Proċedura : 2005/0090(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0447/2006

Testi mressqa :

A6-0447/2006

Dibattiti :

PV 12/12/2006 - 20
CRE 12/12/2006 - 20

Votazzjonijiet :

PV 13/12/2006 - 8.6

Testi adottati :

P6_TA(2006)0557

RAPPORT     *
PDF 553kDOC 558k
5 ta' Diċembru 2006
PE 382.295v02-00 A6-0447/2006

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill bl-għan li jiġi adottat regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(14259/2006 – C6-0431/2006 – 2005/0090(CNS))

Kumitat għall-Baġit

Rapporteur: Ingeborg Gräßle

Rapporteur għal opinjoni (*):

Borut Pahor, Kumitat għall-Kontroll Baġitarju

(*) Koperazzjoni mtejba bejn il-kumitati – Artikolu 47 tar-Regoli ta’ Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill bl-għan li jiġi adottat regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (14259/2006 – C6-0431/2006 – 2005/0090(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-linja gwida konġunta tal-Kunsill (14259/2006) tas-7 ta’ Novembru 2006,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0181)(1) u l-proposta emendata (COM(2006)0213)(2),

–   wara li kkunsidra il-pożizzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Marzu 2006(3) u tas-6 ta' Lulju 2006(4) dwar il-proposta tal-Kummissjoni u tas-6 ta' Settembru 2006 dwar il-proposta emendata tal-Kummissjoni(5),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 279 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0431/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 56 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju (A6-0447/2006),

1.  Jaċċetta l-konkluzjonijiet tal-konċiljazzjoni tal-21 ta’ Novembru 2006 u jiddikjara bħala magħluqa l-proċedura ta' konċiljazzjoni li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikolu 194 tar-Regolament Finanzjarju;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu kif annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

(2)

Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

(3)

Testi adottati, P6_TA(2006)0085.

(4)

Testi adottati, P6_TA(2006)0312.

(5)

Testi adottati, P6_TA(2006)0343.


ANNESS

2005/0090 (CNS)

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 181a tiegħu,

wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikulari l-Artikolu 183 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta min-naħa tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri,

Billi:

(1)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”, jistabbilixxi l-pedamenti legali tar-riforma tal-ġestjoni finanzjarja. F'dan ir-rigward, l-elementi essenzjali tiegħu għandhom jinżammu u jissaħħu. It-trasparenza, partikolarment, għandha tissaħħaħ billi tkun ipprovduta informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi Komunitarji. Barra minn hekk, il-prinċipji baġitarji stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu rrispettati mill-atti leġislattivi kollha u d-derogi għandhom jinżammu għal minimu strett.

(2)    In the light of practical experience, certain amendments should be made in order to facilitate budget implementation and the realisation of the underlying policy objectives and to adjust some procedural and documentary requirements so as to make them more proportionate to the risks and cost involved, in accordance with the principle of proportionality as set out in the third subparagraph of Article 5 of the EC Treaty.

(3)    L-emendi kollha għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta' l-objettivi tar-riformi tal-Kummissjoni u għandhom jgħinu sabiex tittejjeb jew tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda u b'hekk jikkontribwixxu għall-kisba ta' assigurazzjoni raġonevoli tal-legalità u r-regolarità ta' l-operati finanzjarji.

(4)    Għandu jittieħed kont ta' dispożizzjonijiet li jimplimentaw id-dħul u l-infiq tal-baġit, misjuba fl-atti leġislattivi bażiċi adottati għall-perijodu mill-2007 sa l-2013, sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawn l-atti u r-Regolament Finanzjarju.

(5)    Għandu jkun iċċarat li ġestjoni finanzjarja tajba titlob kontroll intern effettiv u effiċjenti, u għandhom ikunu definiti l-fatturi u l-objettivi ewlenin tas-sistemi interni ta' kontroll.

(6)    Sabiex tkun żgurata t-trasparenza ta' l-użu tal-fondi li ġejjin mill-baġit, huwa meħtieġ li informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta' dawn il-fondi ssir disponibbli f'ċerti limiti meħtieġa biex jipproteġu l-interessi pubbliċi u privati leġittimi u b'kont meħud ta' l-ispeċifiċità tas-sena tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija.

(7)  Rigward il-prinċpju ta’ l-unità tal-baġit, għandha tkun simplifikata r-regola li tmexxi l-interessi ġġenerati mill-pre-finanzjament. Il-piż amministrattiv involut fl-irkupru ta’ dak l-interess huwa sproporzjonat għall-objettiv segwit u jkun aktar effiċjenti li l-interess jitħalla jitnaqqas bħala kumpens mill-pagament finali lill-benefiċjarju.

(8)    Fir-rigward tal-prinċipju ta’ l-annwalità, għandhom jiġu introdotti aktar flessibbiltà u trasparenza biex jirrispondu għall-ħtiġiet funzjonali. It-tmexxija ’l quddiem ta’ l-approprjazzjonijiet għandha tkun permessa biss eċċezzjonalment għal ħlasijiet diretti lill-bdiewa taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija l-ġdid (FAEG).

(9)    It-talbiet għal ħlasijiet mill-Istati Membri taħt ir-regolamenti l-ġodda għall-agrikoltura se jkunu kkonċentrati l-aktar bil-qawwa fil-bidu tas-sena baġitarja n.Għalhekk, il-limitu massimu għal impenji minn qabel fir-rigward tal-FAEG (mill-15 ta’ Novembru tas-sena n -1) biex tkun koperta n-nefqa ta’ ġestjoni ta’ rutina (maħruġ mill-baġit tas-sena n) għandu jiżdied għal tliet kwarti ta' l-approprjazzjonijiet korrispondenti fl-aħħar baġit agrikolu adottat. Fir-rigward tal-limitu fuq l-impenn minn qabel għan-nefqa amministrattiva, it-test għandu jkun emendat sabiex jirreferi għal approprjazzjonijiet deċiżi mill-awtorità baġitarja, u għalhekk jeskludi trasferimenti ta' approprjazzjonijiet.

(10)  L-użu ta’ approprjazzjonijiet mhux differenzjati għall-miżuri veterinarji, imħallsin mill-FAEG, itellfu inutilment l-implimentazzjoni ta’ tali azzjonijiet, speċjalment fir-rigward tal-limiti imposti fuq il-possibbiltajiet għal ħlasijiet li jitmexxew 'il quddiem. L-użu ta’ approporjazzjonijiet differenzjati għal tali nefqa għandu għalhekk jiġi permess, peress illi dan huwa aktar skond in-natura pluriennali ta’ l-azzjonijiet.

(11)  Rigward il-prinċipju ta’ l-universalità, għandhom jiżdiedu żewġ punti mal-lista tad-dħul assenjat. L-ewwel, kif inhu possibbli bħalissa taħt programmi ta’ riċerka speċifiċi, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jagħmlu kontribuzzjonijiet ad hoc, bħala dħul assenjat, għal proġetti taħt programmi ta’ relazzjonijiet esterni ġestiti mill-Kummissjoni. It-tieni, id-dħul mill-bejgħ ta’ vetturi, apparat, installazzjonijiet, materjali, u apparat xjentifiku u tekniku li jkun se jinbidel jew isir ruttam għandu jiġi trattat bħala dħul assenjat, bħala inkoraġġiment għall-uffiċjali awtorizzanti biex jiksbu l-aħjar prezzijiet meta jiddisponu minnhom.

(12)  Fil-preżent, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata mill-awtorità baġitarja qabel ma taċċetta kwalunkwe donazzjoni, bħal rigali jew legati, li jinvolvu ħlas. Biex jiġu evitati proċeduri li mhumiex meħtieġa u ta' toqol żejjed, l-awtorizzazzjonijiet għandhom isiru obbligatorji biss fil-każ ta’ donazzjonijiet li jaqbżu ċertu valur u li jinvolvu ħlasijiet sinifikanti.

(13)  Ir-regoli li jirregolaw it-trasferimenti ta’ approporjazzjonijiet għandhom jiġu ssimplifikati u ċċarati fuq ċerti punti għaliex fil-prattika dawn urew li kienu tqal iżżejjed jew mhux ċari.

(14)  Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-Kummissjoni għandha titħalla tiddeċiedi awtonomament dwar trasferimenti mir-riżerva f’każijiet fejn ma jeżisti l-ebda att bażiku għall-azzjoni kkonċernata fiż-żmien meta ġie stabbilit il-baġit, iżda fejn l-att bażiku huwa adottat matul is-sena.

(15)  Ir-regoli dwar trasferimenti amministrattivi tal-Kummissjoni għandhom ikunu adattati għall-istruttura l-ġdida ta’ Baġitjar Ibbażat skond l-Attività (ABB). Hekk, għandha tkun prevista eżenzjoni mill-"proċedura ta' notifikazzjoni". Waqt l-aħħar xahar tas-sena finanzjarja l-Kummissjoni għandha titħalla tiddeċiedi awtonomament dwar trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet li jirrigwardaw nefqa ta’ persunal, fil-limitu ta’ 3% ta’ l-approprjazzjonijiet tas-sena.

(16)  L-Artikoli 26, 45 u 46 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu emendati minħabba fl-abolizzjoni tar-riżerva konnessa ma’ self u garanziji ta’ self Komunitarji lil pajjiżi terzi u l-adozzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ provizjoni ġdid għall-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni.

(17)  Sabiex f'każi eċċezzjonali ta' diżastri umanitarji u kriżijiet internazzjonali li jseħħu fi tmiem is-sena baġitarja tkun aċċellerata l-mobilizzazzjoni ta' fondi, il-Kummissjoni għandha tkun permessa li titrasferixxi awtonomament approprjazzjonijiet tal-baġit mhux użati disponibbli taħt l-Intestatura 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali għat-titoli baġitarji konċernati.

(18)  Fir-rigward tal-proċedura baġitarja, il-ħtieġa stabbilita fl-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju li l-baġit għandu jkun ippubblikat fi żmien xahrejn mill-adozzjoni, uriet li mhix realistika: tliet xhur ikun aktar prattikabbli. Il-kunċett ta’ “Dikjarazzjoni ta’ Attività” għandu jiddaħħal fl-Artikolu 33 tar-Regolament Finanzjarju sabiex wieħed mill-elementi ewlenin ta’ l-ABB isir uffiċjali, u l-kontenut tagħhom għandu jkun iddefinit aktar preċiżament sabiex isiru aktar operattivi. L-iskedi ta’ ħlasijiet għandhom ikunu inklużi fid-dokumenti ta’ ħidma li jakkumpanjaw l-abbozz preliminari tal-baġit elenkati fl-Artikolu 33 tar-Regolament Finanzjarju minflok ma jitpoġġew fil-baġit innifsu, peress illi mhumiex rilevanti għall-proċedura baġitarja u peress illi huma tqal iżżejjed għalxejn.

(19)  Fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni baġitarja, jidher li jinħtieġu xi aġġustamenti sabiex jiġu riflessi aħjar il-karatteristiċi speċifiċi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK). Għal raġunijiet ta' ċarezza legali, it-tipi ta' atti bażiċi applikabbli taħt it-Trattat tal-KE u taħt it-Titoli V u VI tat-TUE għandhom ikunu identifikati fl-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju minflok fir-regoli implimentattivi. Barra minn hekk, għandha tiżdied dispożizzjoni speċifika oħra sabiex ikunu riflessi sewwa t-tipi ta’ miżuri preparatorji li jistgħu jittieħdu fil-qasam tal-PESK.

(20)  Fir-rigward tal-metodi ta’ ġestjoni, l-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju għandu jiġi ristrutturat għall-fini ta’ ċarezza. Huwa meħtieġ ukoll li titneħħa l-limitazzjoni ta’ ġestjoni komuni għall-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fondi Strutturali, għaliex programmi addizzjonali issa għandhom joperaw taħt ġestjoni komuni. Il-ħtiġiet għal ġestjoni konġunta għandhom jiġu ċċarati aktar. L-Artikolu 54(2)(b) għandu jitkompla biex jinkludi partikolarment lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment u lill-Fond Ewropew ta’ l-Investiment bħala korpi Komunitarji li l-Kummissjoni tista' tiddelegalhom kompiti. Il-kriterji mniżżlin fl-Artikolu 54 tar-Regolament Finanzjarju għall-użu ta’ korpi tas-settur pubbliku nazzjonali għandhom jiġu ssimplifikati sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tagħhom u sabiex iwieġbu għall-bżonnijiet operattivi li qed jikbru, u l-iskop tad-dispożizzjoni għandu jiġi estiż għall-korpi pubbliċi internazzjonali. L-Artikolu 54 għandu wkoll jiċċara l-pożizzjoni fir-rigward tal-każ ta’ konsulenti speċjali jew kapijiet ta’ missjoni appuntati mill-Kunsill biex jiġġestixxu ċerti azzjonijiet fil-kuntest tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni.

(21)  Ir-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri taħt ġestjoni komuni għandhom jitniżżlu f'aktar dettall, biex jieħdu kont tad-diskussjonijiet li għaddejjin bejn l-istituzzjonijiet dwar il-proċedura ta' kwittanza u s-sistemi ta' kontroll xierqa li għandhom jiġu attwati, biex jirriflettu r-responsabbiltajiet reċiproki ta' l-Istati Membri u tal-Kummissjoni. B'segwitu tal-ftehim interistituzzjonali l-ġdid (il-punt 44), l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jipproduċu taqsira annwali tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet disponibbli marbutin mal-fondi taħt il-ġestjoni komuni.

(22)  Il-projbizzjoni mid-delegar ta’ kompiti implimentattivi għall-korpi privati għandha tiġi modifikata fl-Artikoli 57 tar-Regolament Finanzjarju għaliex it-termini ta’ dik il-projbizzjoni irriżultaw li huma stretti aktar milli meħtieġ. Għandu jkun possibbli, per eżempju, għall-Kummissjoni li tingaġġa s-servizzi ta’ aġenzija ta’ l-ivvjaġġar jew organizzatur tal-konferenzi biex jieħu ħsieb li jkunu rimborżati l-ispejjeż tal-parteċipanti f’konferenzi, sakemm l-ebda poteri diskriminatorji ma jiġu eżerċitati mill-kumpannija privata.

(23)  Għandu jkun possibbli l-istabbiliment minn diversi istituzzjonijiet ta' bordijiet konġunti dwar irregolaritajiet finanzjarji.

(24)  Għandha tiġi ċċarata r-responsabbiltà ta' l-uffiċjal tal-kontijiet li jiċċertifika l-kontijiet abbażi ta’ l-informazzjoni finanzjarja fornuta lilu mill-uffiċjali regolaturi. Għal dan il-għan, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jingħata s-setgħa biex jivverifika l-informazzjoni li tasallu mingħand l-uffiċjal awtorizzanti b’delega u jagħmel ir-riżervi tiegħu jekk dan ikun meħtieġ.

(25)  Għandha tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn l-awditur intern tal-Kummissjoni u l-korpi attwati mill-Komunitajiet. Dawk il-korpi għandu jkollhom il-funzjoni ta' verifika interna tagħhom stess li tirrapporta lill-bordijiet ta’ ġestjoni tagħhom stess, waqt li l-awditur intern tal-Kummissjoni jirrapporta lill-Kulleġġ dwar il-proċeduri u s-sistemi tal-Kummissjoni. Għandu jkun meħtieġ għall-awditur intern tal-Kummissjoni sabiex jikkonferma biss li l-funzjonijiet ta’ verifika interna ta' l-aġenziji jilħqu standards internazzjonali u għal dak l-għan għandu jkun jista' jikkonduċi verifiki tal-kwalità ta' l-attività interna ta' verifika.

(26)  A period of limitation on the validity of claims should be introduced. The Community, unlike many of its Member States, is not subject to a period of limitation under which financial claims are extinguished after a certain period of time. Il-Komunità lanqas mhija ristretta minn perijodu ta’ limitazzjoni fl-insegwiment tat-talbiet tagħha kontra terzi persuni. L-introduzzjoni ta' tali perijodu ta’ limitazzjoni għandu jikkorrispondi għal ġestjoni finanzjarja tajba.

(27)  Ir-Regolament Finanzjarju għandu jirrifletti l-importanza ta' kuntratti kwadru fil-ġestjoni ta' l-akkwist pubbliku. Għandu jinkoraġġixxi l-użu ta’ proċeduri interistituzzjonali ta' akkwist u jippermetti l-possibbiltà ta' proċeduri konġunti ta' akkwist bejn istituzzjoni u awtorità kontraenti minn Stat Membru.

(28)  Għandhom isiru ċerti aġġustamenti tekniċi sabiex jiġi żgurat li t-terminoloġija tar-Regolament Finanzjarju tkun konformi bis-sħiħ mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi(2). Il-possibbiltà li għandhom l-Istati Membri taħt id-Direttiva biex jiddeterminaw proċeduri speċifiċi għal kuntratti li huma dikjarati sigrieti, meta r-rendiment tagħhom irid ikun akkumpanjat minn miżuri speċjali ta' sigurtà, jew meta l-ħarsien ta' l-Istat Membru jkun jesiġi dan, għandha ssir disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità.

