– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE li tistipola l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni u b'mod speċifiku il-paragrafu 2 tagħha(1),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni(2),
– wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu ta' l-20 ta' Lulju 2006,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0415/2006);
Billi
A. in-negozjati bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni wasslu għall-konklużjoni ta' ftehima interistituzzjonali fis-sura ta' stqarrija konġunta li tilqa' l-abbozz għal proċedura ġdida li għandha tiddaħħal fid-Deċiżjoni ta' l-1999 dwar il-komitologija,
B. il-proċedura l-ġdida, magħrufa bħala 'l-proċedura regolatorja bi skrutinju', tintitola lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jiskrutinjaw il-miżuri “kwasi-leġiżlattivi” li jimplimentaw strument adottat b'kodeċiżjoni fuq livell indaqs u li jirrifjutaw miżuri bħal dawn,
C. id-Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni ta' l-1999 dwar il-komitologija hija akkumpanjata minn din l-istqarrija konġunta, stqarrija tal-Kummissjoni mniżżla fil-minuti tal-Kunsill u l-istqarrijiet tal-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-proċedura l-ġdida,
D. huwa xieraq li jkun immodifikat l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura sabiex iħalli lill-Parlament ikun jista’ jagħmel użu mid-drittijiet skond il-proċedura l-ġdida taħt l-aħjar kundizzjonijiet possibbli,
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Jiddeċiedi li l-emenda se tidħol fis-seħħ fl-ewwel ta’ Jannar 2007;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex, permezz ta’ arranġamenti ma’ l-istituzzjonijiet l-oħra fil-livell amministrattiv, jiżgura li abbozzi ta’ miżuri ma jkunux trażmessi lill-Parlament meta jkun qorob sewwa l-aġġornament tiegħu;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għall-informazzjoni.
Test preżenti
Emendi
Emenda 1
Artikolu 81
Dispożizzjonijiet implimentattivi
Miżuri implimentattivi
1. Meta l-Kummissjoni tgħaddi abbozz ta' miżuraimplimentattiva lill-Parlament, il-President għandu jirreferi d-dokument ikkonċernat lill-kumitat responsabbli għall-att li minnu joħorgu d-dispożizzjonijiet implimentattivi.
1. Meta l-Kummissjoni tgħaddi abbozz ta' miżuriimplimentattivi lill-Parlament, il-President għandu jirreferi l-abbozz ta’ miżuri lill-kumitat responsabbli għall-att li minnu joħorgu l-miżuri implimentattivi. Meta tkun seħħet il-koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-kumitati rigward l-att bażiku, il-kumitat responsabbli għandu jistieden lill-kumitat l-ieħor biex jikkomunika l-fehmiet tiegħu bil-kelma tal-fomm jew permezz ta' ittra.
2. Fuq proposta tal-kumitat responsabbli, il-Parlament jista’, fi żmien xahar - jew tliet xhur għal miżuri ta’ servizzi finanzjarji - mid-data ta’ meta jkun intlaqa’
l-abbozz ta’ miżura implimentattiva, jadotta riżoluzzjoni li toġġezzjona għall-abbozz ta’ miżura, b’mod partikulari jekk teċċedi s-setgħat implimentattivi pprovduti fl-istrument bażiku.Fejn m’hemmx sessjoni parzjali qabel ma jagħlaq iż-żmien, jew fil-każijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni urġenti, id-dritt ta’ tweġiba għandu jkun meqjus li jkun ġie ddelegat lill-kumitat responsabbli. Dan għandu jieħu s-sura ta’ ittra miċ-Chairman tal-kumitat lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli, u għandu jkun mgħarraf lill-Membri kollha tal-Parlament
2. Iċ-Chairperson tal-kumitat responsabbli għandu jistipola data ta' għeluq biex il-Membri jipproponu li l-kumitat joġezzjona għall-abbozz ta' miżuri.Fejn il-kumitat iqis li hu xieraq, jista’ jiddeċiedi li jaħtar rapporteur minn fost il-membri tiegħu jew minn fost is-sostituti permanenti.Jekk il-kumitat joġġezzjona għall-abbozz ta’ miżuri, għandu jressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni li topponi l-adozzjoni ta’ l-abbozz ta’ miżuri li tista’ tindika wkoll il-bidliet li jmisshom isiru lill-abbozz ta’ miżuri.
Jekk il-Parlament joġġezzjona għall-miżura, il-President għandu jitlob lill-Kummissjoni tirtira jew temendal-miżura jew tressaq proposta skond il-proċedura leġiżlattiva xierqa.
