn persperttiva kwantitativà, ta' dan il-programm;

Ġustifikazzjoni

Id-dokumenti ta' segwitu għandhom jingħataw ukoll lill-CoR u l-EESC ; Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew ma jistax jistenna tliet snin u nofs sabiex ikollu idea tar-riżultati ta' dan il-programm. Fuq kollox għandu bżonn indikazzjonijiet sabiex ikun jista' jeżerċita kif jixraq l-irwol tiegħu ta' koleġiżlatur, u biex jinfluwenza jew jirregola l-isforz skond dawn ir-riżultati. Rapport annwali qasir għalhekk għandu jkun rekwiżit.

Emenda 21

Artikolu 14, paragrafu 3

3. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta’ l-implimentazzjoni tal-programm mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010;

3. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a) tliet snin wara l-adozzjoni tal-programm, rapport ta' evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-programme;

Komunikat dwar il-kontinwazzjoni tal-programm mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010;

(b) erba' snin wara l-adozzjoni tal-programm, komunikat dwar il-kontinwazzjoni tal-programm;

rapport ta’ evalwazzjoni ex-post mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015.

(c)rapport ta’ evalwazzjoni ddettaljat ex-post mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm hekk kif jintemm.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun żgurat skrutinju demokratiku permezz tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm f'ħinijiet xierqa.

Emenda 22

Artikolu 14 a) (ġdid)

 

Artikolu 14 a

 

Trattament ugwali

 

L-organi li jibbenefikaw minn sussidju minn dan il-programm għall-funjzonament tagħhom jistgħu jipparteċipaw f'sejħiet għal proposti għal programmi oħrajn mingħajr madankollu ma jibbenefikaw minn trattament speċjali vis à vis organizzazzjoni oħra ffinanzjati minn baġits oħrajn mhux ta' l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Biex tfakkar il-prinċipju tat-trattament ugwali.

Emenda 23

Artikolu 14 b) (ġdid)

 

Artikolu 14 b

 

Rikonoxximent tal-finanzjamenti

 

L-istituzzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet u l-attivitajiet kollha li jirċievu għotja minn dan il-programm, għandhom l-obbligu li jirrikonoxxu l-appoġġ mogħti mill-Unjoni Ewopea; Għal dan l-iskop il-Kummissjoni tistabbilixxi linji gwida dettaljati dwar il-viżibilità.

Ġustifikazzjoni

L-assistenza finanzjarja kollha riċevuta mingħand l-Unjoni ewropea, sa fejn hu possibbli għandha tkun rikonoxxuta. Dan ir-rikonoxximent, li huwa ġġustifikat bis biss mill-prinċipju ta' trasparenza, huwa meħtieġ ukoll sabiex jiżgura li ċ-ċittadini huma konxji mill-isforzi magħmula mill-Unjoni. Il-linji gwida dwar il-viżibbiltà diġà stabbiliti mill-Kummissjoni jistgħu jservu ta' mudell ġenerali.

Emenda 24

Artikolu 14 c) (ġdid)

 

Artikolu 14 c

 

Tixrid tar-riżultati

 

Sabiex jiġi ffaċilitat it-tixrid tar-riżultati, l-għodod iġġenerati mill-proġett iffinanzjati minn dan il-programm u relatati b'mod partikolari ma' l-istatistika u dejta dwar il-kriminalità, għandhom ikunu disponibbli għal pubbliku mingħajr ħlas permezz ta' mezzi elettroniċi.

Ġustifikazzjoni

Disponibbiltà bħal din tkabbar l-ispettru ta' tixrid tar-riżultati tal-programm u tenfasizza l-fatt li dan il-programm hu ta' interess ġenerali.

Emenda 25

Artikolu 14 a) (ġdid)

 

Artikolu 14 a

 

Pubblikazzjoni tal-proġetti

 

Kull sena, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jippubblikaw il-lista tal-proġetti ffinanzjati minn dan il-programm b'deskrizzjoni qasira ta' kull programm.

Ġustifikazzjoni

Importanti għal raġunijiet ta' trasparenza.