(29)  F’konformità mad-Direttiva 2004/18/KE, ir-regoli dwar l-esklużjoni minn proċedura ta' akkwisti għandhom bżonn ikunu ċċarati. Minbarra dan, għal raġunijiet ta' ċertezza legali u ta' proporzjonalità, għandu jiġi speċifikat perijodu massimu ta’ esklużjoni fir-Regolament Finanzjarju. Fid-dawl tad-Direttiva 2004/18/KE, għandha ssir eċċezzjoni għar-regoli dwar l-esklużjoni għal xiri ta’ provedimenti b’termini partikolarment vantaġġjużi jew mingħand il-fornitur li jkun se jtemm l-attivitajiet tiegħu ta’ negozju b’mod definit, jew mingħand ir-riċevituri jew il-likwidaturi ta’ falliment, ftehim mal-kredituri, jew proċedura simili skond il-liġi nazzjonali.

(30)  Għandha ssir obbligatorja taħt l-Artikolu 93 tar-Regolament Finanzjarju għal kandidati jew appaltaturi fi proċeduri ta' akkwist li jiċċertifikaw, jekk ikunu mitluba, l-appartenenza jew il-ġestjoni, il-kontroll u s-setgħa ta’ rappreżentanza ta' l-entità ġuridika li qed tissottometti offerta jew li s-sottokuntratturi tagħhom ma jkunux f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 93 tar-Regolament Finanzjarju. Fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, dawk li jissottomettu l-offerti ma jkunx hemm bżonn li jiċċertifikaw li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet li titlob l-esklużjoni meta jipparteċipaw fi proċedura ta’ akkwist għal għotja ta’ kuntratti ta’ valur baxx ħafna.

(31)  Sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-proċeduri ta' akkwist, id-database ta' kandidati jew appaltaturi f'sitwazzjonijiet ta' esklużjoni għandha tkun komuni għall-istituzzjonijiet, għall-aġenziji eżekuttivi u l-korpi imsemmijin fl-Artikolu 185.

(32)  Sabiex jitqiesu l-interessi ta’ l-appaltaturi li ma jkollhomx suċċess, huwa xieraq li jkun previst li kuntratt kopert mid-Direttiva 2004/18/KE ma jistax ikun ffirmat qabel ma jgħaddi perijodu ta’ żmien raġonevoli ta’ pawsa.

(33)  L-obbligi ta’ l-istituzzjonijiet li jissospendu l-proċedura jew kuntratt ta’ akkwist skond l-Artikolu 103 f'każijiet ta’ frodi jew irregolaritajiet jenħtieġ li jkunu ċċarati sabiex din id-dispożizzjoni ssir aktar operattiva.

(34)  Fir-rigward ta’ l-għotjiet, hemm bżonn ta’ simplifikazzjoni tar-regoli. Il-ħtiġiet għal iċċekkjar u għal garanziji għandhom ikunu aktar proporzjonali għar-riskji finanzjarji involuti. Id-definizzjoni ta' għotjiet jeħtieġ li tiġi ċċarata, partikolarment rigward il-finanzjament marbut ma' attivitajiet ta' self jew ishma u nfiq relatat mas-swieq tas-sajd. Biex tittejjeb il-ġestjoni ta’ l-għotjiet u jiġu ssimplifikati l-proċeduri, għandu jkun possibbli li l-għotjiet jingħataw jew bdeċiżjoni ta’ l-istituzzjoni jew bi ftehim bil-miktub mal-benefiċjarji.

(35)  Għal raġunijiet ta’ ċarezza u trasparenza, l-użu ta’ ħlasijiet ta’ darba u b’rati fissi għandu jkun awtorizzat flimkien mal-metodu aktar tradizzjonali ta’ rimburżar ta’ spejjeż li jkunu ntgħamlu.

(36)  Għal raġunijiet ta' ċarezza legali, l-eċċezzjonijiet għar-regola ta' non-profitt attwalment previsti fir-regoli implimentattivi għandhom ikunu inklużi fir-Regolament Finanzjarju. Barra minn hekk, għandu jkun iċċarat li l-għan ta' l-aġġudikazzjoni ta' l-għotjiet għal ċerti azzjonijiet huwa biex jgħin ir-rinfurzar tal-kapaċità finanzjarja jew biex jiġġenera qligħ.

(37)  Ir-regola li l-għotjiet għandhom jiġu aġġudikati abbażi ta’ sejħiet għal proposti wriet il-validità tagħha. L-esperjenza wriet, madankollu, li f’ċerti sitwazzjonijiet in-natura ta’ l-azzjoni ma tħalli l-ebda għażla fis-selezzjoni tal-benefiċjarji li għalhekk għandhom ikunu eżentati minn din ir-regola.

(38)  Għandha tiġi aġġustata r-regola li l-istess azzjoni m'għandhiex twassal għal aktar minn għotja waħda lil kwalunkwe benefiċjarju wieħed. Xi atti legali bażiċi jippermettu li l-Komunità tagħti fondi minn sorsi differenti li għandhom jingħaqdu, u tali każijiet jistgħu jiżdiedu fil-futur sabiex tkun żgurata l-effettività tan-nefqa. Madankollu, għandu jkun magħmul ċar fl-Artikolu 111 tar-Regolament Finanzjarju li l-istess spejjeż ma jistgħux jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit Komunitarju.

(39)  Ir-regola li l-ftehim dwar għotja operattiva ma jistax ikun iffirmat aktar minn erba' xhur wara l-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju dehret li hija riġida bla bżonn. Dan it-terminu perentorju għandu għalhekk ikun estiż għal sitt xhur.

(40)  Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, fil-każ ta’ għotjiet operattivi li jingħataw f’forma ta’ somom ta’ darba jew fforma ta finanzjament brata fissa, għandha titneħħa r-regola li l-għotijiet għandhom jitnaqqsu gradwalment.

(41)  Ċerti restrizzjonijiet dwar l-eliġibilità tal-benefiċjarji għandhom jitneħħew sabiex ikun hemm il-possibbiltà ta’ għotjiet lil persuni fiżiċi u ċerti tipi ta’ entitajiet li m'għandhomx personalità legali. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, għal għotjiet ta’ valur baxx ħafna, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ joqgħod lura milli jitlob lill-applikanti jiċċertifikaw li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni taħt l-Artikoli 93, 94 jew 96 tar-Regolament Finanzjarju.

(42)  Waqt li l-għotjiet għandhom ikomplu jingħataw abbażi ta’ kriterji ta’ selezzjoni u ta’ aġġudikazzjoni, fil-prattika mhemmx bżonn li dawk il-kriterji jiġu evalwati minn kumitat maħtur apposta u b’hekk dik il-ħtieġa għandha titneħħa.

(43)  Fir-rigward ta’ l-istandards dwar akkwist pubbliku li għandhom jiġu applikati mill-benefiċjarji ta’ għotjiet, ir-regola attwali fl-Artikolu 120 mhijiex ċara u jeħtiġilha tiġi ssimplifikata. Aktar minn hekk, għandu jkun previst il-każ li fih l-implimentazzjoni ta’ azzjoni jkollha bżonn tagħti sostenn finanzjarju lil partijiet terzi.

(44)  Fir-rigward tar-regoli dwar il-kontabilità u l-kontijiet, l-Artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju għandu jagħmilha possibbli li l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni jiddetermina, b’konformità ma’ standards internazzjonali, liema korpi oħrajn, barra dawk li qed jirċievu sussidji Komunitarji, jaqgħu fl-ambitu ta’ l-iskop tal-konsolidament, jekk ikun miftiehem li l-konsolidazzjoni tal-kontijiet ma titlobx kwalunkwe trasferiment ta' fondi minn korpi li jiffinanzjaw lilhom infushom lill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u lanqas tinfluwenza l-awtonomija finanzjarja u operattiva tagħhom u l-proċeduri ta' kwittanza għall-kontijiet tagħhom.

(45)  Minħabba fit-twelid tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), li jissostitwixxi l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwidi u Garanziji (FAEGG) mill-2007, it-terminoloġija għandha tiġi aġġustata fit-titolu tat-Titolu I tat-Tieni Parti, u fl-Artikoli 26, 148 sa 151, tar-Regolament Finanzjarju. Hemm bżonn ta’ kjarifka fl-Artikolu 151 sabiex ikunu jistgħu jsiru impenji provviżorji wara t-terminu perentorju normali ta’ xahrejn wara li jkunu ġew irċevuti r-rendikonti tan-nefqa ta’ l-Istati Membri f’każijiet fejn tkun mistennija deċiżjoni dwar trasferiment ta’ approprjazzjonijiet. Għandu bżonn jiġi ċċarat l-Artikolu 153 dwar it-trasferimenti.

(46)  Fit-Titolu II tat-Tieni Parti u fl-Artikolu 155, it-terminoloġija għandha tiġi aġġustata sabiex issir referenza biss għall-fondi strutturali, il-fond ta’ koeżjoni, il-fond tas-sajd u l-fond għall-iżvilupp rurali. Għandhom jitneħħew ir-referenzi għal miżuri strutturali (ISPA) u dawk agrikoli (SAPARD) ta’ qabel l-adeżjoni, peress illi dawn jinvolvu ġestjoni minn pajjiżi terzi fuq bażi deċentralizzata skond l-Artikolu 164 u għandhom ikomplu jiġu implimentati l-aktar bl-istess mod bħal fil-preżent. Fir-rigward tad-disponibbiltà mill-ġdid ta’ approporjazzjonijiet disimpenjati, b’konformità ma’ l-atti bażiċi l-ġodda għal azzjonijiet strutturali fil-perijodu 2007 sa l-2013 li jkopru l-każ ta’ force majeure, għandha tinżamm dispożizzjoni fir-Regolament Finanzjarju fil-każijiet biss fejn żball ċar huwa attribwibbli għall-Kummissjoni.

(47)  Fl-Artikolu 160 tar-Regolament Finanzjarju, teħtieġ li tiżdied dispożizzjoni li tkopri d-dħul assenjat iġġenerat mill-istralċ tal-Komunità Ewropea għall-Faħam u l-Azzar u d-disponibbiltà ta’ l-approprjazzjonijiet korrispondenti.

(48)  Huwa meħtieġ li jiġu permessi approprjazzjonijiet li kienu diżimpenjati bħala riżultat ta’ non-implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti li għalihom kienu assenjati, li għandhom isiru mill-ġdid disponibbli. Madankollu, dan ikun jista’ jsir biss taħt kondizzjonijiet stretti, u biss fil-qasam tar-riċerka, peress illi proġetti ta' riċerka jippreżentaw riskju finanzjarju akbar minn dawk f'oqsma oħrajn ta' politika.

(49)  Fir-rigward ta’ l-azzjonijiet esterni, għandu jiġi ċċarat li, b'konformità mal-prattika eżistenti l-proċeduri ta’ għotjiet li għandhom jiġu applikati minn pajjiżi terzi fil-każ ta’ ġestjoni deċentralizzata għandhom jiġu speċifikati fil-ftehim finanzjarji konklużi ma' dawk il-pajjiżi. Għandu jkun speċifikat li għandha tapplika r-"regola n+3" li skondha l-kuntratti u l-ftehim individwali li jimplimentaw tali ftehim finanzjarji għandhom ikunu konklużi mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim finanzjarju. Għandhom ikunu previsti regoli speċifiċi għall-każ ta' ġestjoni deċentralizzata ta' programmi pluriennali taħt ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) ...... (IPA u ENPI).

(50)  Għandu jkun possibbili għall-istituzzjonijiet li jiddelegaw il-poter ta’ uffiċjal awtorizzanti lil diretturi ta’ Uffiċċji Ewropej inter-istituzzjonali għall-ġestjoni ta’ approporjazzjonijiet imdaħħlin fis-sezzjonijiet rispettivi tagħhom tal-baġit, sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni. Waqt li l-kontenut tagħhom m'għandux jinbidel, l-Artikoli 171, 173 u 176 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu kemmxejn ristrutturati sabiex jiċċaraw is-sotto-delegazzjoni ta’ poteri awtorizzanti mid-diretturi ta’ Uffiċċji.

(51)  Għandha tiġi ċċarata l-proċedura li taħtha l-awtorità baġitarja tista' toħroġ opinjoni dwar proġett ta' bini.

(52)  Programmi qafas ta’ riċerka suċċessivi ffaċilitaw ix-xogħol tal-Kummissjoni billi stabilixxew regoli simplifikati għall-għażla ta’ esperti esterni għall-evalwazzjoni ta’ proposti jew ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet u assistenza teknika għal segwitu u evalwazzjoni tal-proġetti li ngħataw fondi. Din il-proċedura għandha tkun disponibbli fir-rigward tal-programmi l-oħrajn kollha.

(52a)  Għandhom jiżdiedu dispożizzjonijiet transitorji. L-ewwelnett, fl-Artikolu 181(1), rigward li jerġgħu jsiru disponibbli approprjazzjonijiet disimpenjati korrispondenti għall-inpenji magħmula tul il-perijodu ta' programmar ta' Fondi Strutturali 2000-2006, il-każ ta' force majeure għandu jkompli jiġi applikat kif provdut fir-Regolament Finanzjarju tal-25 ta' Ġunju 2002 sat-tmiem ta' l-assistenza. Dan huwa sabiex jiġi evitat tfixkil tas-sistema kurrenti peress li force majeure hija trattata diversament fir-Regolament il-ġdid li jirregola l-Fondi Strutturali. It-tieni, fl-Artikolu 181(2), biex tiġi trattata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-database ċentrali għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni fi proċeduri ta' akkwist u għotjiet. Finalment, fl-Artikolu 181(3) biex jiġu trattati l-impenji Komunitarji pendenti li għandhom ikunu finanzjarjament deċiżi sabiex tingħalaq l-assistenza provduta fir-Regolamenti li jirregolaw il-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perijodu ta' programmar 2000-2006. Għall-approprjazzjonijiet li jikkonċernaw in-nefqa operattiva, għandha tiġi ppreservata l-possibbiltà għall-Kummissjoni li tagħmel trasferimenti minn titolu għall-ieħor, sakemm l-approprjazzjonijet in kwistjoni huma għall-istess objettiv. B'mod simili, il-Kummissjoni tista' tkompli tagħmel trasferimenti minn titolu għall-ieħor meta l-approprjazzjonijiet in kwistjoni jirrelataw ma' inizjattivi Komunitarji jew assistenza teknika u miżuri innovattivi, sakemm huma jiġu trasferiti għall-miżuri ta' l-istess natura. Dan ifisser per eżempju t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet relatati ma' inizjattiva Komunitarja waħda għall-oħra f'titolu differenti.

(53)     Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)    Fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għat-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, minn hawn 'il quddiem "il-baġit", u l-preżentazzjoni u l-verifika tal-kontijiet.”

(2)       L-Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-baġit għandu jkun stabbilit u implimentat f'konformità mal-prinċipji ta’ l-unità, il-preċiżjoni baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kont, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja soda li titlob kontroll intern effettiv u effiċjenti, u t-trasparenza kif imniżżel f’dan ir-Regolament.”

(3)       Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 hu sostitwit b'li ġej:

"4.    Soġġett għall-Artikoli 5a, 18 u 74, imgħax akkwistat mill-fondi li huma l-proprjetà tal-Komunitajiet għandu jiddaħħal fil-baġit bħala dħul varju."

(4)  L-Artiklu 5a li li ġej hu miżjud fil-Kapitolu 1 tat-Titolu II ta’ l-Ewwel Parti:

"Artikolu 5a

1.      Imgħax iġġenerat minn ħlasijiet ta’ pre-finanzjament għandu jiġi assenjat lill-programm jew lill-azzjoni kkonċernata u mnaqqas mill-pagament tal-bilanċ ta’ l-ammonti dovuti lill-benefiċjarju.

Ir-Regolament li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, minn issa ’l quddiem "ir-regoli implimetattivi", għandu jispeċifika l-każijiet li fihom l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu, b’eċċezzjoni, annwalment jirkupra tali interessi. Dak l-interess għandu jiddaħħal fil-baġit bħala dħul varju.

2.           L-imgħax m'għandux ikun dovut lill-Komunitajiet fil-każijiet li ġejjin:

(a)    pre-finanzjament li ma jirrappreżentax ammont konsiderevoli, kif determinat fir-regoli implimentattivi;

(b)    pre-finanzjament imħallas taħt kuntratt ta’ akkwist skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 88;

c)     pre-finanzjament imħallas lill-Istati Membri;

(d)(d)       pre-finanzjament imħallas taħt l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni;

e)     ħlasijiet bil-quddiem imħallsa lill-membri ta’ l-istituzzjonijiet u lill-persunal skond ir-Regolament tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta’ l-impjieg ta’ uffiċjali oħrajn tal-Komunitajiet Ewopej, minn hawn 'il quddiem imsejħa "Regolamenti tal-Persunal";

(f)     pre-finanzjament imħallas fl-ambitu tal-ġestjoni konġunta kif imsemmi fil-punt (ċ) ta' l-Artikolu 53(1)."

(5)  L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)    in the introductory phrase of paragraph 2, "Appropriations for commitment of differentiated appropriations" is replaced by "Commitment appropriations";

(b)    fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 3, "Approprjazzjonijiet għal ħlas ta' approprjazzjonijiet differenzjati" tinbidel b'"Approprjazzjonijiet ta' ħlas";

(6)       Fl-Artikolu 11, “l-Artikolu 157” hija sostwita b“l-Artikoli 157 u 160a”.

(7)    Fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'li ġej:

“Madankollu, għall-finijiet ta’ dħul u ħruġ tal-flus imsemmija fl-Artikolu 61, l-uffiċjal tal-kontijiet, fil-każ ta’ kontijiet imprest, l-amministraturi imprest, u, għall-ħtiġiet tal-ġestjoni amministrattiva tas-Servizz Estern tal-Kummissjoni, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jkun awtorizzat iwettaq operati f’muniti nazzjonali kif stabbilit fir-regoli implimentattivi.”

