– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Il-pjan ta’ rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010" (COM(2006)0092)(1),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill 2001/51/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni komunitarju dwar strateġija komunitarja rigward l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2001-2005)(2), kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-Parlament(3) stess fuq l-istess suġġett,
– wara li kkunsidra l-istrumenti ġuridiċi tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u b'mod speċjali tad-drittijiet tan-nisa, u partikularment il-konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni ta' kull sura ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa, kif ukoll l-istrumenti l-oħra tan-Nazzjonijiet Uniti rigward vjolenza kontra n-nisa, bħad-dikjarazzjoni tal-programm ta' azzjoni ta' Vjenna adottat mill-Konferenza Dinjija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, ir-riżoluzzjonijiet ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 48/104 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa, 58/147 tad-19 ta' Frar 2004 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza domestika fuq in-nisa, 57/179 tat-30 ta' Jannar 2003 dwar miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġu evitati delitti ta' l-unur li jsiru fuq in-nisa, 52/86 tat-2 ta' Frar 1998 dwar miżuri rigward il-prevenzjoni ta' delitti u dwar il-liġi penali biex tiġi evitata l-vjolenza kontra n-nisa,
– wara li kkunsidra l-Programm ta' Azzjoni adottat waqt ir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa organizzata f'Peking fil-15 ta' Settembru 1995, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2000 dwar l-Iżviluppi tal-Programm ta' Azzjoni ta' Peking(4) u ta' l-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iżviluppi tal-Programm ta' Azzjoni tar-Raba' Konferenza dinjija dwar in-Nisa (Peking+10)(5),
– wara li kkunisdra r-rapport tas-Segretarju Generali tan-Nazzjonijiet Uniti tad-9 ta' Ottubru 2006 dwar "il-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa",
– wara li kkunsidra r-rapport finali ta' Marzu 2005 tad-49 sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istejtus tan-Nisa ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti,
– wara li kkunsidra l-Protokoll rigward id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika, magħruf ukoll bl-isem "Il-Protokoll ta' Maputo", li daħal fis-seħħ fis-26 ta' Ottubru 2005 u li jsemmi b'mod partikulari l-abolizzjoni ta' kull forma ta' mutilizzjoni ġenitali,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-31 ta' Ottubru 2000 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, li jaħseb għal parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-prevenzjoni ta' konflitti armati u l-kisba tal-paċi,
– wara li kkunsidra r-rapport ta' Mejju 2003 tal-Kumitat Konsukltattiv tal-Kummissjoni dwar Opportunitajiet Indaqs għall-Irgiel u n-Nisa rigward l-integrazzjoni fil-baġits nazzjonali tad-dimensjoni tal-ġeneru,
– wara li kkunsidra l-konklużżjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropej ta' Liżbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000, tas-Stokkolma tat-23 u l-24 ta' Marzu 2001, ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Mejju, ta' Brussell ta' l-20 u l-21 ta' Marzu 2003 u ta' Brussell tal-25 u s-26 ta' Marzu 2004,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni 2005/600/CE tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2005 rigward Linji Gwida għall-politiki għall-impjiegi ta' l-Istati Membri(6)
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tad-19 ta' Jannar 2006 dwar il-futur ta' l-Istrateġija ta' Liżbona rigward il-perspettiva dwar id-differenza bejn is-sessi(7)
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2004 dwar il-ksib ta’ bilanċ aħjar bejn il-ħajja professjonali, il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-użu tal-ħin tax-xogħol (reviżjoni tad-direttiva 93/104/KE)(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2006 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-attività possibbli fil-futur(10),
–wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2006 dwar l-istrateġiji għall-prevenzjoni tat-traffikar ta' nisa u tfal u l-vulnerabilità tagħhom għall-esplojtazzjoni sesswali(11),
– wara l-kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2006 dwar l-immigrazzjoni tan-nisa: l-irwol u l-post in-nisa migranti fl-Unjoni Ewropea(12) ,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta adottata fl-4 ta' Frar 2005 mill-Ministri ta' l-Unjoni Ewropea risponsabbli għall-politiki dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa,
– wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel, adottat mill-Kunsill Ewropew f'Marzu 2006,
– wara li kkunsidra l-Pjan ta' Rotta għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2005-2015 adottat mill-Commonwealth,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Industriji, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (A6-0033/2007),
A. billi d-Dikjarazzjoni ta' Vienna, adottata fil-25 ta' Ġunju 1993 mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tistqarr li "id-drittijiet tal-bniedem għan-nisa u għal-bniet u tfajliet huma parti inaljenabbli, integrali u li ma tistax tinfired mid-drittijiet universali tal-bniedem, u billi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa huwa dritt u prinċipju fundamentali ta’ l-UE, rikonoxxuti mit-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea u ċ-Charter tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea; billi minkejja l-progress notevoli li sar f’dan il-qasam għad baqa’ bosta inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa.
B. billi l-vjolenza kontra n-nisa tikkostitwixxi l-ksur l-aktar mifrux tad-drittijiet tal-bniedem, mingħajr distinzjoni ġeografika, ekonomika jew soċjali, u billi minkejja l-isforzi magħmula fil-livell nazzjonali, komunitarju u internazzjonali, in-numru ta' vittmi nisa ta' vjolenza huwa allarmanti(13),
C. billi jqis li t-terminu "vjolenza kontra n-nisa" jindika l-atti kollha ta' vjolenza diretti lejn is-sess femminil u li jikkawżaw, jew jistgħu jikkawżaw preġudizzju kontra n-nisa jew tbatija fiżika, sesswali jew psikoloġika, inkluż it-theddid ta' atti bħal dawn, ir-restrizzjoni jew iċ-ċaħda arbitrarja tal-libertà, kemm jekk dan ikun fil-ħajja pubblika, kemm jekk fil-ħajja privata,
D. billi l-periklu tal-faqar jaffettwa aktar lin-nisa, inklużi n-nisa li jaħdmu, u partikularment lil nisa xjuħ, nisa risponsabbli għal familji b'ġenitur wieħed, tfajliet ommijiet u nisa li jaħdmu f'negozji tal-familja, minħabba diskriminazzjoni sesswali u nuqqas ta' ugwaljanza rigward taħriġ, servizzi personali, aċċess għall-impjiegi, responsabbiltajiet tal-familja, drittijiet għall-pensjoni u salvagwadji legali fil-każijiet ta' separazzjoni jew divorzju, speċjalment fejn jintlaqtu nisa li huma dipendenti ekonomikament,
E billi t-totalità tal-prinċipji u l-valuri kulturali u soċjali li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħalma huma r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-dinjità tal-persuna umana, l-ugwaljanza, id-djalogu, is-solidarjetà u l-parteċipazzjoni hija wirt li jgawdu minnu ċ-ċittadini u r-residenti kollha ta' l-Unjoni u li l-assimilazzjoni tiegħu hija prijorità għall-Unjoni Ewropea u fattur fl-emnċipazzjoni u fl-integrazzjoni, speċjalment għal nisa u bniet li huma iżolati minħabba lingwa, kultura jew ostakli reliġjużi,
F. billi jqis li l-integrazzjoni tad-dimensjoni dwar għarfien tad-differenzi bejn is-sessi fil-baġits nazzjonali għandha tingħata kunsiderazzjoni akbar sabiex ikun hemm governanza effikaċi tal-politiki għall-ugwaljanza ta' opportunitajiet u billi jqis li l-kompetenzi u l-esperjenzi f'din il-kwistjoni f'livell Ewropew, nazzjonali jew reġjunali jkun jista' jippermetti l-applikazzjoni tagħha minn issa fil-baġit u fil-programmi komunitarji, sa mill fażijiet ta' tfassil, ta' implimentazzjoni u ta' evalwazzjoni(14),
G. billi jqis li l-Artikolu 3, paragrafu 2 u l-Artikoli 13 u 152 tat-Trattat KE jiddefinixxu l-irwol tal-Komunità fit-twettiq ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem,
H. billi biex jintlaħqu l-miri ta' Liżbona rigward l-impjiegi għan-nisa jkun meħtieġ li tittieħed aktar azzjoni skond il-metodu miftuħ tal-koordinazzjoni, ibbażat fuq prattiki ezistenti fil-livell nazzjonali u reġjunali b'rikonoxximent tal-fatt li politiki ta' taħriġ u aċċess għall-impjieġi, politiki għal ħajja u xogħol ibbalanċjati, servizzi, u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet huma ħoloq ta' relazzjoni interdipendenti; billi f'din il-perspettiva għandu jsir sforz partikulari biex tiġi żgurata l-koeżjoni soċjoekonomika sabiex tingħeleb il-firda diġitali u biex jippromwovi l-irwol tan-nisa fix-xjenza,
I. billi jqis li minkejja l-leġiżlazzjoni komunitarja u d-dispożizzjonijiet nazzjonali rigward l-ugwaljanza fil-pagi, id-differenza bejn il-pagi tan-nisa u ta' l-irġiel għadha sostanzjalment hemm għaliex in-nisa fl-UE bħala medja jaqilgħu 15% anqas mill-irġiel, differenza li qed titnaqqas ħafna aktar bil-mod minn dik li hemm bejn ir-rati ta' impjieġi rispettivi bejn l-irġiel u n-nisa,
J. billi jqis li n-nisa għandhom ħafna drabi dritt għal pensjonijiet iżgħar mill-irġiel, kemm minħabba li l-pagi li jaqilgħu huma anqas, kemm minħabba l-fatt li l-karrieri professjonjali tagħhom huma aqsar u jisfaw interrotti minħabba obbligi tal-familja,
K billi jqis li politiku għall-ksib ta' bilanċ bejn l-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol għandhom ikunu mmirati kemm għan-nisa, kif ukoll għall-irġiel u li għalhekk dawn jeħtiġilhom approċċ globali li jagħti każ tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa u jħares lejn il-ġenerazzjonijiet li tilgħin u jqishom bħala ta' benefiċċju għas-soċjetà ġenerali kollha,
L billi minkejja li n-nisa jirrapreżentaw 52% tal-popolazzjoni Ewropea, dan il-proporzjon m’hix rifless fuq il-post tax-xogħol, la f'dak li hu aċċess u lanqas f'dik li hu parteċipazzjoni; billi r-rappreżentanza tas-soċjetà kollha kemm hi huwa element li jsaħħaħ il-goveranza u l-pertinenza tal-politiki vis à vis l-aspettativi tal-popolazzjoni u billi, barra minn hekk, tezisti wkoll għażla ta' soluzzjonijiet fil-livell nazzjonali (liġijiet, ftehimiet u inizjattivi privati) biex tiġi konkretizzata r-rappreżentanza tan-nisa fiċ-ċentri fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet,
M. billi l-qafas strateġiku "i2010" (dwar is-Soċjetà ta' l-Informatika Ewropea) propost mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2005)(0229) jimmira fost affarijiet oħra għat-titjib fil-kwalità tal-ħajja hekk li jkun hemm il-parteċipazzjoni tas-soċjetà kollha ta' l-informatika,
1. Jieħu nota tad-determinazzjoni tal-Kummissjoni biex issegwi l-istrateġija għal opportunitajiet indaqs fuq strateġija mifruxa fuq tul ta' bosta snin, għaliex dan jgħin fit-twettiq ta' strateġija mifruxa fuq perjodu twil ta' żmien sabiex tippromwovi l-ugwaljanza fil-livell Ewropew, iżda jindika l-fatt li l-Pjan ta' Rotta ma jinkludi qas biss proposta waħda ġdida għall-leġiżlazzjoni u jonqos milli jispeċifika r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri rigward l-implimentazzjoni u l-informazzjoni għaċ-ċittadini, jew rigward fondi li se jiġu allokati biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet,
2. Jagħraf li l-promozzjoni ta' l-ugwaljanza ta' opportunitajiet teħtieġ approċċ doppju għaliex l-ugwaljanza trid tiġi integrata fil-politiki kollha waqt li fl-istess ħin tkun qed issir promozzjoni ta' l-ugwaljanza permezz ta' miżuri speċifiċi;
3. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tfassal qafas ġenerali għall-evalwazzjoni tal-politiki u l-programmi biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi li jinkludi l-politiki nazzjonali li jirriżultaw minnhom, b'mod partikolari jitlob li ssir evalwazzjoni bir-reqqa tal-qafas ta' strateġija tal-Komunità għall-ugwaljanza bejn is-sessi (2001-2005) (COM(2000)0335) u biex issir analiżi ta' l-implimentazzjoni tad-direttivi dwar opportunitajiet indaqs, b'mod speċjali d-Direttivi 86/613/EEK(15), 89/391/EEK(16) 92/85/EEK(17) u 2003/41/EK(18) bl-iskop li jiġi stabbilit, permezz ta' dejta u statistika affidabbli, programmazzjoni koerenti, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Pjan ta' Rotta; għal dan il-għan jemmen li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jeħtieġ li jiġi mwaqqaf kemm jista' jkun malajr sabiex jgħin fil-progress u l-monteraġġ kontinwu tal-Pjan ta' Rotta.