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

(2)

ĠU C 139, 14.6.2006, pġ. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

B'reazzjoni għat-tħassib muri b'mod partikolari fis-samits ta' Tampere u ta' l-Aja, il-Kummissjoni inkludiet fost il-prijoritajiet tal-prospettiva finanzjarja 2007-2013 il-kompitu li tikseb livell ta' sigurtà ġenerali għall-Unjoni Ewropea, li minħabba l-livell ta' eċċellenza tiegħu se jkun pilastru ta' sinifikat għoli għall-kunċett taċ-ċittadinanza Ewropea. Dan huwa proġett ambizjuż, minħabba li s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ewropa huwa kkaratterizzat minn żieda fir-riskji u theddidiet li madanakollu ma sarux aktar viżibbli.

Għal kuntrarju, is-sofistikazzjoni tat-teknoloġiji instrumentali fit-tixrid tal-kriminalità f'kull forma tagħha, flimkien ma' fruntieri li ma għadhomx iservu ta' ostakolu għal ħadd ħlief għal pulizija, toħloq il-bżonn li jkun hemm koperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-pulizija u s-servizzi tas-sigurtà sabiex jonqos il-livell ta' vulnerabbiltà ġenerali, irrispettivament minn jekk hix materjali, teknoloġika, ġuridika jew amministrattiva Minn din il-koperazzjoni mill-qrib, wieħed għandu b'mod leġittimu jistenna li jkun hemm razzjonalizzazzjoni ta' l-isforzi sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni u d-dupplikazzjoni għal xejn tagħhom, fl-istandardizzazzjoni tal-proċeduri kollha li jistgħu jiġu standardizzati u fit-titjib fl-interoperabbiltà, li f'ħafna każijiet tibqa' estremament limitata.

Dawn huma l-objettivi ewlenin li jistgħu jiġu assenjati għal Programm "Il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità" li jagħti prijorità lill-ġlieda kontra t-theddida tat-terroriżmu Il-konsegwenzi umani u materjali kkawżati riċentiment mill-attentati terroristiċi fuq miri Ewropej kemm fuq il-kontinent - wieħed hawn jiġuh f'moħħu l-attakki fuq is-sistemi tat-trasport pubbliku f'Madrid u Londra - u kemm esternament (bħal f'Każablanka) probabbli jagħmlu l-ġlieda kontra t-terroriżmu l-ewwel argument favur koperazzjoni aktar mill-qrib għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej.

Fi stadju bikri, l-Unjoni Ewropea ġiet involuta f'din il-kwistjoni - kemm dwar il-koperazzjoni bejn il-pulizija u kemm dwar il-koperazzjoni ġudizjarja f'oqsma kriminali permezz ta'diversi programmi (Grotius Criminal, Oisin, Stop, Falcone and Hippocrates) li, f'Jannar 2003, inġabbru fi gruppi fi ħdan il-Programm Qafas AGIS. Dan il-programm kien suċċess kbir, bl-iffinanzjar disponibblijkopri biss ftit aktar minn terz tal-proġetti sottomessi fl-2004. Huwa were l-utilitàtiegħu u ta kontribut tajjeb sabiex jiżdied il-ftehim mutwali bejn diversi istituzzjonijiet u awtoritajiet nazzjonali. Għalhekk ma hija l-ebda sorpriża li l-Kummissjoni inkludiet il-possibiltajiet kollha li ħarġu mill-AGIS fil-programmi speċifiċi Criminal Justice u fil-programm li qed nitrattaw bħalissa, filwaqt li jiżdiedu xi prijoritajiet addizzjonali bil-għan li jiżguraw l-aħjar użu possibbli ta' l-aġenziji rilevanti grazzi għall-approċċ kapaċitarju (capacity building) ibbażat fuq l-aspetti direttament operazzjonali: it-titjib ta' l-iskambju ta' informazzjoni (bl-għajnuna ta' teknoloġiji ġodda), ir-reġistrazzjoni u l-interoperabilità ta' dejtabejsis, it-teknoloġija u l-metodoloġija tal-komunikazzjonijiet protetti u l-iżvilupp ta' sħubiji pubbliċi/privati, li kollha huma objettivi speċifiċi li għalihom dan ir-rapport hu maħsub li jagħti kontribut.

