RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju

23.11.2006 - (COM(2006)0273 – C6‑0199/2006 – 2006/0098(CNS)) - *

Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Ilda Figueiredo

Proċedura : 2006/0098(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0409/2006
Testi mressqa :
A6-0409/2006
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju

(COM(2006)0273 – C6‑0199/2006 – 2006/0098(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0273)[1]

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0199/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6‑0409/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  jistieden lill-Kunsill sabiex jinforma lill-Parlament jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  jitlob li tinfetaħ il-proċedura ta' konsultazzjoni stipulata fid-dikjarazzjoni komuni ta' l-4 ta' Marzu 1975, jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jimmodifika l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 8 a (ġdida)

(8a) Hemm nuqqas ta' għarfien dwar ir-riżultati ta' programmi immirati biex jeqirdu, jissorveljaw u jiġġieldu kontra ċertu mard ta' l-annimali f'diversi Stati Membri.

Emenda 2

PREMESSA 8 b (ġdida)

(8b) Jeżistu differenzi fl-attitudni u fl-imġiba rigward l-istess mard bejn l-Istati Membri differenti, anke jekk dawn huma ġirien, u dan il-fatt jista' jaffettwa l-effikaċja tal-miżuri adottati.

Emenda 3

Premessa 8 c (ġdida)

(8c) Hemm bżonn li tingħata importanza partikulari lis-sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jeżiġu li jiġu mmobilizzati b'mod immedjat u mhux programmabbli riżorsi finanzjarji importanti ħafna.

Emenda 4

ARTIKOLU 1, PUNT 2         
Artikolu 16, punt aa) (ġdid) (deċiżjoni 90/424/KEE)

aa) l-appoġġ għal miżuri immirati biex jixxerdu l-prattiki tajbin u għal inċentivi għall-preżentazzjoni ta' programmi komuni għal żewġ jew bosta Stati Membri u reġjuni ta' mal-fruntieri, dejjem jekk dan huwa essenzjali għall-prevenzjoni, il-qerda, is-sorveljanza u l-ġlieda kontra mard ta' l-annimali li jittieħed, inkluża ż-żoonożi;

Emenda 5

ARTIKOLU 1, PUNT 4

Artikolu 24, paragrafu 1, subparagrafu 2 (deċiżjoni 90/424/KEE)

Il-lista fl-Anness tista’ tiġi emendata skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 41, b’mod partikolari fir-rigward tal-mard emerġenti ta’ l-annimali li huwa kawża ta’ riskju għas-saħħa ta’ l-annimali u, indirettament, għas-saħħa pubblika.

Il-lista fl-Anness ma tistax tiġi attwalizzata ħlief skond opinjoni speċifika tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F'każ eċċezzjonali, il-lista tista’ tiġi emendata skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 41, jekk il-każ għandu x'jaqsma ma' mard emerġenti ta’ l-annimali li huwa kawża ta’ riskju għas-saħħa ta’ l-annimali u, indirettament, għas-saħħa pubblika.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni li jitħassar il-mard minn fuq il-lista għandha tibqa' fil-kompetenza tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew.

Emenda 6

ARTIKOLU 1, PUNT 4

Artikolu 24, paragrafu 1, subparagrafu 2 a (ġdid) (deċiżjoni 90/424/KEE)

 

Madankollu, l-Istati Membri għandhom il-possibiltà li jippreżentaw, b'referenza għas-sitwazzjoni partikulari tagħhom, programmi nazzjonali li jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-qerda, is-sorveljanza u l-ġlieda kontra l-mard ta' l-annimali li jittieħed, inkluża ż-żoonoż.

Emenda 7

ARTIKOLU 1, PUNT 4

Artikolu 24, paragrafu 2, subparagrafu 1 (deċiżjoni 90/424/KEE)

Kull sena, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu, l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni il-programmi annwali jew multiannwali li jibdew fis-sena ta’ wara li għalihom jixtiequ jibbenefikaw minn kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.

Kull sena, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April, l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni l-programmi annwali jew multiannwali li jibdew fis-sena ta’ wara li għalihom jixtiequ jibbenefikaw minn kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.