(8)       L-Artikolu 18(1) huwa emendat kif ġej:

(a)         il-frażi preliminari tinbidel b'li ġej:

“Bla preġudizzju għall-Artikolu 160(1a) u l-Artikolu 161(2), il-partiti ta’ dħul li ġejjin għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw partiti speċifiċi tan-nefqa:”

(b)         jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:

"(aa) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u pajjiżi donaturi oħrajn, inklużi fiż-żewġ każi l-aġenziji pubbliċi u parastatali tagħhom, jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal ċerti proġetti ta' għajnuna esterna jew programmi ffinanzjati mill-Komunità u ġestiti mill-Kummissjoni f'isimhom, skond l-att bażiku rilevanti;"

c)  jiddaħħal il-punt (ea) li ġej:

"(ea) rikavat mill-bejgħ ta’ vetturi, tagħmir, installazzjonijiet, materjali u apparat xjentifiku u tekniku li qed jinbidlu jew jintremew meta l-valur kif imniżżel fil-kotba huwa żvalutat għal kollox;”

(9)       Fl-Artikolu 19(2), l-ewwel sentenza tinbidel b’li ġej:

“L-aċċettazzjoni ta’ donazzjonijiet ta' valur ta' EUR 50 000 jew aktar li jinvolvu ħlas finanzjarju, inkluż spejjeż ta' segwitu, li jaqbżu l-10% tal-valur tad-donazzjoni mogħtija, għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li t-tnejn għandhom jaġixxu fuq din il-kwistjoni fi żmien xahrejn mid-data minn meta jirċievu t-talba mill-Kummissjoni.”

(10)     L-Artikolu 22 huwa mibdul b'dan li ġej:

Artikolu 22

1.     Kull istituzzjoni ħlief il-Kummissjoni tista’, fil-limiti tas-sezzjoni tagħha tal-baġit, tittrasferixxi approprjazzjonijiet:

(a)    Minn titolu għal ieħor sa massimu ta' 10% ta' l-approprjazzjonijiet għas-sena indikata fil-linja minn fejn ikun sar it-trasferiment;

(b)  minn Kapitolu għal ieħor u minn Artikolu għal ieħor mingħajr limitu.

2.     Tliet ġimgħat qabel ma jsiru t-trasferimenti msemmija f’paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw lill-awtorità baġitarja bl-intenzjonijiet tagħhom. F’każ li f’dan il-perjodu jitqajjmu raġunijiet sostnuti kif suppost minn kwalunkwe naħa ta' l-awtorità baġitarja, għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 24.

3.     Kull istituzzjoni barra l-Kummissjoni tista' tipproponi lill-awtorità baġitarja fil-limiti tas-sezzjoni tagħha tal-baġit, trasferimenti minn titolu għal ieħor u taqbeż il-limitu ta’ 10% ta’ l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja indikata fil-linja minn fejn ikun ser isir it-trasferiment. Dawk it-trasferimenti għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24.

4.     Kull istituzzjoni barra l-Kummissjoni tista', fil-limiti tas-sezzjoni tagħha tal-baġit, tagħmel trasferimenti fil-limitu ta’ l-Artikoli mingħajr ma tavża lill-awtorità baġitarja.”

(11)  L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

(a)         il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt (b) huwa sostitwit b'li ġej:

“(b)   rigward in-nefqa fuq persunal u amministrazzjoni, tittrasferixxi approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor sa massimu ta' 10% ta' l-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment, u sa massimu ta' 30% ta' l-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li jsir it-trasferiment lejha;"

ii) jiżdied il-punt (d) li ġej:

"(d)   tittrasferixxi approporjazzjonijiet, ladarba l-att bażiku jkun adottat skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat, mit-titolu “dispożizzjonijiet” imsemmi fl-Artikolu 43 għall-każijiet fejn ma jeżisti l-ebda att bażiku għall-azzjoni kkonċernata meta l-baġit ikun stabbilit.”

(iii)  It-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'li ġej:

“Tliet ġimgħat qabel tagħmel it-trasferimenti msemmija fil-punti (b) u (ċ) ta’ l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità baġitarja bid-deċiżjoni tagħha. F’każ li jingħataw raġunijiet debitament sostanzjati matul dak il-perijodu ta’ tliet ġimgħat minn fergħa jew oħra ta’ l-awtorità baġitarja, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24.”

(iv)           jiżdiedu t-tielet u r-raba’ subparagrafi li ġejjin:

Madankollu, matul l-aħħar xaharejn tas-sena finanzjarja, il-Kummissjoni tista’ awtonomament tittrasferixxi approprjazzjonijiet relatati ma’ nfiq fuq persunal, persunal estern u aġenti oħrajn minn titolu għal ieħor sa limitu totali ta’ 5% ta’ l- approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità baġitarja fi żmien ġimagħtejn wara wara d-deċiżjoni tagħha dwar dawk it-trasferimenti.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità baġitarja fi żmien ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tagħha dwar it-trasferimenti msemmija fil-punt (d) ta’ l-ewwel subparagrafu.”

(b)         fil-paragrafu 2, il-“paragrafu 1(ċ)” huwa sostitwit bil-“paragrafi 1 ”.

(12)     L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)         paragraph 1 is replaced by the following:

"1.    It-trasferimenti bejn it-titoli tal-baġit dedikati għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), il-Fondi Strutturali, il-Fond ta Koeżjoni, il-Fond tas-Sajd, il-Fond Ewropew Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali (FEAŻR) u r-Riċerka għandhom ikunu soġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali taħt it-Titoli I, II u III tat-Tieni Parti.

(b)  fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“Id-deċiżjonijiet dwar trasferimenti biex tkun permessa l-utilizzazzjoni tar-riżerva għall-għajnuna ta’ emerġenza għandhom jittieħdu mill-awtorità baġitarja fuq proposta mill-Kummissjoni. Għandha tintbagħat proposta separata għal kull operazzjoni individwali.”

c)           jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3.    F'każijiet eċċezzjonali debitament sostanzjati ta' diżastri umanitarji u kriżijiet internazzjonali, li jseħħu wara l-15 ta' Diċembru tas-sena baġitarja, il-Kummissjoni tista' tittrasferixxi approprjazzjonijiet baġitarji mhux użati għas-sena baġitarja attwali li għadhom disponibbli fit-titoli baġitarji li jaqgħu taħt l-intestatura 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali għat-titoli baġitarji dwar l-għajnuna għall-maniġġar ta' kriżijiet u operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja. Il-Kummissjoni għandha tinforma liż-żewġ fergħat ta' l-awtorità baġitarja immedjatament wara li tagħmel tali trasferimenti."

(13)     L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

(a)         il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'li ġej:

"1.    Kull proposta jew inizjattiva sottomessa lill-awtorità leġislattiva mill Kummissjoni jew minn Stat Membru f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat tal-KE jew it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li jista’ jkollha impatt fuq il-baġit, inkluż tibdil fin-numru ta’ entrati, għandha tkun akkumpanjata b'rendikont finanzjarju u l-evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 27(4) ta’ dan ir-Regolament.

Kwalunkwe emenda għal proposta jew inizjattiva sottomessa lill-awtorità leġislattiva li jista’ jkollha implikazzjonijiet konsiderevoli fuq il-baġit, inkluż tibdil fin-numru ta’ entrati, għandha tkun akkumpanjata b'rendikont finanzjarju mħejji mill-istituzzjoni li tkun qed tipproponi l-emenda”.

(b)  paragraph 3 is replaced by the following:

"3.    Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ frodi u ta' irregolaritajiet, ir-rendikont finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jirreġistra kwalunkwe informazzjoni dwar ħarsien eżistenti u ppjanat mill-frodi u dwar miżuri ta’ protezzjoni.”

 – 

 (14)       Wara l-Artikolu 28, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 28a

1.      Il-baġit għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ kontroll intern effettiv u effikaċi kif xieraq f’kull manjiera ta' ġestjoni, u skond ir-regolamenti speċifiċi għas-settur.

2.      Għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit, il-kontroll intern huwa definit bħala proċess applikabbli fil-livelli kollha tal-ġestjoni u mfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli għall-ksib ta’ l-objettivi li ġejjin:

(a) effettività, effikaċja u ekonomija ta' l-operati;

(b) irrappurtar ta’ min jorbot fuqu;

c) salvagwardjar ta’ l-assi u l-informazzjoni;

(d)(d)       prevenzjoni u identifikar ta’ frodi u irregolaritajiet;

e)     ġestjoni adegwata tar-riskji marbutin mal-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti, b'kont meħud tal-karattru pluriennali tal-programmi kif ukoll tan-natura tal-ħlasijiet involuti."

(15)  Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 2 hu sostitwit b'li ġej:

"2.    Il-President tal-Parlament Ewropew għandu jippubblika l-baġit u l-baġits emendatorji, kif ikunu adottati l-aħħar, fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropew.

Il-baġit għandu jkun ippubblikat fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha l-baġit ikun iddikjarat finalment adottat.

Il-kontijiet annwali kkonsolidati u r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u dik finanzjarja mfasslin minn kull istituzzjoni għandhom jiġu ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.”

(16)     Fl-Artikolu 30, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3.    Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, b'mod xieraq, l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta' fondi li ġejjin mill-baġit miżmum minnha meta l-baġit ikun implimentat fuq bażi ċentralizzata u direttament mid-dipartimenti tagħha, u l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta' fondi kif previst mill-entitajiet li lilhom ikunu delegati l-kompiti ta' l-implimentazzjoni tal-baġit taħt modi oħrajn ta' ġestjoni.

Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli b'osservanza debita tal-ħtiġiet ta' kunfidenzjalità, partikolarment il-protezzjoni tad-data personali kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar tad-data personali u l-moviment ħieles ta' tali data(3) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta' tali data(4), u tal-ħtiġiet tas-sigurtà, b'kont meħud ta' l-ispeċifikatijiet ta' kull mod ta' ġestjoni kif imsemmi fl-Artikolu 53 u fejn applikabbli f'konformità mar-regoli rilevati speċifiċi għas-settur."

(17)  L-Artikolu 33(2) huwa emendat kif ġej:

(a)         il-punt (d) huwa sostitwit b’li ġej:

"(d)          id-dikjarazzjonijiet ta’ l-attività li fihom li ġej:

-       informazzjoni dwar il-kisba ta' l-objettivi speċifiċi, miżurabbli, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u bil-ħin imkejjel kollha li ġew stabbiliti minn qabel għall- attivitajiet varji kif ukoll objettivi ġodda mkejla permezz ta' indikaturi;

-       ġustifikazzjoni sħiħa u approċċ kost-benefiċċju għal bidliet proposti fil-livell ta' approprjazzjonijiet;

-       razzjonal ċar għal intervent fil-livell ta' l-UE parallel, fost l-oħrajn, mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

-       information on the implementation rates of the previous year's activity and implementation rates for the current year.

Ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni għandhom ikunu kkonsultati u msemmija bħala evidenza tal-meriti possibbli ta' emendi baġitarji proposti."

(b)         jiżdied il-punt (e) li ġej:

"(e)   dikjarazzjoni fil-qosor ta’ l-iskeda ta’ ħlasijiet dovuti fi snin finanzjarji sussegwenti għal impenji baġitarji meħudin fi snin baġitarji preċedenti.”

(18)     Fl-Artikolu 37 (1), huwa miżjud it-tielet subparagrafu li ġej:

"Qabel jippreżentaw abbozz preliminari ta' baġit emendatorju, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet li mhumiex il-Kummissjoni għandhom jeżaminaw il-kamp ta' applikazzjoni għal riallokazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet rilevanti, b'kont meħud ta' kwalunkwe sottoimplimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet mistennijin."(19)  Fl-Artikolu 40, il-punt (a) huwa sostitwit b'li ġej:

"(a)        rendikont ġenerali tad-dħul u tan-nefqa;”

(20)     Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 43, huma sostitwit b'dan li ġej:

“L-approprajzzjonijiet f’dan it-titolu jistgħu jiġu wżati biss wara trasferiment skond l-proċedura stipulata fl-Artikolu 23(1)(d) fil-każijiet fejn l-att bażiku jkun adottat skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat, u dik ta’ l-Artikolu 24 għall-każijiet l-oħra.”

(21)  Fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 44, l-“Artikoli 22, 23 u 25” huma sostitwiti bl-“Artikoli 23 u 25”.

(22)     L-Artikolu 45 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 45

1.      Is-sezzjoni tal-baġit tal-Kummissjoni għandha tinkludi riżerva għall-għajnuna ta’ emerġenza għall-pajjiżi terzi.

2.      Ir-riżerva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintuża qabel tmiem is-sena finanzjarja permezz ta’ trasferiment skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 24 u 26.”

(23)     L-Artikolu 46(1) huwa emendat kif ġej:

(a)         il-punt (1) hu emendat kif ġej:

(i) il-frażi preliminari tinbidel b'li ġej:

“fir-rendikont ġenerali tad-dħul u tan-nefqa:”;

ii) jitħassar il-punt (f);

(iii)           il-punt (g) hu sostitwit b’li ġej:

"(g) rimarki xierqa dwar kull suddiviżjoni, kif imniżżel fl- Artikolu 41(1)";

(b)  il-punt (2) hu sostitwit b’li ġej:

"(2)   fis-sezzjoni għal kull istituzzjoni, id-dħul u n-nefqa għandhom jintwerew fl-istess struttura bħal fil-punt 1 (1)”;

c)           fil-punt (3), il-punt (ċ) hu sostitwit b’li ġej:

"(ċ)   rigward persunal xjentifiku u tekniku, il-klassifikazzjoni tista' tkun ibbażata fuq gruppi ta' gradi, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'kull baġit; il-pjan stabbilit għandu jispeċifika n-numru ta' persunal tekniku jew xjentifiku kwalifikat ħafna li huwa mogħti vantaġġi speċjali taħt id-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolamenti tal-Persunal;"

(d)(d)     il-punt (5) hu sostitwit b’li ġej:

"(5)   il-linji tal-baġit taħt id-dħul u n-nefqa meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni.”

(24)  Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 47(1), il-“gradi A1, A2 u A3” huma sostitwiti bil-“gradi AD 16, AD 15 u AD 14”.

(25)     L-Artikolu 49 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 49

1.      Att bażiku għandu l-ewwel jiġi adottat qabel ma jkunu jistgħu jintużaw l-approprjazzjonijiet imdaħħlin fil-baġit għal kwalunkwe azzjoni mill-Komunitajiet jew mill-Unjoni Ewropea.

Att bażiku huwa att legali li jipprovdi bażi legali għall-azzjoni u għall-implimentazzjoni tan-nefqa korrispondenti mdaħħal fil-baġit.

2.  Fl-applikazzjoni tat-Trattat tal-KE u t-Trattat Euratom, att bażiku huwa att adottat mill-awtorità leġislattiva u jista’ jkun f'forma ta’ regolament, direttiva, deċiżjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE jew deċiżjoni sui generis.

3.      Fl-applikazzjoni tat-Titolu V tat-TUE (dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni – il-PESK), att bażiku jista’ jkun f’waħda mill-forom speċifikati fl-Artikoli 13(2) u (3), 14, 18(5), 23(1) u (2) u 24 tat-TUE.

4.      Fl-applikazzjoni tat-Titolu VI tat-TUE (dwar il-Kooperazzjoni tal-Pulizija u l-Ġudikatura f’Materji Kriminali), att bażiku jista’ jkun f’waħda mill-forom imsemmijin fl-Artikolu 34(2) tat-TUE.

5.      Ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet ma jikkostitwux atti bażiċi skond it-tifsira ta’ dan l-artikolu, u anqas dawk ir-riżoluzzjonijiet, il-konklużjonijiet, id-dikjarazzjonijiet jew atti oħrajn li m’għandhom ebda effett legali.

6.      Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 sa 4, dawn li ġejjin jistgħu jkunu implimentati mingħajr att bażiku sakemm l-azzjonijiet li jkunu intenzjonati li jiffinanzjaw jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunitajiet jew ta' l-Unjoni Ewropea:

(a)    approprjazzjonijiet għal proġetti pilota ta’ natura sperimentali mfasslin biex jittestjaw il-fattibbiltà ta’ azzjoni u s-siwi tagħha. L-approprjazzjonijiet ta’ l-impenji rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal sentejn finanzjarji suċċessivi biss;

(b)  approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji fl-oqsma ta’ l-applikazzjoni tat-Trattat tal-KE u t-Trattat Euratom u tat-Titolu VI tat-TUE, imfasslin biex jippreparaw proposti bil-ħsieb li jiġu adottati azzjonijiet futuri. L-azzjonijiet preparatorji jridu jsegwu approċċ koerenti u jistgħu jieħdu diversi forom. L-approprjazzjonijiet ta’ impenji rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn tliet snin finanzjarji suċċessivi. Il-proċedura leġislattiva għandha tkun magħluqa qabel tmiem it-tielet sena finanzjarja. Matul il-proċedura leġislattiva, l-impenn ta’ approprjazzjonijiet għandu jikkorrespondi mal-karatteristiċi partikolari ta’ l-azzjoni preparatorja fir-rigward ta’ l-attivitajiet previsti, l-għanijiet immirati u l-persuni li bbenefikaw. Konsegwentement, il-mezzi implimentati ma jistgħux jikkorrispondu fil-volum ma’ dawk previsti għall-iffinanzjar ta' l-azzjoni definittiva nfisha;

Meta jkun ippreżentat l-abbozz ta' baġit preliminari, il- Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-awtorità baġitarja dwar l-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) li għandu jkopri wkoll valutazzjoni tar-riżultati u s-segwitu previst;

c)     approprjazzjonijiet għal miżuri preparatorji fil-qasam tat-Titolu V tat-TUE (dwar il-PESK). Dawn il-miżuri għandhom ikunu limitati għal perijodu qasir ta' żmien u għandhom ikunu mfasslin biex jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea biex jitwettqu l-objettivi tal-PESK u għall-adozzjoni ta’ l-istrumenti legali meħtieġa;

Għall-fini ta’ l-operati ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet ta’ l-UE, il-miżuri preparatorji huma mfasslin fost l-oħrajn biex jivvalutaw il-ħtiġiet operattivi, jipprovdu għal skjerament inizjali mgħaġġel tar-riżorsi, jew jistabbilixxu l-kondizzjonijiet fil-post għat-tnedija ta’ l-operat.

