dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib tal-ħarsien tagħhom
(COM(2006)0787 – C6-0053/2007 – 2006/0276(CNS))
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib tal-ħarsien tagħhom
(COM (2006)0787 – C6-0053/2007 –2006/0276 (CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2006)0787),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0053/2007),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-1-2 ta' Diċembru 2005 dwar il-prinċipji għal Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika,
- wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2005 tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien ta' infrastruttura kritika fil-qafas tal-ġlieda kontra t-terroriżmu(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0270/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu, 1975, jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
5. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1
Titlu
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' setturi ta' prijorità ma' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa jinnotifikaw l-infrastruttura kritika speċifika tagħhom lill-Kummissjoni billi dan imur kontra l-interessi tas-sigurtà nazzjonali. Elenku Ewropew ta' l-infrastruttura kritika ma għandhiex tiġi prodotta f'din il-forma aggregata.
Emenda 2
Premessa 2
(2) Fis-17 ta' Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika fejn ġew identifikati l-alternattivi ta' politika biex jitwaqqaf programm kif ukoll Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN). Ir-reazzjonijiet li ngħataw għall-Green Paper urew b'mod ċar il-ħtieġa li jitwaqqaf qafas Komunitarju għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika. Ġiet rikonoxxuta l-ħtieġa li jiżdied il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fl-Ewropa u biex ikun hemm għajnuna biex jitnaqqsu l-vulnerabilitajiet dwar l-infrastrutturi kritiċi. Ġiet emfasizzata l-importanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tad-djalogu mal-partijiet ikkonċernati.
(2) Fis-17 ta' Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika fejn ġew identifikati l-alternattivi ta' politika biex jitwaqqaf programm kif ukoll Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN). Ir-reazzjonijiet li ngħataw għall-Green Paperenfasizzaw il-valur miżjud possibbli ta' qafas Komunitarju għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika. Ġiet rikonoxxuta l-ħtieġa li jiżdied il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fl-Ewropa u biex ikun hemm għajnuna biex jitnaqqsu l-vulnerabilitajiet dwar l-infrastrutturi kritiċi. Ġiet enfasizzata l-importanza tal-prinċipji ewlenin tas-sussidjarjetà, tal-proporzjonalità u tal-kumplimentarjetà kif ukoll tad-djalogu mal-partijiet ikkonċernati
Ġustifikazzjoni
Aktar konformi mar-realtà.
Emenda 3
Premessa 3
(3) F'Diċembru 2005, il-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Intern talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika (EPCIP) u ddeċieda li għandu jkun imsejjes fuq metodu li jqis ir-riskji kollha, bil-prijorità li jiġi affrontat it-theddid mit-terroriżmu. B'dan il-mod, theddidiet li ġejjin mill-bniedem, dawk teknoloġiċi u diżastri naturali għandhom ikunu meqjusa fil-proċess għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, iżda għandha tingħata prijorità lit-theddid mit-terroriżmu.Jekk il-livell ta' miżuri ta' ħarsien kontra theddid partikolari ta' livell għoli jinstab li huwa adattat f'settur ta' infrastruttura kritika, il-partijiet ikkonċernati għandhom jiffokaw fuq theddid ieħor li għadhom vulnerabbli għalih.
(3) F'Diċembru 2005, il-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Intern talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika (EPCIP) u ddeċieda li għandu jkun imsejjes fuq metodu li jqis ir-riskji kollha, bil-prijorità li jiġi affrontat it-theddid mit-terroriżmu. B'dan il-mod, theddidiet li ġejjin mill-bniedem, dawk teknoloġiċi u diżastri naturali għandhom ikunu meqjusa fil-proċess għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, filwaqt li theddid maħluq mill-istruttura għandu jiġi rreġistrat ukoll. It-theddid mit-terroriżmu għandu, madankollu, jingħata prijorità.
Emenda 4
Premessa 4
(4) Illum il-ġurnata r-responsabilità għall-ħarsien ta' l-infrastrutturi kritiċi taqa' l-ewwelnett fuq l-Istati Membri u l-propjetarji/operaturi ta' l-infrastrutturi kritiċi. Dan m'għandux jinbidel.
(4) Ir-responsabilità primarja u finali għall-ħarsien ta' l-infrastrutturi kritiċi taqa' l-ewwelnett fuq l-Istati Membri u l-propjetarji/operaturi ta' l-infrastrutturi kritiċi. Filwaqt li jitqies li s-servizzi nazzjonali jafu l-aħjar x'qed jiġri f'pajjiżhom, approċċ axxendenti għandu jittieħed lejn l-Infrastruttura Kritika Ewropea (ECI).
Ġustifikazzjoni
Għandu jkun ċar li r-responsabilità l-ewwelnett u finalment taqa' fuq l-Istati Membri. L-approċċ Komunitarju m'għandux jirdoppja x-xogħol ta' l-Istati Membri.
Emenda 5
Premessa 4 a (ġdida)
(4a) Il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika huwa ta' importanza vitali għas-sigurtà interna fl-UE u għall-benessri taċ-ċittadini tagħha. Fl-analiżi finali, il-qerda jew l-interruzzjoni ta' ċerti infrastrutturi jistgħu jeqirdu ħajjet in-nies, l-ambjent u l-assi ekonomiċi kif ukoll joħolqu ħsara fit-tul għall-kunfidenza pubblika fil-ħarsien u l-kura ta' l-Istat.