Emenda 8

ARTIKOLU 1, PUNT 4

Artikolu 24, paragrafu 2, subparagrafu 2 (deċiżjoni 90/424/KEE)

Il-programmi li jitressqu wara il-31 ta’ Marzu mhux ser ikunu eliġibbli għall-finanzjament fis-sena ta’ wara.

Il-programmi li jitressqu wara t-30 ta’ April mhux ser ikunu eliġibbli għall-finanzjament fis-sena ta’ wara.

Ġustifikazzjoni

.

L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibiltà li jħejju u li jippreżentaw programmi nazzjonali b'referenza għall-ħtiġijiet tagħhom, li fihom iridu, madankollu, jispeċifikaw direttament li se jkunu kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea.

Emenda 9

ARTIKOLU 1, PUNT 5

Artikolu 26, subparagrafu 1 a (ġdid) (deċiżjoni 90/424/KEE)

Is-sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jeżiġu li jiġu mmobilitzzati approprjazzjonijiet importanti b'mod immedjat u mhux programmabbli huma dejjem aċċettati u mhumiex suġġetti għall-iskadenzi stipulati f'din id-deċiżjoni.

Emenda 10

ARTIKOLU 1, PUNT 7 a (ġdid)

Artikolu 43 a (deċiżjoni 90/424/KEE)

7a) L-Artikolu 43a jiġi sostitwit permezz tat-test li ġej:

"Artikolu 43 a

Il-Kummissjoni tippreżenta rapport kull erba' snin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsil, dwar is-sitwazzjoni veterinarja u dwar l-aspett ta' l-effikaċità ta' l-infiq fl-applikazzjoni tal-programmi fid-diversi Stati Membri, li jkun jinkludi b'mod partikulari d-dettalji tal-kriterji adottati."

Emenda 11

ARTIKOLU 2

Id-Deċiżjoni tal-Kunsilll 90/638/KEE hija rrevokata mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni li tistipola l-kriterji li jissemmew fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 24(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u r-regoli dettaljati li jissemmew fl-Artikolu 24(10) ta’ dik id-Deċiżjoni.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsilll 90/638/KEE hija rrevokata mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni li tistipola l-kriterji li jissemmew fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 24(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u r-regoli dettaljati li jissemmew fl-Artikolu 24(10) ta’ dik id-Deċiżjoni, bla preġudizzju għaż-żamma tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 41 tad-deċiżjoni 90/424/KEE u ta' l-opinjoni tal-Parlament , f'każ li l-kriterji li huma fis-seħħ bħalissa jiġu emendati.

Emenda 12

ANNESS, INĊIŻI 20A SA 20H (ġodda)

 

- Lewkożi ta' l-ifrat

- Il-marda ta' Newcastle

- Il-marda ta' Aujeszky

- Bruċellosi tal-ħnieżer

- BHV1

- Maedi/visna

- Paratuberkulożi

- Mycoplasma gallisepticum

  • [1]  ĠU C.../ Għadha mhux ippublikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

I.         Proposta tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni tiddikjara b'mod espliċitu li l-intenzjoni tagħha f'din il-proposta m'hijiex li twettaq kwalunkwe bidla fil-politika dwar 'il-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali u ż-żoonożi' imma sempliċement biex taġġorna uħud mill-istrumenti li jakkumpanjaw il-politika tal-Komunità dwar is-saħħa ta' l-annimali. Sadanittant il-Kummissjoni ħabbret li dalwaqt se tippreżenta rapport sħiħ dwar il-politika għas-saħħa ta' l-annimali sabiex wara tkun tista' ssir evalwazzjoni ġenerali bil-possibiltà ta' perspettiva għal bidliet aktar estensivi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Għal issa, minħabba d-dħul fis-seħħ tal-qafas finanzjarju ġdid, il-Kummissjoni qed tenfasizza l-bżonn għal ċerti bidliet immedjati għal aspetti speċifiċi sabiex jitjiebu l-proċeduri.