4. Jitlob lill-Kummissjoni biex jittattaw politiki rigward ugwaljanza bejn is-sessi, mhux biss bħala prijorità ta' l-UE, imma wkoll u fuq kollox, bħala rekwiżit indispensabbli għar-rispett tad-drittijiet ta' l-individwu; iqis li approċċ bħal dan għandu jwassal għal sforz biex jiġu koordinati u msaħħa miżuri Ewropej u Nazzjonali għal protezzjoni bil-liġi tan-nisa u tat-tfal, u b'mod partikulari:
– f'każijiet fejn nisa jinsabu fil-jasar, jew f'dawk il-f'każijiet fejn in-nisa jkunu involuti f'delitti bbażati fuq l-unur jew fuq it-tradizzjoni, delitti ta' vjolenza, traffikar, mutilazzjoni ġenitali tan-nisa, żwieġ ta' bil-fors, poligamija jew deprivazzjoni ta' l-identità (pereżempju, meta nisa jkunu mġiegħla jilbsu l-burka, in-niqab jew maskra), li għalihom m'għandu jkun hemm ebda lok għal toleranza;
– f'każijiet ta' divorzju jew separazzjoni, speċjalment għal nisa ekonomikament dipendenti, pereżempju, b'miżuri għat-tnaqqis dirett mis-salarji jew biex isiru pagamenti magħmulin minn terzi persuni fil-każ ta' min jaħdem għal rasu, sabiex isiru pagamenti ta' manteniment fuq ordni tal-qorti;
u jitlob lill-Kummissjoni sabiex:
– tagħmel riċerka dwar il-kawżiet bażiċi ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru; jiġu żviluppati indikaturi għan-numru tal-vittmi, u biex, jekk tiġi determinata bażi legali għaliha, tippreżenta proposta għal direttiva biex tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa;
– tiġbor kemm jista' jkun malajr dejta affidabbli u li tista' titqabbel dwar it-traffikar tal-persuni bil-ħsieb li jitnaqqsu n-numru tal-vittmi u sabiex isir ukoll studju dwar il-korrelazzjoni kawżali bejn il-leġiżlazzjoni dwar il-prostituzzjoni u t-traffikar għal skop ta' esplojtazzjoni sesswali, u sabiex tinxterred l-aħjar prattika, inkluża dwar azzjoni rigward l-aspett tad-domanda;
u jistieden lill-Istati membri sabiex:
– jintroduċi leġiżlazzjoni dwar atti ta' mutilazzjoni ġenitali tan-nisa magħmula minn persuni involuti fil-kura tas-saħħa u biex titneħħa l-liċenzja ta' tobba li jipprattikawha;
5. Jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-adozzjoni ta' Charter Ewropea għad-drittijiet tan-nisa li tiġbor fiha l-prinċipji li jolqtu d-dritt għall-ugwaljanza ta' opportunitajiet li joħorġu mill-impenji internazzjonali ta' l-Istati Membri, mil-leġiżlazzjoni Ewropea u minn dik ta' l-Istati Membri u li tidentifika l-istituzzjonijiet u l-organi ta' riferiment fil-livell nazzjonali, komunitarju u internazzjonali li ċittadini nisa ta' l-Unjoni Ewropea jew nisa li joqogħdu fl-UE, jistgħu jirrikorru għandhom fil-każ ta' ksur tad-drittijiet tagħhom;
6. Jitlob lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jirrattifikaw mingħajr aktar dewmien il-Protokoll addizzjonali kontra t-traffikar tal-migranti bl-art, bil-baħar u bl-ajru tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Transnazzjonali Organizzata ("il-protokoll ta' Palermo") kif ukoll il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-Glieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin, u biex jimplimentaw ukoll id-direttiva 2004/81/KE tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar permessi ta' residenza maħruġa għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew li jkunu involuti f'attività favur l'immigrazzjoni illegali u li jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti(19),
7. Iqis li fin-neguzjati għas-sħubija tal-pajjiżi kandidati r-rispett għad-drittijiet tan-nisa hija eżigenza fundamentali daqs kemm hi għad-drittijiet l-oħra tal-bniedem u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tikkontrolla u tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tagħrif dwar atti ta' diskriminazzjoni u ta' vjolenza bħal dawn li jisfaw vittmi tagħhom in-nisa f'dawn il-pajjiżi u biex tħeġġeġ attivament il-parteċipazzjoni fil-programmi komunitarji PROGRESS u DAPHNE tal-pajjiżi li sejrin jissieħbu ;
8. Jenfasizza li r-rispett għad-drittijiet tan-nisa għandu jkun kundizzjoni essenzjali tal-politika għall-viċinat Ewropea, il-politika barannija u dik għall-iżvilupp, u f'dan ir-rigward:
– jirrakkomanda li fil-qafas ta' dawn il-politiki l-UE għandha turi impenn akbar għal djalogu politiku ma' pajjiżi terzi u tagħti appoġġ finanzjarju marbut ma' l-iżvilupp bl-iskop li tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi;
– jenfasizza l-karattru speċifiku tal-femminizzazzjoni tal-faqar u jinsisti li s-suċċess tal-MDGs huwa ppernjat fuq il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-firxa ta' l-etajiet kollha;
– jitlob li tingħata attenzjoni partikulari lit-2 u t-3 MDG u biex tiġi promossa l-edukazzjoni tal-bniet fil-livelli kollha, kif ukoll biex jiġi żgurat aċċess ugwali għal programmi ta' taħriġ li jrawmu l-intrapranditorjat fost in-nisa, partikularment għal SMEs bħala mezz għat-tnaqqis tal-faqar, għat-titjib tas-saħħa u l-benessere, kif ukoll għal promozzjoni ta' żvilupp ġenwin u sostenibbli;
– jitlob li jittieħdu passi biex ma jħallux li n-nisa jiġu marġinalizzati rigward programmi ta' żvilupp billi jiġi garantit lilhom aċċess ugwali għas-swieq tax-xogħol, għal impjiegi permamenti u ta' kwalità aħjar, u għal mezzi ta' produzzjoni bħalma huma proprjetà, kreditu u teknoloġija;
– iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex bħala parti mill-politiki għall-koperazzjoni fl-iżvilupp, jadottaw miżuri xierqa biex jinkuraġġixxu rappreżentanza aħjar tan-nisa billi jiżguraw li n-nisa jkollhom l-istess opportunitajiet bħall-irġiel u billi jinkuraġġixxu, jekk hemm bżonn permezz ta' kwoti speċifiċi, il-parteċipazzjoni tagħhom f'assoċjazzjonijiet professjonali u f'korpi għall-ippjanar politiku u għat-teħid ta' deċiżjonijiet;
– jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex fil-programmi għall-iżvilupp tagħhom jikkunsidraw metodi ta' prevenzjoni biex jiġġieldu l-vjolenza sesswali u t-traffikar tal-bnedmin bi skop ta' esplojtazzjoni sesswali, biex jiskuraġġixxu l-vjolenza kontra n-nisa u biex ikun hemm garanzija ta' għajnuna medika, soċjali, legali u psikoloġika, kemm għal nisa refuġjati kif ukoll għal tipi ta' migranti nisa oħrajn;
– jistieden lill Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva tan-nefqa fuq għajnuna għall-iżvilupp u għal programmi f'pajjiżi terzi;
9. Jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri li jiggarrantixxu lin-nisa d-drittijiet tagħhom għas-saħħa, inkluża s-saħħa sesswali u s-saħħa riproduzzjonali, kif ukoll għas-servizzi tas-saħħa; jerġa’ jisħaq li hu essenzjali, b'mod partikulari fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, li jitkabbar l-aċċess għal informazzjoni dwar is-saħħa sesswali u riproduzzjonali, kif ukoll dwar is-servizzi tas-saħħa;
10. Jagħraf li l-bniet huma vulnerabbli b'mod partikulari għall-vjolenza u għad-diskriminazzjoni u jitlob li jsiru sforzi akbar biex jipproteġu l-bniet minn kull għamla ta' vjolenza, inkluż l-istupru, l-esplojtazzjoni sesswali u l-ingaġġ fl-armati, u sabiex jiġu inkuraġġuti politiki u programmi biex jippromwovu l-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom f'sitwazzjonijiet ta' konflitt u ta' wara l-konflitt;
11. Jitlob li l-Kummissjoni tirrispetta l-impenn hi hija ħadet li tippreżenta komunikazzjoni dwar "Viżjoni Ewropea dwar l-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa fil-Kooperazzjoni u fl-Iżvilupp";
12. Jitlob li l-Kummissjoni tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-UE u n-NU dwar politiki għal opportunitajiet indaqs u d-drittijiet tal-bniet; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm promozzjoni mill-qrib bejn istituzzjonijiet Ewropej, internazzjonali, reġjunali u/jew bilaterali, inklużi korpi fi ħdan in-NU, sabiex jiġu armonizzati approċċi rigward ġeneru fl-oqsma ta' l-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, b'mod speċjali billi tissaħħaħ ir-rabta bejn il-Pjattaforma għall-Azzjoni ta' Peking u l-programm għall-Azzjoni tal- Kajr, il-Konvenzjoni għall-Eliminazzjoni tal-Għamliet Kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-protokoll mhux obligatorju tagħha, u l-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millennju (MDGs);
13. jitlob lill-Kummissjoni biex, fil-qafas tal-politiki għall-Afrika u għall-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp tal-pajjiżi Afrikani, jiġu inkurraġġuti r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Maputo mill-pajjiżi kollha ta' l-Afrika, waqt li tingħata attenzjoni parikulari għall-Artikolu 5 li jikkundanna u jipprojbixxi kull forma ta' mutilazzjoni ġenitali;
14. Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn li ħadet il-Kummissjoni li tippromwovi l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, diġà msemmija, u li tfassal fl-2006 l-linji gwida għall-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru fl-attivitajiet għat-taħriġ ta' l-immaniġġjar tal-kriżijiet;
15. Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jadottaw inizjattivi konkreti għall-emanċipazzjoni u l-integrazzjoni ekonomika u soċjali tan-nisa immigrati, b'mod partikulari fi ħdan il-programm ta' qafas komuni għall-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u b'attività ta' appoġġ għat-tagħlim tal-lingwi, tad-drittijiet u d-doveri li joħorġu mill-acquis komunitarju, minn konvenzjonijiet internazzjonali, minn prinċipji u leġiżlazzjonijiet attwali tal-pajjiżi ospitanti (li, fost oħrajn tinkludi l-projbizzjoni tal-poligamija taħt pretest ta' rijunifikazzjoni tal-familji) u tal-valuri fondamentali ta' l-Unjoni, billi jitfasslu politiki għat-taħriġ speċifiku rigward opportunitajiet indaqs, li ma jkunx hemm diskriminazzjoni marbuta mal-ġeneru u li fl-attività jiġi meqjus il-ġeneru permezz ta' programmi għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fl-aċċesss għall-impiegi u fuq ix-xogħol, permezz ta' appoġġ għal proġetti għal intrapriżi minn nisa immigrati li jgħinu biex tiġi ppriservata u mifruxa r-rikkezza kulturali tal-pajjiżi ta' oriġini tagħhom u bil-ħolqien ta' spazji pubbliċi għall-parteċipazzjoni għan-nisa immigrati li fihom huma jkunu rappreżentati attivament;
16. Jirrakkomanda lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jipprovdu għall-finanzjament ta' programmi biex fil-pajjiżi ta' oriġini jxerrdu informazzjoni dwar prirekwiżiti għall-wasla ta' immigranti fl-Unjoni Ewropea u għar-residenza tagħhom, kif ukoll dwar ir-riskji ta' l-immigrazzjoni illegali;
17. Jitlob lill-Kummissjoni biex tniedi l-ewwel proġetti pilota dwar l-integrazzjoni ta' l-aspett tal-ġeneru fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u fil-programmi komunitarji, b'mod speċjali fil-Fondi Struttutrali, s-Seba’ Programm ta’ Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’dimostrazzjoni, il-programm ta' azzjoni komunitarju fil-qasam tas-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumaturi (2007-013) u l-Programm ta' Azzjoni Komunitarju fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008); iqis li dawn il-proġetti jridu jikkunsidraw l-impatt tal-baġit ġenerali fuq l-ugwaljanza tas-sessi (approċċ orizzontali), l-effikaċja tal-kwoti jew riservi speċifikċi għan-nisa jew għal proġetti proposti minn nisa, kif ukoll analiżi tad-diffikultajiet li n-nisa jiffaċċjaw biex jipparteċipaw f'dawn il-programmi (approċċ speċifiku);
18. Jitlob lill-Istati Membri biex iżidu jew isaħħu l-pjanijiet tagħhom nazzjonali għall-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali sabiex jiġu inklużi miżuri biex jgħinu lin-nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol fuq bażi ta' dinjità ugwali u pagi ugwali għal xogħol ugwali, miżuri biex jippromwovu l-attività imprenditorjali fost in-nisa u biex jidentifikaw u jappoġġjaw opportunitajiet ġodda ta' xogħol fis-setturi soċjali u s-setturi tas-saħħa u fis-servizzi personali u għall-familja, fejn il-ħaddiema impjegati huma kwazi kollha nisa, l-għarfien tad-drittijiet soċjali u d-dinjità ta' dawk li jipprovdu dawn is-servizzi u sabiex jgħinu biex jitnaqqas il-faqar; iqis li minħabba l-pożizzjoni żvantaġġata tan-nisa fl-oqsma soċjali u ekonomiċi li huma kkaratterizzati b'livelli għoljin ta' qagħad u pagi aktar baxxi minn ta' l-irġiel, hemm riskju akbar għan-nisa ta' esplojtazzjoni u għalhekk jitlob li jkun hemm sanzjonijiet akbar kontra esplojtaturi fost min iħaddem;
19. Jitlob lill-Istati Membri biex jimplimentaw strateġiji konkreti biex isaħħu s-sens ta' intrapriża fost in-nisa, bl-użu pereżempju ta' l-opportunitajiet li toffri l-ICT, u miżuri biex jiffaċilitaw l-aċċess għal intraprendituri nisa għal self u serviżżi minn banek, b'mod partikulari rigward miżuri u majkrofinanzjament bħala appoġġ għal netwerks ta' intraprendituri nisa;
20. Jinnota li d-diffikultajiet li jsibu ma' wiċċhom l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa huma dejjem akbar minħabba l-kompetizzjoni ekonomika dinjija li dejjem qed tintensifika ruħha u minħabba domanda għal ħaddiema dejjem aktar flessibbli u mobbli li tirriżulta minn dan; jenfasizza li n-nisa qed ikomplu jkunu vittmi ta' diskriminazzjoni soċjali u professjonali u ta' tipi ta' diskriminazzjonijiet oħrajn u li l-eżiġenzi msemmija ġeneralment ikollhom aktar effetti ħżiena fuq in-nisa milli fuq l-irġiel; iqis li din is-sitwazzjoni m'għandhiex titħalla tixħet dubju fuq l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u fuq id-drittijiet li għandhom in-nisa rigward riproduzzjoni;
21. Jitlob lill-Istati Membri biex jinnominaw uffiċjal nazzjonali responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi rigward l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Liżbona ("Ms. Liżbona") bl-inkariku li jipparteċipa fit-tfassil u r-reviżjoni tal-pjanijiet nazzjonali differenti u biex jimmoniterja l-implimentazzjoni tagħhom sabiex jgħin fil-qasam tal-ġeneru, b'mod partikulari fil-baġit u fil-politiki u l-objettivi kif ikunu definiti f'dawn il-pjanijiet;
22. Jiddeplora li d-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa għadha tilħaq il-15% u jitlob lill-Kummissjoni biex terga' tikkunsidra bi prijorità id-direttiva 75/117/KEE(20), b'mod speċjali rigward kwistjonijiet marbutin ma' spettorati ta' xogħol u l-mezzi għall-irmedju disponibbli fil-każ ta' diskriminazzjoni; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tara li din id-direttiva tiġi implimentata b'mod li n-nisa ma jsofrux diskriminazzjonijiet minħabba perjodi iqsar ta' esperjenza tax-xogħol minħabba trobbija ta' tfal;
23. Jitlob lill-Kummissjoni biex, b'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali tagħha, tinkoraġġixxi l-ħolqien ta' politiki għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja mal-ħajja tax-xogħol billi:
– tiżgura li l-prezz tal-maternità u l-paternità jinġarr mis-soċjetà kollha kemm hi sabiex b'hekk tinqered l-imġiba diskrimiatorja fuq ix-xogħol u sabiex tgħin biex tikber ir-rata ta' twelid u biex tiffaċilita l-impjegar tan-nisa;
– ssir kampanja ta' għarfien akbar u bl-introduzzjoni ta' proġetti pilota biex jgħinu il-parteċipazzjoni bbilanċjata tan-nisa u l-irġiel f'xogħol professjonali u fil-ħajja tal-familja;
– fi ħdan il-qafas ta' l-objettivi ta' Barċellona li jimmiraw biex jagħmlu aktar aċċessibli u flessibbli s-servizzi ta' kura u għajnuna għal dawk li ma jistgħux jikkuraw lilhom infushom (tfal, persuni b'diżabbilitajiet jew b'mard kroniku u l-anzjani) jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-assistenza u l-kura li jinkludu li l-faċilitajiet jibqgħu miftuħin bil-lejl sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet li huma kkawżati mill-ħajja tax-xogħol u l-ħajja fil-familja;
– jiġu mħeġġa l-missirijiet u l-imsieħba rġiel sabiex jagħmlu użu minn possibiltajiet għall-użu ta' ħinijiet ta' xogħol flessibbli li jkunu disponibbli u biex jintrigaw minn xogħol tad-dar u xogħol għall-familja, billi pereżempju tiġi stabbilita forma inizjali obbligatorja ta' liv għall-paternità u billi tinbeda r-reviżjoni mistennija tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/EK(21),
– jiġu definiti metodi alternattivi li jiżguraw li l-pensjonijiet tan-nisa jibqgħu jkunu mħarsa f'każijiet meta l-karriera professjonali tagħhom ma tipprovdix penzjoni xierqa għaliex tkun qasira wisq jew għaliex tkun interrotta minħabba żieda fir-risponsabbiltajiet tal-familja;
– jiġu mfissra u mxerrda l-aħjar prattiki rigward tnaqqisiet għat-taxxa tad-dħul li għandhom ikunu pprovduti għal ommijiet żagħżagħ li jaħdmu, għaliex jemmen li tnaqqisiet għat-taxxa tal-korporazzjonijiet għandhom ikunu permessi għall-benefiċċju ta' impenji biex jitwaqqfu day-care centres fuq il-post tax-xogħol;
24. Jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu ħsieb li l-analiżi ta' l-impatt ta’ l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tiġi meqjusa fir-reviżjoni jew it-tfassil tat-testi leġiżlattivi komunitarji, bħal fid-direttiva 93/104/KE, u li l-Kummissjoni taġixxi kif xieraq jekk impatt negattiv ikun probabbli, bħal fil-każ ta' din id-direttiva; jitlob lill-Kunsill biex ineħħi l-possibiltà ta' derogi għal din id-direttiva għaliex dan jagħmel ħsara aktar lin-nisa milli lill-irġiel u jfixkel il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja;
25. Jappella lill-Kummissjoni biex tikkunsidra r-rizultati tal-Konferenza fuq l-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa organizzata mill-Presidenza Finlandiża ta' l-Unjoni, kif ukoll l-irwol ta' l-irġiel fit-twettiq ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi;
26. Jitlob lill-Kummissjoni, fl-isfond tal-ħidma ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-progress magħmul immonitorjat mid-dejta bank fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet(22) , biex tevalwa prattiki internazzjonali, nazzjonali jew reġjunali tajbin li jippermettu l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet, u biex dawn jinfirxu u jiġu adottati, inter alia, billi jingħata appoġġ għal netwerk ta' nisa involuti fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet;
27. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiffissaw u jikkonkretizzaw objettivi u skadenzi ċari rigward it-tkabbir tal-parteċipazzjoni tan-nisa f'kull għamla ta' teħid ta' deċiżjonijiet u biex tissaħħaħ ir-rappreżentanza tan-nisa fil-ħajja pubblika;
28. Iqis li huwa importanti li l-preżenza tan-nisa fil-karrieri xjentifiċi u fis-settur tar-riċerka tiġi inkurraġġuta; iqis ukoll li jkun jaqbel li għal dan il-għan jiġu previsti politiki u strumenti li flimkien jiżguraw bilanċ bejn l-irġiel u n-nisa u l-eċċellenza ta' dawn il-karrieri;
