Proċedura : 2005/0127(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0073/2007

Testi mressqa :

A6-0073/2007

Dibattiti :

PV 23/04/2007 - 18
CRE 23/04/2007 - 18

Votazzjonijiet :

PV 25/04/2007 - 11.2
CRE 25/04/2007 - 11.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0145

RAPPORT     ***I
PDF 368kDOC 398k
23 ta' Marzu 2007
PE 378.855v02-00 A6-0073/2007

dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu mħarsa

(COM(2006)0168 – C6-0233/2005 – 2005/0127(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Nicola Zingaretti

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta ghal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu mħarsa

(COM(2006)0168 – C6-0233/2005 – 2005/0127(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0168)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0233/2005),  

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0073/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 5

(5) Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali(2) tipprovdi miżuri, proċeduri u rimedji ta’ natura ċivili u amministrattiva. Huma meħtieġa għadd ta’ dispożizzjonijiet kriminali li huma biżżejjed disważivi u applikabbli fuq it-territorju tal-Komunità biex din id-Direttiva tkun imsaħħa. L-armonizzazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet kriminali hija meħtieġa sabiex ikun hemm il-ġlieda effikaċi kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija fi ħdan is-suq intern. Il-leġiżlatur komunitarju huwa kompetenti biex jieħu l-miżuri kriminali meħtieġa biex jiggarantixxi l-effettività sħiħa ta’ l-istandards li jilleġiżla fi kwistjonijiet tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali.

(5) Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tipprovdi miżuri, proċeduri u rimedji ta’ natura ċivili u amministrattiva. Huma meħtieġa għadd ta’ dispożizzjonijiet kriminali li huma biżżejjed disważivi u applikabbli fuq it-territorju tal-Komunità biex din id-Direttiva tkun imsaħħa. L-armonizzazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet kriminali hija meħtieġa sabiex ikun hemm il-ġlieda effikaċi kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija fi ħdan is-suq intern. Il-leġiżlatur komunitarju huwa kompetenti biex jieħu l-miżuri kriminali meħtieġa biex jiggarantixxi l-effettività sħiħa ta’ l-istandards li jilleġiżla fi kwistjonijiet tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, kif jinsab iddefinit f'din id-direttiva eskluża l-kwistjoni ta' brevetti.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija meħtieġa għal raġunijiet ta' koerenza ma' l-emendi li jiġu wara u għandha l-għan li tistabbilixxi mill-bidu l-kamp ta' l-applikazzjoni tad-direttiva.

Emenda 2

Premessa 6 a (ġdida)

 

(6a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2006 dwar il-falsifikazzjoni tal-prodotti mediċinali, il-Parlament Ewropew kien tal-fehma li l-Komunità Ewropea għandha, bl-akbar urġenza, tgħammar lilha nnifisha bil-mezzi neċessarji biex tkun tista' tiġġieled b'mod effikaċi l-prattiċi illeċiti fil-qasam tal-piraterija u l-falsifikazzjoni tal-mediċini.

 

 

Ġustifikazzjoni

L-aħħar statistika tad-dwana ta' l-2005 dwar il-qbid ta' oġġetti foloz fuq il-fruntieri ta' l-Unjoni Ewropea juru li l-qbid ta' mediċini foloz żdied b'100% fl-2005 meta tqabblu ma' l-2004.

Emenda 3

Premessa 8

(8) Għandhom jiġu provduti dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-investigazzjonijiet kriminali. L-Istati Membri għandhom jaraw li d-detenturi kkonċernati tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, jew ir-rappreżentanti tagħhom kif ukoll l-esperti jkunu jistgħu jassistu fl-investigazzjonijiet immexxija minn gruppi konġunti ta’ investigazzjoni.

(8) Għandhom jiġu provduti dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-investigazzjonijiet kriminali. L-Istati Membri għandhom jaraw li d-detenturi kkonċernati tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, jew ir-rappreżentanti tagħhom kif ukoll l-esperti jkunu jistgħu jassistu fl-investigazzjonijiet immexxija minn gruppi konġunti ta’ investigazzjoni. Sehem id-detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kkonċernat hu li jagħti l-għajnuna mingħajr ma jikkomprometti l-imparzjalità ta' l-inkjesti ta' l-Istat.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ippreċiżat li s-sehem tal-partijiet li jsofru xi danni fl-ambitu ta' l-istħarriġ tal-pulizija jew tal-prosekutur pubbliku m'għandux jippreġudika l-imparzjalità ta' l-awtoritajiet ta' l-investigazzjoni ta' l-Istat. Il-garanzija ta' l-oġġettività u ta' l-imparzjalità huwa wieħed mill-prinċipji tar-regola tal-liġi.

Emenda 4

Premessa 9 a (ġdida)

(9a) Id-drittijiet iddikjarati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu rrispettati bis-sħiħ meta jiġu definiti r-reati kriminali u l-penali, fl-ambitu ta' l-istħarriġ u l-proċeduri ġudizzjarji.

Emenda 5

Premessa 10

(10) Din id-Direttiva ma taffettwax is-sistemi ta’ responsabbiltà ta’ dawk li jipprovdu s-servizz ta’ l-Internet stipulati fl-Artikoli 12 sa 15 tad-Direttiva 2000/31/KE dwar il-kummerċ elettroniku.

(10) Din id-Direttiva ma taffettwax is-sistemi ta’ responsabbiltà ta’ dawk li jipprovdu s-servizz ta’ l-Internet stipulati bid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 fuq ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni, b'mod partikulari dwar il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern1.

____________________________

1 ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

Emenda 6

Premessa 10 a (ġdida)

(10a) Din id-Direttiva ma taffettwax is-sistemi ta’ responsabbiltà bħal dawk stipulati fid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 fuq l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti tad-drittijiet ta' l-awtur u d-drittijiet relatati fis-soċjetà ta' l-informazzjoni1.

_____________________________

1 ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.

Emenda 7

Premessa 12 a (ġdida)

(12a) Hu neċessarju li tiġi żgurata protezzjoni adegwata tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-settur awdjoviżiv, kif jidher fid-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 1998 dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu fi, aċċess kondizzjonat1.
_________________________

1 ĠU L 320, 28.11.1998, p. 54.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 98/84/KE bħalissa hija l-protezzjoni waħdanija stabbilita fil-livell Ewropew għall-ħarsien tad-drittijiet awdjuviżivi kontra t-theddid li qed jikber mill-piraterija u mill-falsifikazzjoni. Dan iseħħ prinċipalment permezz ta' l-aċċess kondizzjonat, jiġifieri permezz ta' miżuri tekniċi li jippermettu li jiġi kkontrollat u żgurat l-użu tal-kontenut awdjuviżiv trażmess f'forma kodifikata. Li jiġi inkluż il-ksur tal-liġi marbut ma' l-aċċess kondizzjonat bħala parti minn din il-proposta permezz tar-referenza għad-direttiva 98/84/KE, jikkostitwixxi deterrent importanti għal organizzazzjonijiet kriminali li jiksru d-drittijiet awdjuviżivi, fiduċjużi li jgħadduha lixxa minħabba d-diskrepanzi li hemm bħalissa fil-leġiżlazzjoni applikata fl-Istati Membri differenti.

Emenda 8

Artikolu 1, Paragrafu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri kriminali meħtieġa biex jiġi mħares ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri kriminali meħtieġa biex jiġi mħares ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, kif definit hawn taħt fil-kuntest tal-falsifikazzjoni u l-piraterija.

Ġustifikazzjoni

L-aħjar mod biex jintlaħqu l-għanijiet tal-proposta hu li d-direttiva tiffoka espressament fuq il-falsifikazzjoni u l-piraterija. Kif inhi fformulata, il-proposta tista' tinkrimina l-kontroversji dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-aktar dawk ta' natura ċivili li jinqalgħu bejn intrapriżi kummerċjali legali. L-emenda trid tispeċifika l-kamp ta' l-applikazzjoni tad-direttiva billi tagħmel referenza għad-definizzjonijiet inklużi fl-emenda ta' wara.

Emenda 9

Artikolu 1, Paragrafu 2

Dawn il-miżuri japplikaw għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali stipulati bil-leġiżlazzjoni komunitarja u/jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ l-Istati Membri.

Dawn il-miżuri japplikaw għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, minbarra l-brevetti, stipulati bil-leġiżlazzjoni komunitarja.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tiddelimita sa mill-bidu l-kamp ta' l-applikazzjoni tad-direttiva.

Emenda 10

Artikolu 1, Paragrafu 2 a (ġdid)

 

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma japplikawx għad-drittijiet tal-proprjetà industrijali li jkollhom brevett.

Ġustifikazzjoni

Il-kamp ta' l-applikazzjoni materjali ta' din id-Direttiva għandu jkun ifformulat b'mod aktar preċiż biex jikkorrispondi ma' l-għan ta' leġiżlazzjoni aħjar, aktar trasparenti u li tinftiehem aħjar.

Meta tqis il-kumplessità tal-biċċa l-kbira tal-proġetti ta' riċerka, l-inventuri jissugraw il-ħin kollu li jiksru d-dritt tal-brevett meta jkunu qegħdin jagħmlu xogħolhom. Jekk il-ksur tad-dritt tal-brevett iġib miegħu sanzjonijiet kriminali, l-inventuri u r-riċerkaturi universitarji jistgħu jitnaffru milli jiżviluppaw għażliet ġodda.

Emenda 11

Artikolu 1, Paragrafu 2 b (ġdid)

 

B'mod partikulari, din id-Direttiva ma tapplikax għal kwalunkwe ksur ta' dritt tal-proprjetà intellettwali relatat ma':

 

- brevetti, mudelli ta' utilità u ċertifikati ta' protezzjoni supplementari;

 

- l-importazzjoni parallela ta' prodotti oriġinali, li jkunu daħlu fis-suq bi ftehim mad-detentur tad-drittijiet f'pajjiż terz.

Ġustifikazzjoni

Il-kamp ta' l-applikazzkoni ta' din id-Direttiva għandu jkun limitat.

Emenda 12

Artikolu 2, Titolu

Definizzjoni

Definizzjonijiet

Ġustifikazzjoni

Hu mixtieq li l-kunċett tal-falsifikazzjoni jkun definit, li hu ta' importanza fundamentali għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' din il-proposta għal direttiva. Is-sanzjonijiet jistgħu jiġu applikati biss jekk ikun hemm definizzjoni ċara tal-kunċett tal-falsifikazzjoni, li tinkludi l-forom kollha tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, fosthom iż-żamma ta' prodotti ffalsifikati.