Il-miżuri preparatorji għandhom jinqablu mill-Kunsill, f'assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Għal dan il-għan, il-Presidenza, assistita mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/ir-Rappreżentant Għoli tal-PESK, għandu jinforma lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli dwar l-intenzjoni tal-Kunsill biex iniedi miżura preparatorja u dwar l-istima tar-riżorsi meħtieġa għal dan il-għan. F'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat ħlas mgħaġġel tal-fondi;

(d)    approprjazzjonijiet għal azzjonijiet ta’ darba, jew anke azzjonijiet għal durazzjoni indefinita, imwettqin mill-Kummissjoni permezz ta’ ħidma li tirriżulta mill-prerogattivi tagħha fuq livell istituzzjonali skond it-Trattat tal-KE u t-Trattat Euratom barra mid-dritt tagħha għal inizjattiva leġislattiva msemmi fil-punt (b) u skond setgħat speċifiċi mogħtija lilha direttament minn dawk it-Trattati, li lista tagħhom tingħata fir-regoli implimentattivi;

e)     approprjazzjonijiet għall-operat ta’ kull waħda mill-istituzzjonijiet skond l-awtonomija amministrattiva tagħha.”

(26)     Fl-Artikolu 50, jiżdied it-tieni paragrafu li ġej:

“Kull istituzzjonijiet għandha teżerċita dawn il-poteri skond dan ir-Regolament u fil-limiti ta’ l-approprjazzjonijiet awtorizzati.”

(27)     L-Artikolu 52 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 52

1.      L-atturi finanzjarji kollha u kwalunkwe persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni, il-ġestjoni, il-verifika jew il-kontroll għandhom ikunu pprojbiti milli jieħdu kwalunkwe azzjoni li tista' ġġib l-interessi tagħhom f'kunflitt ma' dawk tal-Kummissjoni. Jekk dan ikun il-każ, il-persuna in kwistjoni għandha tieqaf minn tali azzjonijiet u għandha tirreferi l-kwistjoni lill-awtorità kompetenti.

2.  Hemm kunflitt ta’ interessi fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ tali attur finanzjarju jew ta’ persuna oħra, kif imsemmi fil-paragrafu 1, tkun kompromessa għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess komuni ieħor mal-benefiċjarju.”

(28)     L-Artikolu 53 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 53

Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit skond id-dispożizzjonijiet imniżżin fl-Artikoli 53a sa 53d fi kwalunkwe minn dawn il-metodi:

(a)         fuq bażi ċentralizzata;

(b)         b’ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata;

c)           b’ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.”

(29)     Jiddaħħlu l-Artikoli 53a sa 53d li ġejjin:

"Artikolu 53a

Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit fuq bażi ċentralizzata, il-kompiti implimentattivi għandhom jitwettqu jew direttament mid-dipartimenti tagħha jew b’mod indirett, skond l-Artikoli 54 sa 57.

Artikolu 53b

1.      Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit b’amministrazzjoni konġunta, il-kompiti implimentattivi għandhom ikunu delegati lill-Istati Membri. Dak il-metodu għandu japplika partikolarment għall-azzjonijiet imsemmija fit-Titoli I u II tat-Tieni Parti.

2.  Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet komplementari inklużi fir-regolamenti rilevanti speċifiċi skond is-settur, u sabiex fl-amministrazzjoni kondiviża jiġi żgurat li l-fondi jiġu użati skond ir-regoli u l-prinċipji applikabbli, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri leġislattivi, regolatorji u amministrattivi kollha meħtieġa jew miżuri oħrajn meħtieġa biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet. Għal dan il-għan huma għandhom partikolarment:

(a)    jissodisfaw lilhom infushom li azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit fil-fatt jitwettqu u jiżguraw li dawn jiġu implimentati korrettament;

(b)    jipprevjenu u jittrattaw ħsieb l-irregolaritajiet u l-frodi;

c)     jirkupraw fondi mħallsa b’mod ħażin jew użati inkorrettament jew fondi mitlufin bħala riżultat ta’ irregolaritajiet jew żbalji.

(d)    jiżguraw, permezz ta' regolamenti rilevanti speċifiċi għas-settur u f'konformità ma' l-Artikolu 30(3), il-pubblikazzjoni annwali ex post adegwata tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli u għandhom iwaqqfu sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28a. Dawn għandhom iwettqu proċedimenti legali skond kif ikun meħtieġ u xieraq.

3.      L-Istati Membri għandhom jipproduċu taqsira annwali fil-livell nazzjonali xieraq tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet disponibbli.

4.      Sabiex ikun żgurat li l-fondi jkunu użati skond ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni għandha tapplika proċeduri ta' approvazzjoni tal-kontijiet jew mekkaniżmi ta’ korrezzjoni finanzjarja li bihom tkun tista’ tassumi r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-baġit.

Artikolu 53ċ

1.      Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit permezz ta’ amministrazzjoni deċentralizzata, il-kompiti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu delegati lil pajjiżi terzi skond l-Artikolu 56 tat-Titolu IV tat-Tieni Parti, mingħajr preġudizzju għad-delegazzjoni ta' kompiti residwi lill-korpi msemmija fl-Artikolu 54(2)].

2.      Sabiex ikun żgurat li l-fondi jkunu użati skond ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni għandha tapplika proċeduri ta' approvazzjoni tal-kontijiet jew mekkaniżmi ta’ korrezzjoni finanzjarja li bihom tkun tista’ tassumi r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-baġit.

3.      jiżguraw, permezz ta' regolamenti rilevanti speċifiċi għas-settur u f'konformità ma' l-Artikolu 30(3), il-pubblikazzjoni annwali ex post adegwata tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit.

Artikolu 53d

1.      Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit permezz ta’ amministrazzjoni konġunta, ċerti kompiti implimentattivi għandhom ikunu delegati lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, skond ir-regoli implimentattivi, fil-każijiet li ġejjin:

(a)    kull meta l-Kummissjoni u l-organizzazzjoni internazzjonali huma marbuta bi ftehim ta’ qafas għal perijodu fit-tul li jistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi u finanzjarji għall-kooperazzjoni tagħhom;

(b)    kull meta l-Kummissjoni u l-organizzazzjoni internazzjonali jelaboraw proġett jew programm konġunt;

c)     fejn il-fondi ta' bosta donaturi jinġabru flimkien u ma jkunux imħollijin għal elementi speċifiċi jew kategoriji ta' nfiq, jiġifieri, fil-każ ta' azzjonijiet b'bosta donaturi.

Dawn l-organizzazzjonijiiet għandhom, fil-kontijiet, verifika, kontroll intern u proċeduri ta' akkwsit tagħhom, japplikaw standards li joffru garanziji ekwivalenti għal standards aċċettati internazzjonalment.

2.      Il-ftehim individwali li ntlaħaq ma’ l-organizzazzjoni internazzjonali għall-għoti ta’ finanzjament għandu jinkludi dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kompiti fdati f'idejn l-organizzazzjoni internazzjonali.

3.      Organizzazzjonijiet internazzjonali li lilhom jiġu delegati kompiti ta' implimentazzjoni għandhom jiżguraw, f'konformità ma' l-Artikolu 30(3), il-pubblikazzjoni annwali ex post adegwata tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit.

(30)     L-Artikolu 54 huwa emendat kif ġej:

(a)         il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'li ġej:

"1. Il-Kummissjoni ma taistax tiddelega lil partijiet terzi l-poteri eżekuttivi li hija għandha taħt it-Trattati fejn dawn jinvolvu miżura kbira ta' diskrezzjoni li timplika għażliet politiċi. Il-kompiti implimentattivi delegati għandhom ikunu definit b'mod ċar u sorveljati rigward l-użu magħmul minnhom.

Id-delegazzjoni tal-kompiti ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit għandha tikkonforma mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda li jitlob kontroll intern effettiv u effiċjenti u għandha tiżgura konformità mal-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni, u l-viżibilità ta’ azzjoni Komunitarja. L-ebda kompiti implimentattivi delegati b’dan il-mod ma jistgħu jwasslu għal kunflitti ta’ interessi.”

(b)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)     il-fra¿i tal-bidu hija sostitwita b'li ġej:

"Fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista', meta timplimenta l-baġit b'ġestjoni ċentralizzata indiretta jew b'ġestjoni deċentralizzata taħt l-Artikoli 53a jew 53ċ, tiddelega kompiti ta' awtorità pubblika u partikolarment kompiti implimentattivi tal-baġit lil: [...]"

(ii) il-punt (b) huwa sostitwit b'li ġej:

“(b)   korpi stabbiliti mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 u korpi Komunitarji speċjalizzati oħrajn, bħall-Bank Ewropew ta’ l-Investiment jew il-Fond Ewropew ta’ l-Investiment, bil-kondizzjoni li dan huwa kompatibbli mal-kompiti ta' kull entità kif inhu definit fl-att bażiku”

(iii)           il-punt (ċ) huwa sostitwit b'li ġej:

"(ċ)   korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali jew korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati u li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fir-regoli implimentattivi.”

(iv)           jiżdied il-punt (d) li ġej:

"(d)   persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skond it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti skond it-tifsira ta' l-Artikolu 49."

(ċ)  fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“Tali korpi jew persuni għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu irregolaritajiet u frodi u jekk hu meħtieġ, li jibdew proċedimenti legali biex jirkupraw fondi mħallsa b’mod ħażin jew użat b’mod mhux korrett.”

(31)     L-Artikoli 55 u 56 huma sostitwiti b'li ġej:

"Artikolu 55

1.      L-aġenziji eżekuttivi għandhom ikunu persuni ġuridiċi taħt il-liġi Komunitarja, maħluqin b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni li jistgħu jiġu delegati poteri lilhom biex jimplimentaw programm jew proġett tal-Komunità sħiħ jew f'parti f’isem il-Kummissjoni u taħt ir-responsabbiltà tagħha skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58./2003(5).

2.      L-implimentazzjoni ta’ l-approprjazzjonijiet operattivi korrispondenti għandhom jitwettqu mid-direttur ta’ l-aġenzija.

Artikolu 56

1.      Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit permezz ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta, għandha l-ewwel tikseb evidenza ta’ l-eżistenza u l-operat xieraq fl-entitajiet li tafdalhom l-implimentazzjoni ta’ li ġej:

(a)    akkwist trasparenti u proċeduri ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotjiet non-diskriminatorji u li jeskludu kwalunkwe kunflitt ta’ interess u li huma konformi tad-dispożizzjonijiet tat-Titoli V u VI rispettivament;

(b)    sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti għall-ġestjoni ta’ operati, li tinkludi segregazzjoni effettiva tad-doveri ta’ l-uffiċjal awtorizzanti u ta’ l-uffiċjal tal-kontijiet jew tal-funzjonijiet ekwivalenti;

(ċ)  sistema ta’ kontabilità li tagħmel possibbli l-użu korrett tal-fondi Komunitarji li se jiġu vverifikati u l-użu tal-fondi li se jiġu riflessi fil-kontijiet Komunitarji;

(d)    verifika esterna indipendenti;

(e)    aċċess pubbliku għall-informazzjoni fil-livell previst fir-regolamenti Komunitarji;

(f)     pubblikazzjoni ex post annwali adegwata tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit f'konformità ma' l-Artikolu 30(3).

Il-Kummissjoni tista’ taċċetta li s-sistemi tal-verifika, kontabilità u akkwist ta’ l-entitajiet imsemmijin fil-Paragrafi 1 u 2 huma ekwivalenti għal tagħha, meta jitqiesu l-istandards aċċettati internazzjonalment.

2.      Fil-każ ta’ ġestjoni deċentralizzata, għandhom japplikaw l-istess kriterji li huma stabbiliti fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tal-kriterju previst fil-punt (e), b’mod sħiħ jew f’parti, skond il-grad ta’ deċentralizzazzjoni, miftiehem bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż terz, korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali kkonċernati.

Irrispettivament mill-paragrafu (1)(a) u l-Artikolu 169a, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi:

-   fil-każ tal-ġbir flimkien ta' fondi, u

-   skond il-kondizzjonijiet previsti fl-att bażiku,

li tuża l-proċeduri ta' akkwsit jew għotja tal-pajjiż imsieħeb benefiċjarju jew kif maqbul fost id-donaturi.

Qabel ma tittieħed tali deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha l-ewwel takkwista evidenza abbażi ta' każ b'każ li tali proċeduri jissodisfaw il-prinċipji tat-trasparenza, trattament ugwali u non-diskriminazzjoni, jipprevjenu kwalunkwe kunflitt ta' interess, joffru garanziji ekwivalenti għal standards aċċettati internazjonalment u jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet ta' ġestjoni finanzjarja soda li titlob kontroll intern effettiv u effċijenti.

Il-pajjiż terz, korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali kkonċernati għandhom jikkommettu ruħhom li jwettqu l-obbligi li ġejjin:

(a)    li jikkonformaw, soġġett għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1;

(b)    li jiżguraw li l-verifika msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 issir minn istituzzjoni nazzjonali għall-ivverifikar estern indipendenti;

c)     li jsir iċċekkjar regolari biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet li se jkunu ffinanzjati mill-baġit ikunu ġew implimentati korrettament;

(d)(d)       li jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, jintużaw proċedimenti legali għall-irkupru ta' fondi li jkunu tħallsu bi żball.

3.      Il-Kummissjoni għandha tiżgura s-sorveljanza, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta’ l-implimentazzjoni tal-kompiti fdati. Għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-ekwivalenza tas-sistemi ta' kontroll meta din twettaq kontrolli permezz ta’ l-użu tas-sistemi tagħha ta’ kontroll."

(32)     Fl-Artikolu 57, il-paragrafu 1 hu sostitwit b'li ġej:

"1.    Il-Kummissjoni ma tistax tafda miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ fondi li ġejjin mill-baġit, inkluż il-pagament u l-irkupru, lil entitajiet jew korpi esterni tas-settur privat, ħlief fil-każ imsemmi fl-Artikolu 54(2)(ċ) jew f’każijiet speċifiċi fejn il-ħlasijiet involuti għandhom isiru lil benefiċjarji ddeterminati mill-Kummissjoni, li huma soġġett għal kondizzjonijiet u ammonti stabbiliti mill-Kummissjoni u li ma jinvolvux l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni mill-entità jew korp li qed jagħmel il-ħlasijiet.”

(33)  L-Artikolu 59 huwa emendat kif ġej:

(a)         jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

"1a.  Għall-fini ta’ dan it-Titolu, it-terminu “persunal” jirreferi għal persuni koperti mir-Regolamenti tal-Persunal.”

(b)         il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'li ġej:

"2.    Kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi fir-regoli amministrattivi interni tagħha l-persunal ta’ livell xieraq li lilu tiddelega b’konformità mal-kondizzjonijiet fir-regoli ta’ proċedura tagħha d-doveri ta’ l-uffiċjal awtorizzanti, l-kamp ta' applikazzjoni tal-poteri delegati u l-possibbiltà li l-persuni delegati b’dawn il-poteri jistgħu jissubdelegawhom."

(ċ)         paragraph 3 is replaced by the following:

"3.    Il-poteri ta’ l-uffiċjal awtorizzanti għandhom jiġu delegati jew subdelegati biss lill-persunal.”

(34)     Fl-Artikolu 60, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'li ġej:

"7.    L-uffiċjal awtorizzanti permezz ta’ delega għandu jirrapporta lill-istituzzjoni tiegħu dwar il-prestazzjoni tad-doveri tiegħu fil-forma ta’ rapport ta’ l-attività annwali flimkien ma’ informazzjoni finanzjarja u amministrattiva li tikkonferma li l-informazzjoni li hemm fir-rapport tippreżenta dehra vera u ġusta kif speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riserva marbuta ma' oqsma definti ta' dħul u nfiq.

Dak ir-rapport għandu jindika r-riżultati ta’ l-operati b’referenza għall-objettivi dikjarati, ir-riskji assoċjati ma’ dawn l-operati, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern. L-awditur intern għandu jieħu nota tar-rapport annwali u ta’ kwalunkwe biċċa informazzjoni oħra identifikata. Mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-awtorità baġitarja r-rapporti annwali għas-sena preċedenti."