29. Iqis li jeħtieġ li l-preżenza tan-nisa fil-karrieri xjentifiċi tiġi inkurraġġuta, b'mod partikulari billi jiġu pprovduti soluzzjonijiet kontrattwali bħal ma huma boroż ta' studju jew xogħol fuq bażi part-time sabiex huma jkunu jistgħu jirrikonċiljaw il-ħajja professjonali tagħhom mal-ħajja tal-familja;
30. Jemmen li jekk il-midja xxandar bi prominenza eżempji tajbin, kemm ta' rwoli tan-nisa fis-soċjetà kif ukoll tar-riżultati miksuba minnhom fis-setturi kollha, u jekk dawn jiġu enfasizzati hekk li jinħolqu immagini pożittivi tan-nisa u li jinkuraġġixxu l-involviment ta' nisa u rġiel oħrajn sabiex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja, dan ikun ta' għajnuna kbira fil-ġlieda kontra l-isterjotipi negattivi li jiffaċċjaw in-nisa; jitlob lill-Kummissjoni għalhekk sabiex tfassal miżuri skond il-programm Midja 2007 pereżempju, sabiex jitqajjem għarfien aħjar fil-midja, pereżempju permezz ta' fora ta' konsultazzjoni permanenti ma' membri ta' dan is-settur, dwar l-isterjotipi li dawn jirrapreżentaw u sabiex jippromwovu opportunitajiet indaqs, b'mod partikulari bil-għan li jinfurmaw u jqajmu għarfien akbar fost iż-żagħżagħ, irgiel u nisa;
31. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex jeliminaw sterjotipi dwar il-ġeneru, b'mod partikulari fis-suq tax-xogħol u biex jippromwovu l-preżenza ta' l-irġiel fis-setturi u fit-tipi ta' xogħol okkupati b'mod predominanti min-nisa, bħal fl-iskjejjel primarji u f'faċilitajiet għall-kura;
32. Jitlob b'insistenza lill-Kummissjoni biex tinkludi fil-Pjan ta' Rotta d-drittijiet ta' persuni transesswali u l-problemi li dawn jiffaċċjaw, skond d-deċiżjonijiet li ngħataw reċentement mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunità Ewropea;
33. Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta taħriġ obbligatorju dwar l-integrazzjoni ta' l-aspett tal-ġeneru u dwar is-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet ta' ġeneru għall-Membri tal-Kummissjoni u għall-funzjonarji għoljin, kif ukoll biex dawn l-aspetti jiġu inklużi f'kull taħriġ rigward amministrazzjoni għall-funzjorarji Ewropej;
34. Jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-użu ta’ terminoloġija mhux sessista, hekk li tilħaq il-kulturi kollha konċernati, fid-dokumenti kollha uffiċjali u sabiex tiġi interpretata fil-lingwi kollha uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;
35. Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji Ewropej biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irgiel in-nisa u fil-livelli amministrattivi u sabiex jiffissaw l-objettiv li tintlaħaq ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-impjegar u fil-ħatriet, b'mod partikulari għal pożizzjonijiet ta' xogħol ta' livell għoli;
36. Jitlob lill-Kummissjoni biex fir-Rapport Annwali tal-Pjan ta' Rotta tiddedika kapitlu separat dwar opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea u sabiex f'dan il-kapitlu jingħata rapport dwar il-progress li sar dwar dan;
37. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma regolarment lill-kumitat(i) kompetenti tal-Parlament Ewropew dwar il-moniteraġġ tal-progress li jsir fil-Pjan ta' Rotta, b'mod partikulari permezz ta' rapporti pubbliċi magħmula minn kull pajjiż individwali;
38. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, lill-Kumitat għar-Reġjuni, kif ukoll lill-organi eżekuttivi u organi eletti responsabbli għall-qasam ta' l-opportunitajiet indaqs fil-livelli lokali, reġjunali u nazzjonali.
Cf. Fost oħrajn: ix-xogħol ta' l-OCDE, tal-UNIFEM, tal-Bank Dinji, tas-Sekretarjat tal-Commonwealth għall-ugwaljanza ta' opportunitajiet, kif ukoll l-istudji u proġetti magħmula mill-Kunsill ta' l-Ewropa, il-Kunsill tal-Ministri Nordiċi, kif ukoll il-Ministeru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali ta' l-Olanda.
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/EEC tal-11 ta' Diċembru 1986 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa fuq ix-xogħol, inkluż min jaħdem fl-agrikultura jew bħala ħaddiema għal rashom, u dwar il-protezzjoni għal nisa li jaħdmu għal rashom meta jkunu tqal jew meta jsiru ommijiet.
Direttiva tal-Kunsill 89/391/EEK tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex iħeġġu titjib fis-sikurezza u s-saħħa ta' ħaddiema fuq ix-xogħol.
Id-Direttiva 2004/41 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u l-moniteraġġ ta' istituzzjonijiet li jipprovdu għall-irtirar mix-xogħol.
Direttiva tal-Kunsill 92/85/EEK tat-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex iħeġġu titjib fis-sikurezza u s-saħħa ta' ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li jkunu għadhom kif welldu jew ikunu qed ireddgħu.
Id-Direttiva 75/117/KEE tal-Kunsill ta' l-10 ta' Frar 1975 dwar it-tqarrib tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' pagi ndaqs għal ħaddiema rġiel u nisa.
Proġatt tad-DĠ "Xogħol u Affarijiet Soċjali" tal-Kummissjoni, li jiġbor u janalizza l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċess għat-teħid ta' deċiżjonijiet (istituzzjonijiet politċi, amministrazzjoni pubblika, imsieħba soċjali u NGOs prinċipali).
Il-Pjan ta' Rotta 2006-2010 għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel propost mill-Kummissjoni(1) jidentifika sitt oqsma ta' azzjoni prijoritarja li huma maqsuma f'serje ta' azzjonijiet kruċjali u jinkludi żewġ annessi li jispeċifikaw l-indikaturi għall-moniteraġġ tal-progress u l-unitajiet u l-kumitati tal-Kummissjoni li huma risponsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi.
Il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni ta' l-impatt ta' dan il-Pjan ta' Rotta(2) li jiddeskrivi s-sitwazzjoni attwali fl-Ewropa rigward l-ugwaljanza bejn is-sessi, b'referenza partikulari għall-oqsma prijoritarji identifikati fih.
Id-dokument tal-Kummissjoni jaħseb għal titjib fil-governanza billi jsaħħaħ l-istrutturi interni tal-Kummissjoni u bil-ħolqien ta' Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.
1. Oqsma prijoritarji
1. Il-kisba ta’ indipendenza ekonomika jndaqs bejn in-nisa u l-irġiel:
a)Jintlaħqu l-objettivi ta' Liżbona;
b)Inkorraġġiment ta' l-involviment tan-nisa fil-kummerċ;
c)Ugwaljanza bejn is-sessi fil-ħarsien soċjali u fil-ġlieda kontra l-faqar
d)L-għarfien ta' l-aspett tal-generu fil-qasam tas-saħħa
e)Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni multipla, b’mod partikolari kontra l-immigranti nisa u li jagħmlu parti minn minoranza etnika
2. Għajnuna biex jisseddaq bilanċ bejn l-attività professjonali u l-ħajja tal-familja:
a)Arranġamenti flessibbli għax-xogħol kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel,
b)Żieda fis-servizzi ta’ kura;
c)Politiki aħjar għal bilanċ bejn xogħol u ħajja, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel;
3. Il-promozzjoni ta’ Parteċipazzjoni Indaqs tan-Nisa u ta’ l-Irġiel fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet:
a)Il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika;
b)In-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi;
c)In-nisa fix-xjenza u t-teknoloġija;
4. L-eradikazzjoni tal-vjolenza marbuta mas-sess u t-traffikar tal-bnedmin:
a)It-tneħħija ta’ vjolenza relatati ġeneru;
b)Tneħħija tat-traffikar tal-bnedmin;
5. It-tneħħija ta’ l-isterjotipi tas-sessi fis-soċjetà :
a)It-tneħħija ta’ l-isterjotipi relatati mal-ġeneru fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fil-kultura;
b)It-tneħħija ta’ l-isterjotipi relatati mal-ġeneru fis-suq tax-xogħol;
c)It-tneħħija ta’ l-isterjotipi relatati mal-ġeneru fil-midja;
6. Il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi barra mill-Unjoni Ewropea:
a)It-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE fil-pajjiżi li sejrin jissieħbu, dawk li huma kandidati biex jissieħbu u dawk li huma kandidati potenzjali(3);
b)Il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politika Ewropea għall-Viċinat (ENP).
2. Evalwazzjoni ta' l-impatt
L-evalwazzjoni ta' l-impatt tal-Kummissjoni jagħraf espliċetament li l-impatt ta' l-azzjonijiet proposti huwa impossibbli li jiġi kkalkulat minn qabel u għalhekk hija tagħti biss sommarju tad-dokumenti ta' sfond meħtieġa biex jitfassal il-Pjan ta' Rotta.
B.L-ISTRATEĠIJA TA' QAFAS PREĊEDENTI
L-istrateġija ta' qafas komunitarja rigward l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għall-perjodu 2001-2005 iddefinixxa wkoll l-oqsma prijoritarji u l-attivitajiet kruċjali. Programm ta' appoġġ finanzjarju għall-istrateġija ġie adottat mill-Kunsill permezz tal-proċedura ta' konsultazzjoni mal-Parlament.
1. Objettivi prijoritarji
- Il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza fil-ħajja ekonomika;
- Il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza fil-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza;
- Il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza fl-aċċess u l-użufrutt sħiħ tad-drittijiet soċjali għan-nisa u l-irġiel;
- Il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza fil-ħajja ċivili;
- Il-promozzjoni ta' l-iżvilipp ta' l-irwoli u biex jingħelbu l-isterjotipi.
2. Evalwazzjoni
Il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm ta' appoġġ għall-istrateġija ta' qafas li ntużat ukoll fl-evalwazzjoni ta' l-impatt tal-Pjan ta' Rotta. Din l-evalwazzjoni tillimita ruħha li ssemmi biss l-attivitajiet tal-programm ta' qafas implimentati sa tmien l-2004.