Ġustifikazzjoni
L-effetti tal-qerda jew l-interruzzjoni ta' ċerti infrastrutturi għandhom jiġu enfasizzati. Fl-analiżi finali, huma biss il-konsegwenzi possibbli u/jew l-evitar ta' dawn il-konsegwenzi li jiġġustifikaw il-miżuri li jinsabu fl-abbozz tad-direttiva
.
Emenda 6
Premessa 5
Hemm ċertu numru ta' infrastrutturi kritiċi fil-Komunità, li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħhom tolqot żewġ Stati Membri jew aktar jew Stat Membru għajr dak li fih tinsab l-infrastruttura kritika. Dan jista' jkollu effetti transkonfinali fuq setturi differenti, minħabba dipendenza bejn infrastrutturi konnessi. Tali infrastrutturi kritiċi Ewropej għandhom jiġu identifikati u magħżula permezz ta' proċedura komuni. Il-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi kritiċi għandha tiġi eżaminata fi ħdan qafas komuni. Skemi bilaterali għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika jikkostitwixxu mezzi stabbiliti u effiċjenti ħafna biex tiġi ttrattata l-infrastruttura kritika transkonfinali. L-EPCIP għandu jibni fuq din il-kooperazzjoni.
(5) Hemm ċertu numru ta' infrastrutturi kritiċi fil-Komunità, li l-interruzzjoni tagħhom kieku tolqot tliet Stati Membri jew aktar jew tallinqas żewġStatiMembrioħra għajr dak li fih tinsab l-infrastruttura kritika. Dan jista' jkollu effetti transkonfinali fuq setturi differenti, minħabba dipendenza bejn infrastrutturi konnessi. Dawn l-infrastrutturi kritiċi Ewropej għandhom jiġu identifikati permezz ta' proċedura komuni. Fuq il-bażi ta' kriterji komuni għandha titfassal lista ta' setturi prijoritarji b'infrastruttura kritika Ewropea. Għandu jiġi stabbilit qafas ta' azzjoni komuni għall-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi kritiċi Ewropej li jqiegħdu l-Istati Membri fil-qagħda li jnaqqsu l-perikli potenzjali għall-infrastruttura kritika fuq it-territorju tagħhom billi jieħdu l-miżuri adattati.Skemi bilaterali għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika jikkostitwixxu mezzi stabbiliti u effiċjenti ħafna biex jitrattaw l-infrastruttura kritika transkonfinali. L-EPCIP għandu jibni fuq din il-koperazzjoni.
Emenda 7
Premessa 5 a (ġdida)
(5a) Għal ċerti oqsma diġà jeżistu għadd ta' miżuri li jirregolaw l-identifikazzjoni, l-għażla u l-ħarsien ta' infrastrutturi kritiċi. Kwalunkwe regolament futur li japplika fil-Komunità kollha m'għandux jirriżulta f'regolamentazzjoni doppja f'dawn l-oqsma fin-nuqqas ta' sigurtà akbar.
Emenda 8
Premessa 6
(6) Peress li setturi varji għandhom esperjenza partikolari, l-għarfien espert u r-rekwiżiti relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, għandu jkun hemm l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fuq livell Komunitarju, li tqis il-karatteristiċi u l-mizuri eżitenti tas-setturi partikolari, inklużi dawk fuq il-livell ta' l-UE, nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll, fejn meħtieġ, arranġamenti transkonfinali għall-għajnuna reċiproka bejn propjetarji/operaturi ta' infrastruttura kritika eżistenti. Minħabba l-involviment konsiderevoli ħafna tas-settur privat fis-sorveljanza u l-amministrazzjoni tar-riskji, pjanijiet għall-kontinwità kummerċjali u l-irkupru wara d-diżastru, il-metodu Komunitarju se jkollu bżonn iħeġġeġ l-involviment sħiħ tas-settur privat. Hemm bżonn ta' lista komuni tas-setturi ta' l-infrastruttura kritika biex l-implimentazzjoni tas-sistema għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fuq bażi settorjali, tkun aktar faċli.
(6) Peress li setturi varji għandhom esperjenza partikolari, l-għarfien espert u r-rekwiżiti relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, għandu jkun hemm l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fuq livell Komunitarju, li tqis il-karatteristiċi u l-mizuri eżitenti tas-setturi partikolari, inklużi dawk fuq il-livell ta' l-UE, nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll, fejn meħtieġ, arranġamenti transkonfinali għall-għajnuna reċiproka bejn propjetarji/operaturi ta' infrastruttura kritika eżistenti. Minħabba l-involviment konsiderevoli ħafna tas-settur privat fis-sorveljanza u l-amministrazzjoni tar-riskji, pjanijiet għall-kontinwità kummerċjali u l-irkupru wara d-diżastru, il-metodu Komunitarju għandu jiżgura l-involviment sħiħ tas-settur privat. Hemm bżonn ta' lista komuni tas-setturi ta' l-infrastruttura kritika biex l-implimentazzjoni tas-sistema għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea fuq bażi settorjali, tkun aktar faċli.
Ġustifikazzjoni
Peress li ħafna mill-infrastruttura kritika hija proprjetà privata u titmexxa privatament, l-approċċ Ewropew għandu jinvolvi bi sħiħ lis-settur privat u jinbena fuq miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti, filwaqt li jiġu kkunsidrati karatteristiċi settorjali.