Emenda 13

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva “persuna legali” tfisser kull entità ġuridika li għandha dan l-istatut skond il-liġi nazzjonali applikabbli, bl-eċċezzjoni ta’ l-Istati u ta’ kull entità pubblika oħra li joperaw fil-qasam ta’ l-eżerċizzju tal-prerogattiva tagħhom tas-setgħa pubblika, kif ukoll l-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali.

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

 

(a) "drittijiet tal-proprjetà intellettwali" tfisser wieħed jew aktar mid-drittijiet li ġejjin:

 

- id-drittijiet ta' l-awtur,

 

- id-drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur,

 

- id-dritt sui generis ta' produttur ta' database,

 

- id-drittijiet ta' min joħloq it-topografiji ta' prodott ta' semikondutturi,

 

- id-drittijiet tal-marka kummerċjali, sakemm il-protezzjoni tal-liġi kriminali estiża għalihom ma tfixkilx ir-regoli tas-suq ħieles u l-attivitajiet ta' riċerka,

 

- id-drittijiet dwar disinni,

 

- l-indikazzjonijiet ġeografiċi,

 

- l-ismijiet kummerċjali, sakemm dawn ikunu protetti bħala drittijiet esklużivi ta' proprjetà fil-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata,

 

- u fi kwalunkwe każ id-drittijiet, sakemm ikun sar provvediment għalihom f'livell Komunitarju, rigward prodotti li jaqgħu taħt it-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-azzjoni tad-dwana kontra prodotti b'suspett li jkunu kisru ċerti drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra prodotti li jinstabu li kisru dawn id-drittijiet1, u fi kwalunkwe każ bl-esklużjoni tal-brevetti;

 

(b) "ksur tal-liġi fuq skala kummerċjali" tfisser kull ksur ta' dritt tal-proprjetà intellettwali magħmul biex jinkiseb vantaġġ kummerċjali; dan normalment jeskludi atti li jsiru minn utenti privati għal skopijiet personali u mhux għall-qligħ;

 

(c) "ksur tal-liġi intenzjonat ta' dritt tal-proprjetà intellettwali" tfisser ksur tal-liġi magħmul apposta u koxjentement tad-dritt ikkonċernat bi skop li jinkiseb vantaġġ ekonomiku fuq skala kummerċjali;

 

(d) “persuna legali” tfisser kull entità ġuridika li għandha dan l-istatut skond il-liġi nazzjonali applikabbli, bl-eċċezzjoni ta’ l-Istati u ta’ kull entità pubblika oħra li joperaw fil-qasam ta’ l-eżerċizzju tal-prerogattiva tagħhom tas-setgħa pubblika, kif ukoll l-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali.

________________________________

1 ĠU L 196, 2.8.2003, p. 7.

Emenda 14

Artikolu 3

Kull reat intenzjonat tad-dritt tal-proprjetà intellettwali mwettaq fuq skala kummerċjali, kif ukoll attentat għal reat, kompliċità jew inċitament għal reat ta’ din ix-xorta għandu jitqies bħala reat kriminali mill-Istati Membri.

Kull reat intenzjonat tad-dritt tal-proprjetà intellettwali mwettaq fuq skala kummerċjali, u kompliċità jew inċitament għal reat ta’ din ix-xorta għandu jitqies bħala reat kriminali mill-Istati Membri.

Emenda 15

Artikolu 3, Paragrafu 1 a (ġdid)

 

Sanzjonijiet kriminali ma jiġux applikati fil-każ ta' l-importazzjoni parallela ta' prodotti oriġinali li jkunu tpoġġew fis-suq bi ftehim mad-detentur tad-dritt f'pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Ma jkunx hemm każ ta' piraterija fil-każ ta' l-importazzjoni parallela ta' prodotti oriġinali li jkunu tpoġġew fis-suq bi ftehim mad-detentur tad-dritt f'pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea.

Emenda 16

Artikolu 3, Paragrafu 1 b (ġdid)

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ġust ta' biċċa xogħol protetta, inkluża r-riproduzzjoni permezz ta' kopji jew awdjo jew b'kull mezz ieħor, għall-finijiet ta' kritika, reċensjoni, informazzjoni, tagħlim (inkluża l-produzzjoni ta' bosta kopji għall-użu fil-klassi), studju jew riċerka, ma jikkostitwix reat.

Ġustifikazzjoni

Il-libertà ta' l-istampa għandha titħares minn passi kriminali. Professjonisti bħall-ġurnalisti, ix-xjenzati u l-għalliema m'humiex kriminali, u l-gazzetti, l-istituti tar-riċerka u l-iskejjel m'humiex organizzazzjonijiet kriminali. Din il-miżura madankollu ma tippreġudikax il-ħarsien tad-drittijiet, billi wieħed jista' jfittex għal danni ċivili.

Emenda 17

Artikolu 4, Paragrafu 2, Punt a)

a) il-qerda ta’ l-oġġetti li jiksru d-dritt tal-proprjetà intellettwali;

a) il-qerda ta’ l-oġġetti inkluż il-materjal jew it-tagħmir użati biex jiksru d-dritt tal-proprjetà intellettwali;

Ġustifikazzjoni

L-emenda qiegħda ssir b'konformità ma' l-Artikolu 4, Paragrafu 2, Punt a) tal-proposta għal direttiva għall-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar ir-rispett lejn id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Emenda 18

Artikolu 4, Paragrafu 2, Punt b)

b) l-għeluq totali jew parzjali, definittiv jew temporanju, ta’ l-istabbiliment li jkun intuża speċjalment biex isir ir-reat fil-kwistjoni;

b) l-għeluq totali jew parzjali, definittiv jew temporanju, ta’ l-istabbiliment li jkun intuża biex isir ir-reat fil-kwistjoni;

Ġustifikazzjoni

L-istabbilimenti kollha użati biex isir reat għandhom ikunu suġġetti għall-istess skala ta' sanzjonijiet.

Emenda 19

Artikolu 4, Paragrafu 2, Punt g a (ġdid)

 

(ga) ordni li titlob il-ħlas, min-naħa tal-falsifikatur, ta' l-ispejjeż għall-kustodja tal-prodotti kkonfiskati.

Ġustifikazzjoni

Bħala piena miżjuda, il-falsifikatur għandu jeħel l-ispejjeż tal-kustodja tal-prodotti maqbuda għall-fini ta' l-istħarriġ, iktar u iktar jekk dawn l-ispejjeż ikunu sostanzjali jekk il-prodotti maqbuda, ukoll jekk fi kwantitajiet żgħar, ikunu goffi u l-istħarriġ jieħu fit-tul.

Emenda 20

Artikolu 5, Paragrafu 1

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jaraw li l-persuni fiżiċi responsabbli mir-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu kkastigati b’sentenza ta’ massimu ta' mill-inqas 4 snin ta’ priġunerija, meta dawn ir-reati jkunu mwettqa fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali fis-sens tad-deċiżjoni qafas... dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata kif ukoll meta dawn ir-reati jkunu ta’ riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-persuni.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jaraw li l-persuni fiżiċi responsabbli mir-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu kkastigati b’sentenza ta’ mill-inqas 4 snin ħabs, meta dawn ir-reati jkunu tant gravi fis-sens ta' l-Artikolu 3, Punt 5, tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu ta' sistema finanzjarja għall-għan tal-ħasil tal-flus jew l-iffinanzjar tat-terroriżmu1 jew li jkunu mwettqa fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali fis-sens tad-Deċiżjoni Qafas ... dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew meta dawn ir-reati jkunu ta’ riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni.

________________

1 ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi ġustifikata fid-dawl tal-fatt li ħafna leġiżlazzjonijiet nazzjonali diġà adottaw miżuri ibsin ġmielhom għall-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, irrispettivament mill-fatt jekk ir-reat ikunx sar taħt il-kappa ta' organizzazzjoni kriminali. Jekk l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet l-aktar ibsin tintrabat ma' l-involviment ta' xi organizzazzjoni kriminali, din tista' tagħti lok biex il-miżuri protettivi nazzjonali ma jiġux infurzati kif suppost.

Emenda 21

Artikolu 5, Paragrafu 2, Punt a)

a) ta’ massimu ta’ mill-inqas 100 000 euro għall-każijiet barra dawk l-aktar serji;

a) ta' massimu ta' mill-inqas 100,000 ewro għal każijiet differenti minn dawk li jidhru fil-Paragrafu 1;

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta għandha l-iskop li tiċċara t-test, mingħajr ma tbiddillu s-sinifikat oriġinali.

Emenda 22

Artikolu 5, Paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li, meta jiddeterminaw il-livell tal-piena skond il-Paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, iżommu f'moħħhom dawk ir-reati skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3, li jkunu saru ripetutament minn persuni fiżiċi u minn persuni legali fi Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

Biex il-pieni jkunu effettivi u disważivi, il-qrati nazzjonali għandhom jagħtu kas tar-reati kontra l-proprjetà intellettwali meta jiġu biex jiddeterminaw il-livell tal-piena fil-konfront tal-ħati.

Emenda 23

Artikolu 6

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-konfiska totali jew parzjali ta' l-oġġetti tal-persuni fiżiċi jew legali kkundannati b'konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni qafas 2005/212/JHA ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar il-konfiska ta’ prodotti, strumenti u oġġetti marbuta mar-reat, għall-inqas meta r-reati jkunu mwettqa fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali fis-sens tad-deċiżjoni qafas... dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata kif ukoll meta dawn ir-reati jwasslu għal riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-persuni.

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-konfiska totali jew parzjali ta' l-oġġetti tal-persuni fiżiċi jew legali kkundannati b'konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/212/JHA ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar il-konfiska ta’ prodotti, strumenti u oġġetti marbuta mar-reat, meta dawn ir-reati jkunu gravi fis-sens ta' l-Artikolu 3, Punt 5, tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu ta' sistema finanzjarja għall-għan tal-ħasil tal-flus jew l-iffinanzjar tat-terroriżmu1 jew li jkunu mwettqa fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali fis-sens tad-Deċiżjoni Qafas... dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew li dawn ir-reati jwasslu għal riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni.