Barra minn hekk, l-analiżi li fuqu tistrieħ l-evalwazzjoni ta' l-impatt (li saret minn esperti esterni) għamlet għadd ta' rakkomandazzjonijiet, li huma li l-programm ta' qafas għall-istrateġija jsir aktar ċar u aktar relevanti, li titjib is-sinerġija bejn il-prijoritajiet differenti u li jiġu diffużi aħjar ir-riżultati pożittivi u l-prattiki tajbin.
Ir-rakkomandazzjonijiet jindikaw b'mod ċar li jeħtieġ li jitjiebu l-programazzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni. Ir-rapporteur tqis li dan it-tijib huwa ta' importanza prijoritarja.
C.TEMI PRIJORITARJI TAR-RAPPORT
Approċċ:Nibdew mid-drittijiet!
Ir-rapporter tipproponi li tiffoka "l-ispirtu" tal-Pjan ta' Rotta fuq id-drittijiet fundamentali tan-nisa sabiex iċ-ċittadini Ewropej jitħeġġu sabiex jassimilaw il-kunċett ta' ugwaljanza bejn is-sessi. Il-politiki komunitarji dwar opportunitajiet indaqs mhumiex biss il-frott tal-kompetenzi li jistabbilixxi t-Trattat, imma huma fuq kollox maħsuba biex jilħqu ma' l-eżiġenza tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-mara. Dan l-approċċ għandu l-intenzjoni li jerġa' jagħti nifs politiku lill-Unjoni u lill-Istati Membri u biex tiġi stabbilita definizzjoni ċara ta' l-integrazzjoni ta' l-aspett tal-ġeneru, jiġifieri metidoloġija strumentali dwar r-rispett tad-drittijiet fundamentali.
Minn din il-persperttiva l-Pjan ta' Rotta jikkostitwixxi strument ta' azzjoni u sors ta' proposti li għandhom l-għan li tabilħaqq tinkiseb ugwaljanza "reali" bejn l-irġiel u n-nisa, li l-bażi tagħha tinsab fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.
L-ewwel pass li għandu jittieħed f'din id-direzzjoni huwa l-evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni tad-direttivi mniżżla fil-proposta li huma meħtieġa biex tiġi determinata l-"fiżżjonomija" preċiża tal-fenomenu tad-dikriminazzjoni, il-kuntest ta' dan u kemm huwa mifrux.
L-attenzjoni tiffoka l-aktar fuq in-nisa immigrati li ħafna drabi jiffaċċjaw l-aktar forom koroh ta' diskriminazzjoni, li jagħmel aktar diffiċli l-integrazzjoni sħiħa tagħhom u l-aċċess għal servizzi essenzjali bħalma huma s-saħħa u l-edukazzjoni. Ir-rapporteur tipproponi li l-isforzi jikkonċentraw ruħhom fuq l-użu ta' l-għerf bħala l-mezz ta' emanċipazzjoni. It-tama hi l-għerf tkun eżiġenza obbligatorja li talanqas tippermetti d-diffużżjoni fost in-nisa l-għarfien tad-drittijiet inaljenabbli tagħhom u tal-kapaċitajiet lingwistiċi.
L-integrazzjoni ta' l-aspett tal-ġeneru fil-baġits nazzjonali
L-integrazzjoni ta' l-aspett tal-ġeneru fil-baġits nazzjonali huwa l-mezz l-aktar utli, imma l-anqas li jintuża, biex ikun hemm applikazzjoni ta' opportunitajiet indaqs fil-politiki pubbliċi, il-pern ta' l-implimentazzjoni fil-livell Ewropew ta' opportunitajiet indaqs. F'din il-perspettiva, il-Pjan ta' Rotta m'għandux jillimita ruħu biss biex ifassal skedi għall-evalwazzjoni tal-vijabbilità, li wara kollox diġà saru mill-Kumitat Konsultattiv għall-Opportunijiet Indaqs, imma għandu iniedi proġetti pilota u jipproponi li jkun hemm "orkestratur" ewlieni għall-inizjattivi ta' integrazzjoni ta' l-aspett tal-ġeneru fil-baġits nazzjonali, u b'hekk jiggarantixxi diffużżjoni omoġenja ta' l-aħjar prattiki.
L-Istrateġija ta' Liżbona u l-bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol
Li jkun hemm aktar nisa jaħdmu huma fundamentali biex jintlaħqu l-objettivi ta' Liżbona. Madankollu, biex nisa jkunu jistgħu jidħlu jaħdmu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol jeħtieġ li jitneħħew il-forom kollha ta' diskriminazzjoni li għadhom jeżistu, bħal ma huma d-differenzi fil-pagi, implimentazzjoni diżugwali ta' skemi ta' sigurtà soċjali, u l-fatt li l-irġiel ma jassumux responsabbiltajiet biżżejjed fil-ħajja tal-familja.
Ir-rapporteur għalhekk tissuġġerixxi li jiġi adottat approċċ ġenerali li jitlaq mill-Istrateġija ta' Liżbona u jikkunsidra l-aspetti kollha fejn id-dikriminazzjoni tista' sseħħ, ibda mit-taħriġ u spiċċa fl-irtirar. Miżuri bħar-reviżjoni tad-direttiva dwar pagi ndaqs u dwar liv għal min isir ġenitur, kif ukoll objettivi ġodda għal servizzi ta' kura u għajnuna għal persuni li mhumiex kapaċi jieħdu kura tagħhom infushom, jistgħu min-naħa jgħinu fl-aċċessibiltà għax-xogħol u min-naħa l-oħra, billi dawn jikkontribwixxu għall-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja, jgħinu wkoll biex in-nisa jkomplu jaħdmu.
Għal dan il-għan, ir-rapporteur tissuġġerixxi li kull Stat Membru jinnomina persuna nazzjonali, "Ms Liżbona", li tkun uffiċjalment risponsabbli għal kwistjonijiet dwar opportunitajiet indaqs u li fil-qafas ta' l-implimentazzjoni u tar-reviżjoni ta' l-istrateġija tieħu ħsieb tiggarantixxi integrazzjoni tabilħaqq ta' l-aspett tal-ġeneru fil-politiki għall-implimentazzjoni u li tagħmel mod li fil-livell politiku tingħata dejjem kunsiderazzjoni għall-aspett ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.
Parteċipazzjoni u sterjotipi
L-inizjattivi tad-DG tal-Kummissjoni għall-Impiegi u Affarijiet Soċjali biex toħloq database dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċess għat-teħid ta' deċiżjonjiet huwa l-ewwel pass prattiku li jista' jwassal biex l-inizjattivi nazzjonali u tal-Komunità jimxu f'din id-direzzjoni.
Id-dejta dispondibbli tagħti stampa diżugwali ħafna, b'persentaġġi differenti ħafna bejn pajjiż u ieħor u bejn settur u ieħor. Ir-rapporteur qiegħda għalhekk titlob lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri f'dan ir-rigward bl-iskop li jkun hemm skambju ta' l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, kif ukoll djalogu ma' msieħba mhux Ewropej li rnexxilhom isibu soluzzjonijiet effikaċi biex iżidu l-preżenza tan-nisa fiċ-ċentri fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. Il-xogħol tal-Kummissjoni għandu jkun li tagħmel xogħol ta' evalwazzjoni, ta' diffużżjoni u ta' sinteżi sabiex il-popolazzjoni Ewropea tkun tabilħaqq rappreżentata fil-livelli kollha, fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni, f'dawk il-postijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet (ta' natura intraprenditorjali, elettivi jew eżekuttivi) u fl-Istituzzjonijiet Ewropej.
Rapporteur għal opinjoni: Elena Valenciano Martínez-Orozco
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għad-drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:
1. Jilqa' b'sodissfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni sabiex timbotta l-aġenda għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel billi tinforza s-sħubija ma' l-Istati Membri u partijiet oħrajn u sabiex tinkoraġġixxi l-implimentazzjoni tagħha u l-attivitajiet ta' l-organizzazzjonijiet u n-netwerks tan-nisa;
2. Jitlob lill-Kummissjon sabiex tirrispetta l-impenn tagħha fl-2006 li tippreżenta komunikazzjoni dwar 'Viżjoni Ewropea għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fil-Koperazzjoni għall-Iżvilupp';
3. Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni sabiex tippromwovi l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1325/2000 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa u l-Paċi u s-Sigurtà, u sabiex tfassal linji gwida fl-2006 dwar l-integrazzjoni fuq livell ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi ta' l-attivitajiet ta' taħriġ għal tmexxija waqt kriżijiet;
4. Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva tan-nefqa u tal-programmi ta' għajnuna għall-iżvilupp ta' pajjiżi terzi, u biex tindirizza l-bilanċ tar-riżultati ta' l-Istrateġija ta' Qafas għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għall-perjodu 2001-2005 u jinsisti li dawn ir-riżultati jiġu ppubblikati;
5. Jisħaq fuq l-importanza li tiġi promossa kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali, reġjonali u/jew bilaterali, inklużi l-organi tan-Nazzjonijiet Uniti, sabiex jiġu armonizzati l-approċċi fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u għall-għajnuna umanitarja, speċjalment bit-tisħiħ tar-rabta bejn il-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Pekin u l-Programm ta' Azzjoni tal-Kajr, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-protokoll fakultattiv tagħha, u l-Objettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs);
6. Jenfasizza l-bżonn li tiġi appoġġjata l-integrazzjoni sistematika tad-dimensjoni nisa-irġiel bħala strateġija biex tingħata setgħa lin-nisa u tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi u biex tiġi promossa d-dimensjoni ta' l-ugwaljanza fil-politiki fundamentali kollha fl-oqsma tal-koperazzjoni, l-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja; jenfasizza l-importanza li tkun promossa l-kwistjoni transversali ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qafas tal-finanzjament Komunitarju għall-iżvilupp;
7. Jenfasizza l-karattru speċifiku tal-femminizzazzjoni tal-faqar u jinsisti fuq il-fatt li r-realizzazzjoni ta' l-MDGs tiddipendi fuq il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-etajiet kollha bis-saħħa tat-titjib fil-qagħda tan-nisa u bl-emanċipazzjoni tagħhom, li huma mezzi essenzjali għat-tnaqqis tal-faqar, il-ġuħ u l-malnutrizzjoni, u jenfasizza l-importanza li jiġi promoss l-iżvilupp reali u sostenibbli tal-pajjizi li għadhom qed jiżviluppaw;