(35)     L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

(a)         fil-paragrafu 1, il-punt (e), tiżdied din is-sentenza li ġejja:

“l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jingħata s-setgħa biex jivverifika li l-kriterji ta’ validazzjoni jkunu ġew irrispettati;”

(b)         jiddaħħlu l-paragrafi 2a, 2b u 2ċ li ġejjin:

"2a.  Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mill-istituzzjoni, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jiffirmahom u b'hekk jiċċertifika li huwa/hija għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-istituzzjoni.

Għal dak il-fini, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jkun sodisfatt li l-kontijiet tħejjew skond ir-regoli, il-metodi u s-sistemi tal-kontabilità stabbiliti taħt ir-responsabbiltà tiegħu kif stipulati f’dan ir-Regolament għall-kontijiet ta’ l-istituzzjoni tiegħu, u li d-dħul u l-infiq kollu jkunu ddaħħlu fil-kontijiet.

L-uffiċjali awtorizzanti b’delega għandhom jgħaddu l-informazzjoni kollha li l-uffiċjal tal-kontijiet għandu bżonn biex ikun jista’ jwettaq id-doveri tiegħu.

L-uffiċjali awtorizzanti għandhom jibqgħu totalment responsabbli għall-użu xieraq tal-fondi li jamministraw kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa taħt il-kontroll tagħhom.

2b.  L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jingħata s-setgħa biex jiċċekkja l-informazzjoni li jirċievi kif ukoll biex jagħmel aktar verifiki li jemmen li jkunu meħtieġa sabiex ikun jista’ jiffirma l-kontijiet.

L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jagħmel riservi, jekk meħtieġ, fejn ifisser eżattament in-natura u l-kamp ta' l-applikazzjoni ta dawn ir-riservi.

2ċ.    L-uffiċjali tal-kontijiet ta’ istituzzjonijiet u aġenziji oħrajn għandhom jiffirmaw il-kontijiet annwali tagħhom u jibagħtuhom lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni.”

(c)         il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'li ġej:

"3.    Ħlief meta pprovdut xort’oħra f’dan ir-Regolament, l-uffiċjal tal-kontijiet biss għandu l-poter li jamministra l-flus kontanti u l-ekwivalenti tal-flus kontanti. Huwa għandu jkun responsabbli għas-salvagwardja tagħhom.”

(36)     Fl-Artikolu 62, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-uffiċjal tal-kontijiet jista’, fit-twettiq tad-doveri tiegħu, jiddelega ċerti kompiti lil persunal subordinat”.

(37)     L-Artikolu 63 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 63

1.      Il-kontijiet imprest jistgħu jitwaqqfu għall-ġabra ta’ dħul ħlief għal riżorsi proprji u għall-ħlas ta’ somom żgħar kif iddefinit fir-regoli ta’ implimentazzjoni.

Madankollu, fil-qasam ta’ l-operati għall-għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u għall-għajnuna umanitarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 110, il-kontijiet l-imprest jistgħu jintużaw mingħajr kwalunkwe limitu fuq l-ammont waqt li jirrispettaw il-livell ta' approprjazzjonijiet deċiż mill-awtorità baġitarja dwar il-linja tal-baġit korrispondenti għas-sena finanzjarja attwali.2.  Il-kontijiet imprest għandhom ikunu dotati mill-uffiċjal tal-kontijiet ta’ l-istituzzjoni u għandhom jitpoġġew taħt ir-responsabbiltà ta’ amministraturi ta' imprest maħturin mill-uffiċjal tal-kontijiet ta’ l-istituzzjoni.”

(38)     Fl-Artikolu 65, il-paragrafu 1 hu sostitwit b'li ġej:

"1.    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu huma bla preġudizzju għar-responsabbiltà tal-liġi kriminali li l-atturi finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 64 jistgħu jiffaċċjaw kif previst fil-liġi nazzjonali applikabbli u fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet jew uffiċjali ta’ l-Istati Membri.”

(39)     L-Artikolu 66 huwa emendat kif ġej:

(a)         paragraph 1 is replaced by the following:

"1.    L-uffiċjal awtorizzanti għandu jkun responsabbli għall-ħlas ta’ kumpens kif stipulat fir-Regolamenti tal-Persunal."

(b)         jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

"1a.  L-obbligu biex jitħallas kumpens għandu partikolarment japplika jekk:

(a)    l-uffiċjal awtorizzanti, jew b’mod intenzjonat jew minħabba negliġenza serja min-naħa tiegħu, jiddetermina li għandhom jiġu rkuprati entrati jew jippubblika ordnijiet ta' rkupru, jikkommetti nefqa jew jiffirma ordni ta' ħlas mingħajr ma jikkonforma ma' dan ir-Regolament u r-regoli implimentattivi,

(b)    l-uffiċjal awtorizzanti, jew b’mod intenzjonat jew minħabba negliġenza serja min-naħa tiegħu, jonqos milli jfassal dokument li jistabbilixxi ammont dovut, jittraskura milli joħroġ ordni ta’ rkupru jew jittardja l-ħruġ tagħha jew jittardja l-ħruġ ta’ ordni għal ħlas, u b’hekk jesponi lill-istituzzjoni għal azzjoni civili minn partijiet terzi.”

(ċ)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'li ġej:

"3.    Fil-każ ta' sottodelegazzjoni fl-ambitu tas-servizzi tiegħu, l-uffiċjal awtorizzanti b'delegazzjoni jibqa' responsabbli għall-effikaċja u l-effettività tal-ġestjoni interna u tas-sistemi ta’ kontroll stabbiliti u għall-għażla ta l-uffiċjal awtorizzanti b'sottodelegazzjoni.”

(d) fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'li ġej:

"4.    Kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi bord speċjalizzat għall-irregolaritajiet finanzjarji jew tipparteċipa f’bord konġunt imwaqqaf minn diversi istituzzjonijiet. Il-bordijiet għandhom jiffunzjonaw indipendentement u jiddeterminaw jekk tkunx seħħet irregolarità finanzjarja u x’għandhom ikunu l-konsegwenzi, jekk dan ikun il-każ.”

(40)     L-Artikolu 73(2) huwa emendat kif ġej:

(a)         il-paragrafu jinbidel kif ġej:

"2.    Fejn l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkun qiegħed jippjana li jirrinunċja għal jew parzjalment jirrinunċja għal irkupru ta’ xi ammont rekuperabbli stabbilit, huwa/hija għandu jiżgura li r-rinunċja hija magħmula sewwa u li hija konformi mal-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba u ta’ proporzjonalità skond il-proċeduri u l-kriterji stabbiliti fir-regoli implimentattivi. Id-deċiżjoni ta’ rinunċja għandha tiġi ssostanzjata. L-uffiċjal awtorizzanti jista' jiddelega d-deċiżjoni biss kif stabbilit fir-regoli implimentattivi."

(b)         jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ wkoll iħassar jew jaġġusta ammont dovut stabbilit, skond il-kondizzjonijiet imniżżlin fir-regoli implimentattivi.”

(41)  Jiddaħħal l-Artikolu 73a li ġej:

"Artikolu 73a

Bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti speċifiċi u l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill marbuta mas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet, id-drittijiet tal-Komunitajiet fir-rigward ta’ partijiet terzi u d-drittijiet ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Komunitajiet għandhom ikunu soġġetti għal perijodu ta’ limitazzjoni ta’ ħames snin.

Id-data biex jiġi kkalkulat il-perijodu ta’ limitazzjoni u l-kondizzjonijiet għall-interruzzjoni tal-perijodu għandhom jitniżżlu fir-regoli implimentattivi.”

(42)     Fl-Artikolu 75(2), l-“Artikolu 49(2)" huwa sostitwit bl-“Artikolu 49 (6)(e)”

(43)     Fl-Artikolu 77(3), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“L-ammont ta’ impenn tal-baġit li jikkorrispondi għal impenn legali li għalih ma sar l-ebda ħlas skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 81 f’perijodu ta’ tliet snin wara l-iffirmar ta’ l-impenn legali għandu jkun diżimpenjat.”

(44)     Fl-Artikolu 80, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Meta jsiru ħlasijiet perjodiċi għal servizzi mogħtija, inklużi servizzi ta' kiri, jew oġġetti kunsinnati, u soġġett għal analiżi tar-riskju tiegħu, l-uffiċjal awtorizzanti jista' jordna l-applikazzjoni ta' sistema ta' debitu dirett."

(45)     Fl-Artikolu 86(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'li ġej:

“(b)   biex ikunu vvalutati l-effikaċja u l-effettvità tas-sistemi tal-kontroll intern u tal-verifika applikabbli għal kull operazzjoni ta’ implimentazzjoni baġitarja.”

(46)  Fl-Artikolu 87, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'li ġej:

“Jekk l-awditur intern hu membru tal-persunal, huwa għandu jassumi r-responsabbiltà kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal u kif imniżżel fir-regoli implimentattivi.”

(47)     L-Artikolu 88 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 88

1.      Il-kuntratti pubbliċi huma kuntratti għal interess tal-flus konklużi bil-kitba bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 104 u 167, sabiex tinkiseb, bi ħlas ta’ prezz imħallas totalment jew parzjalment mill-baġit, il-provvista ta’ assi mobbli jew immobbli, l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew il-provvista ta’ servizzi.

Dawn il-kuntratti jinkludu:

(a) kuntratti għax-xiri jew il-kiri ta’ bini;

(b) kuntratti ta’ kunsinni;

c) kuntratti ta’ xogħlijiet;

(d)(d)       kuntratti ta’ servizzi.

2.      Il-kuntratti qafas huma kuntratti konklużi bejn awtorità kontraenti waħda jew aktar jew bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tagħhom huwa biex jiġu stabbiliti t-termini li jirregolaw kuntratti li se jingħataw matul perijodu stipulat, partikolarment fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista. Huma għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu dwar il-proċedura ta' l-għoti, inklużi l-avviżi pubbliċitarji.

3.           Dan it-Titolu mhuwiex marbut ma' għotjiet, bla preġudizzju għall-Artikoli 93 sa 96.”

(48)  Fl-Artikolu 89(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jużaw kuntratti ta' qafas kif mhux xieraq jew b’mod li l-għan jew l-effett huwa li jipprevjeni, jirrestrinġi jew ifixkel il-kompetizzjoni.”

(49)     L-Artikolu 90 huwa emendat kif ġej:

(a)         il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'li ġej:

"1.    Il-kuntratti kollha li jaqbżu l-limiti massimi previsti fl-Artikolu 105 jew l-Artikolu 167 għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea."

(ii) it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'li ġej:

“L-avviżi tal-kuntratti għandhom jiġu ppubblikati bil-quddiem ħlief fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 91(2) ta' dan ir-Regolament, kif speċifikat fir-regoli implimentattivi, u għall-kuntratti ta' servizz koperti bl-Anness IIB tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6)."

(b)    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'li ġej:

"Kuntratti b'valur taħt il-limiti massimi provduti fl-Artikolu 105 jew l-Artikolu 167 u l-kuntratti ta' servizz imsemmija fl-Anness IIB għad-Direttiva 2004/18/KE għandhom ikunu rreklamati b'mezzi xierqa, kif speċifikat fir-regoli implimentattivi."

(50)  L-Artikolu 91 huwa emendat kif ġej:

(a)         paragraph 1 is replaced by the following:

"1. Il-proċeduri ta’ akkwist għandhom jieħdu waħda minn dawn il-forom li ġejjin:

(a)   il-proċedura miftuħa;

(b)  il-proċedura ristretta;

c)    konkorsi;

(d)(d)          il-proċedura negozjata;

e)    id-djalogu kompetittiv.

Meta kuntratt pubbliku jew kuntratt qafas huwa ta' interess għal żewġ istituzzjonijiet jew aktar, l-aġenziji eżekuttivi jew il-korpi msemmija fl-Artikolu 185, u fejn hemm possibilità li jkun realizzat qligħ effiċjenti, l-awtoritajiet kontraenti kkonċernati għandhom ifittxu li jwettqu l-proċedura ta' akkwist fuq bażi interistituzzjonali.

Meta kuntratt pubbliku jew kuntratt qafas huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni konġunta bejn istituzzjoni waħda u awtorità kontraenti minn Stat Membru, il-proċedura ta’ akkwist tista’ titwettaq konġuntament mill-istituzzjoni u din l-awtorità kontraenti, kif speċifikat fir-regoli implimentattivi.”

(b)         fil-paragrafu 2, jitħassar it-tieni subparagrafu;

(ċ)  jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4.    Ir-regoli implimentattivi għandhom jiddefinixxu l-proċedura ta' akkwist imsemmija fil-paragrafu 1, applikabbli għall-kuntratti ta' servizz koperti bl-Anness II B tad-Direttiva 2004/18/KE u għal kuntratti ddikkjarati li huma sigrieti, li l-prestazzjoni tagħhom trid tkun akkumpanjata minn miżuri speċjali ta' sigurtà, jew meta l-ħarsien ta' interessi essenzjali tal-Komunitajiet jew l-Unjoni Ewropea jkunu jesiġu dan.”

(51)     L-Artikolu 92 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 92

“Id-dokumenti relatati mas-sejħa għall-offerti għandhom jagħtu deskrizzjoni sħiħa, ċara u preċiża tas-suġġett tal-kuntratt u jispeċifikaw il-kriterji ta’ l-esklużjoni, l-għażla u l-għoti applikabbli għall-kuntratt.”

(52)     L-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:

(a)         Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i) il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'li ġej:

"Il-kandidati jew appaltaturi għandhom ikunu esklużi mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta' akkwist jekk:

ii) il-punt (f) huwa sostitwit b'li ġej:

"(f)    huma bħalissa soġġetti għal penalitajiet amministrattiva msemmija fl-Artikolu 96(1).”

(iii)  jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-punti (a) sa (d) ta’ l-ewwel subparagrafu m’għandhomx japplikaw fil-każ ta' xiri ta' kunsinni b'termini partikolarment vantaġġjużi jew mingħand fornitur li definittivament se jtemm l-attivitajiet tan-negozju tiegħu, jew ir-riċevituri jew il-likwidaturi ta' falliment, ftehim mal-kredituri, jew proċedura simili skond il-liġi nazzjonali."

(b)         paragraph 2 is replaced by the following:

"2.    Il-kandidati jew appaltaturi għandhom jiċċertifikaw li mhumiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1. Madankollu, l-awtorità kontraenti tista’ tibqa' lura milli titlob tali ċertifikazzjoni f'każ ta’ kuntratti ta’ valur baxx ħafna, kif speċifikat fir-regoli implimentattivi.

Għall-fini ta’ l-applikazzjoni korretta tal-paragrafu 1, il- kandidat jew l-appaltatur, kulmeta jintalbu mill-awtorità kontraenti, iridu:

(a)    fejn il-kandidat jew l-appaltatur huwa entità ġuridika, jipprovdu informazzjoni dwar il-pussess jew dwar il-ġestjoni, il-kontroll u s-setgħa ta' rappreżentanza ta' l-entità ġuridika,

(b)    fejn ikun previst is-subkuntrattar, jiċċertifikaw li s- subkuntrattur mhuwiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1.”

(ċ)         jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3.    Ir-regoli implimentattivi għandhom jiddeterminaw il-perijodu massimu li matulu is-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jagħtu lok għall-esklużjoni ta’ kandidati jew ta' appaltaturi mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ akkwist. Il-perijodu massimu ma jistax jeċċedi l-għaxar snin.”

(53)  L-Artikoli 94, 95 u 96 huma sostitwiti b’li ġej:

"Arikolu 94

Ma jistax jiġi aġġudikat kuntratt lil kandidati jew appaltaturi li, matul il-perijodu ta’ akkwist għal dan il-kuntratt:

(a)         huma soġġetti għal kunflitt ta’ interess;

(b)    ikunu ħatja ta' miżrappreżentazzjoni meta jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti bħala kondizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ta' akkwist jew jonqsu milli jagħtu din l-informazzjoni;

c)      isibu ruħhom f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni, imsemmija fl-Artikolu 93(1), għal din il-proċedura ta’ akkwist;

Artikolu 95

1.      Għandha titwaqqaf u tkun operata mill-Kummissjoni database ċentrali f’konformità mar-regoli Komunitarji dwar il-protezzjoni tad-data personali. Id-database għandu jkun fiha d-dettalji tal-kandidati u l-appaltaturi li jkunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 93, 94, 96 (1)(b) u (2)(a). Id-database għandha tkun komuni għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi msemmijin fl-Artikolu 185.

2.      L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri u pajjiżi terzi kif ukoll korpi, barra dawk imsemmija f’paragrafu 1, li qed jipparteċipaw fl-implimentzzjoni tal-baġit skond l-Artikoli 53 u 54, għandhom jikkomunikaw informazzjoni lill-uffiċjal li jawtorizza kompetenti dwar il-kandidati u l-offerenti li huma f’waħda mis-sitwazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 93(1)(e), fejn il-kondotta ta’ l-operatur ikkonċernat kienet ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunità. L-uffiċjal li jawtorizza għandu jirċievi din l-informazzjoni u jitlob lill-uffiċjal ta’ verifika biex idaħħala fid-database.

L-awtoritajiet u l-korpi msemmija fl-ewwel sotto-paragrafu għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni li hemm fid-database u jistgħu jikkunsidrawha, kif xieraq u fuq responsabilità tagħhom, għall-għoti ta’ kuntratti assoċjati ma' l-implimentazzjoni tal-baġit.