Filwaqt li japprova l-ħsieb ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni, dan ir-rapport se jfittex li jirranġa xi ftit nuqqasijiet, jiżviluppa sinerġiji relevanti u jistabbilixxi ftit limiti:

Nuqqasijiet:

Il-kunċetti ta' l-"involviment taċ-ċittadin" u d-"dimensjoni umana"jistgħu jkunu affirmati aħjar fil-programm:

· fl-ewwel każ, huwa importanti li jitrawwem, fil-proġetti kollha fejn hu xieraq, l-involviment tal-pubbliku fil-ġlieda kontra l-kriminalità fil-forom kollha tagħha, speċjalment it-terroriżmu; Hemm argumenti tajbin ħafna favur il-promozzjoni ta' inizjattivi bbażati fuq l-involviment attiv tas-soċjetà ċivili u l-parteċipanti ewlenin tagħha fit-titjib tas-sigurtà inġenerali. Involviment bħal dan, li jifforma parti minn approċċ ta' prevenzjoni għal tul ta' żmien, jikkontribwixxi għal ħolqien ta' reazzjoni xierqa u bbilanċjata u għandha tiġi kkunsidrata fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki ta' l-Istati Membri f'din il-kwistjoni. Għalhekk, l-awtoritajiet lokali għandhom ikunu involuti aktar mill-qrib. minħabba li ħafna drabi huma jkunu f'livell li fihjiġu fformulati u ttestjati r-reazzjonijiet lokali għat-theddida tal-kriminalità.

· Fit-tieni każ, għandu jkun iċċarat il-fatt li hemm determinazzjoni sħiħa sabiex jiġu protetti x-xhieda u l-vittmi, speċjalment għal darb'oħra f'każijiet ta' terroriżmu. Minbarra l-assistenza medika, fiżika, psikoloġika u soċjali li naturalment hija provduta lill-vittmi u l-familji tagħhom, għandha tittieħed deċiżjoni dwar it-twaqqif ta' fond permanenti ta' kumpens b'turija konkreta tal-prinċipju ta' solidarjetà li ħafna drabi mhuwiex konkret biżżejjed u li fuq il-bażi tal-prinċipju ta' komplimentarjetà, da il-fond se jkun addizzjonali u se jgħin fit-titjib tan-nuqqasijiet tas-sistemi nazzjonali varji u għalhekk jiżgura livell ta' protezzjoni minimu komuni u kumpens fl-UE.

Barra minn hekk, fid-dawl ta' l-esperjenzi miksuba mill-programm AGIS, għandhom isiru aktar sforzi sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri, sabiex jiġu lliberalizzati l-inizjattivi li sa issa kienu ostakolati minn diffikultajiet formali u/jew amministrattivi.

Sinerġiji għall-iżvilupp:

Xi wħud mill-objettivi inklużi fil-programm jistgħu jinkisbu b'mod aktar faċli jekk titwaqqaf jew tissaħħaħ sinerġija ġenwina max-xogħol jew mal-kapaċitajiet ta' wħud mill-organi tal-Komunità.

· L-objettivi fil-qasam ta' l-istatistika - programm dwar l-istatistika tal-kriminalità u bażi ta' dejta komuni, it-twaqqif ta' għodda tal-"benchmarking" indipendenti għall-aħjar prattika, eċċ - għandhom jintlaħqu b'aktar faċilità permezz tan-netwerk mal-Eurostat u fuq kollox mal-europol, li hija responsabbli mill-abbozz tar-rapport annwali ta' l-OCTA (Organised Crime Threat Asssessment, li l-ewwel pubblikazzjoni tiegħu hija mistennija li tkun fir-Rebbiegħa ta' l-2006 u li għandu jkun ibbażat fuq analiżi ta' statistika nazzjonali relevanti u li tista' titqabbel.

· Il-protokolli ta' l-EUROPOL relatati mal-parteċipazzjoni tagħha fil-Joint Investigation Teams (ĠU C 312 tas-16 ta' Diċembru 2002) u l-irwol tagħha bħala l-punt ċentrali tal-koperazzjoni tal-puliżija Ewropea (il-protokoll Daniż, ĠU C 2 tas-6 ta' Jannar 2004) għandhom iservu ta' punti ta' referenza f'dan il-qasam u bħala ħoloq ma' l-inizjattivi ta' dan il-programm li jixtiequ jagħtu kontribut għat-tisħiħ tal-JITs, anke fl-Istati Membri li għadhom ma rratifikawhomx. Dawn l-inizjattivi jeħtieġu wkoll il-koperazzjoni ta' l-EUROJUST kull fejn huma għandhom dimensjoni ġuridika.