________________

1 ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi ġustifikata fid-dawl tal-fatt li ħafna leġiżlazzjonijiet nazzjonali diġà adottaw miżuri ibsin ġmielhom għall-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, irrispettivament mill-fatt jekk ir-reat ikunx sar taħt il-kappa ta' organizzazjoni kriminali. Jekk l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet l-aktar ibsin tintrabat ma' l-involviment ta' xi organizzazzjoni kriminali, din tista' tagħti lok biex il-miżuri protettivi nazzjonali ma jiġux infurzati kif suppost.

Emenda 24

Artikolu 6 a (ġdid)

 

Artikolu 6a

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, permezz ta' miżuri kriminali, ċivili u proċedurali, l-użu ħażin ta' sanzjonijiet kriminali jiġi projbit u jsir suġġett għal piena.

 

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu ħażin tal-proċedura, l-aktar fejn il-passi kriminali jintużaw għall-infurzar tar-rekwiżiti tal-liġi ċivili.

Ġustifikazzjoni

Il-kapaċità li detentur tad-drittijiet inaffar lil min potenzjalment jista' jikser il-liġi (pereżempju, lill-kompetituri) tikber sew jekk ikun jista' jheddidhom b'pieni kriminali. Il-prevenzjoni ta' l-abbuż tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali hija regola tal-liġi internazzjonali u tal-liġi Ewropea. Dan it-tip ta' abbuż ifixkel il-kompetizzjoni ħielsa u jmur kontra l-Artikolu 28 u dawk segwenti u l-Artikolu 81 u dawk segwenti.

Emenda 25

Artikolu 6 b (ġdid)

 

Artikolu 6b

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet ta' l-akkużati jiġu mħarsa u ggarantiti kif jixraq.

Emenda 26

Artikolu 7

Gruppi konġunti ta’ investigazzjoni

Koperazzjoni mal-gruppi konġunti ta' l-investigazzjoni

L-Istati Membri għandhom jaraw li d-detenturi kkonċernati tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew ir-rappreżentanti tagħhom kif ukoll l-esperti, ikunu jistgħu jassistu għall-investigazzjonijiet immexxija mill-gruppi konġunti ta’ investigazzjoni dwar ir-reati msemmija fl-Artikolu 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-koperazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali mal-gruppi konġunti ta' l-investigazzjoni skond l-arranġamenti li għalihom hemm dispożizzjoni fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/465/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-gruppi konġunti ta' l-investigazzjoni1.

________________________________

1 ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1.

Emenda 27

Artikolu 7, Paragrafu 1 a (ġdid)

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu salvagwardji adegwati biex jiżguraw li assistenza simili ma tikkompromettix id-drittijiet ta' l-akkużat, pereżempju billi taffettwa l-preċiżjoni, l-integrità jew l-imparzjalità tal-provi.

 

 

Ġustifikazzjoni

L-involviment ta' detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fi gruppi konġunti ta' l-investigazzjoni huwa ta' riskju fit-termini ta' l-imparzjalità ta' l-investigazzjoni, tal-provi ppreżentati u tal-ħarsien tad-drittijiet tad-difiża. L-Istati Membri għandhom jaraw li d-drittijiet tad-difiża jkunu mħarsa kif jixraq u li jinżammu r-regoli dwar l-evidenza u l-provi fil-proċeduri kriminali.

Emenda 28

Artikolu 7, Paragrafu 1 b (ġdid)

 

(1b) L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, li jitkellem dwar il-ħarsien tad-dejta personali, u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-moviment ħieles ta' dejta simili1 għandhom ikunu rrispettati bis-sħiħ waqt l-investigazzjoni u l-proċeduri ġudizzjarji.

 

_______________________

ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

Ġustifikazzjoni

L'articolo 8 della Carta dichiara che "Ogni individuo ha diritto alla protezione dei dati di carattere personale che lo riguardano" e "Tali dati devono essere trattati secondo il principio di lealtà, per finalità determinate e in base al consenso della persona interessata o a un altro fondamento legittimo previsto dalla legge. Ogni individuo ha il diritto di accedere ai dati raccolti che lo riguardano e di ottenerne la rettifica". La direttiva intende proteggere i diritti e le libertà delle persone con riguardo al trattamento dei dati personali stabilendo orientamenti atti a determinare quando tale trattamento è legale.

Emenda 29

Artikolu 7 a (ġdid)

 

Artikolu 7 a

 

Id-dritt li tirċievi informazzjoni mill-awtoritajiet tal-pulizija

 

L-Istati Membri għandhom jaraw li, fejn l-awtoritajiet tal-pulizija jaqbdu oġġetti inkriminanti jew jiksbu provi oħra ta' xi reat, l-awtoritajiet għandhom jipproduċu dawn il-provi biex jintużaw fi proċeduri ċivili pendenti jew futuri kontra l-allegat akkużat miġjub mid-detentur tad-drittijiet f'ġurisdizzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea, u, fejn prattikabbli, li dawn l-awtoritajiet jinfurmaw lid-detentur tad-drittijiet relevanti jew lir-rappreżentant tiegħu b'tali qbid jew provi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dawn il-provi jkunu għad-dispożizzjoni tad-detentur tad-drittijiet f'ċerti klawsoli raġonevoli skond l-aċċess, is-sigurtà jew rekwiżiti oħra biex jiżguraw l-integrità tal-provi u biex ikun evitat xi preġudizzju għal kull proċedura kriminali li tista' ssegwi.

 

 

Ġustifikazzjoni

Il-koperazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati fil-livell ta' l-UE għandha tkun inkoraġġuta. L-awtoritajiet pubbliċi, inklużi l-awtoritajiet tal-pulizija, għandha tingħatalhom il-fakultà li jaqsmu l-informazzjoni u l-evidenza mas-settur privat sabiex jiżguraw li jkunu jistgħu jittieħdu passi legali, kemm ċivili kif ukoll kriminali, effettivi u bbażati proporzjonalment fuq provi sodi u fattwali kontra l-falsifikaturi u l-pirati. Dan iseħħ b'rispett sħiħ lejn il-liġi tal-protezzjoni tad-dejta, b'mod partikulari, id-Direttiva 95/46/KE fuq il-Protezzjoni tad-Dejta.

(1)

Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

(2)

2 ĠU L 195, 2.6.2004, p. 16.


NOTA SPJEGATTIVA

I. Introduzzjoni: il-proposti tat-12 ta' Lulju 2005

1. Fit-12 ta' Lulju 2005 il-Kummissjoni bagħtet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal direttiva dwar il-passi kriminali intiżi biex jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu rispettati (2005/0127(COD)); fl-istess ħin, bagħtet lill-Kunsill proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill li ssaħħaħ il-qafas tal-liġi kriminali biex jitrażżnu r-reati kontra l-proprjetà intellettwali (2005/0128(CNS)).

2. Il-proposta għal direttiva obbligat lill-Istati Membri biex iqisu bħala reat kull ksur intenzjonali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali magħmul fuq skala kummerċjali, inklużi t-tentattiv, il-kompliċità u l-inċitament. It-test kien jipprevedi sensiela ta' sanzjonijiet li jvarjaw mill-konfiska tal-prodotti ffalsifikati sa ħabs għal min jagħmel ir-reat. Kien hemm dispożizzjonijiet ukoll għal pieni addizzjonali varji, bħall-għeluq ta' l-istabbilimenti jew il-postijiet kummerċjali użati biex jiffalsifikaw il-prodotti jew biex iqegħduhom fis-suq, kif ukoll il-pubblikazzjoni tal-verdett ta' kundanna. Madankollu, il-proposta ta' direttiva kienet tirrikjedi biss li l-Istati Membri jtellgħu l-qorti jew jagħtu sanzjonijiet għal ċerti azzjonijiet, mingħajr ma jispeċifikaw il-livell tal-piena1.

3. Min-naħa tagħha, il-proposta għal Deċiżjoni Qafas kellha l-għan li ssaħħaħ il-miżuri tal-liġi kriminali billi tersaq lejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jitrażżnu r-reati msemmija. B'mod partikulari, biex tissupplimenta l-proposta għal direttiva mehmuża, il-proposta għal Deċiżjoni Qafas iffissat l-inqas livell ta' pieni għal min jagħmel ir-reati msemmija: massimu ta' mill-inqas 4 snin ħabs, meta dawn ir-reati jkunu saru taħt il-kappa ta' organizzazzjoni kriminali fi ħdan it-tifsira tad-Deċiżjoni Qafas futura dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (2005/0003(CNS)) u fil-każ li dawn ir-reati kienu jġibu magħhom xi riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, flimkien ma' massimu ta' mill-inqas EUR 300,000 għall-istess reati.

II. Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Settembru 2005 u l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

1. Waqt li l-proċedura għall-adozzjoni tal-proposti msemmija fuq kienet għaddejja, il-Qorti tal-Ġustizzja ħarġet sentenza bid-data tat-13 ta' Settembru 2005, fil-Kawża C-176/03, Kummissjoni vs Kunsill, li fiha qalet, b'mod ġenerali, li għalkemm il-Komunità Ewropea m'għandhiex kompetenza f'materji kriminali, affermat li dan 'ma jimpedix lil-leġiżlatura Komunitarja, meta l-applikazzjoni ta' pieni kriminali effettivi, proporzjonati u disważivi mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti hija miżura essenzjali fil-ġlieda kontra reati ambjentali serji, milli tieħu miżuri li jirrelataw mal-liġi kriminali ta' l-Istati Membri li tqis bħala neċessarji sabiex ikun żgurat li r-regolamenti li toħroġ fuq il-ħarsien ambjentali jkunu effettivi għal kollox' (Punt 49).

2. Aktar minn hekk, il-Qorti qieset li, għall-finijiet biex tistabbilixxi jekk kinitx intgħażlet il-bażi legali t-tajba għal att Komunitarju, kellu jitqies l-għan u l-kontenut ta' l-att innifsu. F'dan is-sens, billi l-għan u l-kontenut ewlenin tad-Deċiżjoni Qafas in kwistjoni1 kienu dwar il-ħarsien ambjentali, kellha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 175 ta' l-ECT (l-ewwel pilastru) u mhux fuq Titolu VI tat-TEU (it-tielet pilastru) (Punt 51).