Emenda 9
Premessa 6 a (ġdida)
(6a) L-infrastruttura kritika għandha titfassal b'tali mod li timminimizza kwalunkwe konnessjonijiet u lokalizzazzjoni f'pajjiżi terzi. Il-lokalizzazzjoni ta' elementi ta' infrastruttura kritika barra l-Unjoni Ewropea żżid ir-riskju ta' attakki terroristiċi b'effetti ulterjuri fuq l-infrastruttura kollha, l-aċċess għat-terroristi għad-dejta maħżuna barra l-Unjoni Ewropea, kif ukoll r-riskji ta' nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b'hekk dan iwassal biex l-infrastruttura kollha tkun aktar vulnerabbli.
Ġustifikazzjoni
Il-każ riċenti tas-SWIFT wera li d-dejta kritika teħtieġ li tiġi mħarsa minn użu illegali minn awtoritajiet barranin jew individwi privati.
Emenda 10
Premessa 7
(7) Kull propjetarju/operatur ta' l-infrastruttura kritika Ewropea għandu jwaqqaf Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi li jidentifika l-assi kritiċi u jistabbilixxi s-soluzzjonijiet ta' sigurtà rilevanti għall-ħarsien tagħhom. Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jqis il-vulnerabilità, il-valutazzjonijiet tat-theddid u r-riskji, kif ukoll informazzjoni oħra rilevanti pprovduta mill-Istati Membri.
(7) Kull propjetarju/operatur ta' l-infrastruttura kritika Ewropea għandu jwaqqaf Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi li jidentifika l-assi kritiċi u jistabbilixxi s-soluzzjonijiet ta' sigurtà rilevanti għall-ħarsien tagħhom. Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jqis il-vulnerabilità, il-valutazzjonijiet dwar it-theddid u r-riskji, kif ukoll informazzjoni oħra rilevanti pprovduta mill-Istati Membri.Dawn il-Pjanijiet tas-Sigurtà għall-Operaturi għandhom jiġu mgħoddija lill-Punt ta' Kuntatt tas-CIP fl-Istati Membri. Il-konformità ma' miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti tista' tissodisfa r-rekwiżit għat-twaqqif u l-aġġornament ta' Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi.
Emenda 11
Premessa 8
(8) Kull propjetarju/operatur ta' l-infrastrutturi kritiċi Ewropej għandu jinnomina Uffiċjal għall-Koperazzjoni fis-Sigurtà biex il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika tkun aktar faċli.
(8) Kull propjetarju/operatur ta' l-infrastrutturi kritiċi Ewropej għandu jinnomina Uffiċjal għall-Kooperazzjoni fis-Sigurtà biex il-koperazzjoni u l-komunikazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika tkun aktar faċli. Il-konformità ma' miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti tista' tissodisfa r-rekwiżit li jiġi nominat Uffiċjal għall-Koperazzjoni fis-Sigurtà.
Ġustifikazzjoni
L-approċċ Komunitarju għandu jkun mibni fuq miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti filwaqt li jiġu kkunsidrati karatteristiċi settorjali. Kontradizzjonijiet jew duplikazzjonijiet għandhom ikunu evitati akkost ta' kollox.
Emenda 12
Premessa 10
(10) Biex it-titjib fil-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea ikun aktar faċli, għandhom jiġu żviluppati metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-vulnerabilitajiet, it-theddid u r-riskji għall-assi infrastrutturali.
(10) Biex it-titjib fil-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea ikun aktar faċli, għandhom jiġu żviluppati u implimentati metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tat-theddid u r-riskji għalvulnerabilitajiet strutturali li jaffettwaw l-assi infrastrutturali.
Ġustifikazzjoni
Ħtieġa ta' aktar preċiżjoni.
Emenda 13
Premessa 11
(11) Huwa biss qafas komuni li jista' jipprovdi l-bażi neċessarja għall-implimentazzjoni koerenti ta' miżuri għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea u jipprovdi definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet rispettivi tal-partijiet kollha kkonċernati. Il-propjetarji/operaturi ta' l-infrastruttura kritika Ewropea għandhom ikunu mogħtija aċċess għall-aħjar prassi u għall-metodoloġiji dwar il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
(11) Bid-definizzjoni tar-responsabilitajiet rispettivi tal-partijiet kollha kkonċernati, qafas komuni jista' jipprovdi l-bażi neċessarja għall-implimentazzjoni koerenti ta' miżuri għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea. L-Istati Membri u l-propjetarji/operaturi ta' l-infrastruttura kritika Ewropea għandhom ikunu mogħtija aċċess għall-aħjar prassi u għall-metodoloġiji dwar il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Ġustifikazzjoni
Il-kliem tal-premessa oriġinali huwa qawwi wisq.
Emenda 14
Premessa 12
(12) Il-ħarsien effettiv ta' l-infrastruttura kritika teħtieġ il-komunikazzjoini, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fuq livell nazzjonali u Komunitarju. L-aħjar mod kif dan jista' jintlaħaq huwa permezz ta' l-għażla ta' Punti ta' Kuntatt tas-CIP f'kull Stat Membru, li għandhom jikkoordinaw il-kwistjonijiet tas-CIP internament, kif ukoll ma' l-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni.
(12) Il-ħarsien effettiv ta' l-infrastruttura kritika Ewropea teħtieġ il-komunikazzjoini, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fuq livell nazzjonali u Komunitarju. L-aħjar mod kif dan jista' jintlaħaq huwa permezz ta' l-għażla ta' Punti ta' Kuntatt tas-ECIP f'kull Stat Membru, li għandhom jikkoordinaw il-kwistjonijiet tas-CIP internament, kif ukoll ma' l-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni.