3.      Fir-regoli implimentattivi għandhom jiġi stabbiliti kriterji trasparenti u koerenti biex jiżguraw applikazzjoni proporzjonata tal-kriterji ta' esklużjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-proċeduri standardizzati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-operat tad-database.

Artikolu 96

1.      Jistgħu jiġu imposti penalitajiet amministrattivi jew finanzjarji mill-awtoritajiet kontraenti lil:

(a) kandidati jew appaltaturi fil-każijiet imsemmijin fil-punt (b) ta' l-Artikolu 94;

(b)    kuntratturi li ġew iddikjarati li huma fi ksur serju ta’ l- obbligi tagħhom skond kuntratti koperti mill-baġit.

Madankollu, fil-każijiet kollha, l-awtorità kontraenti trid l-ewwel tagħti lill-persuna konċernata l-opportunità li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.

2.      Il-penalitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonali ma’ l-importanza tal-kuntratt u mas-serjetà ta' l-imġiba ħażina, u jistgħu jikkonsistu fi:

(a)    l-esklużjoni tal-kandidat jew ta’ l-appaltatur jew tal-kuntrattur ikkonċernat mill-kuntratti u l-għotjiet iffinanzjati mill-baġit, għal perijodu massimu ta’ għaxar snin; u/jew

(b)    il-ħlas ta' penalitajiet finanzjarji mill-kandidat jew appaltatur jew kuntrattur sal-valur tal-kuntratt involut."

(54)     L-Artikolu 97 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 97

1.      Il-kuntratti għandhom jingħataw abbażi ta’ kriterji għall-għoti applikabbli għall-kontenut tas-sejħa għall-offerti wara li l-ħila ta' l-operaturi ekonomiċi mhux eskluża taħt l-Artikoli 93, 94 u 96(2)(a) tkun ġiet iċċekkjata skond il-kriterji ta’ l-għażla li jinsabu fid-dokumenti relatati mas-sejħa għall-offerti."

2.      Il-kuntratti għandhom jingħataw bil-proċedura awtomatika ta' għoti jew bil-proċedura ta' aċċertament ta' l-aħjar valur għall-flus maħruġin."

(55)  L-Artikolu 98 huwa emendat kif ġej:

(a)         il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'li ġej:

"1.    L-arranġamenti sabiex jintefgħu l-offerti għandhom ikunu tali li jiżguraw li jkun hemm kompetizzjoni ġenwina u li l-kontenut ta' l-offerti jibqa' kunfidenzjali sakemm jinfetħu kollha simultanjament.

2.     L-awtorità kontraenti tista’, jekk dan jitqies xieraq u proporzjonat, titlob lill-appaltaturi, kif previst fir-regoli implimentattivi, biex jissottomettu sigurtà bil-quddiem bħala garanzija li l-offerti magħmulin ma jitreġġgħux lura."

(b)         paragraph 4 is replaced by the following:

"4.    It-talbiet għal parteċipazzjoni jew l-offerti kollha ddikjarati mill-bord tal-ftuħ li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti għandhom jiġu evalwati, abbażi tal-kriterji previsti fid-dokumenti rigward is-sejħa għall-offerti, sabiex issir proposta lill-awtorità kontraenti li lilha ġie aġġudikat il-kuntratt jew qabel ma jsir irkant elettroniku."

(56)     L-Artikoli 102 u 103 huma sostitwiti b'li ġej:

"Artikolu 102

1.      L-awtorità kontraenti għandha titlob lill-kuntratturi jissottomettu garanzija bil-quddiem fil-każi speċifikati fir-regoli implimentattivi.

2.      L-awtorità kontraenti tista’, jekk jitqies xieraq u proporzjonat, titlob lill-kuntratturi jissottomettu garanzija sabiex:

(a) tiżgura rendiment sħiħ tal-kuntratt;

(b) tillimita r-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas ta' pre-finanzjament."

Artikolu 103

Meta l-proċedura ta’ aġġudikazzjoni tkun soġġetta għal żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-istituzzjonijiet għandhom jissospendu l-proċedura u jistgħu jieħdu kwalunkwe miżuri meħtieġa, inkluża l-kanċellazzjoni tal-proċedura.

Meta, wara l-aġġudikazzjoni tal-kuntratt, il-proċedura ta' aġġudikazzjoni jew it-twettiq tal-kuntratt tkun soġġetta għal żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-istituzzjonijiet jistgħu, skond l-istadju li jkun intlaħaq fil-proċedura, jibqgħu lura milli jikkonkludu l-kuntratt jew jissospendu t-twettiq tal-kuntratt jew, fejn xieraq, jitterminaw il-kuntratt.

Meta tali żbalji, irregolaritajiet jew frodi huma attribwibbli għall-kuntrattur, l-istituzzjonijiet jistgħu wkoll jirrifjutaw li jagħmlu ħlasijiet, jistgħu jirkupraw ammonti diġà mħallsa jew jistgħu jitterminaw il-kuntratti kollha konklużi ma' dan il-kuntrattur, fi proporzjon mas-serjetà ta' l-iżbalji, irregolaritajiet jew frodi."

(57)     In Article 104, the following sentence is added:

“Dawn għandhom jiddelegaw il-poteri meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ awtorità kontraenti skond l-Artikolu 59.”

(58)     L-Artikolu 105 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 105

1.      Soġġett għat-Titolu IV tat-Tieni Parti ta’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 2004/18/KE għandha tistabbilixxi l-limiti massimi li jiddeterminaw:

(a) l-arranġamenti tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 90;

(b) l-għażla ta’ proċeduri msemmijin fl-Artikolu 91(1);

c) il-limiti taż-żmien korrispondenti.

2.  Soġġett għall-eċċezzjonijiet u l-kondizzjonijiet speċifikati fir-regoli implimentattivi, l-awtorità kontraenti m’għandhiex, fil-każ ta’ kuntratti koperti mid-Direttiva 2004/18/KE, tiffirma l-kuntratt jew il-kuntratt qafas ma’ l-appaltatur li jkun rebħu qabel ma jgħaddi perijodu ta’ pawsa.”

(59)     It-titolu tal-Kapitolu 1 tat-Titolu VI ta’ l-Ewwel Parti huwa sostitwit b'li ġej:

"KAPITOLU 1

Kamp ta' applikazzjoni u forma ta’ għotjiet”

(60)     L-Artikolu 108 huwa emendat kif ġej:

(a)         Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’li ġej:

"Huma għandhom ikunu koperti jew bi ftehim miktub jew b'deċiżjoni tal-Kummissjoni notifikata lill-applikant rebbieħ."

(b)         Il-Paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Dawn li ġejjin m'għandhomx jikkostitwixxu għotjiet skond it-tifsira ta’ dan it-Titolu:

(a)    nefqa fuq membri u persunal ta' l-istituzzjonijiet u kontribuzzjonijiet lill-iskejjel Ewropej;

(b)    self, strumenti Komunitarji li jġorru r-riskji jew kontribuzzjonijiet finanzjarji Komunitarji lil tali strumenti, il-kuntratti pubbliċi msemmijin fl-Artikolu 88 u għajnuna mħallsa bħala assistenza makrofinanzjarja u appoġġ tal-baġitarju;

(ċ)    investimenti f’ishma abbażi tal-prinċipju ta’ l-investitur privat, finanzjamenti kważi-ishma u proprjetà f’ishma jew parteċipazzjonijiet f’ishma f’istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD) jew korpi Komunitarji speċjalizzati bħal mhuwa l-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF);

d) kontribuzzjonijiet imħallsin mill-Komunitajiet bħala sottoskrizzjonijiet lil korpi li tagħhom huma membri;

(e)    nefqa implimentata bħala parti minn ġestjoni komuni, deċentralizzata jew konġunta skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 53 sa 53d;

(f)     ħlasijiet magħmulin lill-korpi li lilhom ikunu delegati kompiti implimentattivi skond l-Artikoli 54(2) u kontribuzzjonijiet magħmulin permezz ta' l-att bażiku kostituttiv tagħhom lil korpi mwaqqfin mill-awtorità leġislattiva;

(g)    nefqa relatata ma’ swieq tas-sajd imsemmijin fil-Artikolu 3(2) il-punt (f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni(7);

(h)    ħlas b'lura ta’ spejjeż ta’ vvjaġġar u ta’ sussistenza maħruġin minn, jew meta xieraq, kwalunkwe indennitajiet oħrajn imħallsin lil persuni mistiedna jew li rċevew il-mandat mill-istituzzjonijiet.”

(ċ)         jiżdiedu l-paragrafi 3 u 4 li ġejjin:

"3.    Dan li ġej għandu jiġi assimilat għal għotjiet u għandu jkun irregolat, kif xieraq, minn dan it-Titolu:

(a)   il-benefiċċju derivat minn sussidju ta' interessi fuq ċertu self;

(b)    investimenti f’ishma jew parteċipazzjonijiet ħlief dawk imsemmijin fil-punt (ċ) tal-paragrafu 2.

4.      Kull istituzzjoni tista’ tagħti għotjiet għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni fejn, għal raġunijiet ġustifikati kif suppost, l-użu ta’ proċeduri ta’ xiri pubbliku m'huwiex xieraq".

(61)  L-Artikolu 108a li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 108a

1.           L-għotjiet jistgħu jkunu fi kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

(a) rimborż ta’ proporzjon speċifikat ta’ l-ispejjeż eliġibbli li attwalment ikunu tħallsu;

(b) somom ta’ darba;

c) iffinanzjar b’rata fissa;

(d)(d)       kombinazzjoni tal-forom imsemmijin fil-punti (a), (b) u (ċ);

2.           L-għotjiet għandhom jirrispettaw limitu massimu ġenerali f'termini ta' valur assolut."

(62)     It-titolu tal-Kapitolu 2 tat-Titolu VI ta’ l-Ewwel Parti huwa sostitwit b'li ġej:

"KAPITOLU 2

Prinċipji"

(63)     L-Artikolu 109 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 109

1.      L-għotjiet għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament indaqs.

Dawn ma jistgħux ikunu kumulattivi jew iġġudikati retrospettivament u għandhom jinvolvu ko-finanzjament.

Fl-ebda ċirkustanza l-ispejjeż totali kombinati eliġibbli għall-iffinanzjar m’għandhom jinqabżu, kif speċifikat fir-regoli implimentattivi.2.  L-għotjiet m'għandhomx ikollhom l-għan jew l-effett li jipproduċu profitt għall-benefiċjarju.

3.           Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għal dawn li ġejjin:

(a) studju, riċerka jew boroż ta’ studju għal taħriġ imħallsin minn persuni fiżiċi;

(b) premjijiet mogħtijin wara kompetizzjonijiet;

(ċ)    azzjonijiet li għandhom l-objettiv li jirrinfurzaw il-kapaċità finanzjarja ta’ benefiċjarju jew il-ħolqien ta’ dħul fil-qafas tar- relazzjonijiet esterni."

(64)     Fl-Artikolu 110, il-paragrafu 1 hu sostitwit b'li ġej:

"1.    L-għotjiet għandhom ikunu soġġetti għal programm ta' ħidma annwali, li jrid jiġi ppubblikat fil-bidu tas-sena.

Dak il-programm ta’ ħidma annwali għandu jiġi implimentat permezz tal-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti, ħlief f’każijiet eċċezzjonali ta’ urġenza debitament sostanzjati jew meta l-karatteristiċi tal-benefiċjarju jew ta’ l-azzjoni ma jħallu l-ebda għażla oħra għal azzjoni partikulari, jew meta l-benefiċjarju jiġi identifikat f'att bażiku bħal riċevitur ta' għotja.”

L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal għajnuna f’każ ta’ ġestjoni ta’ kriżi u operati ta’ għajnuna umanitarja.”

(65)     L-Artikoli 111 u 112 huma sostitwiti b'li ġej:

"Artikolu 111

“Azzjoni waħda tista’ tagħti lok għall-aġġudikazzjoni ta’ għotja waħda biss mill-baġit lil kwalunkwe benefiċjarju wieħed, ħlief fejn huwa awtorizzat xort’oħra mill-atti bażiċi kkonċernati.

Benefiċjarju jista’ jkun aġġudikat għotja operattiva waħda biss mill-baġit għal kull sena finanzjarja.L-applikant għandu jinforma lill-uffiċjali awtorizzanti immedjatament dwar kwalunkwe applikazzjonijiet multupli u għotjiet multipli relatati ma’ l-istess azzjoni jew ma’ l-istess programm ta’ ħidma.

Fi kwalunkwe każ, l-istess spejjeż m'għandhomx jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit.

Artikolu 112

1.      Għotja tista’ tingħata għal azzjoni li tkun diġà nbdiet biss meta l-applikant jista’ juri l-ħtieġa li tinbeda l-azzjoni qabel ma jirċievi l-għotja.

F’tali każijiet, l-ispejjeż eliġibbli għall-finanzjament ma jistgħux ikunu ntefqu qabel id-data ta’ sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-għotja, ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament issostanzjati, kif previst fl-att bażiku jew fil-każ ta' nefqa meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa ta’ l-għajnuna għal ġestjoni ta’ kriżi jew operati għal għajnuna umanitarja, kif previst fir-regoli implimentattivi.

L-ebda għotja ma tingħata retrospettivament għal azzjonijiet diġà kompluti.

2.      Għotja operattiva għandha tingħata fi żmien sitt xhur wara l-bidu tas-sena tal-baġit tal-benefiċjarju. Spejjeż eliġibbli għal finanzjament ma jistgħux ikunu ntefqu la qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni u lanqas qabel il-bidu tas-sena baġitarja tal-benefiċjarju."

(66)     Fl-Artikolu 113, il-paragrafu 2 hu sostitwit b'li ġej:

"2.    Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-att bażiku rigward korpi li qed jippruvaw jilħqu objettiv ta’ interess ġenerali Ewropew, meta jiġġeddu l-għotjiet operattivi, għandhom jitnaqqsu gradwalment. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal għotjiet f'waħda mill-forom imsemmijin fil-punti (b) u (ċ) ta’ l-Artikolu 108a(1).”

(67)  L-Artikolu 114 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 114

1.           L-applikazzjonijiet għal għotjiet għandhom ikunu sottomessi bil-miktub.

2.           L-applikazzjonijiet għal għotjiet għandhom ikunu eliġibbli jekk ikunu sottomessi minn dawn li ġejjin:

(a)    persuni ġuridiċi; applikazzjonijiet għall-għotjiet jistgħu jkunu eliġibbli jekk sottomessi minn entitajiet mingħajr personalità legali skond il-liġi nazzjonali applikabbli, dment li r-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità jidħlu għall-obbligi legali għan-nom tagħhom u jassumu r-responsabbiltà finanzjarja.

(b)    persuni fiżiċi safejn dan huwa meħtieġ min-natura jew il-karatteristiċi ta’ l-azzjoni jew l-objettiv segwit mill-applikant.

3.      L-għotjiet ma jistgħux jiġu aġġudikati lil applikanti li, fil-ħin ta’ proċedura ta’ l-aġġudikazzjoni ta’ għotja, huma f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 93(1), 94 u 96(2)(a).

L-applikanti għandhom jiċċertifikaw li huma m'humiex f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu. Madankollu, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ jżomm lura milli jitlob tali ċertifikazzjoni fil-każ ta’ għotjiet ta’ valur baxx ħafna, kif speċifikat fir-regoli implimentattivi.

4.      Il-penalitajiet amministrattivi u finanzjarji li huma effettivi, proporzjonati u disswasivi jistgħu jiġu imposti fuq applikanti mill-uffiċjal awtorizzanti, skond l-Artikolu 96.

Tali penalitajiet jistgħu wkoll jiġu imposti fuq benefiċjarji li, fil-mument tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni jew waqt l-implimentazzjoni ta’ l-għotja jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz fl-għoti ta’ informazzjoni meħtieġa mill-uffiċjal awtorizzanti jew jonqsu milli jagħtu tali informazzjoni.”

(68)  Fl-Artikolu 116, il-paragrafu 1 hu sostitwit b'li ġej:

"1.    Il-proposti għandhom jiġu evalwati, abbażi ta’ kriterji ta’ selezzjoni u ta’ aġġudikazzjoni mħabbrin minn qabel, bil-ħsieb li jiġi ddeterminat liema proposti jiġu ffinanzjati.”

(69)     L-Artikolu 118 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 118

1.      L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, jekk jitqies xieraq u proporzjonat, jitlob lill-benefiċjarju jissottometti garanzija bil-quddiem sabiex jillimita r-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas ta’ ffinanzjar minn qabel.

2.      L-uffiċjal awtorizzanti għandu jitlob lill-benefiċjarju jissottometti tali garanzija bil-quddiem fil-każijiet speċifikati fir-regoli implimentattivi.”

(70)     Fl-Artikolu 119, il-paragrafu 2 hu sostitwit b'li ġej:

"2.    F’każ li l-benefiċjarju jonqos milli jissodisfa l-obbligi li jorbtuh, l-għotja għandha tiġi sospiża u ridotta jew terminata fil-każijiet previsti fir-regoli implimentattivi wara li l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu.”

(71)     L-Artikolu 120 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 120

1.      Fejn l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni teħtieġ l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti ta’ akkwist mill-benefiċjarju, il-proċeduri rilevanti għandhom ikunu kif imniżżlin fir-regoli implimentattivi.

