RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

11.6.2007 - (COM(2006)0906 – C6‑0022/2007 – 2006/0281(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Philip Bradbourn

Proċedura : 2006/0281(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0225/2007
Testi mressqa :
A6-0225/2007
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

(COM (2006)0906 – C6‑0022/2007 –2006/0281 (COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2006)0906)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 47(2) l-ewwel u t-tielet sentenza u 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0022/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6‑0225/2007),

1.  Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-proposta tagħha u sabiex tieħu l-miżuri neċessarji flimkien mal-Parlament sabiex tippreżenta proposta ġdida;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 5 A (ġdida)

 

(5a) Id-Direttiva 2005/60/KE tipprovdi għat-tfassil ta' rapport regolari dwar l-implimentazzjoni tagħha li għandu jsir mill-Kummissjoni. Dak ir-rapport jista' jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-modifiki meħtieġa għal dik id-Direttiva.

Amendment 2

ARTIKOLU 1, PUNT 3 A (ġdid)

Artikolu 42 (Direttiva 2005/60/KE)

 

(3a) L-Artikolu 42 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

"Artikolu 42

 

Sal-15 ta' Diċembru 2009, u ta' l-anqas kull tliet snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva bi, jekk ikun jixraq, proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-modifiki meħtieġa għad-Direttiva 2005/60/KE skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat u tippreżentaha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fl-ewwel rapport ta' din ix-xorta, il-Kummissjoni għandha tinkludi eżami speċifiku tat-trattament ta' l-avukati u ta' professjonisti legali oħra indipendenti."

  • [1]  Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Parlament Ewropew jemmen li l-validità, l-integrita u l-istabilità tal-kreditu u ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-kunfidenza fis-sistema finanzjarja kollha jistgħu jkunu serjament mhedda mill-isforzi ta' kriminali biex jgħaddu flus legali u illegali għal skopijiet ta' terroriżmu. Sabiex ikun evitat li l-Istati Membri jadottaw miżuri li jipproteġu s-sistemi finanzjarji li jistgħu jkunu inkonsistenti ma' l-iffunzjonar tas-suq intern, ġiet adottata d-Direttva 2005/60/KE dwar "il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistemi finanzjarji għall-iskop ta' ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu" fis-26 ta' Ottubru 2005.

Fil-partijiet tal-miżuri li jimplimentaw id-Direttiva msemmija hawn fuq (l-Artikoli 40 u 41), issir referenza għal "l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva rigward l-adozzjoni ta' regoli tekniċi u deċiżjonijiet skond il-proċedura ta' Deċiżjoni 1999/468/KE, se tkun sospiża għal erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva".

Id-"deċiżjoni ta' komitoloġija" li tistipola l-proċeduri għas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ġiet emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE li, inter alia, żiedet "proċedura regolatorja bi skrutinju" ġdida (l-Artikolu 5(a)) li tagħti lill-Parlament aktar drittijiet fil-kontroll ta' atti ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

Għalhekk huwa meħtieġ li l-leġiżlazzjoni diġà fis-seħħ tiġi aġġornata b'mod urġenti għall-artikoli (u l-proċeduri) l-ġodda tad-Deċiżjoni ta' Komitoloġija.

Wieħed mis-27 att li jridu jiġu aġġornati huwa d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-ħasil tal-flus. Il-Kummissjoni pproponiet li tuża "l-proċedura regolatorja bi skrutinju" l-ġdida (l-Artikolu 5(a)) għall-miżuri kollha ta' implimentazzjoni elenkati fl-Artikolu 41 tad-Direttiva 2005/60/KE.

Fid-dawl ta' l-ispjegazzjonijiet li l-Kummissjoni tat waqt il-laqgħa tal-LIBE tat-8 ta' Mejju dwar il-kontenut li għandu jiġi kkunsidrat bħala element "mhux essenzjali" fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, (filwaqt li jesprimi dispjaċir li l-Kummissjoni pprovdiet din l-informazzjoni f'dan l-istadju aktar tard), ir-Rapporteur issa jista' jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni sabiex tuża "l-proċedura regolatorja bi skrutinju" l-ġdida fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.

Għalhekk il-Kummissjoni, billi rreferiet għall-punt 3 tal-ftehima interistituzzjonali li timplimenta d-deċiżjoni tal-Komitoloġija emendata qed tipproponi li temenda d-direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus billi tħassar il-"klawżola tat-tmiem gradwali" (sunset clause) attwalment prevista fl-Artikolu 14, paragrafu 4 tad-direttiva.

Fil-prinċipju, ir-rapporteur jaqbel mat-talba tal-Kummissjoni iżda jippreferi, billi jemenda l-Artikolu 42 tad-Direttiva, li jżomm il-possibilità li jintroduċi l-modifiki meħtieġa għad-Direttiva 2005/60/KE skond il-proċedura stipolata fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

PROĊEDURA

Titolu

Prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-teroriżmu (poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni)

Referenzi

COM(2006)0906 - C6-0022/2007 - 2006/0281(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

22.12.2006

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

17.1.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Philip Bradbourn

20.3.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

8.5.2007

5.6.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

5.6.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

31

0

0

Membri preżenti għall-vot finali

Alexander Alvaro, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Michael Cashman, Giusto Catania, Carlos Coelho, Fausto Correia, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Claudio Fava, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Martine Roure, Inger Segelström, Károly Ferenc Szabó, Adina-Ioana Vălean, Manfred Weber

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Ignasi Guardans Cambó, Sophia in ‘t Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Bogdan Klich, Marianne Mikko, Hubert Pirker

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Aloyzas Sakalas

Data tat-tressiq

11.6.2007