3. Il-Kummissjoni għalhekk adottat Komunikazzjoni2 li twassal id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-konklużjoni loġika, jiġifieri li ma hemmx restrizzjonijiet biex ikunu adottati dispożizzjonijiet li jirrelataw għal materji kriminali taħt l-ewwel pilastru fi kwalunkwe qasam li jkun potenzjalment relevanti għall-kompetenza tal-Komunità.

4. Fil-fehma tal-Kummissjoni, it-tqassim tal-poteri bejn l-ewwel u t-tielet pilastri għandu jkun kif ġej: id-dispożizzjonijiet tal-liġi penali meħtieġa biex tkun żgurata li l-liġi tal-Komunità tkun eżegwita b'mod effettiv imorru ma' l-ewwel pilastru, filwaqt li d-dispożizzjonijiet orizzontali tal-liġi kriminali (il-koperazzjoni bejn il-pulizija u l-ġudikatura; il-miżuri għall-armonizzazzjoni tal-liġi kriminali fl-oqsma tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja) imorru mat-tielet pilastru.

5. Fi kwadru bħal dan, il-Kummissjoni impenjat ruħha, fost l-oħrajn, li tagħmel it-tibdil neċessarju għal kwalunkwe proposta leġiżlattiva li tkun għadha pendenti.

III. Il-proposta tas-26 ta' April 2006

1. Wara d-diskussjoni dwar din it-tema, u b'mod partikulari wara s-sentenza relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni ddeċidiet li kellha temenda l-proposta għal direttiva u tirtira l-proposta għad-Direttiva Qafas tat-12 ta' Lulju 2005 (3).

2. Konsegwentement, fis-26 ta' April 2006 il-Kummissjoni bagħtet proposta ta' direttiva ġdida dwar il-miżuri kriminali mmirati biex tiżgura li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu rrispettati u li tinkorpora, taġġorna u tgħaqqad id-dispożizzjonijiet taż-żewġ inizjattivi ta' qabel.

3. B'mod partikulari, id-dispożizzjonijiet relatati mal-livell tas-sanzjonijiet u l-poteri wesgħin ta' konfiska li qabel kienu fil-proposta għal Deċiżjoni Qafas issa ġew inkorporati fil-proposta l-ġdida għal direttiva (ara, b'mod partikulari, Artikoli 5-8). Jidher li dan hu wieħed mill-ewwel każijiet li fih il-Kummissjoni applikat il-prinċipju l-ġdid tagħha għal-liġi kriminali.

4. Fil-qosor, l-Artikolu 1 jiddefinixxi l-għan u l-kamp ta' l-applikazzjoni tad-direttiva; l-Artikolu 2 jiddefinixxi l-kunċett ta' persuna legali għall-għanijiet ta' din id-direttiva; l-Artikolu 3 jobbliga lill-Istati Membri biex iqis tipi speċifiċi ta' mġiba bħala reat kriminali; l-Artikoli 4 u 5 jispeċifikaw rispettivament in-natura u l-livell ta' pieni kriminali; l-Artikolu 6 jittratta l-poteri tal-konfiska; l-Artikolu 7 jitkellem dwar il-gruppi konġunti ta' l-investigazzjoni biex irażżnu l-falsifikazzjoni; l-Artikolu 8 jobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjoni dwar ir-reati definiti fid-direttiva ma jinbdewx bl-insistenza tal-persuni li jsofru l-ksur tad-drittijiet; fl-aħħar, l-Artikoli 9 u 10 jirrigwardaw rispettivament l-attwazzjoni u d-data meta tibda sseħħ id-direttiva.

5. Jekk inqabblu l-proposta l-ġdida mat-tnejn ta' qabilha, joħroġ ċar li l-uniċi dispożizzjonijiet li ma ġewx inkorporati fil-proposta l-ġdida kienu dawk relatati mal-ġuriżdizzjoni u l-koordinazzjoni tal-proċeduri. Il-Kummissjoni qiegħda taħseb biex tieħu approċċ orizzonatali lejn dan is-suġġett fil-kwadru tal-Green Paper tagħha dwar il-kunflitti tal-ġuriżdizzjoni u l-prinċipju ne bis in idem fil-proċeduri kriminali, adottati fit-23 ta' Diċembru 2005 (1). Il-Kummissjoni ma tqisx li hu essenzjali li tistabbilixxi arranġamenti speċifiċi għall-ħarsien tal-proprjetà intellettwali.

VI. Xi kwistjonijiet problematiċi u l-pożizzjoni tar-Rapporteur

1. Li nħarsu lejn l-ewwel pilastru bħala l-bażi għall-proposti relatati mal-materji kriminali jaqbel perfettament ma' l-interpretazzjoni wiesgħa tal-Kummissjoni dwar l-implikazzjonijiet tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Settembru 2005. Jekk din l-interpretazzjoni wiesgħa tintlaqa', il-konsegwenza tkun li ma jkunx hemm oġġezzjoni f'dan ir-rigward. Madankollu jibqa' xi kwistjonijiet problematiċi li l-proposta emendata tal-Kummissjoni ma jidhirx li setgħet issolvihom.

2. Dan jgħodd b'mod partikulari għall-kamp ta' l-applikazzjoni tad-direttiva. Il-memorandum ta' spjegazzjoni jgħid li l-proposta għal direttiva japplika għal kull ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja u/jew tal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru kkonċernat, bħad-Direttiva 2004/48/KE dwar ir-rispett lejn id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

3. Id-dikjarazzjoni 2005/295/KE tal-Kummissjoni relatata ma' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/48/KE tagħti lista tad-drittijiet tal-proprjetà sabiex ikun stabbilit b'aktar preċiżjoni x'inhu eżatt il-kamp ta' l-applikazzjoni tad-direttiva. Din il-lista tinkludi 'id-drittijiet tal-brevett, inklużi d-drittijiet derivati miċ-ċertifikati ta' protezzjoni supplementari'.

4. Madankollu, li tapplika l-pieni kriminali fil-livell tal-Komunità għall-ksur tad-drittijiet tal-brevett ma jidhirx li jkun la partikolarment xieraq fih innifsu, u lanqas konsistenti ma' l-approċċ segwit f'dawn l-aħħar snin mil-leġiżlatur Komunitarju.

5. Ma hemmx provi li hemm il-ħtieġa urġenti ta' intervent bl-impożizzjoni ta' pieni kriminali, billi ħafna Stati Membri diġà jinfurzaw il-protezzjoni tal-brevett bis-saħħa ta' pieni kriminali (i.e. multi u sentenzi ta' ħabs). Dan japplika, pereżempju, għal-leġiżlazzjoni Ġermaniża1, Awstrijaka2, Daniża3, Spanjola4, Franċiża5, Ungeriża6, Taljana7, Olandiża8 u Portugiża9. Konsegwentement, għalkemm għandha tinġibed l-attenzjoni għan-nuqqas ta' protezzjoni fil-liġi kriminali f'sistemi legali oħra (pereżempju, fil-liġi Ingliża, Belġjana u Griega), l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' dan it-tip f'livell Komunitarju jiddupplika d-dispożizzjonijiet eżistenti u aktar ixekkel is-sistema, sakemm ma nissopponux li, jew permezz ta' l-introduzzjoni (bis-saħħa ta' emenda apposta) ta' dispożizzjoni espliċita għal dak il-għan fid-direttiva jew bħala riżultat tal-'primat awtomatiku' tal-liġi Komunitarja10, il-leġiżlazzjoni Komunitarja fuq is-suġġett tkun tista' tieħu għal kollox il-post tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

6. It-tieni, li tipprova tapplika pieni kriminali fil-qasam tal-liġi tal-brevetti jidher li jmur kontra l-pożizzjoni li ħa l-Parlament Ewropew meta, fis-seduta plenarja tas-6 ta' Lulju 2005, ma laqax il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva fuq l-ibbrevettar ta' l-invenzjonijiet attwati bil-kompjuter (2002/0047 (COD)). Jekk il-Parlament Ewropew, b'maġġoranza kbira11, dakinhar qies li ma kienx xieraq li jadotta leġiżlazzjoni fuq is-suġġett, kull tentattiv li jsir issa biex jingħataw pieni kriminali biex jipproteġu l-brevetti (li bħalissa m'humiex regolati) ikun sforz limitat u perikoluż f'qasam tassew kumpless li, għal dik ir-raġuni, jeħtieġ qafas regolatorju li jkun sistematiku u li jintlaqa' b'mod mifrux kemm jista' jkun.

7. Fid-dawl ta' dan kollu, ir-Rapporteur jipproponi emendi għal Artikoli 1 u 2 tal-proposta għal direttiva sabiex jiddelimita l-kamp ta' azzjoni u joffri d-definizzjonijiet relevanti. B'mod prattiku, l-effett ikun li teskludi mill-kamp ta' azzjoni tad-direttiva s-suġġett tal-brevetti billi jkun stabbilit li, sakemm ikunu adottati regolamenti aktar komprensivi fuq il-brevetti fil-livell Komunitarju fil-futur (f'forma ta' direttiva adattata), id-dispożizzjonijiet tal-proposta preżenti m'għandhomx japplikaw għall-brevetti. Dan jevita l-preġudizzju tal-kontenut (inklużi l-aspetti kriminali) ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni futura fuq il-brevetti. Aktar minn hekk, il-kamp ta' l-applikazzjoni tad-direttiva jkun ristrett għal dawk id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja.

8. Fl-aħħar, għal raġunijiet ta' konsistenza interna, ir-Rapporteur jipproponi emendi minuri għal Premessa 5 u għat-test ta' l-Artikolu 2, u formulazzjoni iktar ċara u razzjonali għall-Artikoli 5, 6 u 7.

VI. Żviluppi għall-ġejjieni

1. Ir-Rapporteur jittama li, meta jkunu qegħdin jiġu ppjanati strateġiji futuri għall-ġlieda kontra l-piraterija u l-falsifikazzjoni, u waqt li ninsabu fit-triq lejn fażi ta' armonizzazzjoni akbar f'dan il-qasam, il-leġiżlatur Komunitarju għandu jqis il-possibilità li jsib il-mezz kif jikkastiga lil dawk li jakkwistaw prodotti minn oriġini illeċita.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (29.11.2006)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar l-emenda proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu mħarsa

(COM(2006)0168 – – C6-0233/2005 – 2005/0127(COD))

Rapporteur għal opinjoni: David Hammerstein Mintz

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Wara sentenza ta' dan l-aħħar tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-każ C-176/03, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi direttiva dwar miżuri kriminali u d-drittijiet fuq il-proprjetà intellettwali (l-IPRs) taħt l-Artikolu 95 tat-Trattat.