Hija tenfasizza tliet emendi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE:

–         tibdil tal-proċeduri għall-iffinanzjar Komunitarju tal-programmi nazzjonali għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali fir-rigward ta' ċerta nefqa fil-kamp veterinarju;

–         l-introduzzjoni tal-possibiltà għall-Komunità biex tapprova u tiffinanzja programmi plurijennali għall-qerda, is-sorveljanza u l-ġlieda kontra l-mard ta’ l-annimali u ż-żoonożi, b'emenda proposta għall-Artikolu 24;

–         l-aġġornament tal-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri finanzjarji eżistenti li huma mmirati lejn it-tisħiħ tal-politika ta’ l-informazzjoni dwar saħħet l-annimali u s-sikurezza ta’ prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali, kif ukoll l-użu tas-sistemi kompjuterizzati veterinarji integrati TRACES (sistema għas-sorveljanza tat-trasport ta’ l-annimali ħajjin u ta' l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea), peremzz ta' emenda għall-Artikolu 37a biex iqis l-aġġustament tekniku tas-sistema ANIMO u l-integrazzjoni tagħha fis-sistema l-ġdida, u permezz ta' emenda għall-Artikolu 16 biex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika ta’ informazzjoni.

Madankollu għandu jiġi nnutat li saru emendi wkoll għall-anness għad-Deċiżjoni dwar mard kontaġjuż ta' l-annimali, li fihom il-lista ta’ 23 marda endemika ta’ l-annimali u 8 żoonożi jew mardiet epiżootiċi li għalihom jista’ jingħata l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità, titnaqqas għal 20.

Sabiex tiġi simplifikata l-leġiżlazzjoni fis-seħħ, il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll ir-revoka tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/638/KEE li tistipula l-kriterji Komunitarji għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard ta’ l-annimali, filwaqt li jinbidlu dawk il-kriterji bi kriterji tekniċi ġodda stipulati fl-annessi għad-deċiżjoni li bħalissa qed tiġi riveduta, li sussegwentament il-Kummissjoni bi ħsiebha tibdel fi kriterji u ħtiġijiet ta' standards għall-kontenut ta' programmi permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni, li wara tkun tista' tiġi emendata kif jidhrilha xieraq il-Kummissjoni u mingħajr l-involviment tal-Parlament.

II - L-evalwazzjoni u l-emendi tar-rapporteur

Hemm xi aspetti pożittivi għal din il-proposta tal-Kummissjoni, b'mod partikulari fir-rigward tal-possibiltà li jiġu approvati programmi plurjennali, anke jekk dan l-iżvilupp huwa inevitabbli minħabba d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tad-29 ta' April 2004 (Artikolu 41), liema limitu ta’ żmien għall-implimentazzjoni f'dan il-kuntest se tkun is-sena 2008. Għalhekk jista' jidher probabbli li l-proposta għal emenda preżenti se tkun fis-seħħ għal sena biss. Għalhekk hemm xi dubji dwar l-aħjar mod ta' kif wieħed jipproċedi: billi tiġi emendata d-Deċiżjoni 90/424/KEE jew bil-preparazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 882/2004, li tidher kumplessa ħafna?

L-espansjoni ta' l-eleġibiltà ta' l-infiq fil-qasam ta' sistemi ta' informazzjoni (kompjuterizzati) hija essenzjalment miżura raġonevoli. Il-monitoraġġ tat-trasport ta' l-annimali ħajjin (kummerċ intra-Komunitarju) huwa għodda ewlenija fil-prevenzjoni tad-dħul ta' mard kontaġjuż ġdid f'territorju partikulari. Bażi ta' dejta Ewropea installata fuq server li jkollu biżżejjed kapaċità sabiex ikun jista' jintuża mill-operaturi Ewropej kollha f'daqqa (is-sistema TRACES) tkun riżors utli ħafna għall-kontroll tat-tixrid tal-mard. Skond l-esperti, is-sistema TRACES preżenti għandha ħafna limitazzjonijiet tekniċi: taħdem bil-mod; m'għandhiex moduli statistiċi; m'għandha l-ebda sistema ta' filtraġġ awtomatiku għall-prevenzjoni ta' trasport ta' annimali bejn zoni suġġetti għal restrizzjonijiet sanitarji u zoni eżentati mir-restrizzjonijiet.

