Proċedura : 2006/0151(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0056/2007

Testi mressqa :

A6-0056/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2007 - 8.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0060

RAPPORT     *
PDF 154kDOC 81k
6 ta' Marzu 2007
PE 384.303v02-00 A6-0056/2007

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2040/2000 dwar id-dixxiplina tal-baġit

(COM(2006)0488 – C6-0277/2006 – 2006/0151(CNS))

Kumitat għall-Baġit

Rapporteur: Janusz Lewandowski

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA ANNEX
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2040/2000 dwar id-dixxiplina tal-baġit

(COM(2006)0488 – C6-0277/2006 – 2006/0151(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0488),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 37, 279 u 308 tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0277/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6-..../2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.


NOTA SPJEGATTIVA ANNEX

Il-Kummissjoni tipproponi li tħassar il-Regolament Nru 2040/2000 tal-Kunsill tas-26 ta' Settembru 2000, li għalih is-Sur Ioannis Averoff kien ir-rapporteur għall-Kumitat għall-Baġit,

Hija tiddikjara li r-regolament mhuwiex aktar ġustifikat għar-raġunijiet li ġejjin:

· fil-qasam tal-biedja, għaliex id-dispożizzjonijiet dwar id-dixxiplina tal-baġit ġew inkorporati mir-Regolament (KE) Nru 1290/2006 tal-Kunsill dwar l-iffinanzjar tal-Politika Agrikola Komuni,

· fil-qasam tal-politika barranija, għaliex inħoloq mekkaniżmu ġdid għar-riżervi għall-garanziji ta' self għall-2007-2013,

I. Dispożizzjonijiet dwar il-biedja

Ir-rapporteur jemmen li mill-adozzjoni tar-Regolament 2040/2000/KE d-dixxiplina tal-baġit issaħħet permezz ta' Regolament ġdid Nru 1290/2005/KE, peress li għan-nefqa iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) ġie stabbilit limitu massimu annwali, li għalih ġew użati ammonti massimi previsti għal dawn il-fondi fil-perspettiva finanzjarja. Bl-istess mod, dan ir-Regolament iggarantixxa li l-limitu massimu annwali għan-nefqa ffinanzjata mill-FAEG jiġi rispettat fiċ-ċirkostanzi kollha u fil-fażijiet kollha tal-proċedura tal-baġit u tat-twettiq tiegħu.

II.

Dispożizzjonijiet għar-riżervi relattivi għal azzjonijiet fil-qasam esterjuri Bl-istess mod, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 89/2007 tal-Kunsill tat-30 ta' Jannar 2007 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2728/94 għall-ħolqien ta' fond ta' garanzija għal miżuri rigward relazzjonijiet esterni stabbilixxa bażi legali għall-mekkaniżmu propost għall-ħolqien ta' fond ta' garanzija għal miżuri rigward relazzjonijiet esterni.

Fid-19 ta' Diċembru 2006 l-Kunsill ħareġ mandat politiku għall-Bank Ewropew ta' l-Investiment biex jagħti il-krediti korrispondenti,

Barra minn hekk, ir-riżerva għall-għajnuna urġenti għall-pajjiżi terzi diġà ġiet trasferita fis-sena 2002 skond l-Artikolu 45 (1) tar-Regolament Finanzjarju. L-ammont tar-riżerva għall-għajnuna urġenti sadattant ġie ffissat fl-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 (Paragrafu 25)

Barra minn hekk, għall-ewwel darba fil-baġit 2007, ingħata bidu għal linja tal-baġit 01 04 01 13 (Rubrika 4 "L-Unjoni Ewropea bħala attur globali"). EUR 200 miljun huma allokati fir-riżerva għas-self u għall-garanziji ta' self f'pajjiżi terzi jew favur pajjiżi terzi.

B'hekk inħolqot il-bażi legali neċessarja (fis-sens ta' l-Artikolu 49 (1) tad-dixxipina baġitarja u ta' l-IIA) u bl-abrogazzjoni tar-Regolament 2040/2000/KE ma jeżisti l-ebda periklu ta' vojt regolamentari.

III. Conclusion

Għaldaqstant, dan ifisser li r-Regolament 2040/2000 tal-Kunsill tas-26 ta' Settembru 2000 m'għadux validu f'partijiet essenzjali tiegħu. Anki mill-perspettiva ta' leġiżlazzjoni aħjar, dispożizzjonijiet legali li jkunu superati għandhom jiġu abrogati, sabiex id-dispożizzjonijiet fis-seħħ ikunu ftit kemm jista' jkun.

Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri waslet għall-istess konklużjoni fil-pożizzjoni tagħha 8/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006.

Ir-rapporteur jipproponi li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi aċċettata mingħajr emendi.


PROĊEDURA

Titolu

Repeal of Council Regulation (EC) No 2040/2000 of 26 September 2000 on budgetary discipline

References

(COM(2006)0488 – C6-0277/2006 – 2006/0151(CNS))

Date of consulting Parliament

31.8.2006

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

5.9.2006

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Janusz Lewandowski

25.10.2006

 

 

Eżami fil-kumitat

27.2.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.2.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

-:

0:

28

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Richard James Ashworth, Reimer Böge, Herbert Bösch, Gérard Deprez, Valdis Dombrovskis, James Elles, Hynek Fajmon, Göran Färm, Szabolcs Fazakas, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Ville Itälä, Anne E. Jensen, Silvana Koch-Mehrin, Sergej Kozlík, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Nils Lundgren, Vladimír Maňka, Mario Mauro, Jan Mulder, Gérard Onesta, Gianni Pittella, Petre Popeangă, Antonis Samaras, Esko Seppänen, Nina Škottová, László Surján, Ralf Walter

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Marzu 2007Avviż legali