8. Jitlob sabiex tingħata importanza partikulari lill-Objettivi tal-Millenju 2 u 3 u li tiġi promossa l-edukazzjoni tal-bniet fil-livelli kollha, bħala mezz indispensabbli għat-tkabbir tal-produttività u t-tnaqqis tal-faqar, għat-titjib tal-kundizzjonijiet tas-saħħa u l-benesseri tal-familji tagħhom u biex jingħata kontribut għall-iżvilupp sostenibbli tas-soċjetajiet tagħhom;
9. Jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri biex tiggarantixxi li n-nisa jkollhom id-drittijiet tagħhom għas-saħħa, inklużi s-saħħa sesswali u dik riproduttiva; jisħaq li huwa essenzjali, b'mod partikulari fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, li jiżdied l-aċċess għall-informazzjoni dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva u għas-servizzi tas-saħħa;
10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, bħala parti mill-politika tagħhom dwar il-koperazzjoni għall-iżvilupp, jieħdu miżuri xierqa biex iħeġġu rappreżentazzjoni aħjar tan-nisa billi jiżguraw li n-nisa jkollhom l-istess opportunitajiet bħall-irġiel u billi jinkuraġġixxu l-parteċipazzjoni tagħhom f'għaqdiet professjonali u f'korpi ta' ppjanar u ta' deċiżjoni politika, fejn hemm bżonn permezz ta' kwoti speċifiċi li jiggarantixxu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livelli kollha tal-ħajja politika;
11. Jenfasizza l-ħtieġa li titkattar l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-midja u fil-pjattaformi ta' opinjoni pubblika sabiex jiżdiedu l-parteċipazzjoni u l-kontribuzzjoni tagħhom lejn l-iżvilupp;
12. Jenfasizza l-ħtieġa li n-nisa, li ta' spiss wisq għadhom jiġu marġinalizzati fil-programmi ta' l-iżvilupp, jingħataw l-opportunità li jtejbu l-qagħda tagħhom u tal-familji tagħhom, billi jkun garantit li jingħataw aċċess ugwali għas-swieq tax-xogħol u għal impjiegi permanenti u ta' kwalità aħjar, kif ukoll għall-mezzi ta' produzzjoni inklużi l-art, il-kreditu u t-teknoloġija billi jingħata appoġġ finanzjarju u tekniku xieraq; jenfasizza l-irwol pożittiv tal-mikrokreditu fit-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu l-użu tiegħu;
13. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu miżuri mmirati lejn aċċess aktar ugwali għal programmi u servizzi ta' taħriġ vokazzjonali billi jiġu orjentati lejn l-attivitajiet produttivi mmaniġġjati min-nisa, inklużi intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs);
14. Jenfasizza l-fatt li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jindirizzaw, b'mod regolari u sistematiku, il-kwistjoni ta' l-ugwaljanza tas-sessi fil-laqgħat tagħhom kif ukoll fil-kuntest tad-djalogu politiku ma' pajjiżi terzi, filwaqt li jirreferu għall-klawsola dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-każ ta' ksur serju tad-drittijiet tan-nisa;
15. Huwa tal-fehma li l-ugwaljanza bejn is-sessi m'għandhiex tieqaf fil-fruntiera, u li għandu jkun garantit r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u d-difiża tagħhom, tal-migranti u l-ħaddiema migranti u l-familji tagħhom; jiddispjaċih li l-Kummissjoni naqset milli tqis d-dimensjoni irġiel-nisa fil-komunikazzjoni tagħha bit-titolu 'Il-Migrazzjoni u l-iżvilupp: xi orjentazzjonijiet konkreti' u jitlob li dik id-dimensjoni titqies fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tagħha;
16. Jirrakkomanda lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jagħmlu dispożizzjoni għall-iffinanzjar ta' programmi mmirati lejn l-għoti ta' informazzjoni fil-pajjiżi ta' oriġini dwar ir-rekwiżiti meħtieġa għall-wasla u għal matul iż-żmien li l-immigranti jkunu fl-UE u dwar il-perikli assoċjati ma' l-immigrazzjoni irregolari;
17. Jitlob lill-Istati Membri biex isaħħu l-istrutturi konsulari u diplomatiċi tagħhom sabiex jimmaniġġjaw aħjar u b'iktar effiċjenza l-ħtiġijiet ta' l-immigrazzjoni u biex jikkunsidraw l-integrazzjoni ta' l-ugwaljanza tas-sessi fl-għoti ta' viżi speċjali għan-nisa li jisfaw vittmi ta' persekuzzjoni jew ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru fil-pajjiżi tagħhom ta' l-oriġini jew ta' residenza;
18. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw politiki u programmi speċifiċi ta' żvilupp biex jiggarantixxu għajnuna medika, soċjali, legali u psikoloġika lin-nisa li kellhom iħallu djarhom minħabba kunflitti, u lil tipi oħra ta' nisa migranti;
19. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tikkunsidra miżuri li jiskoraġġixxu u jwaqqfu forom ta' vjolenza kontra nisa li qed jitolbu kenn u kontra l-migranti fil-pajjiżi ta' l-oriġini tagħhom, kemm jekk ikunu nisa mhedda mill-familja jew minn żwieġhom, kif ukoll jekk kienu irrinegati ta' spiss, jew nisa li jsofru forma ta' vjolenza soċjali minħabba l-impożizzjoni ta' normi morali jew reliġjużi diskriminatorji;
20. Jappoġġja l-ħtieġa li jissaħħu l-azzjonijiet fil-kuntest tal-koperazzjoni għall-iżvilupp immirati lejn l-iżvilupp ta' metodi preventivi fil-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u t-traffikar tal-persuni biex jiġu sfruttati sesswalment, u biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni ta' dawn il-metodi;
21. Jirrikonoxxi li l-bniet huma partikularment vulnerabbli għall-vjolenza u għad-diskriminazzjoni, u jitlob li jsiru sforzi akbar biex il-bniet jitħarsu minn kull tip ta' vjolenza, inklużi l-istupru, l-isfruttament sesswali u r-reklutaġġ fil-forzi armati, u biex jitħeġġu politiki u programmi li jippromwovu l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniet f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt u ta' wara l-kunflitt;
22. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw programmi mmirati lejn l-eliminazzjoni ta' prattiċi u drawwiet tradizzjonali li huma ta' ħsara għas-saħħa tan-nisa, b'mod partikulari l-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili, iż-żwiġijiet f'età żgħira u sfurzati u d-delitti mwettqa għall-unur;
23. Jemmen li jekk il-miżuri indikati fil-Pjan Direzzjonali jiġu bbażati fuq politika li tagħti prijorità lir-regoli tas-suq u tikkonċentra fuq il-kisba ta' vantaġġ kompetittiv għall-UE fl-ekonomija globalizzata, il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi se tibqa' marġinalizzata; jesprimi tħassib li proċeduri li jikkonċentraw fuq it-tisħiħ tal-kompetittività ta' l-UE għandhom mnejn jagħmlu ħsara lill-interessi tan-nisa f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw;
24. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni partikulari għall-immigrazzjoni tan-nisa u s-sitwazzjoni ta' l-immigranti nisa fl-Ewropa;jenfasizza li għandhom jittieħdu miżuri speċjali sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà ospitanti;
PROĊEDURA
Titolu
Pjan direzzjonali għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistiden lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li ser jadotta:
1. Jaqbel li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija dritt fundamentali u valur komuni ta' l-UE, iżda jinnota li għalkemm sar progress sinifikanti f' dan il-qasam, għad fadal ħafna inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel;
2. Jaqbel li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija dritt fundamentali u valur bażiku ta' l-UE; iżda jinnota li għalkemm sar progress sinifikanti f'dan il-qasam, għad fadal ħafna inugwaljanzi bejn n-nisa u l-irġiel; iqis li minħabba l-pożizzjoni sfavorevoli tan-nisa fil-qasam soċjali u ekonomiku, b'livelli ogħla ta' qgħad u b'pagi inqas minn ta' l-irġiel, ir-riskju li n-nisa jiġu sfruttati huwa ikbar u għal din ir-raġuni jitlob li jiġu imposti sanzjonijiet stretti kontra dawk li jisfruttawhom waqt li jkunu qed jimpjegawhom;
3. Jenfasizza li l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-KE dwar it-trattament ugwali ta' l-irġiel u tan-nisa, l-użu effettiv tal-Fondi Strutturali u l-mekkaniżmi l-ġodda għall-iffinanzjar jistgħu jtejbu t-taħriġ, jagħtu spinta lill-impjiegi u jippromwovu l-imprenditorjat;
4. Jikkunsidra li l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jikkomunikaw aktar dwar il-politika żviluppata fil-livell Ewropew sabiex jiġu promossi l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa, u l-progressi li dik il-politika għamlet possibbli;
5. Jipproponi li l-Istati Membri jiżviluppaw strateġija għall-impjiegi li tneħħi x-xkiel għall-aċċess li n-nisa jkollhom għas-suq tax-xogħol, billi jippromwovu l-kundizzjonijiet ta' pagi indaqs u jieħdu azzjoni kontra d-diskriminazzjoni fil-pensjonijiet li tinħoloq minn waqfiet mix-xogħol fuq il-bażi ta' leave għal maternità u leave ta' ġenitur;
6. Jenfasizza l-irwol kruċjali li għandhom l-istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali fil-promozzjoni ta' soċjetà bbażata fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-istituzzjonijiet nazzjonali sabiex jorganizzaw kampanji ta' informazzjoni u ta' qawmien ta' kuxjenza pubblika dwar l-aspetti kollha tar-relazzjonijet bejn is-sessi (fir-rigward tal-ħajja professjonali, familjari u politika u tas-saħħa, sabiex jiġu miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa, inkluż it-traffikar tan-nisa);