Din hija problema li qed tagħfas u jidher ċar li hemm nuqqasijiet. Għalhekk huwa urġenti li jinstab sors ta' finanzjar li jippermetti l-iżvilupp xieraq tas-sistema TRACES. Madankollu, dan is-sors ta' finanzjament jista' jinstab f'kuntest separat minn din id-deċiżjoni.

Barra minn hekk, l-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni sabiex jinkludi 'is- sikurezza ta’ l-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali' u 'politika ta' informazzjoni fil-qasam tal-ħarsien ta' l-annimali' fil-kuntest ta' tfassil ta' deċiżjoni li temenda deċiżjoni (preċedenti) oħra li kienet tikkonċerna biss l-appoġġ għan-nefqa tal-ġlieda kontra mard kontaġjuż ta' l-annimali twassal għal trasformazzjoni sħiħa ta' l-ispirtu tad-deċiżjoni oriġinali (90/424/KEE).

Fil-fatt, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 90/424/KEE kien relatat esklużżivament ma' l-appoġġ finanzjarju mogħti lil pajjiżi affetwati minn mard kontaġjuż b'riperkussjonijiet serji fuq il-produzzjoni ta' l-annimali. F'kuntest ta' trażizzjoni, ma jidhirx ġustifikat li jiġi alterat l-ispirtu oriġinali tal-leġiżlazzjoni. Ir-regoli ġodda dwar nefqa eleġibbli jibdlu l-leġiżlazzjoni diġà kumplessa fi proċess burokratiku saħansitra aktar diffiċli.

Il-kwistjoni ta' 'benesseri ta' l-annimali' u 'sikurezza ta' l-ikel' huma fil-fatt importanti, iżda mhux fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-mard kontaġjuż ta' l-annimali. Hemm xi mard kontaġjuż ta' l-annimali li huwa trażmess permezz ta' l-ikel (il-Bruċellożi, it-Tuberkulożi, is-Salmonellożi u l-Escherichia coli), iżda l-ispirtu ta' l-iffinanzjar ta' miżuri kontra l-mard ta' l-annimali kien fuq kollox biex jgħin jimminimizza l-ħsara li jġarrbu l-bdiewa meta l-annimali tagħhom jinqerdu minħabba li jkunu qed ibatu minn marda li tista' tinfirex faċilment. Huwa ċar li, indirettament, dan jipprovdi garanziji fir-rigward tas-sikurezza ta' l-ikel, iżda bħala intenzjoni sekondarja biss. Barra minn hekk, hemm programmi speċifiċi għall-appoġġ ta' miżuri għall-ħarsien ta' l-annimali u miżuri biex jippromwovu s-saħħa u sikurezza fl-ikel.

Għalhekk, għajnuna kumpensatorja marbuta ma' 'benesseri ta' l-annimali' u 'sikurezza ta' l-ikel' għandha titneħħa minn din il-proposta li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE. Ma hemm l-ebda definizzjoni tal-kriterji skond liema l-lista ta' mard eleġibbli li tinsab fl-anness tista' tiġi alterata, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-applikazzjoni tal-kunċett ta' 'mard emerġenti ta' l-annimali'. Jekk, pereżempju, ikun hemm dikjarazzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fi Stat Membru, din se titqies bħala marda emerġenti jew le? Tista' titqies bħala marda emerġenti minħabba li preżentament il-marda ma teżistix fl-UE, iżda din kienet faqqgħet fl-Istati Membri kollha f'dawn l-aħħar mitt sena. Din il-marda serja ħafna m'hijiex imsemmija fl-anness.

Ma hemm l-ebda definizzjoni tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu milħuqa mill-mard jew mill-pajjiżi sabiex ikunu jistgħu jiġu ppreżentati pjanijiet plurijennali jew annwali. F'liema ċirkustanzi għandhom jiġu ppreżentati dawn il-programmi ?