· Meta wieħed jikkunsidra l-aspett prijoritarju tas-suġġett, se tingħata prijorità lill-proposti għal taħriġ speċifiku kontra t-terroriżmu u attivitajiet li jqajjmu kuxjenza dwar din il-kwistjoni : attivitajiet bħal dawn għandhom ikunu bbażati prinċiparjament fuq il-koperazzjoni bejn is-CEPOL u l-EUROPOL, bl-istrateġiji għal azzjoni jkunu bbażati fost l-oħrajn fuq l-OCTA.

· Fl-aħħarnett, sabiex tkun possibbli l-kontinwità ta' l-operazzjonijiet tal-pulizija Ewropea mal-fruntieri rispettivi tagħhom speċjalment fil-qafas tad-dritt tas-segwitu tagħhom, il-EUROJUST u l-EUROPOL għandhom fil-qafas tal-koperazzjoni ta' bejniethom, jagħmlu disponibbli unità ta' assistenza ġuridika permanenti u ta' emerġenza responsabbli mill-evalwazzjoni bbażata fuq is-sitwazzjoni li twassal għal riferiment, liema bażi legali tista' tintuża sabiex testendi l-operat tal-pulizija u/jew tas-servizzi tas-sigurtà b'konformità sħiħa mal-liġi.

Limiti:

Ir-'rapporteur' tagħkom diġà wera ruħu favur il-kunċett tal-"parteċipazzjoni taċ-ċittadini" li hija parti integrali minn reazzjoni globali għal kwistjoni tas-sigurtà Huwa jqis ukoll essenzjali li jiżdiedu s-sħubijiet pubbliċi-privati fl-oqsma fejn il-bżonn ta' l-opinjoni esperta fit-teknoloġija titlob koperazzjoni bejn l-entitajiet li l-objettivi ewlenin tagħhom huma differenti mill-infurzar tal-liġi u l-ġlieda kontra l-kriminalità (faċilitajiet ta' sorveljanza bil-vidjo, monitoraġġ tat-telefonati u l-Internet u l-ġlieda tal-kriminalità fuq l-Internet, eċċ). Madanakollu, l-iskop għal sħubijiet bħal dawn f'dan il-programm għandhom bżonn jiġu definiti b'mod preċiż u bl-ebda mod ma għandhom jiffaċilitaw it-trasferiment tar-responsabbiltà tas-sigurtà mis-settur pubbliku għas-settur privat.

Din ir-rimarka hija konformi mal-pożizzjoni miżmuma b'mod konsistenti minn dan il-kumitat, li jemmen li l-kisba ta' ambjent aktar sikur jista' jintlaħaq biss b'konformità stretta mal-valuri fundamentali ta' l-Unjoni, bħal-libertajiet individwali, rispett għall-privatezza, l-istat tad-dritt u d-demokrazija. Din l-isħubija, fl-iżvilupp mixtieq, għandha għalhekk tosserva b'mod sħiħ il-liġi eżistenti u futura (f'oqsma sensittivi bħal per eżempju iż-żamma u l-protezzjoni informazzjoni personali) u tirrispetta l-qafas legali ġdid tat-tielet pilastru li għandu jiġi adottat fl-2006.

B'din il-perspettiva, ir-'rapporteur' tagħkom iqis li l-kontroll tal-Parlament - b'mod partikolari tal-Parlament Ewropew - mhuwiex viżibbli bizzejjed: ma jistax jiġi implimentat b'mod effettiv ħlief jekk il-programm kollu jkun kopert minn rapport konċiż annwali u jkollu klawżola ta' re-eżaminazzjoni tar-riżultati miksuba marbuta miegħu. Barra minn hekk, it-tixrid tal-proġetti u r-riżultati huwa essenzjali għas-suċċess tal-programm : huwa għandu speċifikament jinkludi lill-Parlamenti nazzjonali, li l-irwol tagħhom huwa li jgħaddi informazzjoni dwar inizjattivi ta' l-UE u li jiżguraw li l-gvernijiet tagħhom qed jikkoperaw b'mod sħiħ f'dan il-qasam.