Jekk il-Parlament saż-żmien ta’ l-għeluq applikabbli mid-data ta’ meta jintlaqa’ l-abbozz ta’ miżuri, jadotta riżoluzzjoni bħal din il-President għandu jitlob lill-Kummissjoni tirtira jew temenda l-abbozz ta’ miżuri jew tressaq proposta skond il-proċedura leġiżlattiva xierqa.
3. Fejn m’hemm l-ebda sessjoni parzjali qabel ma jagħlaq iż-żmien, id-dritt ta’ tweġiba għandu jkun meqjus li jkun ġie ddelegat lill-kumitat responsabbli. Din it-tweġiba għandha tieħu s-sura ta’ ittra miċ-Chairperson tal-kumitat lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli, u għandu jkun mgħarraf lill-Membri kollha tal-Parlament.
4. Jekk il-miżuri implimentattivi previsti mill-Kummissjoni jaqgħu taħt il-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju, il-paragrafu 3 m’għandux japplika u l-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu ssupplimentati kif ġej:
(a) iż-żmien ta’ l-iskrutinju jibda jgħodd meta l-abbozz ta’ miżuri jkun ġie mressaq lill-Parlament bil-lingwi uffiċjali kollha;
(b) Il-Parlament jista’ jopponi l-adozzjoni ta’ l-abbozz ta’ miżuri, filwaqt li jiġġustifika l-oppożizzjoni tiegħu billi jindika li l-abbozz ta’ miżuri jeċċedi s-setgħat implimentattivi pprovduti fl-istrument bażiku, m’huwiex kompatibbli ma’ l-għan jew il-kontenut ta’ l-istrument bażiku jew li ma jirrispettax il-prinċipji tas- sussidjarjetà jew proporzjonalità;
(c) Il-Parlament jista' jopponi l-adozzjoni ta' l-abbozz ta' miżuri billi jaġixxi b'maġġoranza tal-membri li jiffurmawh.
Ġustifikazzjoni
Il-proċedura regolatorja l-ġdida bi skrutinju ma tiħux post il-proċeduri eżistenti imma hija miżjuda magħhom skond id-“deċiżjoni ta’ komitoloġija”, jiġifieri l-proċedura konsultattiva, il-proċedura għall-immaniġġjar u l-proċedura regolatorja normali, li se jibqgħu japplikaw skond l-att bażiku rilevanti u l-kriterji stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-1999.Għalhekk, l-Artikolu 81 m'għandux bżonn ikun issostitwit minn Artikolu uniku imma li jkun issupplimentat minn dispożizzjonijiet li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-proċedura l-ġdida (il-paragrafu 4 l-ġdid).
It-terminoloġija ta’ l-Artikolu eżistenti jmissu jinġieb konformi mat-terminoloġija użata fid-deċiżjoni ta’ komitoloġija kif emendata.
Skond l-esperjenza li saret, jidher li hu xieraq li jsiru bidliet żgħar fid-dettalji tal-mod li bih l-abbozzi ta’ miżuri implimentattivi huma ttrattati fi ħdan il-Parlament.Għalhekk, huwa ssuġġerit li jkun involut kumitat ieħor, it-tieni wieħed, meta tkun seħħet koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-kumitati rigward l-att bażiku li minnu joħorġu l-miżuri implimentattivi.Iċ-Chairperson tal-kumitat responsabbli huwa mistenni jistipola data ta' l-egħluq biex il-Membri jipproponu li joġġezzjonaw għal abbozz ta’ miżuri sabiex jitħaffu l-proċeduri.U l-kumitat huwa permess li jaħtar rapporteur fejn iqis li dan huwa xieraq, sitwazzjoni li se sseħħ, jiġifieri, mal-miżuri ‘kważi leġiżlattivi’ li għandhom ikunu proposti mill-Kummissjoni.
Kumitat risponsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
AFCO 29.11.2006
Data tad-deċiżjoni li jitħejja rapport
4.10.2006
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
29.11.2006
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni
Rapporteur(s) Data tal-ħatra
Richard Corbett
4.10.2006
Rapporteur(s) preċedenti
Eżami fil-kumitat
5.10.2006
23.10.2006
22.11.2006
Data ta' l-adozzjoni
23.11.2006
Riżultat tal-votazzjoni finali
+
-
0
11
2
0
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Richard Corbett, Panayiotis Demetriou, Andrew Duff, Maria da Assunção Esteves, Ingo Friedrich, Daniel Hannan, Jo Leinen, Íñigo Méndez de Vigo, Marie-Line Reynaud, Alexander Stubb
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Ashley Mote, Gérard Onesta, Georgios Papastamkos,
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Data tat-tressiq
27.11.2006
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)