Għandha tingħata attenzjoni partikulari għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza, li jeħtieġu l-ħruġ f'daqqa u mhux imbassar ta' riżorsi finanzjarji kbar ħafna. Eżempju wieħed huwa l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit fis-sena 2000. Għal mard bħal dan, aktar ma jiġu imposti miżuri malajr u aktar ma jkunu radikali, aktar ikunu effettivi. Biex dan ikun possibbli, hemm bżonn li tiġi mwaqqfa riżerva finanzjarja minima bħala reazzjoni għal diżastri li jseħħu għall-għarrieda, b'mod insidjuż u mingħajr tbassir.

Il-lista ta' mard kontaġjuż stipulata fl-anness hija differenti minn dik fid-deċiżjoni oriġinali. Dawn ġew irtirati: il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, il-lewkożi bovina, il-marda taż-żwiemel, il-marda ta' Aujeszky, il-marda ta' Newcastle u l-marda Teushen.

Ta' l-anqas tlieta minn dan il-mard li ġie rtirat huma sinifikanti għall-Portugall. Il-lewkożi bovina hija marda li ilhom isiru programmi għall-qerda tagħha għal madwar 20 sena, u issa qiegħda fil-fażi finali ta' eradikazzjoni definittiva. Ftit każijiet ta' lewkożi ġew identifikati s-sena li għaddiet fil-Portugall, u huwa stmat li l-marda tista' tinqered fi żmien sena. Jekk il-marda ssir ineleġibbli għall-iffinanzjar, l-isforzi kollha jistgħu jiġu kompromessi u dan jista' jwassal għall-qawmien mill-ġdid u bla kontroll tagħha.

Il-marda ta' Newcastle hija endemika fost l-għasafar selvaġġi fil-Portugall, u tista' tiġi trażmessa f'kwalunkwe ħin lit-tajr li ma jkunx ġie mlaqqam. Il-konsegwenzi ekonomiċi ta' din il-marda għall-biedja tat-tajr huma devastanti.

Il-marda ta' Aujeszky fil-ħnieżer, li issa ġiet eskluża mil-lista, hija wkoll is-suġġett ta' programm ippjanat għall-Portugall, fejn il-fatt li l-marda ma ġietx meqruda jfisser li huwa impossibli li jiġu esportati ħnieżer lejn swieq oħra (l-UE u pajjiżi terzi).

Il-bruċellożi porċina hija marda oħra li mhix inkluża fil-lista kurrenti u li tista' toħloq l-istess tip ta' problemi għall-kummerċ u hija endemika fil-Portugall u fil-baċin Mediterranju. Pereżempju, il-bejgħ ta' ħnieżer tar-razza Alentejana (sors ta' dħul importanti f'dak ir-reġjun) jista' jiġi affetwat bin-nuqqas ta' programmi ta' monitoraġġ jew ta' qerda.

Min-naħa l-oħra, il-proposta żżid ċertu mard ġdid, b'mod partikulari l-mard żoonotiku (is-salmonellożi, il-kampilobatterjożi u l-listerjożi). Il-kampilobatterjożi hija marda komuni ħafna fost il-bnedmin fl-Ewropa tat-Tramuntana iżda ma tinstabx b'mod sinifikanti fin-Nofsinhar ta' l-Ewropa. Il-biċċa l-kbira ta' l-ispeċi ta' bhejjem huma annimali b'saħħithom li jġorru l-aġent li jikkawża din il-marda fost il-bnedmin, u m'huwiex possibbli li jitfassal kwalunkwe programm ta' kontroll jew eradikazzjoni għall-annimali.

Minħabba din is-sitwazzjoni, jidhrilna li l-lista tfasslet b'mod li tqis interessi li ma jaqblux kompletament ma' dawk tal-pajjiżi tan-Nofsinhar. Żgur li nistgħu ngħidu li hija żbilanċjata. Il-lista għandha titnaqqas għall-mard komuni għall-Istati Membri kollha, filwaqt li tippermetti livell ta' flessibiltà sabiex jiġu meqjusa aktar problemi ta' saħħa reġjonali jew dawk speċifiċi għal kull pajjiż.