2.  Fejn l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni teħtieġ li jingħata appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, il-benefiċjarju ta’ għotja Komunitarja jista' jagħti tali sostenn finanzjarju meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)    is-sostenn finanzjarju ma jkunx l-għan primarju ta’ l-azzjoni;

(b)    il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ dan l-appoġġ huma strettament iddefiniti fid-deċiżjoni dwar l-għotja jew il-ftehim bejn il-benefiċjarju u l-Kummissjoni, bla ebda marġini ta' diskrezzjoni;

c)     l-ammonti konċernati huma żgħar.

Għall-fini tal-punt (ċ), l-ammont massimu ta’ sostenn finanzjarju li jista’ jitħallas lil terza persuna minn benefiċjarju għandu jiġi determinat fir-regoli implimentattivi.

3.      Kull deċiżjoni ta’ għotja jew ftehim għandhom jipprovdu espressament li l-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri jeżerċitaw il-poteri tagħhom ta’ kontroll, fuq dokumenti u fuq il-proprjetà, fuq il-kuntratturi u sub-kuntratturi kollha li rċevew fondi Komunitarji.”

(72)     L-Artikolu 121 huwa emendat kif ġej:

(a)         il-punt (a) huwa sostitwit b'li ġej:

"(a)   ir-rendikonti finanzjarji ta’ l-istituzzjonijiet kif imniżżlin fl-Artikolu 126, dawk tal-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 u ta’ korpi oħrajn li l-kontijiet tagħhom għandhom bżonn jiġu kkonsolidati skond ir-regoli ta’ kontabilità Komunitarji;”

(b)         il-punt (d) huwa sostitwit b’li ġej:

"(d)   ir-rapporti aggregati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li jippreżentaw l-informazzjoni li tinsab fir-rapporti msemmijin fil-punt (ċ).”

(73)  L-Artikolu 122 huwa emendat kif ġej:

(a)         l-ewwel paragrafu hu sostitwit b'li ġej:

"Il-kontijiet ta' l-istituzzjonijiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 121 għandhom ikunu akkumpanjati b'rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja."

(b)         jiżdied it-tieni paragrafu li ġej:

"Ir-rapport imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jagħti rendikont, fost affarijiet oħrajn, tar-rata implimentattiva ta’ l-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet bejn id-diversi elementi tal-baġit."

(74)     L-Artikolu 128 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 128

L-uffiċjali tal-kontijiet ta’ l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 121 għandhom jibagħtu lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri l-aktar tard sa l-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, il-kontijiet provviżorji tagħhom flimkien mar-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja ta' matul is-sena.

L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida dawn il-kontijiet provviżorji mal-kontijiet provviżorji tal-Kummissjoni u għandu jibgħat lill-Qorti ta' l-Awdituri, l-aktar tard sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, il-kontijiet provviżorji tal-Kummissjoni akkumpanjati mir-rapport tagħha dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja ta’ matul is-sena, flimkien mal-kontijiet konsolidati provviżorji.

L-uffiċjal tal-kontijiet ta’ kull istituzzjoni u korp imsemmi fl-Artikolu 121 għandu wkoll jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sad-data speċifikata fit-tieni paragrafu."

(75)  L-Artikolu 129 huwa emendat kif ġej:

(a)         fil-paragrafu 1, l-“Artikolu 185" huwa sostitwit bl-"Artikolu 121";

(b)         paragraph 2 is replaced by the following:

"2.    L-istituzzjonijiet, ħlief il-Kummissjoni, u kull wieħed mill-korpi msemmijin fl-Artikolu 121, għandhom ifasslu l-kontijiet finali tagħhom skond l-Artikolu 61 u jibagħtuhom lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri l-aktar tard sa l-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara bil-ħsieb li jitfasslu l-kontijiet konsolidati finali."

(ċ)         jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

"2a.  L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jipprepara l-kontijiet konsolidati finali abbażi ta' l-informazzjoni ppreżentata mill-istituzzjonijiet l-oħrajn taħt il-paragrafu 2. Il-kontijiet konsolidati finali għandhom ikunu akkumpanjati b'nota stabbilita mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni, li biha huwa/hija jiddikjara li kienu ppreparati skond it-Titolu VII u mal-prinċipji, regoli u metodi tal-kontabilità mniżżlin fl-anness għar-rendikonti finanzjarji.";

(d)         il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'li ġej:

"3.    Il-Kummissjoni, wara li tkun approvat il-kontijiet konsolidati finali u l-kontijiet finali tagħha, għandha tibgħathom it-tnejn lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta' l-Awdituri qabel il-31 ta' Lulju tas-sena finanzjarja ta' wara.";

(e)         fil-paragrafu 4, "il-31 ta' Ottubru" huwa sostitwit bil-"15 ta' Novembru".

(76)  L-Artikolu 131 huwa emendat kif ġej:

(a)         fil-paragrafu 1, “il-Kummissjoni” hija mibdula b’“l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni”.

(b)         fil-paragrafu 2, “il-Kummissjoni” hija mibdula b’“l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni”.

(77)     Fl-Artikolu 133(1), l-"Artikolu 185” huwa sostitwit bl-“Artikolu 121”.

(78)     Fl-Artikolu 134, l-"Artikolu 185" huwa sostitwit bl-"Artikolu 121".

(79)     Fl-Artikolu 138(1), l-"Artikolu 185” huwa sostitwit bl-“Artikolu 121”.

(80)     Fl-Artikolu 139, il-paragrafu 2 hu sostitwit b'li ġej:

"2.    Kull istituzzjoni għandha tinforma lill-Qorti ta' l-Awdituri u liż-żewġ fergħat ta’ l-awtorità baġitarja dwar kwalunkwe regola interna li jadottaw fir-rigward ta’ materji finanzjarji.”

(81)     L-Artikolu 143 huwa emendat kif ġej:

(a)    fil-paragrafu 2, "15 ta' Ġunju " huwa sostitwit bi "30 ta' Ġunju", u "30 ta' Settembru" huwa sostitwit bi "15 ta' Ottubru";

(b)         il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'li ġej:

"5.    Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tittrasmetti lill-awtoritajiet responsabbli mill-għoti tal-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn, l-aktar tard sal-15 ta' Novembru, ir-rapport annwali tagħha akkumpanjat mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet u għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea."

c)      fil-paragrafu 6, "15 ta' Frar" hija sostitwita bi "28 ta' Frar".

(82)  L-Artikolu 144 huwa emendat kif ġej:

(a)         fil-paragrafu 1, il-ħames subparagrafu huwa sostitwit b’li ġej:

"Jekk il-Qorti ta' l-Awdituri tiddeċiedi li tippubblika tali rapporti speċjali fil-Ġurnal ffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, huma għandhom ikunu akkumpanjati mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet ikkonċernati."

(b)         Fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'li ġej:

"L-opinjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 248(4) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 160ċ(4) tat-Trattat Euratom li mhumiex marbutin ma' proposti jew abbozzi koperti mill-proċedura konsultattiva leġislattiva jistgħu jiġu ppubblikati mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea."

(83)     Fl-Artikolu 145(1), "30 ta' April” hija sostitwita bi “15 ta' Mejju”;

(84)     Fit-Titolu I tat-Tieni Parti, it-titolu huwa sostitwit b'li ġej:

"TITOLU I

FOND AGRIKOLU EWROPEW TA' GARANZIJA"

(85)     Fl-Artikolu 148, il-paragrafu 1 hu sostitwit b'li ġej:

"1.    L-Ewwel u t-Tielet Parti ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għan-nefqa effettwata mill-awtoritajiet u l-korpi msemmijin fir-regoli dwar l-FAEG, u għal dħul, ħlief fejn huwa pprovdut mod ieħor f’dan it-Titolu.”

(86)  L-Artikolu 149 huwa emendat kif ġej:

(a)         il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'li ġej:

"1.    Għal kull sena finanzjarja, il-FAEG għandu jinkludi approporjazzjonijiet non-differenzjati, bl-eċċezzjoni għan-nefqa dwar il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005(8), li għandhom ikunu koperti minn approporjazzjonijiet differenzjati."

(b)         il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'li ġej:

"3.    Approporjazzjonijiet li m’humiex kommessi dwar l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, jistgħu jitmexxew biss għas-sena finanzjarja ta' wara.

Tali tmexxija ’l quddiem m'għandhiex teċċedi, fil-limitu ta’ 2% ta’ l- approprjazzjonijiet inizjali msemmijin fl-ewwel subparagrafu, l-ammont ta' aġġustament ta’ ħlasijiet diretti msemmijin fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003(9)u li kien applikat matul l-aħħar sena finanzjarja.

L-approporjazzjonijiet li jitmexxew ’il quddiem għandhom jiġu ritornati esklussivament lil-linji tal-baġit li jkopru l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

Tali tmexxija 'l quddiem tista’ twassal biss għal ħlas addizzjonali lill-benefiċjarji finali li kienu soġġetti, matul l-aħħar sena finanzjarja, għall-aġġustament ta' ħlasijiet diretti skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Id-deċiżjoni għat-tmexxija 'l quddiem għandha tittieħed, l-aktar tard sal-15 ta’ Frar tas-sena li għaliha qed issir it-tmexxija ‘l quddiem, mill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-awtorità baġitarja."

(87)     Fl-Artikolu 150, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'li ġej:

"2.    Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-ammonti ta' dawn il-ħlasijiet għandhom jikkostitwixxu impenji provviżorji globali, li ma jistgħux jeċċedu l-approporjazzjonijiet totali mdaħħlin għall-FAEG.

3.      Mill-15 ta’ Novembru, nefqa amministrattiva ta’ rutina għall-FAEG tista’ tiġi kommessa bil-quddiem kontra l-approprjazzjonijiet previsti għas-sena finanzjarja ta’ wara. Tali impenji ma jistgħux, madankollu, jeċċedu [tliet kwarti ta’] l-approporjazzjonijiet korrispondenti totali għas-sena finanzjarja kurrenti.” Dawn jistgħu japplikaw biss għan-nefqa li għaliha hu stabbilit il-prinċipju f'att bażiku eżistenti."

(88)     Fl-Artikolu 151 (1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Nefqa effettwata mill-awtoritajiet u l-korpi msemmija fir-regoli dwar il-FAEG għandha, fi żmien xahrejn wara l-irċevuta tar-rendikonti mibgħutin mill-Istati Membri, tkun is-suġġett ta’ impenn skond il-kapitolu, l-artikolu u l-partita. Tali impenn jista’ jsir wara li jgħaddi l-perijodu ta' xahrejn kull meta hija meħtieġa proċedura għal trasferiment ta’ approporjazzjonijiet dwar il-linji tal-baġit in kwistjoni. Ħlief meta ma jkunx għadu sar pagament mill-Istati Membri jew meta hemm dubju dwar l-eliġibilità, l-ammonti għandhom ikunu maħruġin bħala ħlasijiet fl-istess perijodu ta' xahrejn.”

(89)  L-Artikolu 152 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 152

Fil-kontabilità baġitarja, nefqa għandha tiddaħħal fil-kontijiet għal sena finanzjarja abbażi tar-rifużjonijiet magħmulin mill-Kummissjoni lill-Istati Membri l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru tas-sena kkonċernata, sakemm l-ordni għall-ħlas tkun waslet għand l-uffiċjal tal-kontijiet l-aktar tard sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja sussegwenti.”

(90)     Fl-Artikolu 153, il-paragrafu 1 hu sostitwit b'li ġej:

"1.    Meta l-Kummissjoni tista’ tittrasferixxi l-approporjazzjonijiet skond l-Artikolu 23(1), din għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha l-aktar tard sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara u għandha tinforma lill-awtorità baġitarja kif previst fl-Artikolu 23(1).”

(91)     L-Artikolu 154 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 154

1.      Id-dħul assenjat taħt dan it-Titolu għandu jkun assenjat skond l-oriġini b'konformità ma' l-Artikolu 18(2).

2.      Ir-riżultat ta’ deċiżjonijiet dwar il-kwittanza tal-kontijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 għandu jiddaħħal f'Artikolu wieħed."

(92)     It-titolu tat-Titolu II tat-Tieni Parti huwa sostitwit b' dan li ġej:

"TITOLU II

Fondi Strutturali, Fond ta’ Koeżjoni, Fond Għas-Sajd, u Fond AgrIKOLU għall-Iżvilupp Rurali”

(93)  L-Artikolu 155 huwa emendat kif ġej:

(a)         il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'li ġej:

"1.    L-Ewwel u t-Tielet Parti ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għan-nefqa effettwata mill-awtoritajiet u l-korpi msemmijin f’dawn ir-Regolamenti li jirregolaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għas-Sajd Ewropew (EFF), u l-EAFRD, minn hawn ’il quddiem "il- Fondi", u għad-dħul tagħhom, ħlief jekk mhux previst mod ieħor f’dan it-Titolu.”;

(b)         jitħassar il-paragrafu 3.

(94)     Fl-Artikolu 157, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'li ġej:

“L-approprjazzjonijiet disimpenjati jistgħu jsiru disponibbli għal darb’oħra fil-każ ta’ żball ċar li hu attribwibbli biss lill-Kummissjoni.”

(95)     L-Artikolu 158 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 158

Bl-eċċezzjoni tal-EAFRD, fir-rigward tan-nefqa operattiva msemmija f’dan it-Titolu, il-Kummissjoni tista’ tagħmel trasferimenti minn titolu wieħed għal ieħor, dment li l-approporjazzjonijiet in kwistjoni jkunu għall-istess objettiv skond it-tifsira tar-Regolamenti li jirregolaw il-Fondi msemmijin fl-Artikolu 155, jew li huma nfiq fuq Assistenza Teknika

(96)  Fl-Artikolu 160, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

"1a.   L-approprjazzjonijiet relatati mad-dħul ġenerat mill-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar stabbilit bil-Protokoll anness mat-Trattat tal-KE dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta’ l-iskadenza tat-Trattat KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar għandhom jiġu trattati bħala dħul assenjat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 18. L-approprjazzjonijiet ta' impenn iġġenerati minn dan id-dħul għandhom ikunu disponibbli minn meta l-ammont reċevibbli ikun stmat u l-approprjazzjonijiet tal-ħlas minn meta d-dħul ikun riċevut."

(97)     Jiddaħħal l-Artikolu 160a li ġej:

"Artikolu 160a

1.      L-approporjazzjonijiet ta' impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta' l-impenn dispimpenjat bħala riżultat ta' nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti li jikkonċernaw ir-riċerka li għalihom ġew assenjati jistgħu, b'mod eċċezzjonali u f'każijiet debitament iġġustifikati, isiru disponibbli għal darb'oħra meta dan ikun essenzjali biex jitwettaq il-programm oriġinarjament ippjanat, sakemm il-baġit għas-sena finanzjarja attwali jinkludi fondi għal dan l-għan.

2.      Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja, teżamina disimpenji magħmulin matul is-sena finanzjarja preċedenti u għandha tivvaluta, fid-dawl tal-ħtiġiet, il-bżonn li l-approprjazzjonijiet jerġgħu jsiru disponibbli.

Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti xierqa lill-awtorità baġitarja, sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena finanzjarja, li jiddikjaraw għal kull partita tal-baġit ir-raġunijiet għaliex dawn l-approporjazzjonijiet reġgħu saru disponibbli.

3.  L-awtorità baġitarja għandha tiddeċiedi dwar il-proposti tal-Kummissjoni fi żmien sitt ġimgħat. Meta ma tittieħed l-ebda deċiżjoni matul il-limitu ta’ żmien, il-proposti jitqiesu aċċettati.

L-ammont ta’ l-approprjazzjonijiet ta' impenji li għandhom isiru disponibbli għal darb’oħra fis-sena n m'għandu qatt jeċċedi l-25% ta’ l-ammont totali disimpenjat fuq l-istess linja tal-baġit fis-sena n-1.

4.      L-approprjazzjonijiet ta' impenji li reġgħu saru disponibbli ma għandhomx jitmexxew 'il quddiem.

L-impenji legali li jikkonċernaw l-approprjazzjonijiet ta' impenji li saru disponibbli għal darb’oħra għandhom jiġu konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n.

Fl-aħħar tas-sena n, il-bilanċ li ma ntużax ta’ dawn l-approprjazzjonijiet ta' impenji li saru disponibbli għal darb’oħra għandhom ikunu disimpenjati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli”.

(98)     Fl-Artikolu 163, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’li ġej:

“L-azzjonijiet imsemmijin f’dan it-Titolu jistgħu jiġu implimentati fuq bażi ċentralizzata mill-Kummissjoni, minn ġestjoni konġunta, fuq bażi deċentralizzata mill-pajjiż/i terz/i benefiċjarju/i, jew konġuntament ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-Artikoli 53 sa 57.”

(99)     Jitħassar l-Artikolu 164.

(100)  L-Artikolu 166 huwa emendat kif ġej:

(a)         il-paragrafu 1 ġie emendat kif ġej:

(i)          il-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu huma sostitwiti b’li ġej:

"(a)   ftehim finanzjarju mfassal bejn il-Kummissjoni, li taġixxi għall-Komunitajiet, u l-pajjiż jew pajjiżi terzi benefiċjarji jew il-korpi li ħatru, minn hawn 'il quddiem: "il-benefiċjarji";

(b)    kuntratt jew ftehim ta' għotja bejn il-Kummissjoni u korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali jew bejn il-Kummissjoni u l-persuni ġuridiċi jew fiżiċi responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ l-azzjonijiet.”

(ii)         it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'li ġej:

Il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna esterna għandhom jiġu stabbiliti fl-istrument li bih għandhom ikunu ġestiti l-kuntratti jew l-għotjiet previsti fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu.”