Fl-aħħarnett, tajjeb li wieħed ifakkar li jekk il-programm "Prevenzjoni u Ġlieda kontra l-Kriminalità" għandu jkompli fejn ħalla l-programm AGIS fit-tisħiħ tal-koordinazzjoni, koperazzjoni u ftehim mutwali bejn l-aġenziji ta' l-UE relevanti kif ukoll fl-evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni u l-impatt tal-miżuri leġiżlattivi u politiċi meħuda fl-livell Ewropew. Huwa għandu jagħti wkoll prijoritajiet ġodda li jevitaw li l-'komunikazzjoni' timmonopolizza kwazi l-baġit kollu disponibbli.: Il-konferenzi, is-seminars, it-taħriġ u l-attivitajiet oħra ta' skambju ma għandhomx jiġu abbandunati, iżda għandhom jimxu id f'id permezz ta' miżuri kumplimentari li għandhom l-għan li jiżviluppaw u jippromwovu metodi u għodod trasversali fil-ġlieda kontra l-kriminalità sabiex imexxu l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri f'fażi aktar operazzjonali għall-aġenziji involuti u jkunu aktar viżibbli għaċ-ċittadini.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (26.4.2006)

f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm speċifiku dwar il-“Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità” għall-Perjodu 2007 : programm Ġenerali dwar "is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet"

(COM(2005)0124 – C6-0242/2005 – 2005/0035(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Yannick Vaugrenard

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

I.Proposta tal-Kummissjoni

Din il-proposta hija waħda miż-żewġ deċiżjonijiet li jiffurmaw parti mill-programm qafas dwar "is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet" imressqa mill-Kummissjoni f'April 2005 għal perjodu minn Jannar 2007 sa Diċembru 2013, b'EUR 745 miljun f'approprjazzjonijiet imwegħda; il-programm qafas propost jimplimenta żewġ programmi li kull wieħed minnhom għandu bażi ġuridika differenti: il-programm speċifiku dwar "il-Prevenzjoni, il-Preparazzjoni u l-Amministrazzjoni tal-konsegwenzi fil-qasam tat-terroriżmu" u l-programm speċifiku dwar il-"Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità".

Minbarra dan il-programm previst għal-perjodu 2007-2013, l-azzjoni Komunitarja fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata attwalment tikkonsisti f'żewġ proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji(1)2:

1. Vittmi ta' atti terroristiċi (azzjoni preparatorja)

Minħabba li bħalissa ma teżisti l-ebda bażi ġuridika li tippermetti l-iffinanzjar fl-2006, l-attività qed titkompla bħala azzjoni preparatorja. Mill-2007 'l quddiem, dawn l-attivitajiet se jkunu koperti mill-programm preżenti "is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet" - il-"Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità". L-objettiv ta' l-azzjoni preparatorja huwa li jikkontribwixxi għal finanzjament ta' proġetti maħsuba sabiex jgħinu lill-vittmi ta' atti terroristiċi u jew lill-membri tal-familji tagħhom sabiex jegħlbu l-konsegwenzi tas-sitwazzjoni li esperjenzaw; u li jikkontribwixxu għal finanzjament ta' proġetti maħsuba sabiex jimmobilizzaw lill-pubbliku Ewropew kontra t-theddida tat-terroriżmu. L-allokazzjoni tal-baġit ta' l-2004 intużat kollħa. Il-Baġit 2005: alloka EUR 1 950 000.

Punt Baġitarju

Sena ta' implimentazzjoni

Titolu ta' l-azzjoni preparatorja

Il-Baġit 2004:

Il-Baġit 2005:

Il-Baġit 2006:

2004

2005

PP2006

Ammonti ta' impenn

Ammonti ta' Ħlas

Ammonti ta' impenn

Ammonti ta' Ħlas

Ammonti ta' impenn

Ammonti ta' Ħlas

18 05 04

PP1

PP2

AP1

Vittmi ta' atti terroristiċi

1,00

1,00

2,00

1,00

2,00

1,20

2. Il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu (proġett pilota)

L-objettiv tal-proġett pilota huwa li jħaffef l-attivitajiet maħsuba sabiex itejbu s-sigurtà taċ-cittadini ta' l-Unjoni Ewropea u jikkopera fil-ġlieda kontra t-terroriżmu billi jgħaqqad l-attivitajiet tal-komunità. Wara sejħa għal proposti fl-2004, kważi 100% ta' l-approprjazzjonijiet kienu utilizzati fl-2005.

PUNT Baġitarju

Sena ta' implimentazzjoni

Titolu tal-Proġett Pilota

Il-Baġit 2005:

 

Il-Baġit 2006:

2005

2006

 

Ammonti ta' impenn

Ammonti ta' Ħlas

Ammonti ta' impenn

Ammonti ta' Ħlas

18 05 06

PP1

PP2

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu

7,00

4,00

9,00

7,00

Għalhekk, mill-2007, jiżdiedu EUR 745 miljun mal-programm qafas preżenti.