7. Jenfasizza li l-intrapriżi, li huma fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku u għall-ħolqien ta' l-impjiegi, għandhom jikkontribwixxu fi ħdan il-qafas tar-responsabilità soċjali korporattiva għall-qerda tad-diskriminazzjoni li spiss in-nisa jisfaw vittmi tagħha u b'mod partikulari billi jippromwovu l-aċċess għall-impjiegi, għat-taħriġ u għall-iżvilupp vokazzjonali; jinsisti fuq l-importanza ta' l-irwol ta' l-imsieħba soċjali u tad-djalogu soċjali;
8. Ifakkar li t-taħlita ta' kompetittività ekonomika u ġustizzja soċjali hija fil-qalba tal-mudell Ewropew ta' żvilupp;
9. Jinnota li l-isfidi iffaċċjati mill-Istati Membri u l-UE fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi qed jiżdiedu bħala riżultat ta' kompetizzjoni ekonomika aktar intensa u minħabba d-domanda sussegwenti għal ħaddiema aktar flessibli u mobbli; jenfasizza li n-nisa għadhom ibatu minn diskriminazzjoni soċjali, fl-impjiegi u taħt forom oħra u li ċ-ċans hu li dawn ir-rekwiżiti jkollhom impatt aktar qawwi fuq in-nisa milli fuq l-irġiel; iqis li din is-sitwazzjoni m'għandhhiex titħalla ddgħajjef l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa għar-riproduzzjoni;
10. Iqis li l-isfidi attwali għall-bidla demografika jistgħu jiġu affrontati aħjar jekk in-nisa jkollhom aċċess akbar għas-suq tax-xogħol bażat fuq ħinijiet tax-xogħol flessibbli flimkien ma' sigurtà tax-xogħol, sigurtà soċjali, opportunitajiet għal edukazzjoni u faċilitajiet għall-kura tat-tfal, fatturi li jippermettu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja u żieda fl-opportunitajiet għal impjiegi għan-nisa;
11. Jindika li l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-settur ta' riċerka, fix-xjenzi u t-teknoloġija jistgħu jikkontribwixxu biex tiżdied l-innovazzjoni;
12. Jappoġġja l-azzjonijiet fundamentali mressqa fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Il-Pjan direzzjonali għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (COM(2006)0092) (il-Pjan Direzzjonali) f'sitt oqsma prijoritarji li jirrigwardaw: il-kisba ta' indipendenza ekonomika għan-nisa, l-enfasizzar ta' l-irwol fundamentali tal-fondi soċjali għall-edukazzjoni globali fil-qasam ta' teknoloġiji ġodda li jirrikonċiljaw ix-xogħol u l-ħajja fil-familja; il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fit-teħid tad-deċiżjonijiet; il-qerda tal-vjolenza u t-traffikar bbażati fuq ġeneru, b'attenzjoni partikulari għall-jasar; l-abolizzjoni ta' l-isterjotipi bbażati fuq ġeneru fis-soċjetà u l-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi barra l-UE; għalhekk jistenna li l-Kummissjoni tqajjem kuxjenza permezz ta' l-iskambju ta' l-aħjar prassi, l-appoġġ tar-riżultati ta' riċerka u segwitu; madankollu jemmen li sabiex dawn l-azzjonijiet ikunu effettivi, hemm bżonn li l-politiki soċjali u ekonomiċi ta' l-UE jiżguraw li n-nisa, l-irġiel u t-tfal kollha jkunu jistgħu jgħixu fid-dinjità u ħielsa mill-faqar;
13. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel kull sforz sabiex tassigura li l-miżuri sostnuti f'din il-kommunikazzjoni jissarrfu f'azzjoni; jenfasizza li, fil-passat, l-ammont konsiderevoli ta' diskussjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi rriżulta fi ftit li xejn miżuri konkreti, u issa huwa ż-żmien li jiġu applikati b'mod effettiv il-leġiżlazzjoni Ewropea u l-prinċipji stipulati fil-komunikazzjonijiet u d-direttivi ppubblikati dwar dan is-suġġett; iqis li hija essenzjali wkoll, biex dawn il-miżuri differenti jkunu jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv, li tittejjeb is-sħubija ma' l-Istati Membri u s-soċjetà ċivili;
14. Jemmen fermament li biex jinkisbu l-objettivi ta' tkabbir u kompetittività stipulati fl-Istrateġija ta' Liżbona hemm bżonn li jintużaw il-mezzi ta' produzzjoni kollha u li n-nisa jridu jitħeġġu biex jieħdu sehem fuq l-istess livell bħall-irġiel;
15. Jemmen ukoll li l-azzjonijiet li jipprovdi għalihom il-Pjan direzzjonali għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel iridu jiġu inkorporati f'kull politika ekonomika u fi ħdan dan il-qafas iridu jsiru sforzi sabiex jissaħħu l-imprenditorjat fost in-nisa, l-aċċess aħjar għall-finanzjament u l-iżvilupp ta' netwerks imprenditorjali tan-nisa;
16. Jemmen li l-ugwaljanza bejn is-sessi, peress li hija waħda mill-iktar valuri bażiċi importanti ta' l-Unjoni Ewropea, hija għan li ta' min wieħed jiksbu mhux biss għal raġunijiet ta' effiċjenza ekonomika imma, b'mod partikulari, għal raġunijiet ta' ġustizzja soċjali u biex tintlaħaq dinja aktar ġusta u bilanċjata; għal din ir-raġuni l-ugwaljanza bejn is-sessi trid tkun parti tal-politiki kollha ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri;
17. Jindika l-fatt li l-ugwaljanza bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol hija relatata mill-qrib mal-fatt li jrid jiġi żgurat li jkun hemm ir-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema f'sistemi flessibli;
18. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi, fid-dokumenti kollha ta' l-UE, lingwaġġ li huwa sensittiv fir-rigward ta' ġeneru u li huwa kapaċi li jindirizza l-kulturi kollha involuti;
19. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tassigura li l-impatt fil-kuntest ta' ġeneru jkun kkunsidrat sew meta tiġi riveduta jew żviluppata leġiżlazzjoni tal-KE, bħal ma hi d-Direttiva dwar il-ħinijiet tax-xogħol, u li l-Kummissjoni taġixxi b'mod xieraq meta jkun mistenni impatt negattiv fil-kuntest ta' ġeneru bħal ma hu l-każ tad-Direttiva dwar il-ħinijiet tax-xogħol; jistieden lill-Kunsill sabiex ineħħi l-esklużjoni volontarja mid-Direttiva dwar il-ħinijiet tax-xogħol, peress li hi ta' dannu akbar għan-nisa milli għall-irġiel u tagħmilha aktar diffiċli li jiġu rikonċiljati x-xogħol u l-ħajja fil-familja;
20. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jirrikonoxxu l-valur ekonomiku, soċjali u edukattiv ta' xogħol mhux imħallas fil-familja u fid-dar, billi joħolqu mekkaniżmi ta' kontribuzzjonijiet għas-sistema tal-ħarsien soċjali u sistemi għal pensjonijiet fuq bażi volontarja;
21. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinkoraġixxi - permezz ta' azzjonijiet u politiki - il-parteċipazzjoni tan-nisa f'oqsma tax-xogħol tradizjonalment dominati mill-irġiel bil-ħsieb li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-pagi ndaqs;
22. Jenfasizza li n-nisa għandhom riskju akbar ta' qgħad, sfruttament u faqar mill-irġiel u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti prijorità għall-iżvilupp ta' strateġiji biex titnaqqas il-femminizzazzjoni tal-faqar u l-qgħad u jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw dawn l-istrateġiji għan-nisa fil-proċessi tal-ħarsien soċjali u l-inklużjoni soċjali;
23. Jiddispjaċih li l-Pjan direzzjonali ma jagħtix biżżejjed importanza lill-irwol li għandu t-taħrig sabiex tintlaħaq l-ugwaljanza sħiħa; huwa tal-fehma li għandhom jiġu intensifikati l-isforzi tat-taħriġ għan-nisa li huma bla xogħol jew li huma f'impjieg temporanju jew li qed jaħdmu f'xogħol ta' grad inferjuri; barra minn hekk jemmen li għandhom ikunu offerti inċentivi akbar sabiex in-negozji jipprovdu t-taħriġ fuq ix-xogħol meħtieġ għan-nisa li l-kwalifiki professjonali tagħhom huma ta' livell aktar baxx; jikkunsidra, fl-aħħar, li t-taħriġ għandu ikun partikolarment iffukat fuq in-nisa li jgħixu f'inħawi rurali b'mod speċjali fir-rigward ta' l-użu tat-teknoloġiji ġodda;
24. Jindika l-importanza ta' l-irwol li għandhom id-diversi awtoritajiet gvern u l-imsieħba soċjali (intrapriżi u trade unions) biex jiġu segwiti azzjonijiet pożittivi li jagħmlu l-ħajja aktar ġusta u bilanċjata; jisħaq li huwa essenzjali li jiġi assigurat l-involviment tas-settur privat u li l-awtoritajiet għandhom jagħtu l-inkoraġġiment meħtieġ sabiex ditti li jippromwovu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja jingħataw rikonoxximent uffiċjali, kemm jekk fuq livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew Ewropew;
25. Jikkunsidra li hi xi ħaġa tajba, jekk wieħed iqis l-esperjenzi ta' dan l-aħħar fi Stati Membri bħal m'hi Spanja, li l-miżuri li qed jiġu rakkomandati mill-Kummissjoni għandhom jippermenttu li jsir tnaqqis mit-taxxa fuq id-dħul favur l-ommijiet żgħar li jaħdmu; jemmen li, b'mod simili, hemm bżonn li jiġi permess it-tnaqqis mit-taxxa korporattiva sabiex igawdu l-intrapriżi li jistabbilixxu ċentri għal kura tat-tfal matul il-ġurnata fuq il-post tax-xogħol;
26. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tieħu miżuri speċifiċi sabiex tiżgura li s-suggerimenti li saru fil-Pjan direzzjonali lill-Istati Membri jiġu verament implimentati, peress li l-Istati Membri huma responsabbli li tiġi integrata l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politika tal-gvern u, ta' spiss, li tiġi applikata l-leġiżlazzjoni Ewropea;
27. Jitlob lill-Unjoni Ewropea għal politiki speċifiċi u għal ċentru ta' monitoraġġ sabiex jinżamm il-prinċipju ta' l-ugwaljanza għall-immigranti nisa, li spiss ikunu suġġetti għal diskriminazzjoni doppja, fuq il-bażi kemm ta' razza kif ukoll ta' ġeneru;
28. Jenfasizza l-bżonn li l-istituzzjonijiet Ewropej jiksbu dejta u statistika affidabbli sabiex ifasslu politiki effettivi fl-oqsma ta' l-impjiegi u l-affarijiet soċjali.