Mingħajr ħsara għall-kompetenza tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ta' min jinnota li jeżisti tħassib serju dwar l-interpretazzjoni wiesa' min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea tas-sentenza kif jirriżulta mill-Komunikazzjoni COM(2005)583; u, b'konsegwenza, dwar il-bażi legali tal-proposta.

Rigward il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, l-elementi ewlenin li għandhom jiġu kkunsidrati huma dawn li ġejjin:

(a) l-ambitu tad-direttiva;

(b) id-definizzjoni ta' "skala kummerċjali";

(c) id-definizzjoni ta' "ksur intenzjonat ta' IPR";

(d) il-kriminalizzazzjoni tat-tisħib fi ksur tal-liġi u tat-tixwix;

(e) timijiet konġunti ta' investigazzjoni;

(f) id-drittijiet fundamentali.

Ambitu

Din il-leġiżlazzjoni qed issir biex tindirizza l-falsifikazzjoni u l-piraterija, partikularment fl-industriji tal-mużika, tal-prodotti ta' lussu, tal-ħwejjeġ u ta' setturi relatati. Madanakollu, jeżisti tħassib serju dwar l-effetti li din id-Direttiva tista' tħalli meta l-miżuri kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija jkunu sempliċiment iġġeneralizzati bħala applikabbli għall-għamliet kollha ta' IPRs. Jeħtieġ li wieħed jisħaq li l-ksur ta' ċerti IPRs ivarja fin-natura tiegħu u fil-mod kif isir, li jfisser li l-miżuri kontra l-ksur ta' dawk l-IPRs għandhom ikunu differenti. Teżisti distinzjoni bejn ksur ta' privattivi fil-kors normali ta' l-attività kummerċjali, bħall-iżvilupp leġittimu ta' prodotti, u l-falsifikazzjoni u l-piraterija b'intenzjoni qarrieqa u deliberata. Jeżistu rimedji ċivili għal ksur ta' privattivi u min allegatament jikser privattiva m'għandux jitpoġġa fl-istess keffa ma' kriminali bħall-pirati u l-falsifikaturi. Jista' jagħti l-każ li kumpanija jkun jeħtiġilha tikser privattiva intenzjonalment sabiex turi li l-privattiva fil-kwistjoni m'hix valida, u dan jikkontribwixxi għall-innovazzjoni. F'dan il-kuntest, il-ksur għandu jitħalla bħala kwistjoni ċivili kif isir bħalissa, sakemm il-ksur ma jkunx jikkostitwixxi theddida serja għas-saħħa jew għas-sikurezza pubblika.

Skala kummerċjali

Ir-riferenza għall-iskala kummerċjali ddaħħlet iżda ma ġietx definita mill-Ftehima dwar l-Aspetti tad-Drittijiet fuq il-Proprjetà Intellettwali li huma Relatati mal-Kummerċ (it-TRIPS). Madanakollu, il-lingwa użata fil-Ftehima TRIPS, l-użu ta' dik il-frażi f'kull parti tal-Ftehima, u l-kuntest jgħinu biex jiġi interpretat il-kunċett. Jirreferi biss għall-ksur mhux għall-qligħ li jikkaġuna telf dirett sinifikanti lil min ikollu IPR; tpartit mhux għall-profitt ta' kontenut miksub legalment bejn individwi għandu jiġi eskluż mill-applikazzjoni tad-direttiva.

Minħabba li l-proposta leġiżlattiva għandha l-ħsieb li tippenalizza l-ksur fuq skala kummerċjali biss, huwa essenzjali li jkun hemm definizzjoni ċara ta' dan sabiex ma jkunx hemm inċertezza legali. Ma nistgħux inserrħu fuq il-prattika ta' l-Istati Membri f'dak il-qasam minħabba li din tvarja bejn Stat Membru u ieħor.

Ksur intenzjonat ta' l-IPRs

Huma biss l-atti ta' ksur tal-liġi li jkunu intenzjonati li jistgħu jiġu ssanzjonati b'miżuri kriminali: dan ikopri biss dawk il-każi fejn min iwettaq il-ksur tal-liġi jkun jaf li jkun qed jikser l-IPRs, u jagħmel dan intenzjonalment b'malizzja premeditata. Għandha ssir distinzjoni minħabba li ksur m'għandux jitqies bħala intenzjonat sempliċiment għax ikun parti minn attività intenzjonata bħas-smiegħ tal-mużika jew is-segwitu tal-films.

Tisħib fi ksur tal-liġi u tixwix

Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn ksur ta' privattivi fil-kors normali ta' l-attività kummerċjali (l-iżvilupp leġittimu ta' prodotti) u l-falsifikazzjoni u l-piraterija b'intenzjoni qarrieqa u deliberata, li spiss jitwettqu minn organizzazzjonijiet kriminali. Is-sanzjonijiet kriminali għat-tisħib fi ksur tal-liġi u għat-tixwix għal kwalunkwe att kriminali għandhom jitħallew għal reati serji; li wieħed jippenalizza t-tisħib fi ksur tal-liġi u t-tixwix ikun sproporzjonat fil-każ tal-ksur ta' jeddijiet fuq il-proprjetà intellettwali. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandha tkun irrispettata għal kollox, b'mod partikulari l-Paragrafu 3 ta' l-Artikolu 49 li jiddikjara li "s-severità tal-piena m'għandhiex tkun sproporzjonata għar-reat".

Timijiet konġunti għall-investigazzjoni

L-artikolu 7 tal-proposta jawtorizza lill-esperti u lir-rappreżentanti ta' min ikollu l-IPRs biex jgħinu lill-investigazzjoni. Għalkemm huwa tabilħaqq min ikollu l-IPRs li jista' jidentifika l-affarijiet u l-prodotti tiegħu mingħajr dubji, wieħed għandu joqgħod attent f'dan ir-rigward.

L-ewwel nett, minħabba li huwa f'idejn min ikollu l-IPRs biex jawtorizza jew jipprojbixxi l-użu tal-prodott intellettwali tiegħu, u anki minħabba l-ħarsien ta' min ikollu IPR, huma biss rappreżentanti li jkunu awtorizzati u li jkollhom mandat kif għandu jkun li jkunu jistgħu jassistu lit-tim ta' l-investigazzjoni. It-tieni nett, l-għajnuna mogħtija minn min ikollu l-IPRs jew minn rappreżentant tiegħu għandha tiġi limitata sabiex jiġi evitat li l-proċedura kriminali tiġi 'privatizzata'; involviment aktar estensiv u aktar attiv min-naħa ta' min ikollu l-IPRs joħloq riskju għal investigazzjoni u proċedura kriminali ġusti u imparzjali.

Drittijiet fundamentali

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandha tiġi rrispetatta għal kollox meta jiġu ddefiniti l-atti kriminali u s-sanzjonijiet, kif ukoll waqt l-investigazzjoni u waqt il-proċedura ġudizzjali. Għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-artikoli li ġejjin tal-Karta: L-Artikolu 8 dwar il-protezzjoni tad-dejta; L-Artikolu 47 dwar is-smigħ ġust; u l-Artikolu 49 dwar il-legalità u l-proporzjonalità ta' reati u ta' pieni.


EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni1  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 9

(9) Sabiex l-investigazzjonijiet u l-proċeduri kriminali dwar ir-reat tal-proprjetà intellettwali jiġu faċilitati, dawn m’għandhomx jiddependu fuq id-Dikjarazzjoni jew l-akkuża li jkunu ġejjin mill-vittma tar-reat.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet għall-invesitgazzjoni kriminali m'għandhomx ikunu jistgħu jaġixxu fuq l-inizjattiva tagħhom stess qabel ma jsir ilment mid-detentur tad-dritt, peress li l-arranġamenti għal-liċenzjar ma jiġux pubblikati. Id-detentur tad-dritt għandu d-dritt fundamentali li jiddisponi mid-drittijiet tiegħu kif jixtieq.

Emenda 2

Premessa 9 a (ġdida)

 

(9a) Id-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu rrispettati għal kollox meta jiġu ddefiniti l-atti kriminali u l-pieni, waqt l-investigazzjonijiet u waqt il-proċeduri ġudizzjali.

Emenda 3

Artikolu 1, paragrafu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri kriminali meħtieġa biex jiġi mħares ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri kriminali meħtieġa biex jiġi miġġieled u skoraġġit il-ksur intenzjonat tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq skala kummerċjali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda terġa' ddaħħal il-lingwa użata mill-ftehima TRIPS (Art. 61), li fuqha hija msejsa din il-proposta.

Emenda 4

Artikolu 1, paragrafu 2

Dawn il-miżuri japplikaw għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali stipulati bil-leġiżlazzjoni komunitarja u/jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ l-Istati Membri.

Tarmonizza dawn il-miżuri kriminali fil-livell ta' l-UE fejn dan hu meħtieġ fil-ġlieda kontra l-ksur intenzjonat tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jsir taħt il-protezzjoni ta' organizzazzjoni kriminali, jew fejn ikun ta' riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda terġa' ddaħħal il-lingwa użata mill-ftehima TRIPS (Art. 61), li fuqha hija msejsa din il-proposta.

Emenda 5

Artikolu 1, paragrafu 2 a (ġdid)

 

Mingħajr ħsara għal miżuri li jeżistu diġà fl-Istati Membri, il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva għandhom japplikaw biss għall-ksur intenzjonat tal-marki, inklużi l-falsifikazzjoni u l-piraterija tad-drittijiet ta' l-awtur".

Ġustifikazzjoni

Teżisti distinzjoni bejn ksur ta' privattivi fil-kors normali ta' l-attività kummerċjali, bħall-iżvilupp leġittimu ta' prodotti, u l-falsifikazzjoni u l-piraterija b'intenzjoni qarrieqa u deliberata. Jeżistu rimedji ċivili għal ksur ta' privattivi u min allegatament jikser privattiva m'għandux jitpoġġa fl-istess keffa ma' kriminali bħall-pirati u l-falsifikaturi. F'każi ta' ksur ta' privattivi dan jinterferixxi mas-sistemi tal-liġi ċivili ta' l-Istati Membri.

Emenda 6

Artikolu 1, paragrafu 2 b (ġdid)

 

It-tpartit mhux għall-profitt bejn individwi ta' kontenut miksub legalment huwa eskluż mill-ambitu ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għandha l-ħsieb li tippenalizza l-ksur fuq skala kummerċjali biss (Art. 3).