Dan il-programm speċifiku għal "prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità", jieħu post il-programm qafas attwali dwar il-koperazzjoni ġuridika u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali (AGIS) u huwa maħsub biex jipprovdi livell għoli ta' sigurtà pubblika permezz tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, speċjalment it-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, il-kriminalità, it-traffikar tad-droga, it-traffikar ta' l-armi, il-korruzzjoni u l-frodi.

Il-Programm għandu tliet temi:

· l-infurzar tal-liġi

· il-prevenzjoni tal-kriminalità u kriminoloġija

· il-protezzjoni tax-xhieda u l-vittmi.

Sabiex jintlaħqu dawn it-tliet objettivi, il-programm għandu l-għan li jipprovdi fondi għal proġetti ta' koordinazzjoni, koperazzjoni u ftehim mutwali fi ħdan l-Unjoni Ewropea, għal metodi u għodod trasversali għal bini ta' strateġiji għal prevenzjoni u għal ġlieda kontra l-kriminalità, u għall-aħjar prattiki għal protezzjoni tal-vittmi u x-xhieda tal-kriminalità. Għal dan il-għan, il-programm se jappoġġja proġetti Ewropej, transnazzjonali u nazzjonali.

Il-Kummissjoni tipproponi t-tisħiħ ta' din l-azzjoni b'pakkett finanzjarju globali ta' EUR 597,6 miljun imqassma kif ġej:

 

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014...

TOTAL

Nefqa għall-operat

 

Ammonti ta' Impenn

 

Ammonti ta' Ħlas

44,6

50,9

71,8

85,6

108

117,2

119,5

 

597,6

22,3

43,92

60,09

74,52

94,04

108,12

116,51

78,1

597,6

Ir-rapport finanzjarju tal-proposta tal-Kummissjoni juri nefqa amministrattiva totali ta' EUR 10 m mingħajr ma' jispeċifika l-ammont għal kull programm speċifiku.

II        KUMMENTI

Minbarra l-miżuri innovattivi mressqa mill-Kummissjoni, ir-'rapporteur' tagħkom għamel il-proposti li ġejjin:

1.   Għandu jkun enfasizzat il-fatt li l-ammont indikat fir-rendikont finanzjarju għandu jkun purament indikattiv sakemm tintlaħaq ftehima dwar il-prospettiva finanzjarja. Qed jiġu proposti żewġ emendi għall-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva f'dan ir-rigward.

2.   L-appoġġ finanzjarju kollu tal-Kummissjoni lill-benefiċjarji għandu jkun konformi mar-regoli tar-Regolament Finanzjarju, speċjalment rigward għotjiet u kuntratti ta' akkwisti pubbliċi F'dan ir-rigward, qed tiġi proposta emenda għal Artikolu 6.

3.    Sabiex l-att leġiżlattiv jiġi ssimplifikat u ċċarat, hemm proposta li ssir riferenza diretta għad-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura konsultattiva tad-deċiżjoni komitoloġika(2)1, f'dan ir-rigward, qed tiġi proposta emenda għal Artikolu 10.

4.    Sabiex tkun żgurata l-koerenza u l-effettività baġitarja ta' l-azzjoni ta' l-UE fl-implimentazzjoni tal-programmi ġodda għal żvilupp ta' żona ta' sigurtà, libertà u ġustizzja, dan l-istrument għandu jikkumplimenta programmi oħra tal-Komunità, b'mod partikolari:

· il-programmi ta' prevenzjoni, preparazzjoni u amministrazzjoni tal-konsegwenzi tat-terroriżmu(3)2,

· il-programmi qafas ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku(4)3,

· il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji diġà eżistenti imsemmija hawn fuq(5)4

· il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni ewropea u l-mekkaniżmu ta' preparazzjoni u reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza.(6)

Għalhekk, qed tiġi proposta emenda għal Artikolu 14 sabiex ikun żgurat li l-Fondi Ewropej amministrati minn diversi Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni ma jinħlewx.

5.    Fl-aħħarnett huwa importanti li jkun żgurat kontroll demokratiku permezz ta' monitoraġġ u evalwazzjoni xierqa tal-programm. F'dan ir-rigward, qed jiġu proposti tliet emendi għal Artikolu 14.