Emenda 15
Premessa 13
(13) Biex jiġu żviluppati attivitajiet relatati mal-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika f'oqsma li jirrikjedu ċertu livell ta' kunfidenzjalità, huwa xieraq li jiġi aċċertat li l-skambju ta' l-informazzjoni jkun koerenti u żgurat fil-qafas tad-Direttiva. Ċertu Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika huwa tali li jekk jiġi żvelat inaqqas mill-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika. Fatti speċifiċi dwar assi ta' l-infrastruttura kritika, li jistgħu jiġu wżati għall-pjanijiet u azzjonijiet, bl-għan li jiġu kkawżati konsegwenzi mhux aċċetabbli għall-installazzjonijiet ta' l-infrastruttura kritika għandhom ikunu kwalifikati u l-aċċess għalihom għandu jingħata biss lil min għandu bżonn l-għarfien partikolari, kemm fuq livell Komunitarju kif ukoll fuq livell ta' Stat Membru.
(13) Biex jiġu żviluppati attivitajiet relatati mal-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea f'oqsma li jirrikjedu ċertu livell ta' kunfidenzjalità, huwa xieraq li jiġi aċċertat li l-skambju ta' l-informazzjoni jkun koerenti u żgurat fil-qafas tad-Direttiva. Ċertu Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea huwa tali li jekk jiġi żvelat inaqqas mill-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika. Fatti speċifiċi dwar assi ta' l-infrastruttura kritika, li jistgħu jiġu wżati għall-pjanijiet u azzjonijiet, bl-għan li jiġu kkawżati konsegwenzi mhux aċċetabbli għall-installazzjonijiet ta' l-infrastruttura kritika għandhom ikunu kwalifikati u l-aċċess għalihom għandu jingħata biss lil min għandu bżonn l-għarfien partikolari, kemm fuq livell Komunitarju kif ukoll fuq livell ta' Stat Membru.
Emenda 16
Premessa 14
(14) L-iskambju ta' l-informazzjoni dwar l-Infrastruttura Kritika għandu jsir f'atmosfera ta' fiduċja u sigurtà. L-iskambju ta' l-informazzjoni jirrikjedi relazzjoni ta' fiduċja tant li l-kumpaniji u l-organizazzjonijiet ikunu jafu li l-informazzjoni sensittiva tagħhom se tkun imħarsa b'mod xieraq. Biex jiġi mħeġġeġ l-iskambju ta' l-informazzjoni, għandu jkun ċar għall-industrija li l-benefiċċji li joħorġu mill-għoti ta' l-informazzjoni relatata ma' l-Infrastruttura Kritika huma akbar mill-ispejjeż għall-industrija u għas-soċjetà b'mod ġenerali. L-iskambju ta' informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika għandha għalhekk tiġi mħeġġa.
(14) L-iskambju ta' l-informazzjoni dwar l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandu jsir f'atmosfera ta' fiduċja u sigurtà. L-iskambju ta' l-informazzjoni jirrikjedi relazzjoni ta' fiduċja tant li l-kumpaniji u l-organizazzjonijiet ikunu jafu li l-informazzjoni sensittiva tagħhom ser tkun imħarsa b'mod xieraq.
Ġustifikazzjoni
Mhux xieraq.
Emenda 17
Premessa 15
(15) Din id-Direttiva tikkumplimenta miżuri settorjali eżistenti fuq il-livell Komunitarju u fl-Istati Membri. Fejn diġà jeżistu mekkaniżmi Komunitarji, dawn għandhom ikomplu jintużaw u se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ġenerali ta' din id-Direttiva.
(15) Din id-Direttiva tikkumplimenta miżuri settorjali eżistenti fuq il-livell Komunitarju u fl-Istati Membri. Fejn diġà jeżistu mekkaniżmi u leġiżlazzjoni Komunitarja, dawn għandhom jiġu implimentati u applikati sabiex jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza pubblika.B'dan il-mod, irduppjar u kontradizzjonijiet ma' din id-Direttiva u l-impożizzjoni ta' spejjeż addizzjonali mingħajr ma dan iwassal għal sikurezza ulterjuri għandhom jiġu evitati.
Ġustifikazzjoni
Din mhux biss dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva. Pjuttost, l-għan għandu jkun dak li ssir kontribuzzjoni għas-sikurezza pubblika. Il-proċess addizzjonali dwar l-evitar ta' rduppjar u ta' kontradizzjonijiet huwa maħsub biex jiżgura li r-regoli jkollhom l-effett mixtieq. Sistema konsistenti u effiċjenti li ma tfixkilx lilha nnifisha hija għaldaqstant essenzjali. Apparti dan, piżijiet burokratiċi żejda mingħajr qligħ rigward sikurezza għandhom jiġu evitati.
Emenda 18
Premessa 17
(17) Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, partikolarment it-twaqqif ta' proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej u ta' sistema komuni għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi, ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni, jiġu milħuqa aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, skond l-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalita, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawnl-għanijiet.
(17) Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, partikolarment it-twaqqif ta' proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' setturi ta' prijorità ma' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej u ta' sistema komuni għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi, ma jistgħux jintlaħqu fil-każijiet kollha b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni, jiġu milħuqa aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, skond l-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalita, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet. Rigward il-proporzjonalità, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-aċċettabilità finanzjarja għall-proprjetarji jew operaturi u għall-Istati Membri.