Emenda 7

Artikolu 2, titlu

Definizzjoni

Definizzjonijiet

Ġustifikazzjoni

Huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta' falsifikazzjoni, li hu kruċjali għall-applikazzjoni ta' din il-proposta għal direttiva. Il-pieni ma jistgħux jiġu applikati sakemm ma jkunx hemm definizzjoni ċara tal-kunċett ta' falsifikazzjoni li għandu jkopri it-tipi kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, inkluża d-detenzjoni ta' merkanzija falsifikata.

Emenda 8

Artikolu 2, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "ksur fuq skala kummerċjali" jfisser ksur ta' dritt fuq proprjetà intellettwali għall-qligħ li jikkaġuna telf dirett sinifikanti għal min ikollu dak id-dritt.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm il-proposta għandha l-ħsieb li tippenalizza l-ksur fuq skala kummerċjali biss (Art. 3), din l-idea m'hix iddefinita; għandha tiġi stabbilita definizzjoni ċara sabiex tiġi evitata l-inċertezza legali. Għalkemm il-Ftehima TRIPS ma tiddefinixxix x'wieħed ifisser bi "skala kummerċjali", il-kuntest tat-TRIPS, l-użu ta' dik l-espressjoni f'kull parti tat-test, u l-analiżi tal-proċess tan-negozjati dwar it-TRIPS jagħmlu d-definizzjoni waħda ċara.

Emenda 9

Artikolu 2, paragrafu 1 b (ġdid)

 

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "ksur intenzjonat ta' dritt fuq proprjetà intellettwali" jfisser ksur maħsub u intenzjonat ta' dak id-dritt.

Emenda 10

Artikolu 2, paragrafu 1 c (ġdid)

 

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, 'falsifikazzjoni' tinkludi:

 

(a) iżżomm bla ebda raġuni leġittima, timporta skond kwalunkwe arranġament ta' dwana jew tesporta merkanzija preżentata b'marka kummerċjali falsifikata;

 

(b) toffri għall-bejgħ jew tbigħ merkanzija preżentata b'marka kummerċjali falsifikata;

 

(c) tirriproduċi, timita, tuża, twaħħal, tħassar jew timmodifika marka kummerċjali, marka kollettiva jew marka kollettiva ċertifikata b'vjolazzjoni tad-drittijiet mogħtija mir-reġistrazzjoni ta' dawn u tal-projbizzjonijiet li jirriżultaw minnhom;

 

(d) konxjament tipprovdi prodott jew servizz li jkollu marka kummerċjali reġistrata differenti minn dik tal-prodott jew tas-servizz mitlub.

Ġustifikazzjoni

Huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta' falsifikazzjoni, li hu kruċjali għall-applikazzjoni ta' din il-proposta għal direttiva. Il-pieni ma jistgħux jiġu applikati sakemm ma jkunx hemm definizzjoni ċara tal-kunċett ta' falsifikazzjoni li għandu jkopri it-tipi kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, inkluża d-detenzjoni ta' merkanzija falsifikata.

Emenda 11

Artikolu 3

Kull reat intenzjonat tad-dritt tal-proprjetà intellettwali mwettaq fuq skala kummerċjali, kif ukoll attentat għal reat, kompliċità jew inċitament għal reat ta’ din ix-xorta għandu jitqies bħala reat kriminali mill-Istati Membri.

Il-ksur intenzjonat tad-dritt tal-proprjetà intellettwali mwettaq fuq skala kummerċjali għandu jitqies bħala reat kriminali mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Sanzjonijiet kriminali għat-tisħib fi ksur tal-liġi u għat-tixwix għal kwalunkwe att kriminali għandhom jitħallew għall-aktar reati serji; li wieħed jippenalizza t-tisħib fi ksur tal-liġi u t-tixwix jista' jkun sproporzjonat fil-każ tal-ksur ta' drittijiet fuq il-proprjetà intellettwali.

Emenda 12

Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tentattivi, l-għajnuna jew it-tisħib fi ksur tal-liġi u t-tixwix għal ksur tal-liġi bħal dan jiġu ttrattati bħala reati kriminali fejn it-tentattivi, l-għajnuna jew it-tisħib fi ksur tal-liġi u t-tixwix:

 

(a) isiru biex tiġi mgħejuna l-kriminalità organizzata, jew

 

(b) jikkostitwixxu theddida serja għas-saħħa jew għas-sikurezza.

 

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn ksur ta' privattivi fil-kors normali ta' l-attività kummerċjali (l-iżvilupp leġittimu ta' prodotti) li jista' jwassal biex jitkissru l-privattivi invalidi u l-falsifikazzjoni u l-piraterija b'intenzjoni qarrieqa u deliberata, li spiss jitwettqu minn organizzazzjonijiet kriminali. Sanzjonijiet kriminali għat-tisħib fi ksur tal-liġi u għat-tixwix għal kwalunkwe att kriminali għandhom jitħallew għall-aktar reati serji; li wieħed jippenalizza t-tisħib fi ksur tal-liġi u t-tixwix jista' jkun sproporzjonat fil-każ tal-ksur ta' drittijiet fuq il-proprjetà intellettwali.

Emenda 13

Artikolu 3, paragrafu 1 b (ġdid)

 

M'għandhomx jiġu applikati sanzjonijiet kriminali fil-każi ta' l-importazzjoni parallela ta' prodotti oriġinali li jkunu tpoġġew fis-suq bil-qbil ta' min ikollu f'ismu d-drittijiet tal-propjetà intellettwali f'pajjiż terz.

Emenda 14

Artikolu 4, paragrafu 2, sentenza introduttorja

2. Għar-reati msemmija fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li dawn is-sanzjonijiet ikunu wkoll applikabbli fil-każijiet fejn ikun xieraq:

2. Għar-reati msemmija fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li dawn is-sanzjonijiet ikunu wkoll applikabbli fil-każijiet fejn ikun xieraq, meta l-interss pubbliku jkun jirrikjedi dan:

Ġustifikazzjoni

Dan jinvolvi ksur sinifikanti tad-drittijiet fundamentali, li għalhekk għandu jkun ġustifikat permezz ta' raġunijiet ta' interess ġenerali.

Emenda 15

Artikolu 4, paragrafu 2, punt (a)

(a) il-qerda ta’ l-oġġetti li jiksru xi dritt tal-proprjetà intellettwali;

(a) il-qerda mgħaġġla ta’ l-oġġetti kollha li jiksru dritt tal-proprjetà intellettwali, apparti ż-żamma, mingħajr il-possibilità ta' garanzija, ta' kampjuni bħala evidenza;

Ġustifikazzjoni

Minħabba raġunijiet ta' sikurezza, qed jiġi propost li l-oġġetti kollha li jiksru dritt ta' proprjetà intellewtwali jinqerdu bil-ħeffa, apparti l-oġġetti meħtieġa għall-finijiet ta' l-investigazzjoni. Din il-miżura tevita wkoll il-bżonn ta' arranġamenti għaljin biex jiġu mgħassa l-oġġetti. Rekord viżwali ta' l-istokk jista' jsir billi jitteħdulu ritratti meta jinstab. Jekk ikun xieraq, il-qerda ta' l-istokk tista' tkun suġġetta għall-kunsens jew għan-nuqqas ta' oppożizzjoni ta' l-allegat awtur tar-reat, jekk ikun identifikat f'dak l-istadju, mingħajr ma jkunu jikkostitwixxu ammissjoni ta' ħtija.

Emenda 16

Artikolu 4, paragrafu 2, punt (f a) (ġdid)

 

(fa) ordni li titlob lil min jikser id-dritt iħallas l-ispejjeż taż-żamma ta' l-oġġetti miżmumin.

Ġustifikazzjoni

Bħala piena addizzjonali, irid ikun possibbli li l-falsifikatur jintalab iħallas l-ispejjeż biex jiġu mgħassa l-oġġetti miżmuma għall-finijiet ta' l-investigazzjoni, speċjalment peress li spejjeż ta' dan it-tip jistgħu jkunu sustanzjali jekk il-prodotti miżmuma, anke fi kwantitajiet limitati, ikunu goffi u l-investigazzjoni tkun imtawla.

Emenda 17

Artikolu 5, paragrafu 2, punti (a) u (b)

(a) ta’ massimu ta’ mill-inqas 100 000 euro għall-każijiet barra dawk l-aktar serji;

(b) ta’ massimu ta’ mill-inqas 300 000 euro għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

 

Fil-każ ta' sanzjonijiet finanzjarji, il-qrati f'kull Stat Membru għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-multa imposta, waqt li jqisu l-ħsara kawżata u l-valur ta' l-oġġetti tal-ksur jew il-qligħ derivat minnhom, filwaqt li l-konsiderazzjoni ewlenija fil-każi kollha tkun is-sitwazzjoni ekonomika tal-parti ħatja, kif jixhdu l-assi, id-dħul, l-obbligi familjari u d-dipendenti tiegħu u ċirkustanzi personali oħra.

Ġustifikazzjoni

L-istabbiliment ta' multi fissi applikabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali stipulati f'dan l-artikolu hija wisq inflessibbli u probabilment diffiċli biex tiġi rikonċiljata mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Din l-emenda hija intenzjonata biex iġib il-prinċipju konformi ma' l-objetti ta' armonizzazzjoni segwit mill-proposta.

Emenda 18

Artikolu 6

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-konfiska totali jew parzjali ta' l-oġġetti tal-persuni fiżiċi jew legali kkundannati b'konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni qafas 2005/212/JHA ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar il-konfiska ta’ prodotti, strumenti u oġġetti marbuta mar-reat, għall-inqas meta r-reati jkunu mwettqa fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali fis-sens tad-deċiżjoni qafas... dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata kif ukoll meta dawn ir-reati jwasslu għal riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-persuni.

L-Istati Membri għandhom, mingħajr ma jiksru d-drittijiet fundamentali, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-konfiska totali jew parzjali ta' l-oġġetti tal-persuni naturali jew legali kkundannati b'konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/212/JHA ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar il-konfiska ta’ prodotti, strumenti u oġġetti marbuta mar-reat, għall-inqas meta r-reati jkunu serji kif ukoll meta dawn ir-reati jwasslu għal riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni.