EMENDI

Il-Kumitat għal Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern responsabbli mill-fond, sabiex jinkludi l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda 1

Paragrafu 1 a) (ġdid)

1 a Iqis li l-ammont ta' referenza finanzjarja indikattiv muri fil-proposta leġizlattiva jeħtieġ li jkun kompatibbli mal-limitu tar-rubrika 3 A tal-qafas ġdid finanzjarju pluriennal) u jfakkar li l-ammont annwali jiġi adottat matul il-proċedura baġitarja annwali kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali ta'...

Proposta għal deċiżjoni

Test propost mill-Kummissjoni(7)  Emendi tal-Parlament

Emenda 2

Artikolu 6 paragrafu 1

1. L-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni jista’ jieħu l-forom legali segwenti:

 

1. L-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni jista’ jieħu l-forom legali segwenti, skond is-sens ta' l-artikoli 108 u 88 tar-Regolament finanzjarju.

(a) l-għotjiet

(a) is-sussidji,

(b) il-Kuntratti ta’ akkwisti pubbliċi.

(b) il-Kuntratti ta’ akkwisti pubbliċi.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat il-fatt li l-appoġġ finanzjarju ta' l-UE huwa sottomess għar-regoli tar-Regolament Finanzjarju 1605/2002/KE. Korrezzjoni ta' żball ta' l-edizzjoni evidenti.

Emenda 3

Artikolu 6, paragrafu 2

2. L-għotjiet ta’ l-Unjoni normalment għandhom jingħataw wara sejħiet għall-proposti, minbarra f'każijiet eċċezzjonali li jridu jkunu ġustifikati jew fejn il-karatteristiċi tal-benefiċjarju iħallu ftit jew xejn għażla,u għandhom ikunu pprovduti permezz ta’ għotjiet operazzjonali u għotjiet għall-azzjonijiet. Ir-rata massima tal-kofinanzjament se tkun speċifikata fil-programmi tax-xogħol annwali.

2. L-għotjiet ta’ l-Unjoni normalment għandhom jingħataw wara sejħiet għall-proposti, u għandhom ikunu pprovduti permezz ta’ għotjiet operazzjonali u għotjiet għall-azzjonijiet. Ir-rata massima tal-kofinanzjament se tkun speċifikata fil-programmi tax-xogħol annwali.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat il-fatt li l-appoġġ finanzjarju ta' l-UE huwa sottomess għar-regoli tar-Regolament Finanzjarju 1605/2002/KE.

Emenda 4

Artikolu 6, paragrafu 2 a) (ġdid)

2 a. L-aċċess għall-finanzjament ikun iffaċilitat mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità riġward dokumenti li jridu jiġu pprovduti u mill-ħolqien ta' bażi ta' dejta għall-preżentazzjoni tat-talbiet.

Ġustifikazzjoni

Il-metodi u l-proċeduri għandhom jiġu simplifikati sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-proċedura ta' l-għażla u biex tiffaċilita l-aċċess għall-programm.

Emenda 5

Artikolu 9

1. Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, fi żmien limitat li l-Presidenza tista’ tistipula skond l-urġenza tal-kwistjoni, f’każ ta’ bżonn b’votazzjoni.

2. L-opinjoni għandha tkun miżmuma fil-minuti; kull Stat Membru jista’ jitlob li l-pożizzjoni tiegħu tkun miżmuma fil-minuti.

3. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar qies possibbli lill-opinjoni mogħtija mill-Kumitat. Hi għandha tinforma lill-Kumitat dwar il-mod ta’ kif l-opinjoni kienet ikkunsidrata.

Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli (3) u (7) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Ġustifikazzjoni

Sabiex l-att leġiżlattiv jiġi ssimplifikat u ċċarat, hemm proposta li ssir riferenza diretta għad-dispożizzjonijiet tal-proċedura konsultattiva tad-deċiżjoni komitoloġika ta' l-1999. Din id-deċiżjoni tal-Kunsill, għalkemm mhijiex waħda ideali, għall-inqas tipprovdi għal grad ta' informazzjoni u trasparenza favur il-Parlament Ewropew, filwaqt li l-proċedura proposta mill-Kummissjoni tevita kull informazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Emenda 6

Artikolu 14, paragrafu 1 a) (ġdid)

 

1a Il-Kummisjoni għandha tieħu ħsieb li l-attivitajiet pertinenti ta' din id-deċiżjoni isirulhom evalwazzjonjieti qabel, wara u oħra ex post. Hija għandha tiżgura li l-programm hu aċċessibbli u implimentat b'mod trasparenti.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun żgurat skrutinju demokratiku permezz tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm f'ħinijiet xierqa.