Emenda 19
Artikolu 1
Din id-Direttiva twaqqaf proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' Infrastrutturi Kritiċi Ewropej, u metodu komuni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi.
Din id-Direttiva twaqqaf proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' setturi ta' prijorità ma' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej, u metodu komuni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi.
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa jinnotifikaw l-infrastruttura kritika speċifika tagħhom lill-Kummissjoni billi dan imur kontra l-interessi tas-sigurtà nazzjonali. Elenku Ewropew ta' l-infrastruttura kritika ma għandhiex tiġi prodotta f'din il-forma aggregata.
Emenda 20
Artikolu 2, punt (b)
b) “Infrastruttura Kritika Ewropea” tfisser dawk l-infrastrutturi kritiċi li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt serju fuq żewġ Stati Membri jew aktar, jew fuq Stat Membru wieħed jekk l-infrastruttra kritika tinsab fi Stat Membru ieħor. Dan jinkludi l-effetti li jirriżultaw minn dipendenzi bejn is-setturi fuq tipi oħra ta' infrastruttura;
b) “Infrastruttura Kritika Ewropea” tfisser dawk l-infrastrutturi kritiċi li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt serju fuq tliet Stati Membri jew aktar, jew fuq mill-anqas żewġStati Membri jekk l-infrastruttra kritika tinsab fi Stat Membru ieħor. Dan jinkludi l-effetti li jirriżultaw minn dipendenzi bejn is-setturi fuq tipi oħra ta' infrastruttura.
Ġustifikazzjoni
Approċċ Ewropew hu ġustifikat jekk jiġu affetwati tallinqas tliet Stati Membri jew tallinqas żewġ Stati Membri minbarra dak li fih tinsab l-infrastruttura kritika.
Emenda 21
Artikolu 2, Punt (d)
d) "vulnerabilità" tfisser karatteristika ta' element tat-tfassil, ta' l-implimentazzjoni jew ta' l-operazzjoni ta' l-infrastruttura kritika li tesponiha għall-interruzzjoni jew il-qerda minn theddida li tinkludi dipendenzi fuq tipi oħra ta' infrastruttura;
d) "vulnerabilità strutturali" tfisser karatteristika ta' element tat-tfassil, ta' l-implimentazzjoni jew ta' l-operazzjoni ta' l-infrastruttura kritika li tesponiha għall-interruzzjoni jew il-qerda minn theddida li tinkludi dipendenzi fuq tipi oħra ta' infrastruttura;
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu u l-adozzjoni tagħha tiddetermina tibdil tekniku fit-test kollu kemm hu.)
Ġustifikazzjoni
Kjarifika meħtieġa.
Emenda 22
Artikolu 3, Paragrafu 1
1. Il-kriterji trażversali jew settorjali li għandhom jiġu wżati għall-identifikazzjoni ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jiġu adotttati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3). Jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
1. Il-kriterji trażversali jew settorjali li għandhom jiġu użati għall-identifikazzjoni ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jiġu mibnija fuq kriterji ta' ħarsien eżistenti u għandhom jiġuadottatiu emendati skond l-Artikolu 308 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 203 tat-Trattat tal-Euratom.
Il-kriterji trażversali li japplikaw b'mod orizzontali għall-infrastrutturi kritiċi kollha għandhom jiġu żviluppati b'kunsiderazzjoni għas-severità ta' l-effett ta' interruzzjoni jew qerda ta' infrastruttura partikolari. Għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn [sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Il-kriterji trażversali li japplikaw b'mod orizzontali għall-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej kollha għandhom jiġu żviluppati b'kunsiderazzjoni għas-severità ta' l-effett ta' interruzzjoni jew qerda ta' infrastruttura partikolari. Għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn [sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Il-kriterji settorjali għandhom jiġu żviluppati għas-setturi l-aktar importanti b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi ta' setturi ta' infrastruttura kritika individwali li jinkludu, kif jixraq, il-partijiet ikkonċernati rilevanti. Għandhom jiġu adottati għal kull settur bi prijorità sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-għażla bħala settur bi prijorità.
Il-kriterji settorjali għandhom jiġu żviluppati għas-setturi l-aktar importanti u jiġu mibnija fuq miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi ta' setturi ta' infrastruttura kritika individwali li jinkludu l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha peress li s-setturi għandhom l-esperjenza, il-kompetenza u r-rekwiżiti partikolari dwar il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika tagħhom. Għandhom jiġu adottati għal kull settur bi prijorità sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-għażla bħala settur bi prijorità.
Fejn il-mekkaniżmi tal-Komunità jkunu diġà stabbiliti, dawn għandhom jibqgħu jintużaw. Id-duplikazzjonijiet ta' atti jew dispożizzjonijiet differenti, jew il-kontradizzjonijiet bejniethom, għandhom ikunu evitati akkost ta' kollox.
Emenda 23
Artikolu 3, Paragrafu 2
2. Is-setturi bi projorità li għandhom jintużaw għall-għanijiet ta' żvilupp ta' kriterji misjuba fil-paragrafu 1 għandhom jiġu identifikati mill-Kummissjoni fuq bażi annwali minn fost dawk elenkati fl-Anness I.
imħassar
L-Anness I jista' jiġi emendat skond il-proċedura msemmija fl-artikolu 11(3) sakemm din id-Direttiva ma tingħatax għan aktar wiesgħa.
Ġustifikazzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni ma fihiex dispożizzjonijiet biex l-Istati Membri jinfluwenzaw l-għażla tas-setturi bi prijorità. Madankollu, billi l-Istati Membri jġorru r-responsabilità aħħarija għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, għandhom ikunu huma li jagħżlu s-setturi bi prijorità. Ħadd ħliefhom ma jista' jiġġudika aħjar liema setturi huma ta' importanza għal pajjiżhom.
Emenda 24
Artikolu 3, Paragrafu 3
3. Kull Stat Membru għandu jidentifika l-infrastrutturi kritiċi li jinsabu fit-territorju tiegħu kif ukoll l-infrastrutturi kritiċi barra mit-territorju li jista' jkollhom impatt fuqu, li jissodisfaw il-kriterji adottati skond il-paragrafi 1 u 2.
3. Kull Stat Membru għandu jidentifika l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej possibbli li jinsabu fit-territorju tiegħu kif ukoll l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej possibbli barra mit-territorju li jista' jkollhom impatt fuqu, li jissodisfaw il-kriterji adottati skond il-Paragrafi 1 u 2, sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-adozzjoni tal-kriterji rilevanti u fuq bażi regolari wara dik id-data.
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-infrastrutturi kritiċi identifikati b'dan il-mod sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-adozzjoni tal-kriterji rilevanti u fuq bażi regolari wara dik id-data.
Emenda 25
Artikolu 4, Titolu
L-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea
L-identifikazzjoni u l-għażla tas-setturi bi prijorità
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-infrastruttura kritika speċifika tagħhom billi dan imur kontra l-interessi tas-sigurtà nazzjonali. Madankollu, billi l-Istati Membri jġorru r-responsabilità aħħarija għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, għandhom ikunu huma li jagħżlu s-setturi bi prijorità u kull m'għandhom jagħmlu hu li jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom.
Emenda 26
Artikolu 4, Paragrafu -1 (ġdid)
-1. Kull Stat Membru għandu jidentifika s-setturi bi prijorità fi ħdan it-territorju tiegħu, kif ukoll dawk barra t-territorju tiegħu li jista' jkollhom effett fuqu, u li għandhom jintużaw għall-iskopijiet ta' l-iżvilupp tal-kriterji adottati skond l-Artikolu 3(1) u (2).
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-infrastrutturi kritiċi identifikati b'dan il-mod sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-adozzjoni tal-kriterji rilevanti u fuq bażi regolari wara dik id-data.
Ġustifikazzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni ma fihiex dispożizzjonijiet biex l-Istati Membri jinfluwenzaw l-għażla tas-setturi bi prijorità. Madankollu, billi l-Istati Membri jġorru r-responsabilità aħħarija għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, għandhom ikunu huma li jagħżlu s-setturi bi prijorità. Ħadd ħliefhom ma jista' jiġġudika aħjar liema setturi huma ta' importanza għal pajjiżhom.
Emenda 27
Artikolu 4, Paragrafu 1
1. Abbażi tan-notifikazzjonijiet magħmula skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3(3) u ta' kwalumkwe informazzjoni li għandha disponibbli, il-Kummissjoni għandha tipproponi lista ta' l-infrastrutturi kritiċi li għandhom jiġu magħżula bħala Infrastrutturi Kritiċi Ewropej.
1. Abbażi tan-notifikazzjonijiet magħmula skond il-Paragrafu -1 u ta' kwalunkwe informazzjoni li għandha disponibbli, il-Kummissjoni għandha tipproponi lista tas-setturi bi prijorità b'infrastruttura kritika.
Emenda 28
Artikolu 4, Paragrafu 1 a (ġdid)
1a.L-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jitfasslu b'tali mod li jimminimizzaw kwalunkwe konnessjoni ma' pajjiżi terzi kif ukoll kwalunkwe lokalizzazzjoni fihom.
Ġustifikazzjoni
Il-każ riċenti tas-SWIFT wera li d-dejta kritika teħtieġ li titħares minn użu illegali minn awtoritajiet barranin jew parteċipanti privati.
Emenda 29
Artikolu 4, Paragrafu 2
2. Il-lista ta' infrastrutturi kritiċi magħżula bħala Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandha tiġi adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
2. Il-lista tas-setturi bi prijorità bl-infrastruttura kritika għandha tiġi adottata u emendata mill-Kunsill.
Il-lista tista' tiġi emendata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
Emenda 30
Artikolu 4, Paragrafu 2 a (ġdid)
2a. L-ipproċessar tad-dejta personali li jsir b'mod dirett jew permezz ta' intermedjarju mill-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej, u meħtieġ għall-attivitajiet tagħhom, għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi rigward l-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dejta bħal din(2) kif ukoll tal-prinċipji applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-ipproċessar tad-dejta għandu jsir fl-Unjoni Ewropea u kwalunkwe duplikazzjoni tad-dejta m'hijiex permessa f'pajjiżi terzi għal raġunijiet ta' sigurtà.
Ġustifikazzjoni
Il-każ riċenti tas-SWIFT wera li d-dejta kritika teħtieġ li titħares minn użu illegali minn awtoritajiet barranin jew parteċipanti privati.
Emenda 31
Artikolu 5, Paragrafi 1 u 2
1. Kull Stat Membru għandu jesiġi li l-propjetarji/operaturi ta' kull Infrastruttura Kritika Ewropea misjuba fit-territorju tiegħu, jistabbilixxu u jaġġornaw Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi li għandu jiġi reveduta kull sentejn.