(b)         Il-Paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.    Il-ftehim finanzjarji mal-pajjiżi terzi benefiċjarji msemmijin fil-paragrafu 1(a) għandhom ikunu konklużi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru tas-sena n + 1, fejn is-sena n hija s-sena li fiha kien sar l-impenn baġitarju.

Il-kuntratti individwali, id-deċiżjonijiet dwar għotjiet u ftehim li jimplimentaw tali ftehim finanzjarji għandhom jiġu konklużi jew jiġu adottati mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim finanzjarju.

Il-kuntratti u ftehim individwali relatati mal-verifika u l-evalwazzjoni jistgħu jiġu konklużi aktar tard”.

(c)  jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3.    Id-dispożizzjoni taħt il-paragrafu 2 m’għandhiex tapplika għal programmi pluriennali f'dawn il-każijiet li ġejjin:

-       il-kooperazzjoni transkonfini, l-iżvilupp reġjonali, l-iżvilupp tar-riżorsi umani u l-komponenti ta' l-iżvilupp rurali tar-Regolament xxxx/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' qabel l-Adeżjoni;

-       il-komponent tal-kooperazzjoni transkonfini tar-Regolament xxxx/2006 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija.

F’dawn il-każijiet, għandhom japplikaw il-regoli li ġejjin:

(a)    Kwalunkwe parti minn impenn baġitarju għal tali programm pluriennali għandha tiġi diżimpenjata awtomatikament meta, sal-31 ta’ Diċembru tat-tielet sena wara s-sena n li hija s-sena li fiha kien sar l-impenn baġitarju:

(i)      ma tkunx intużat għal għanijiet ta’ prefinanzjament; jew

ii)       ma tkunx intużat biex isiru ħlasijiet intermedji; jew

(iii)    ma tkun ippreżentata ebda dikjarazzjoni relatata magħha ta’ nefqa li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu ... tar-Regolament ta’ l-IPA jew l-Artikolu ... tar-Regolament ENPI.

(b)    Dik il-parti ta' l-impenji tal-baġit li tkun għadha miftuħa sal-31 ta' Diċembru 2017 li għaliha ma saritx dikjarazzjoni ta' nefqa sal-31 ta' Diċembru 2018 għandha tkun awtomantikament diżimpenjata."

(101)  L-Artikolu 167 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, il-punt (ċ) huwa sostitwit b’li ġej:

"(ċ)   korp tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali jew persuni ġuridiċi li huma benefiċjarji ta’ għotja għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni esterna.”

(b) Il-Paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.    Il-proċeduri għall-akkwisti jridu jkunu stabbiliti fil-ftehim finanzjarji jew fid-deċiżjoni dwar l-għotja jew il-ftehim dwar l-għotja previsti fl-Artikolu 166."

(102)   Fit-Titolu IV tat-Tieni Parti, it-tiolu tal-Kapitolu 4 huwa sostitwit b'li ġej:

"KAPITOLU 4

Għotjiet"

(103)   L-Artikolu 169a li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 169a

Proċeduri ta’ għotja li għandhom jiġu applikati fil-ġestjoni deċentralizzata minn pajjiżi terzi benefiċjarji għandhom ikunu stabbiliti fil-ftehim finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 166. Huma għandhom ikunu bbażati fuq ir-regoli stabbiliti fit-Titolu VI ta' l-Ewwel Parti."

(104)   L-Artikolu 170 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 170

Kull ftehim ta' finanzjament jew ftehim ta' għotja jew deċiżjoni ta' għotja għandu jipprevedi espressament li l-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew fondi Komunitarji."

(105)  Fl-Artikolu 171, il-paragrafu 2 hu sostitwit b'li ġej:

"2.    Dan it-Titolu għandu japplika għall-operat ta’ l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 174, 174a u l-Artikolu 175(2).”

(106)   L-Artikolu 173 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 173

Fir-rigward ta’ l-approprjazzjonijiet introdotti fl-Anness għal kull uffiċċju Ewropew, il-Kummissjoni għandha tiddelega l-poteri ta’ l-uffiċjal awtorizzanti lid-Direttur ta’ l-uffiċċju Ewropew ikkonċernat, skond l-Artikolu 59.”

(107)   Fl-Artikolu 174 (1), it-tieni sentenza hija sostitwita b'li ġej:

“Id-Direttur ta’ l-uffiċċju Ewropew ikkonċernat għandu jadotta, wara approvazzjoni mill-Kumitat ta’ Ġestjoni, il-kriterji li fuqhom għandha tkun ibbażata s-sistema ta’ kontabilità.”

(108)   L-Artikolu 174a li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 174a

1.      Kull istituzzjoni tista’ tiddelega l-poteri ta’ l-uffiċjal awtorizzanti lid-direttur ta’ uffiċċju Ewropew interistituzzjonali għall-ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet imdaħħlin fis-sezzjoni tagħha u għandha tiffissa l-limiti u l-kondizzjonijiet għal din id-delega ta’ poteri.

2.      L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet kollha stabbiliti fit-Titolu IV, il-Kapitolu 8 ta’ l-Ewwel Parti.”

(109)  L-Artikolu 175 huwa emendat kif ġej:

(a)         jitħassar il-paragrafu 1;

(b)         il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'li ġej:

        "Jekk il-kompetenza ta’ uffiċċju Ewropew tinvolvi provvisti lil partijiet terzi għal interess pekunarju, id-Direttur tiegħu għandu jadotta, wara l-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni, id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw kif dawn il-provvisti għandhom isiru u ż-żamma tal-kontijiet korrispondenti.”

(110)   Jitħassar l-Artikolu 176.

(111)   L-Artikolu 178 huwa emendat kif ġej:

(a)         fil-paragrafu 1, it-tieni sentenza hija sostitwita b'li ġej:

“Tali impenji ma jistgħux, madankollu, jeċċedu kwart ta’ l-approporjazzjonijiet deċiżi mill-awtorità baġitarja fuq il-linja tal-baġit korrispondenti għas-sena finanzjarja attwali.”;

(b)         fil-paragrafu 2, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“F’dan il-każ, il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 m'għandux japplika.”

(112)   Fl-Artikolu 179(3), it-tieni u t-tielet subparagrafi jiġu sostitwiti b'li ġej:

Jekk waħda mill-fergħat ta' l-awtorità baġitarja għandha l-intenzjoni li toħroġ opinjoni, hija għandha fi żmien ġimagħtejn mill-irċevuta ta' l-informazzjoni dwar il-proġett ta' bini tinnotifika lill-istituzzjoni konċernata bl-intenzjoni tagħha li toħroġ tali opinjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba, l-istituzzjoni konċernata tista’ tipproċedi bl-operat ippjanat taħt l-awtonomija amministrattiva tagħha, soġġett għall-Artikolu 282 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 185 tat-Trattat Euratom fir-rigward tar-rappreżentanza Komunitarja.”

Din l-opinjoni għandha tkun mgħoddija lill-istituzzjoni konċernata fi żmien ġimagħtejn ta' tali notifikazzjoni."

(113)   Wara l-Artikolu 179, jiddaħħal it-Titolu VII li ġej:

"TITOLU VII

ESPERTI

Artikolu 179a

Ir-regoli implimentattivi għandhom jinkludu proċeduri speċifiċi għall-għażla ta’ esperti, li għandhom jitħallsu abbażi ta’ ammont fiss, biex jgħinu lill-istituzzjonijiet partikolarment fl-evalwazzjoni tal-proposti u l-applikazzjonijiet għall-għotjiet jew l-offerti għall-akkwist u għall-provvediment ta’ assistenza teknika għall-evalwazzjoni segwenti u finali tal-proġetti ffinanzjati mill-baġit.”

(114)   Jitħassar l-Artikolu 180.

(115)   L-Artikolu 181 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 181

"1.    Rigward il-Fondi msemmijin fl-Artikolu 155(1) li għalihom l-atti bażiċi tħassru qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-approprjazzjonijiet li kienu diżimpenjati fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 157(1) jistgħu jsiru disponibbli mill-ġdid fil-każ ta' żball ċar attribwibbli biss lill-Kummissjoni jew fil-każ ta' force majeure li għandha riperkussjonijiet serji għall-implimentazzjoni ta' l-operati appoġġati minn dawn il-Fondi.

2. Id-database ċentrali msemmija fl-Artikolu 95 għandha titwaqqaf sa l-1 ta’ Jannar 2009.”3.  Għal trasferimenti ta' approprjazzjonijiet rigward in-nefqa operattiva msemmija fir-regolamenti li jirregolaw il-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perijodu ta' l-ipprogrammar 2000-2006, li għalihom għad iridu jsiru ħlasijiet Komunitarji għall-ftehim finanzjarju għal impenji Komunitarji pendenti sat-tmiem ta' l-assistenza, il-Kummissjoni tista' tagħmel trasferimenti minn titolu għal ieħor, jekk l-approprjazzjonijiet in kwistjoni:

-     huma għall-istess objettiv, jew

-       huma marbutin ma' inizjattivi Komunitarji jew għal assistenza teknika u miżuri innovattivi u huma trasferiti għal miżuri ta' l-istess natura.

4.     L-Artikolu 31(3) għandu japplika għall-ewwel darba għall-fond imsemmi fl-Artikolu 148(1) fir-rigward ta' ħlasijiet imħallsin mill-baġit ta' l- 2008."

(116)   L-Artikolu 185 huwa emendat kif ġej:

(a)         Fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tadotta qafas ta' regolament finanzjarju għall-korpi mwaqqfin mill-Komunitajiet u li għandhom personalità ġuridika li fil-fatt jirċievu kontribuzzjonijiet imħallsin mill-baġit."

(b)         jitħassar il-paragrafu 4.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitatjiet Ewropej u mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2007.

Madankollu, il-punti 80, 84, 95, 96, 87, 88, 89, 90, 91, 92, 93 u 94 ta' l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, […]

                 Għall-Kunsill

                  Il-President

                        [...]

________________________

DIKJARAZZJONIJIET TA’ L-ISTITUZZJONIJIET

1.        Abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza

“Il-Kummissjoni tikkommetti ruħha biex tiżgura li fir-Regolamenti ta' implimentazzjoni speċifiċi għas-settur, l-iżvelar ta' informazzjoni dwar benefiċjarji ta' fondi li ġejjin minn Fondi Agrikoli (FEADER u FEAGA) huwa komparabbli ma' dak li hemm fir-Regolamenti ta' implimentazzjoni speċifiċi għas-settur għall-Fondi Strutturali. B’mod partikulari, il-pubblicazzjoni annwali adegwata ex post, għal kull benefiċjarju, ta’ l-ammont li kull wieħed ikun irċieva minn dawn il-fondi, sottodiviżi f’kategoriji prinċipali ta’ infiq, ser tiġi żgurata.”

2.        Abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iffinanzjar tal-partiti politiċi Ewropej

“Il-Kummissjoni tikkommetti ruħha li tressqa, jekk ikun possibbli, qabel Frar ta’ l-2007, proposta biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti dwar il-partiti politiċi fuq livell Ewropew u r-regoli rigward l-għoti ta' fondi tagħhom permezz ta' l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet xierqa għal eżenzjoni tar-riżorsi proprji mir-regola li ma jsirx qliegħ stipulata fl-Artikolu 109 tar-Regolament Finanzjarju, b’mod partikulari kontribuzzjonijiet u miżati ta’ sħubija, aggregati fil-ħidma annwali ta' partit politiku fuq livell Ewropew li jaqbeż il-25% tan-nefqa eliġibbli li titħallas mill-benefiċjarju skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003.”

3.      Abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar derogi mir-Regolament Finanzjarju

“Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jimpenjaw ruħhom biex jinnotifikaw lill-Istituzzjonijiet l-oħra b’kull deroga mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju li hemm fil-proposti leġiżlattivi jew f’emendi għall-proposti leġiżlattivi mressqa lill-awtorità leġiżlattiva u jgħidu r-raġunijiet speċifiċi biex jiġġustifikaw dawn id-derogi."

________________________

(1)

              ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)

              ġu L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2083/2005 (ġu L 333, 20.12.2005, p. 28).

(3)

              ĠU L 181, 23.11.1995, p. 31.

(4)

              ĠU L 281, 12.1.2001, p. 1.

(5)

                           ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(6)

            ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(7)

            ĠU L 209, 11.08.2005, p. 1.

(8)

            ĠU L 209, 11.8.2005, p.1.

(9)

            ĠU L 270, 21.10.2003, p.1.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (27.11.2006)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-linjagwida konġunta adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

(14259/2006 – C6-0431/2006 – 2005/0090(CNS))

Rapporteur ta' l-opinjoni: Ingeborg Gräßle and Borut Pahor(*)

Koperazzjoni msaħħa bejn il-kumitati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fil-15 ta' Marzu 2006(1), il-Parlament Ewropew adotta (koperazzjoni mtejba - Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit) l-emendi inklużi fir-rapport Gräßle dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju. Iżda, huwa ppostpona l-votazzjoni tiegħu dwar ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva, li ma kinitx adottata sa Lulju 2006(2), biex iħeġġeġ lill-Kunsill biex jiftaħ il-proċedura ta' konċiljazzjoni ta' l-1975 (dwar kwistjonijiet li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji ta' ċertu valur) u bil-ħsieb ta' proposta tal-Kummissjoni riveduta li tqis l-emendi tal-Parlament.

Il-Kummissjoni ressqet il-proposta emendata tagħha fit-18 ta' Mejju 2006.

Fid-19 ta' Ottubru l-COREPER adotta il-linjigwida konġunti tiegħu u ta mandat lill-Presidenza biex tinforma lill-Parlament Ewropew bl-abbozz ta' test maqbul bil-ħsieb tal-preparazzjoni tal-proċedura ta' konċiljazzjoni kif stipulata fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu 1975.

Il-linjigwida konġunti tal-Kunsill kienu adottati b'mod formali bħala punt-A (mingħajr diskussjoni) fil-Kunsill fis-7 ta' Novembru 2006 bid-dokument 14259/06 FIN ADD 1.

Laqgħat bejn tliet partijiet seħħew fit-18 ta' Ottubru, 9 ta' Novembru u 16 ta' Novembru u laqgħa ta' konċiljazzjoni formali twettqet fil-21 ta' Novembru 2006.

Wara aktar negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill intlaħaq qbil dwar it-test finali intenzjonat biex jirċievi l-approvazzjoni tal-laqgħa tal-Kunsill ECOFIN fit-28 ta' Novembru 2006.

Dan it-test finali, fil-ġudizzju tar-rapporteurs tiegħek, jirrifletti b'mod xieraq l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fir-rigward taz-zoni tar-Regolament Finanzjarju li jaqgħu fi ħdan ir-responsabilità tiegħu kif maqbul miċ-chairmen tal-COBU u tal-COCOBU.

Bħala konklużjoni, ir-rapporteur ta' l-opinjoni tiegħek jipproponi li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jaċċetta t-test finali ta' l-emendi proposti għar-Regolament Finanzjarju u jistieden lill-Kumitat għall-Baġits (suġġett għall-adozzjoni formali tiegħu mingħajr aktar emendi mill-Kunsill) biex jipproponi li l-Parlament Ewropew jiddikjara li din il-proċedura ingħalqet.

(1)

Testi Adottati, P6_TA(2006)0085.

(2)

Testi Adottati, P6_TA(2006)0312.


PROĊEDURA

Titolu

Il-linjagwida konġunta adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Referenzi

14259/2006 – C6-0431/2006 – 2005/0090(CNS)

Kumitat risponsabbli

BUDG

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT
29.11.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

15.3.2006

Draftsmen
  Data tal-ħatra

Ingeborg Gräßle u Borut Pahor
20.6.2006

Rapporteur ta' opinjoni preċedenti

 

Diskussjoni fil-kumitat

27.11.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

27.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

10

 

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Simon Busuttil, Paulo Casaca, Christofer Fjellner, Szabolcs Fazakas, Ingeborg Gräßle, Bart Staes, Margarita Starkevičiūtė

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali

Albert Jan Maat, Ashley Mote, Ralf Walter

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2)

Guy-Quint

Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

PROĊEDURA

Titolu

Il-linjagwida konġunta adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

Referenzi

14259/2006 – C6-0431/2006 – 2005/0090(CNS)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.11.2006

Kumitat risponsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

29.11.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/jagħtu opinjoni(jiet)
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT
29.11.2006

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Koperazzjoni iktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Ingeborg Gräßle

20.9.2004

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Proċedura simplifikata – data tad-deċiżjoni

 

Bażi legali kkontestata
  Data ta' l-opinjoni tal-JURI

 

 

 

Dotazzjoni finanzjarja emendata
  Data ta' l-opinjoni tal-BUDG

 

 

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Diskussjoni fil-kumitat

31.1.2005

20.4.2005

14.6.2005

5.12.2005

24.1.2006

 

6.3.2006

20.2.2006

21.6.2006

11.7.2006

20.11.2006

 

27.11.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

30.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+

0

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Richard James Ashworth, Reimer Böge, Herbert Bösch, Simon Busuttil, Gérard Deprez, Valdis Dombrovskis, Brigitte Douay, Hynek Fajmon, Szabolcs Fazakas, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Jan Mulder, Gérard Onesta, Giovanni Pittella, Esko Seppänen, Nina Škottová, László Surján, Helga Trüpel, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

5.12.2006

Kummenti
(informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Diċembru 2006Avviż legali