Hemm numru ta' kwistjonijiet li jwasslu għal tħassib li wieħed għandu jżomm f'moħħu, b'mod partikulari:

–         in-nuqqas ta' għarfien dwar x'ġara bil-programmi għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali fl-Istati Membri varji, li jfisser li hemm bżonn ta' rapport regolari dwar is-sitwazzjoni u l-effettività ta' l-infiq tal-programmi korrispondenti;

–         l-attitudnijiet differenti għall-istess marda fi Stati Membri differenti, anke f'xi Stati ġirien, li jistgħu joħolqu ostaklu għat-titjib tas-sitwazzjoni jew għall-qerda ta' marda, kif enfasizzat mill-Federazzjoni tal-Veterinarji ta' l-Ewropa (FVE). Jekk wieħed jieħu l-każ tad-deni klassiku tal-ħnieżer bħala eżempju, pajjiżi bħall-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja, iżda mhux il-Polonja, ippreżentaw programm u talbu appoġġ għall-qerda tal-marda, għalhekk l-FVE tiddubita dwar l-effettività ta' programmi bħal dawn, minħabba li huwa magħruf sewwa li din il-marda ta' l-annimali tista' tiġi trażmessa minn annimali selvaġġi li ovvjament ma jirrikonoxxux il-fruntieri;

–         in-natura eteroġenika ta' programmi li jistgħu wkoll jonqsu milli jqisu l-bżonnijiet ta' pajjiżi ġirien:

–         informazzjoni għal bdiewa li jrabbu l-bhejjem, dwar l-irziezet tagħhom stess, li tista' tgħin biex jiġi limitat it-tixrid ta' mard ta' l-annimali, iżda b'żieda fil-fondi disponibbli, minħabba li l-iffinanzjar kurrenti jagħmilha diffiċli biex dan iseħħ;

–         l-iskadenza stipulata għall-preżentazzjoni tal-programmi (il-31 ta' Marzu) se tkun diffiċli li tintlaħaq. Għandha tinżamm id-data tad-deċiżjoni oriġinali - 31 ta' Mejju;

–         il-ħtieġa li l-Parlament jinżamm infurmat dwar l-iżviluppi fis-sitwazzjoni, u l-ħtieġa ta' deċiżjoni ġdida jekk isseħħ kwalunkwe bidla fil-kriterji stipulati fl-annessi għad-deċiżjoni preżenti;

–         kjarifika tat-termini użati fil-verżjonijiet lingwistiċi varji, filwaqt li tiġi utilizzata biss il-frażi li nqisu li hija l-aktar korretta: 'mard kontaġjuż ta' l-annimali, fosthom iż-żoonożi', minħabba li ż-żoonożi kollha huma mard kontaġjuż ta' l-annimali u tal-bnedmin u din id-deċiżjoni tapplika biss għal mard kontaġjuż ta' l-annimali b'impatt serju fuq is-saħħa pubblika u l-ekonomija.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju

Referenzi

COM(2006)0273 – C6‑0199/2006 – 2006/0098(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

22.6.2006

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI
4.7.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
4.7.2006

ENVI
4.7.2006

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

BUDG
5.7.2006

ENVI
14.6.2006

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Ilda Figueiredo
21.6.2006

 

Eżami fil-kumitat

2.10.2006

22.11.20060

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Vincenzo Aita, Thijs Berman, Giuseppe Castiglione, Joseph Daul, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Michl Ebner, Carmen Fraga Estévez, Jean-Claude Fruteau, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Bogdan Golik, Esther Herranz García, Gábor Harangozó, Heinz Kindermann, Albert Jan Maat, Diamanto Manolakou, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, María Isabel Salinas García, Brian Simpson, Witold Tomczak, Kyösti Virrankoski, Andrzej Tomasz Zapałowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Bernadette Bourzai, Ilda Figueiredo, Wiesław Stefan Kuc, Jan Mulder

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2))preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

23.11.2006

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...