1. Kull Stat Membru għandu jesiġi li l-propjetarji/operaturi ta' kull Infrastruttura Kritika Ewropea misjuba fit-territorju tiegħu, jistabbilixxu u jaġġornaw Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi li għandu jiġi rivedut kull sentejn.
Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jadottaw lista tal-miżuri protettivi eżistenti li japplikaw għas-setturi speċifiċi mniżżla fl-Anness I. Il-konformità ma' xi miżura ta' protezzjoni mniżżla fil-lista, jew ma' aktar minn waħda, tissodisfa r-rekwiżit biex jiġi stabbilit u aġġornat Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi.
2. Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jidentifika l-assi ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u jistabbilixxi soluzzjonijiet rilevanti ta' sigurtà għall-ħarsien tagħhom skond l-Anness II. Jistgħu jiġu adottati rekwiżiti speċifiċi għas-settur partikolari relatati mal-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi u dan b'kunsiderazzjoni għall-miżuri tal-Komunità, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
Filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-osservanza ta' miżuri applikabbli għal setturi partikolari elenkati fl-Anness I tissodisfa r-rekwiżiti biex tistabbilixxi u taġġorna Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi.
2. Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jidentifika l-assi ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u jistabbilixxi soluzzjonijiet rilevanti ta' sigurtà għall-ħarsien tagħhom skond l-Anness II. Jistgħu jiġu adottati mill-Kunsill rekwiżiti speċifiċi għas-settur partikolari relatati mal-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi u dan b'kunsiderazzjoni għall-miżuri tal-Komunità.
Emenda 32
Artikolu 5, Paragrafu 3
3. Il-propjetarju/operatur ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandu jissottometti Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi lill-awtoritàta' l-Istat Membru rilevanti fi żmien sena mill-għażla ta' l-infrastruttura kritika bħala Infrastruttura Kritika Ewropea.
3. Il-propjetarju/operatur ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea għandu jissottometti Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi lill-Punt ta' Kuntatt tas-CIP rilevanti fi żmien sena mill-għażla ta' l-infrastruttura kritika bħala Infrastruttura Kritika Ewropea.
Fejn ir-rekwiżiti speċifiċi għal settur partikolari dwar Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi jiġu adottati skond il-paragrafu 2, il-pjan tas-sigurtà għall-operaturi għandu jkun sottomess biss lill-awtorità ta' l-Istat Membru relattiv fi żmien sena mill-adozzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur partikolari.
Fejn ir-rekwiżiti speċifiċi għal settur partikolari dwar Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi jiġu adottati skond il-Paragrafu 2, il-pjan tas-sigurtà għall-operaturi għandu jkun sottomess biss lill-Punt ta' Kuntatt tas-CIP rilevanti fi żmien sena mill-adozzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur partikolari.
Ġustifikazzjoni
Il-prinċipju tal-'one-stop-shop'.
Emenda 33
Artikolu 5, Paragrafu 5
5. Il-konformità mad-Direttiva Nru 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet diġà tilħaq ir-rekwiżit li twaqqaf Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi.
imħassar
Ġustifikazzjoni
Jekk issemmi wieħed, teskludi oħrajn. Ara ż-żieda proposta għall-Paragrafu 1.
Emenda 34
Artikolu 6, Paragrafu 1
1. Kull Stat Membru għandu jeżiġi li l-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej li jinsabu fit-territorju tiegħu jinnominaw Uffiċjal għall-Koordinazzjoni fis-Sigurtà bħala punt ta' kuntatt għall-kwistjonijiet relatati mas-sigurtà bejn il-propjetarju/operatur ta' l-infrastruttura u l-awtoritajiet għall-ħarsien ta' l-infrstruttura kritika rilevanti fl-Istat Membru. L-Uffiċjal għall-Koordinazzjoni fis-Sigurtà għandu jkun nominat fi żmien sena mill-għażla ta' l-infrastruttura kritika bħala Infrastruttura Kritika Ewropea.
1. Kull Stat Membru għandu jeżiġi li l-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej li jinsabu fit-territorju tiegħu jinnominaw Uffiċjal għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà bħala punt ta' kuntatt għall-kwistjonijiet relatati mas-sigurtà bejn il-propjetarju/operatur ta' l-infrastruttura u l-Punt ta' Kuntatt tas-CIP fl-Istat Membru. L-Uffiċjal għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà għandu jkun nominat fi żmien sena mill-għażla ta' l-infrastruttura kritika bħala Infrastruttura Kritika Ewropea.
Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jadottaw lista tal-miżuri protettivi eżistenti li japplikaw għas-setturi speċifiċi mniżżla fl-Anness I. Il-konformità ma' xi miżura ta' protezzjoni mniżżla fil-lista, jew ma' aktar minn waħda, tissodisfa r-rekwiżit biex jiġi nominat Uffiċjal għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà.
Emenda 35
Artikolu 6, Paragrafu 2
2. Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-informazzjoni rilevanti dwar ir-riskji u t-theddid identifikati lill-Uffiċjali għall-Koordinazzjoni fis-Sigurtà ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea relattiva.
2. Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-informazzjoni rilevanti dwar ir-riskji u t-theddid identifikati lill-Uffiċjali għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea relattiva permezz tal-Punt ta' Kuntatt nazzjonali tas-CIP.