PROĊEDURA
Titolu
Pjan direzzjonali għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
EMPL
15.6.2006
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra
Gabriele Zimmer
15.3.2006
Rapporteur għal opinjoni preċedenti
Eżami fil-kumitat
13.9.2006
4.10.2006
Data ta' l-adozzjoni
5.10.2006
Riżultat tal-votazzjoni finali
+: 42
-: 2
0: 0
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Jan Andersson, Jean-Luc Bennahmias, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Harald Ettl, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Joel Hasse Ferreira, Roger Helmer, Stephen Hughes, Karin Jöns, Ona Juknevičienė, Jan Jerzy Kułakowski, Sepp Kusstatscher, Raymond Langendries, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Mario Mantovani, Ana Mato Adrover, Maria Matsouka, Csaba Őry, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Jacek Protasiewicz, José Albino Silva Peneda, Jean Spautz, Gabriele Zimmer
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Mihael Brejc, Udo Bullmann, Françoise Castex, Richard Howitt, Dieter-Lebrecht Koch, Roberto Musacchio, Leopold Józef Rutowicz, Elisabeth Schroedter
Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali
Ari Vatanen
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)
OPINJONI TAL-KUMITAT ĠĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA (14.11.2006)
f'isem il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
dwar Pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
A. billi n-nisa jokkupaw proporzjon żgħira ħafna ta' postijiet ta' taħriġ u ta' studju fil-maġġoranza ta' l-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi, b'mod partikulari fit-tekonologiji ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni (ICT),
B. billi, sabiex jinkisbu l-objettivi ta' Liżbona, l-UE għandha bżonn ittejjeb ir-riżorsi umani tagħha ddedikati għar-riċerka, u billi n-numru ta' nisa li jaħdmu fir-riċerka huwa ferm inqas min-numru ta' rġiel, b'mod partikulari f'ċerti oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija,
C. billi s-Seba' Programm ta' Qafas għal riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni li wasal biex jitnieda, se jmexxi l-politika dwar ix-xjenza ta' l-UE għas-seba' snin li ġejjin, u għalhekk dan huwa ż-żmien propizju biex jiġu korretti l-inugwaljanzi bejn is-sessi fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija,
1. Jisħaq dwar l-opinjoni li l-Ugwaljanza bejn is-Sessi hija parti integrali mill-politika soċjali, u din ta' l-aħħar hija waħda mill-oqsma prinċipali li jaqgħu fi ħdan il-qasam tal-"kompetenza kondiviża" kif definita fl-Abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, u b'hekk għandha tiġi ttrattata fil-kuntest tal-politiki ta' l-impjieg ta' l-Istati Membri, li għandhom impatt dirett fuq il-potenzjal produttiv ta' l-UE;
2. Jemmen li l-kompetittività ta' l-industrija ta' l-UE hija korrelatata ma' l-isfidi demografiċi li l-UE taffaċċja llum u li ser jinħassu aktar fil-futur qarib; jemmen li, f'dan il-kuntest, il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi u ta' bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja għan-nisa u għall-irġiel tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta' l-effetti negattivi ta' l-iżbilanċi demografiċi;
3. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi inizjattivi biex jiżdied in-numru ta' nisa li jistudjaw fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija, fil-livelli kollha;
4. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-prinċipju ta' "l-istess ħlas għall-istess xogħol" huwa prinċipju ġust li jippromwovi produttività fix-xogħol u l-kompetittività ta' l-industriji li huma miftuħa għall-kompetizzjoni internazzjonali u li t-tqarrib fil-firda bejn is-sessi huwa mod ta' kif l-isforz jiġi ppremjat u ta' kif jiġu miġġielda l-isterjotipi fis-sessi fuq il-post tax-xogħol;
5. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkummissjona studju ta' fattibilità li jiddeskrivi l-impatt potenzjali li politika ta' l-UE li tapplika diskriminazzjoni pożittiva favur l-impjieg tan-nisa fis-settur privat ikollha fuq is-sistemi ta' l-assistenza soċjali u tal-pensjonijiet fl-Istati Membri;
6. Jirrikonoxxi l-approċċ doppju għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza fejn l-oqsma kollha tal-politika għandhom jiġu integrati fl-istess żmien meta l-miżuri speċifiċi jiġu implimentati biex tiġi promossa l-ugwaljanza; jirrakkomanda f'dak ir-rigward li uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-Parlament jagħmlu taħriġ ulterjuri sistematiku, kumprensiv u obbligatorju u li l-proposti ta' politika jiġu kollha integrati u suġġetti għal evalwazzjonijiet ta' l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza;
7. Jappoġġja kwalunkwe skema ta' l-UE li tista' titqies xierqa mill-Kummissjoni li tinkuraġġixxi u tippromwovi l-intraprenditorija tan-nisa, kif ukoll miżuri li jiżguraw li intraprendituri nisa, inklużi sidien ta' intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi, jistgħu jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni (ICT);
8. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tkun favorevoli dwar l-opinjoni espressa mill-imsieħba soċjali li l-ugwaljanza tas-sessi teħtieġ evalwazzjoni ta' l-impatt għall-kwalunkwe politika riveduta jew ġdida ta' l-UE;
9. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi u tadotta miżuri speċifiċi biex tikkoreġi l-inugwaljanzi bejn is-sessi fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija u biex tinkiseb rapreżentazzjoni bilanċjata ta' rġiel u nisa fix-xjenza u t-teknoloġija kemm f'termini ta' riżorsi umani ddedikati għar-riċerka u kif ukoll f'korpi fejn jittieħdu deċiżjonijiet dwar politika tax-xjenza;
10. Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu passi biex ittemm il-qasma diġitali tas-sessi bħala parti mill-Istrateġija ta' Liżbona, bil-għan li titwessa' s-soċjetà ta' l-informatika, b'miżuri biex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, b'azzjonijiet biex jiġi pprovdut aċċess aktar faċli għan-nisa, billi tingħata spinta għall-kisba ta' kapaċitajiet elettroniċi, bit-twettiq ta' programmi li jipprovdu għal azzjonijiet speċifiċi biex jiġu inklużi nisa minn gruppi vulnerabbli u b'azzjonijiet biex jikkumpensaw għall-iżbilanċi bejn zoni urbani u rurali;
11. Jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri, filwaqt li ssegwi l-eżempju ta' leġiżlazzjoni bħal dik introdotta fin-Norveġja, li jagħmluha possibbli li tinkiseb rappreżentazzjoni bilanċjata ta' rġiel u nisa fuq il-bordijiet ta’ l-immaniġjar ta' kumpaniji u intrapriżi kummerċjali.
PROĊEDURA
Titolu
Pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
ITRE 15.6.2006
Koperazzjoni aktar soda - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra
Ek 20.6.2006
Rapporteur għal opinjoni preċedenti
Eżami fil-kumitat
9.10.2006
Data ta' l-adozzjoni
13.11.2006
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
42
0
0
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
John Attard-Montalto, Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jerzy Buzek, Joan Calabuig Rull, Pilar del Castillo Vera, Giles Chichester, Den Dover, Nicole Fontaine, Norbert Glante, Umberto Guidoni, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein Mintz, Erna Hennicot-Schoepges, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Anne Laperrouze, Vincenzo Lavarra, Pia Elda Locatelli, Eugenijus Maldeikis, Reino Paasilinna, Aldo Patriciello, Vincent Peillon, Vladimír Remek, Herbert Reul, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Dominique Vlasto
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Alexander Alvaro, Gunnar Hökmark, Lambert van Nistelrooij, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Vittorio Prodi, Esko Seppänen
Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali
Inés Ayala Sender
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)
...
OPINJONI TAL-KUMITAT ĠĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN (24.10.2006)
għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
dwar pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006- 2010
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:
1. Jilqa' b'sodisfazzjoni l-fatt li s-sitwazzjoni ġenerali fir-rigward ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel ittjiebed f'dawn l-aħħar snin u f'din il-konnessjoni jinnota li n-nisa jirrappreżentaw aktar minn 44% tal-ħaddiema, filwaqt li medja ta' 30% ta' l-intraprendituri u aktar minn 50% ta' l-istudenti huma nisa; jittama li din it-tendenza pożittiva tkompli;
2. Jiddispjaċih li d-differenza fil-paga ta’ bejn is-sessi għadha 15% minkejja l-leġiżlazzjoni ta’ l-UE f'dan il-qasam; jitlob lill-Istati Membri biex jiffissaw mira għat-tnaqqis tagħha; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tippreżenta komunikazzjoni dwar din il-kwistjoni fi żmien qasir; jirrakkomanda li din il-komunikazzjoni tiġi segwita b'miżuri attivi; jappella lill-Kummissjoni wkoll, sabiex tiżġura li d-direttiva dwar pagi indaqs tiġi applikata b'tali mod li n-nisa ma jsoffrux diskriminazzjoni minħabba l-fatt li jkollhom esperjenza iqsar fil-ħajja tax-xogħol minħabba t-trobbija tat-tfal tagħhom;
3. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jilħqu l-objettivi ta' Barċellona għall-ħarsien tat-tfal u biex jiżviluppaw servizzi ta' ħarsien li wieħed jista' jaffordjahom għall-anzjani, għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni dipendenti oħrajn;
4. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi politiki attivi u miżuri speċifiċi biex jittrattaw l-faqar fost nisa li huma parti minn gruppi żvantaġġati, bħal ommijiet waħidhom, nisa ta' età kbira u nisa immigranti;
5. Jiddeplora d-diskriminazzjoni mifruxa u persistenti kontra n-nisa li m'humiex impjegati imma jiddedikaw ħinhom għat-trobbija tat-tfal u biex jieħdu ħsieb il-familji tagħhom, u jappella lill-Istati Membri biex jagħmlu sforz biex jibdlu dan, pereżempju billi jikkunsidraw il-perjodi tat-trobbija tat-tfal għall-iskop ta' kalkolu tal-pensjoni;
6. Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-irwol fundamentali ta' l-irġiel fil-kisba ta' bilanċ fost is-sessi, pereżempju bil-promozzjoni ta' inċentivi biex jieħdu liv ta' ġenitur jew liv patern u jaqsmu d-drittijiet ta' kura man-nisa; jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel riċerka fuq ir-raġunijiet għalfejn ftit irġiel jieħdu liv ta' ġenitur jew liv patern;
7. Ifakkar fil-kundanna tiegħu tal-forom kollha ta' vjolenza bbażati fuq is-sess(1); jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel riċerka dwar il-kawżi li jwasslu għall-vjolenza bbażata fuq is-sess u sabiex tiżviluppa indikaturi dwar in-numru ta' vittmi;
8. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiġbor kemm jista' jkun malajr dejta paragunabbli u ta' min joqgħoq fuqha dwar traffikar ta' bnedmin sabiex jiġi evalwat il-fenomenu u tistipula miri biex jitnaqqas; ifakkar li diġà saqsa lill-UE biex taħdem ħalli tnaqqas bin-nofs in-numru ta' vittmi ta' traffikar fl-għaxar snin li ġejjin(2);
9. Jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal proposta għal kodiċi ta' mġiba għall-uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-UE, b'mod partikulari waqt li jkunu fuq missjoni f'pajjiżi terzi, li għandha tiddiżapprova x-xiri ta' servizzi sesswali, ta' forom oħrajn ta' sfruttar sesswali u tal-vjolenza bbażata fuq is-sess, u għandu jkun fiha sanzjonijiet mandatorji;
10. Jiddispjaċih li s-sitwazzjoni tal-bniet mhix tittieħed inkunsiderazzjoni biżżejjed; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni dwar il-bniet adottata mill-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda(3);
11. Jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji Ewropej biex jippromwovu ugwaljanza bejn is-sessi fuq livell amministrattiv u jimmiraw għall-parità bejn in-nisa u l-irġiel fir-reklutaġġi u fil-ħatriet, b'mod partikulari għal pożizzjonijiet ta' livell għoli.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar strateġiji biex jiġi evitat it-traffikar ta' nisa u ta' tfal li huma vulnerabbli għal sfruttament sesswali (2004/2216(INI), P6_TA(2006)0005).
Emenda mressqa minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
LIBE
15.6.2006
Koperazzjoni iktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
Rapporteur Data tal-ħatra
Inger Segelström
20.6.2006
Rapporteur preċedenti
Eżami fil-kumitat
4.10.2006
Data ta' l-adozzjoni
23.10.2006
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
30
0
0
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Alexander Alvaro, Alfredo Antoniozzi, Edit Bauer, Johannes Blokland, Giusto Catania, Charlotte Cederschiöld, Carlos Coelho, Fausto Correia, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Lilli Gruber, Lívia Járóka, Barbara Kudrycka, Romano Maria La Russa, Henrik Lax, Sarah Ludford, Edith Mastenbroek, Inger Segelström, Ioannis Varvitsiotis, Stefano Zappalà, Tatjana Ždanoka
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Giorgos Dimitrakopoulos, Sophia in 't Veld, Bill Newton Dunn, Siiri Oviir, Hubert Pirker, Marie-Line Reynaud, Antonio Tajani, Rainer Wieland
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Kummenti (informazzjoni disponibbli f'lingwa waħda biss)
PROĊEDURA
Titolu
Pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn is-sessi (2006-2010)