Ġustifikazzjoni

Hija preokkupazzjoni li l-Artikolu 6 hu ristretta għal reati mwettqa fil-kuntest tal-"kriminalità organizzata". Dan l-artikolu se jkun utli biss jekk japplika għar-reati kollha li joħolqu dannu kummerċjali serju għad-detenturi tad-drittijiet, irrispettivament jekk dan il-ksur twettaqx fil-kuntest tal-kriminalità organizzata. Għalhekk ir-referenza għall-"kriminalità organizzata" għandha titħassar mill-Artikolu 6 u tiġi sostitwita mit-terminu "reati serji".

Emenda 19

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jaraw li d-detenturi kkonċernati tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew ir-rappreżentanti tagħhom kif ukoll l-esperti, ikunu jistgħu jassistu għall-investigazzjonijiet immexxija mill-gruppi konġunti ta’ investigazzjoni dwar ir-reati msemmija fl-Artikolu 3.

L-Istati Membri għandhom jaraw li d-detenturi kkonċernati tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jew ir-rappreżentanti u l-esperti tagħhom ikollhom mandat kif għandu jkun, u li jipprovdu tagħrif lill-gruppi konġunti ta’ investigazzjoni li jkunu qegħdin jinvestigaw ir-reati msemmija fl-Artikolu 3.

Ġustifikazzjoni

Il-kliem użat f'dan l-artikolu huwa vag wisq: huwa leġittimu li l-Qorti tħalli li kull wieħed mill-partijiet ikollu 'l-esperti tiegħu. Madanakollu, l-involviment dirett tar-rappreżentanti ta' min ikollu l-IPRs fl-investigazzjoni għandu jiġi limitat; jekk ma jsirx hekk, dawk li jkollhom id-drittijiet jistgħu jfixklu l-proċeduri kriminali billi jipperikolaw l-investigazzjoni imparzjali u ġusta. It-test propost mill-Kummissjoni huwa sproporzjonat; minħabba li dan għandu jitħalla f'idejn il-Qrati biex jinterpretawh.

Emenda 20

Artikolu 7, paragrafu 1 a (ġdid)

 

L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, li jirrigwarda l-ħarsien tad-dejta personali, u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' dejta personali u dwar iċ-ċaqliq ħieles ta' tali dejta għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ waqt li jkunu għaddejjin l-investigazzjonijiet u l-proċeduri ġudizzjali.

 

_______________________

ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 8 tal-Karta jiddikjara li "(k)ull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali li tirrigwardaha", u "(d)in id-data għandha tiġi trattata b'mod ġust għal skopijiet determinati u fuq bażi tal-kunsens tal-persuna konċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi. Kull persuna għandha d-dritt ta' aċċess għal data miġbura li għandha x'taqsam magħha u d-dritt li tirrettifikaha." Id-Direttiva għandha l-għan li tħares il-jeddijiet u l-libertajiet tal-persuni fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-dejta personali billi tistabbilixxi linji gwida li jiddeterminaw meta dan il-proċess ikun skond il-liġi.

Emenda 21

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jaraw li l-possibilità li jinfetħu investigazzjonijiet jew proċeduri kriminali dwar ir-reati msemmija fl-Artikolu 3 ma tiddependix fuq id-dikjarazzjoni jew l-akkuża li tkun ġejja mill-vittma tar-reat, għall-inqas jekk il-fatti jkunu twettqu fuq it-territorju ta’ l-Istat Membru

L-Istati Membri għandhom jaraw li l-possibilità li jinfetħu investigazzjonijiet jew proċeduri kriminali dwar ir-reati msemmija fl-Artikolu 3 tista' tinbeda anke mingħajr ma jsiru rapport jew akkuża mill-vittma tar-reat, għall-inqas jekk il-fatti jkunu twettqu fuq it-territorju ta’ l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda waqt li tiċċara l-kundizzjonijiet biex jinbdew investigazzjonijiet jew proċeduri kriminali, iżżomm il-flessibilità tad-dispożizzjoni proposta. Huwa ta' importanza kbira, speċjalment meta s-saħħa pubblika tista' tkun qegħda fir-riskju, u meta d-detenetur tad-dritt ma jkunx jista' jiġi identifikat, li passi ta' dan it-tip ikunu jistgħu jinbdew mingħajr ma jsir rapport mill-vittma tar-reat.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu mħarsa

Referenzi

COM(2006)0168 – C6-0233/2005 – 2005/0127(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Kumitat mitlub jagħti opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE
6.9.2005

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

David Hammerstein Mintz
5.10.2005

Rapporteur preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

11.9.2006

10.10.2006

23.11.2006

28.11.2006

 

Data ta’ l-adozzjoni

28.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Giles Chichester, Den Dover, Adam Gierek, Norbert Glante, Umberto Guidoni, Fiona Hall, David Hammerstein Mintz, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Vincenzo Lavarra, Nils Lundgren, Eugenijus Maldeikis, Reino Paasilinna, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras, Dominique Vlasto

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Edit Herczog, Gunnar Hökmark, Lambert van Nistelrooij, Francisca Pleguezuelos Aguilar

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b’lingwa waħda biss)

 


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (12.12.2006)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar l-emenda proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu mħarsa

(COM(2006)0168 – C6-0233/2005 – 2005/0127(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Rainer Wieland

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat-13 ta' Settembru 2005 (Il-każ C 176/03 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill), il-Kummissjoni Ewropea emendat il-proposta tagħha għal direttiva dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu mħarsa.

Il-kwistjoni tal-ħarsien tal-proprjetà intellettwali hija ta' importanza partikulari għall-kumpaniji Ewropej, li għandhom bżonn jiżguraw li l-investimenti tagħhom se jkunu profittabbli. Mingħajr ħarsien tal-proprjetà intellettwali bħal dan, tista' tonqos ir-rata ta' l-investimenti u konsegwentament ta' l-innovazzjoni fl-Ewropa.

Hemm bżonn li tiġi definita xi bażi komuni fuq livell Ewropew sabiex issir ġlieda aktar effettiva kontra l-iffalsifikar u l-piraterija: għalhekk din il-proposta tistabbilixxi definizzjonijiet komuni u livelli komuni ta' penalitajiet. Din il-proposta hija maħsuba wkoll biex tiffaċilita l-investigazzjonijiet kriminali relatati ma' ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intelletwali.

Ir-'rapporteur' għal opinjoni jappoġġja d-Direttiva proposta iżda jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jkunu preċiżament iddefiniti t-termini importanti tad-Direttiva, l-aktar meta jkunu komponent ċentrali tad-definizzjoni tar-reat.

emendi

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni1  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 8

(8) Għandhom jiġu provduti dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-investigazzjonijiet kriminali. L-Istati Membri għandhom jaraw li d-detenturi kkonċernati tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, jew ir-rappreżentanti tagħhom kif ukoll l-esperti jkunu jistgħu jassistu fl-investigazzjonijiet immexxija minn gruppi konġunti ta’ investigazzjoni.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Għall-finijiet ta' politika legali ġenerali, għandu jiġu rrifjutat dak li jista' jidher bħala l-privatizzazzjoni tal-prosekuzzjoni kriminali favur l-interessi ta' individwi interessati implikati. F'soċjetajiet demokratiċi marbuta bl-istat tad-dritt, l-Istat igawdi minn monopolju legali fuq l-użu tal-forza. Il-'parte civile' mhumiex intitolati li jiddisponu minn miżuri ta' prosekuzzjoni penali sabiex jiġu miġġielda vjolazzjonijiet tal-liġi mwettqa minn ċittadini.

Emenda 2

Premessa 9 a (ġdida)

 

(9a) Id-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu rrispettati għal kollox meta jiġu ddefiniti l-atti kriminali u l-pieni, waqt l-investigazzjonijiet u waqt il-proċeduri ġudizzjali.

Emenda 3

Artikolu 1, paragrafu 2

Dawn il-miżuri japplikaw għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali stipulati bil-leġiżlazzjoni komunitarja u/jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ l-Istati Membri.

Talanqas id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li ġejjin huma koperti mill-kamp t'applikazzjoni tad-Direttiva:

 

a) id-dritt ta' l-awtur;

 

b) id-drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur;

 

c) id-dritt sui generis ta' produttur ta' database;

 

d) id-drittijiet ta' min joħloq it-topografiji ta' prodott ta' semikondutturi;

 

e) id-drittijiet tal-marka kummerċjali;

 

f) id-drittijiet tad-disinn;

 

g) id-drittijiet tal-mudelli ta' utilità;

Ġustifikazzjoni

L-iskop materjali tad-direttiva għandu jkun ddefinit b'aktar preċiżjoni, sabiex jintlaħaq l-iskop ta' leġiżlazzjoni aħjar, aktar trasparenti, u aktar komprensibbli.

Ma jistax ikun kompitu tal-Kummissjoni li taħrab mill-leġislatur - permezz tal-publikazzjoni ta' opinjonijiet - meta tiddefinixxi l-mod ta' kif għandhom ikunu interpretati d-direttivi, bl-implikazzjonijiet serji ta' dan.

Il-lista bbażata fuq l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/48/KE tagħmilha aktar faċli għall-kumitat responsabbli li, b'votazzjoni separata, jeskludi oqsma speċifiċi tal-liġi mill-kamp t'applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet, jekk jikkunsidra li dan huwa meħtieġ.

Emenda 4

Artikolu 1, paragrafu 2 a (ġdid)

 

B'mod partikulari, din id-Direttiva ma tapplikax għal ksur tal-liġi dwar id-drittijiet ta' proprjetà intelettwali relatati ma:

 

- privattivi, mudelli utilitarji u ċertifikati supplimentari ta' protezzjoni;

 

 

- l-importazzjoni parallela ta' prodotti oriġinali li jkunu tpoġġew fis-suq bil-qbil ta' min ikollu f'ismu d-dritt f'pajjiż terz.

Ġustifikazzjoni

Il-kamp t'applikazzjoni ta' din id-Direttiva jeħtieġ li jkun limitat.

Emenda 5

Artikolu 2, paragrafu 1 a (ġdid)

 

"Fuq skala kummerċjali" tfisser attivitajiet imwettqa bl-iskop li jsir profitt ekonomiku jew kummerċjali dirett, jew attivitajiet mwettqa fuq skala tant kbira li din tista' twassal għal telf dirett sinifikanti għal min ikollu f'ismu d-dritt.