Emenda 7

Artikolu 14, paragrafu 3

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta’ l-implimentazzjoni tal-programm mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010;

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a) tliet snin wara l-adozzjoni tal-programm, rapport ta' evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-programme;

Komunikat dwar il-kontinwazzjoni tal-programm mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010;

(b) erba' snin wara l-adozzjoni tal-programm, komunikat dwar il-kontinwazzjoni tal-programm;

rapport ta’ evalwazzjoni ex-post mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015.

(c)rapport ta’ evalwazzjoni ddettaljat ex-post mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm hekk kif jintemm.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun żgurat skrutinju demokratiku permezz tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm f'ħinijiet xierqa.

PROCEDURA

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm speċifiku dwar il-“Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità” għall-Perjodu 2007 : programm Ġenerali dwar "is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet"

Referenzi

COM(2005)0124– C6-0242/2005 – 2005/0035(CNS)

Kumitat responsabbli

LIBE

Rapporteur għal opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
9.6.2005

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

0.0.0000

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Yannick Vaugrenard
6.9.2005

Rapporteur għal opinjoni mibdul:

 

Eżami fil-kumitat

6.3.2006

3.4.2006

18.4.2006

25.4.2006

 

Data ta' l-adozzjoni

25.4.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Richard James Ashworth, Simon Busuttil, Paulo Casaca, Gérard Deprez, Bárbara Dührkop Dührkop, James Elles, Markus Ferber, Salvador Garriga Polledo, Neena Gill, Dariusz Maciej Grabowski, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Catherine Guy-Quint, Jutta D. Haug, Ville Itälä, Sergej Kozlík, Wiesław Stefan Kuc, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Mario Mauro, Gérard Onesta, Wojciech Roszkowski, Antonis Samaras, Esko Seppänen, Nina Škottová, László Surján, Yannick Vaugrenard, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Peter Šťastný

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

(1)

2 Artikolu 49 tar-Regolament finanzjarju jistipula li, filwaqt li l-iskemi pilota (PS) maħsuba sabiex jittestjaw il-fattibbiltà ta' azzjoni u l-utilità tagħha, l-azzjonijiet preparatorji (AP) għandhom ikunu mfassla sabiex jippreparaw proposti bil-ħsieb li jiġu adottati azzjonijiet Komunitarji futuri"

(2)

1 KE/1999/468, ĠU.L 184 tas-17/07/1999, p. 23-26.

(3)

2 2005/0034(CNS), COM(2005)0124.

(4)

3 punt baġitarju 02.04.02. b'allokazzjoni ta' EUR 15 m f'ammonti imwegħda u EUR 19 m fi ħlasijiet.

(5)

4 punti baġitarji 18 05 04 u 18 05 06.

(6)

COM(2005)0123.

(7)

ĠU C 00 12.12.2005, p.00.


PROCEDURA

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm speċifiku dwar il-“Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità” għall-Perjodu 2007-2013 - Programm Ġenerali dwar “is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet”

Referenzi

COM(2005)0124 - C6-0242/2005 - 2005/0035(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

25.7.2005

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE
6.9.2005

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
6.9.2005

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Koperazzjoni iktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Romano Maria La Russa
14.9.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

 

Bażi legali kkontestata
  Data ta' l-opinjoni tal-JURI

 

 

 

Dotazzjoni finanzjarja emendata
  Data ta' l-opinjoni tal-BUDG

 

 

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew -data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni mill-PE - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Eżami fil-kumitat

4.10.2005

1.12.2005

22.2.2006

6.3.2006

3.4.2006

 

18.4.2006

1.6.2006

6.11.2006

 

 

Data ta' l-adozzjoni

6.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mihael Brejc, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Patrick Gaubert, Adeline Hazan, Lívia Járóka, Barbara Kudrycka, Romano Maria La Russa, Henrik Lax, Hartmut Nassauer, Martine Roure, Ioannis Varvitsiotis, Stefano Zappalà

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria da Assunção Esteves, Jeanine Hennis-Plasschaert, Sophia in 't Veld, Kyriacos Triantaphyllides, Rainer Wieland

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Salvatore Tatarella

Data tat-tressiq 

10.11.2006

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Diċembru 2006Avviż legali