Ġustifikazzjoni

It-terminu "skala kummerċjali" huwa ċentrali għad-definizzjoni tar-reat, u jeħtieġ li jkun iddefinit bi preċiżjoni. Għandu jinkludi mhux biss attivitajiet li għandhom intenzjoni ekonomika jew kummerċjali, iżda wkoll atti serji ta' piraterija fuq skala kbira, jiġifieri, li tkun aktar milli għall-użu individwali jew personali, li jista' ma jkollhiex vantaġġ ekonomiku għal min iwettaq ir-reat iżda li tista' tkun ta' dannu sostanzjali għal min ikollu f'ismu d-dritt.

Emenda 6

Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid)

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jitwettqu fuq skala kummerċjali, il-ksur intenzjonali tal-marka tad-ditta li jikkonsistu fl-użu ta' simbolu li jkun identiku mal-marka tad-ditta relatata mal-prodotti jew servizzi li huma identiċi ma' dawk li għalihom il-marka tad-ditta hija reġistrata, għandhom ikunu ttrattati bħala reati kriminali.

Ġustifikazzjoni

Ikun konvenjenti li wieħed jiddefinixxi separatament il-ksur tad-dritt ta' l-awtur u l-ksur tad-dritt tal-marka tad-ditta.

Emenda 7

Artikolu 4, paragrafu 2

2. Għar-reati msemmija fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li dawn is-sanzjonijiet ikunu wkoll applikabbli fil-każijiet fejn ikun xieraq:

2. Għar-reati msemmija fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll, fil-każijiet fejn ikun xieraq, għall-miżuri meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-persuna fiżika jew legali responsabbli tiġi kkastigata b'pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, bħal :

(a) il-qerda ta’ l-oġġetti li jiksru d-dritt tal-proprjetà intellettwali;

(a) l-esklużjoni mid-dritt ta' tgawdija ta' benefiċċji jew għajnuniet pubbliċi;

(b) l-għeluq totali jew parzjali, definittiv jew temporanju, ta’ l-istabbiliment li jkun intuża speċjalment biex isir ir-reat fil-kwistjoni;

(b) l-iskwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta' attivitajiet kummerċjali;

(c) il-projbizzjoni permanenti jew temporanja ta’ l-eżerċizzju ta’ attivitajiet kummerċjali;

(c) it-tqegħid taħt kontroll ġudizzjarju;

(d) it-tqegħid taħt kontroll ġudizzjarju;

(d) ordni ta' xoljiment ġudizzjarju;

(e) ix-xoljiment ġudizzjarju;

(e) l-għeluq temporanju jew permanenti ta' l-istabbilimenti li ntużaw għat-twettiq tar-reat;

(f) il-projbizzjoni ta’ l-aċċess għall-għajnuna u s-sussidji pubbliċi;

(f) il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji;

(g) il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji.

(g) il-qerda ta’ l-oġġetti li jiksru xi dritt tal-proprjetà intellettwali.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni relatata ma' l-ewwel emenda. Barra minn hekk, is-sustanza u t-test tal-lista relevanti tal-pieni m'għandhiex tkun 'ivvintata mill-ġdid' fil-każ ta' kull test leġiżlattiv. Għaldaqstant, il-pieni proposti skond (a) sa (e) ttieħdu mit-test propost tal-Kunsill għal Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, 8496/1/06 (2005/003(CNS)), u miżjuda bi proposti speċifiċi fit-test oriġinali relatati mal-kwistjoni attwali.

Emenda 8

Artikolu 4, paragrafu 2, punt (a)

(a) il-qerda ta’ l-oġġetti li jiksru d-dritt tal-proprjetà intellettwali;

 

(a) il-qerda ta’ l-oġġetti li jiksru d-dritt tal-proprjetà intellettwali u, f'każi xierqa, il-konfiska jew il-qerda tal-materjali jew elementi li primarjament intużaw għall-ħolqien jew il-manifattura ta' dawn il-prodotti;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda 9

Artikolu 6

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-konfiska totali jew parzjali ta' l-oġġetti tal-persuni fiżiċi jew legali kkundannati b'konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni qafas 2005/212/JHA ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar il-konfiska ta’ prodotti, strumenti u oġġetti marbuta mar-reat, għall-inqas meta r-reati jkunu mwettqa fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali fis-sens tad-deċiżjoni qafas... dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata kif ukoll meta dawn ir-reati jwasslu għal riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-persuni.

Fil-każijiet li għalihom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-konfiska totali jew parzjali ta' l-oġġetti tal-persuni fiżiċi jew legali kkundannati b'konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta' qafas 2005/212/JHA ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar il-konfiska ta’ prodotti, strumenti u oġġetti marbuta mar-reat.

 

Ġustifikazzjoni

Dawn is-setgħat estiżi ta' konfiska għandhom jirreferu għall-istess ksur u reati li għalihom tapplika din id-Direttiva.

Emenda 10

Artikolu 6 a (ġdid)

 

Artikolu 6a

L-użu ħażin tas-setgħat

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li permezz ta' miżuri kriminali, ċivili u proċedurali, l-użu ħażin ta' theddid ta' sanzjonijiet kriminali jista' jiġi projbit u suġġett għal pieni.

 

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu użu proċedurali ħażin, speċjalment peress li l-miżuri kriminali qed jintużaw għall-infurzar tar-rekwiżiti tal-liġi ċivili.

Ġustifikazzjoni

Il-potenzjal għal min għandu f'ismu d-dritt li jiddisswadi 'l dawk li potenzjalment iwettqu ksur (jiġifieri, kompetituri) jiżdied ħafna jekk ikun jista' jheddidhom b'pieni kriminali. Kemm il-liġi internazzjonali kif ukoll dik Ewropea jirrikjedu l-prevenzjoni ta' l-użu ħażin tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. L-użu ħażin itellef il-kompetizzjoni ħielsa u tmur kontra l-Artikolu 28 u dawk segwenti, u l-Artikolu 81 u dawk segwenti, tat-Trattat KE.

Emenda 11

Artikolu 6 b (ġdid)

 

Artikolu 6b

Id-drittijiet tad-difiża

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tad-difiża għandhom jitħarsu kif xieraq u jkunu ggarantiti.

Emenda 12

Artikolu 7

Artikolu 7

Timijiet konġunti ta' investigazzjoni

L-Istati Membri għandhom jaraw li d-detenturi kkonċernati tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew ir-rappreżentanti tagħhom kif ukoll l-esperti, ikunu jistgħu jassistu għall-investigazzjonijiet immexxija mill-gruppi konġunti ta’ investigazzjoni dwar ir-reati msemmija fl-Artikolu 3.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għall-finijiet ta' politika legali ġenerali, għandu jiġu rrifjutat dak li jista' jidher bħala l-privatizzazzjoni tal-prosekuzzjoni kriminali favur l-interessi ta' individwi interessati implikati. F'soċjetajiet demokratiċi marbuta bl-istat tad-dritt, l-Istat igawdi minn monopolju legali fuq l-użu tal-forza. Il-'parte civile' mhumiex intitolati li jiddisponu minn miżuri ta' prosekuzzjoni penali sabiex jiġu miġġielda vjolazzjonijiet tal-liġi mwettqa minn ċittadini.

Emenda 13

Artikolu 8 a (ġdid)

 

Artikolu 8a

 

Protezzjoni tad-dejta personali

 

L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, li jirrigwarda l-ħarsien tad-dejta personali, u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' dejta personali u dwar iċ-ċaqliq ħieles ta' tali dejta għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ waqt li jkunu għaddejjin l-investigazzjonijiet u l-proċeduri ġudizzjali.

_______________________

1 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 8 tal-Karta jiddikjara li "kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali li tirrigwardaha", u "din id-data għandha tiġi trattata b'mod ġust għal skopijiet determinati u fuq bażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi. Kulħadd għandu d-dritt ta' aċċess għal dejta miġbura li għandha x'taqsam miegħu u d-dritt li jirrettifikaha." Id-Direttiva għandha l-għan li tħares il-jeddijiet u l-libertajiet tal-persuni fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-dejta personali billi tistabbilixxi linji gwida li jiddeterminaw meta dan il-proċess ikun skond il-liġi.

PROĊEDURA

Titolu

Il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu mħarsa

Referenzi

COM(2006)0168 – C6-0233/2005 – 2005/0127(COD)

Kumitat responsabbli

JURI

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

6.9.2005

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Rainer Wieland

13.10.2005

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

6.11.2006

11.12.2006

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

11.12.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

17

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Johannes Blokland, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Giusto Catania, Carlos Coelho, Fausto Correia, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Elly de Groen-Kouwenhoven, Adeline Hazan, Ewa Klamt, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Barbara Kudrycka, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Sarah Ludford, Edith Mastenbroek, Hartmut Nassauer, Martine Roure, Luciana Sbarbati, Inger Segelström, Ioannis Varvitsiotis, Donato Tommaso Veraldi, Manfred Weber, Stefano Zappalà, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Corbett, Panayiotis Demetriou, Camiel Eurlings, Ignasi Guardans Cambó, Jeanine Hennis-Plasschaert, Sophia in 't Veld, Javier Moreno Sánchez, Bill Newton Dunn, Hubert Pirker, Marie-Line Reynaud, Kyriacos Triantaphyllides, Rainer Wieland

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Kartika Tamara Liotard

Kummenti (informazzjoni disponibbli b’lingwa waħda biss)

 


PROĊEDURA

Titolu

Miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu mħarsa

Referenzi

COM(2006)0168 - COM(2005)0276 - C6-0233/2005 - 2005/0127(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

6.9.2005

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

6.9.2005

IMCO

6.9.2005

LIBE

6.9.2005

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

IMCO

21.11.2005

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Nicola Zingaretti

15.9.2005

 

 

Eżami fil-kumitat

28.11.2005

12.9.2006

20.11.2006

27.2.2007

 

20.3.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

20.3.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Carlo Casini, Marek Aleksander Czarnecki, Cristian Dumitrescu, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Rainer Wieland, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Mogens N.J. Camre, Janelly Fourtou, Jean-Paul Gauzès, Eva Lichtenberger, Arlene McCarthy, Michel Rocard, Gabriele Stauner, József Szájer, Jacques Toubon, Nicola Zingaretti

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Toine Manders, Umberto Guidoni

Aġġornata l-aħħar: 13 t'April 2007Avviż legali