Ġustifikazzjoni
Il-prinċipju tal-'one-stop-shop'. Il-piż amministrattiv għandu jkun limitat kemm jista' jkun.
Emenda 36
Artikolu 7, Paragrafu 2
2. Kull Stat Membru għandu jirraporta lill-Kummissjoni fil-qosor, fuq it-tipi ta' vulnerabilitajiet, theddid u riskji li ltaqa' magħhom f'kull settur imsemmi fl-Anness I fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni tal-lista misjuba fl-Artikolu 4(2) et seq fuq bażi regolari, kull sentejn.
2. Kull Stat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni fil-qosor, fuq it-tipi ta' vulnerabilitajiet strutturali, theddid u riskji li ltaqa' magħhom fl-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni tal-lista misjuba fl-Artikolu 4(2) u minn dik id-data 'l hemm, fuq bażi regolari, kull sentejn.
Qafas komuni għal dawn ir-rapporti għandu jkun żviluppat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
Qafas komuni għal dawn ir-rapporti għandu jkun żviluppat mill-Kummissjoni u approvat mill-Kunsill.
Emenda 37
Artikolu 7, Paragrafu 3
3. Il-Kummissjoni għandha teżamina fuq bażi settorjali jekk tezistix il-ħtieġa ta' miżuri għall-ħarsien speċifiku ta' l-Infarstrutturi Kritiċi Ewropej.
3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jeżaminaw fuq bażi settorjali jekk teżistix il-ħtieġa ta' miżuri għall-ħarsien speċifiku ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej. F'dan il-kuntest għandha titqies il-prassi tajba eżistenti, kif ukoll il-metodoloġiji.
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri għandhom ikunu involuti fl-evalwazzjoni tas-setturi kritiċi.
Emenda 38
Artikolu 7, Paragrafu 4
4. Metodoloġiji komuni għall-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltajiet, theddid u riskji relatati ma' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej jistgħu jiġu żviluppati fuq bażi settorjali skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
4. Jekk jitqies li jkun meħtieġ, metodoloġiji komuni ta' valutazzjonijiet tal-vulnerabilitàstrutturali, theddid u riskji relatati ma' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej jistgħu jiġu żviluppati fuq bażi settorjali. Metodoloġiji komuni bħal dawn għandhom jieħdu konsiderazzjoni tal-metodoloġiji eżistenti.
Emenda 39
Artikolu 8
Il-Kummissjoni għandha tappoġja lill-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej billi tagħti aċċess għall-aħjar prassi eżistenti u għall-metodoloġiji relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membrigħandhom jappoġġjaw lill-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej billi jagħtu aċċess għall-aħjar prassi eżistenti u għall-metodoloġiji relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Emenda 40
Artikolu 10, Paragrafu 2
2. Kull persuna li għandha aċċess u tħaddem, għan-nom ta' Stat Membru, l-informazzjoni kunfidenzjali skond din id-Direttiva għandu jkollha livell xieraq ta' skrutinju mill-Istat Membru ikkonċernat dwar dak li għandu x'jaqsam ma' sigurtà.
2. Kull persuna li għandha aċċess u tħaddem, għan-nom ta' Stat Membru, l-informazzjoni kunfidenzjali skond din id-Direttiva għandu jkollha l-aħjar livell ta' skrutinju mill-Istat Membru kkonċernat dwar dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà.
Emenda 41
Artikolu 10, Paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika sottomessa lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni, ma tintużax għal għan ieħor għajr il-ħarsien ta' l-infarstrutturi kritiċi.
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-Informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea sottomessa lilhom, ma tintużax għal għan ieħor għajr il-ħarsien ta' l-Infrastrutturi KritiċiEwropej,u li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-prinċipju tal-proporzjonalità mill-perspettiva materjali, kif ukolllid-drittijiet fundamentali u lill-istituzzjonijiet li għandhom ikunu mħarsa.
Emenda 42
Artikolu 11
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn Kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' kull Punt ta' Kuntatt tas-CIP.
imħassar
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw b'konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
3. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.
4. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
Ġustifikazzjoni
Meta jinħarġu miżuri ta' implimentazzjoni jew meta jsiru skambji ta' l-aħjar prassi, għandu jsir rikors għal strutturi li diġà jeżistu fis-settur tal-prevenzjoni tad-diżastri (werkxopps, eċċ). Il-ħatra ta' kumitat ġdid m'hijiex meħtieġa.
Emenda 43
Artikolu 12, Paragrafu 1, Subparagrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex titħares id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-31 ta' Diċembru 2007. Għandhom jikkomunikaw mill-aktar fis possibbli lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex titħares id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008. Għandhom jikkomunikaw mill-aktar fis possibbli lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Ġustifikazzjoni
L-estensjoni tad-data ta' skadenza tat-traspożizzjoni hija essenzjali billi t-traspożizzjoni sa tmiem l-2007 m'hijiex realistika.
Emenda 44
Anness I, Titolu
Lista tas-Setturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi
Lista tas-Setturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi possibbli
Ġustifikazzjoni
Kjarifika.
Emenda 45
Anness I, Settur III, Sottosettur 9
Il-komunikazzjoniji u n-navigazzjoni bir-radju
Il-komunikazzjoni bir-radju, in-navigazzjoni u l-ispettri ta' identifikazzjoni permezz tal-frekwenzi tar-radju (RFID)
Emenda 46
Anness I, Settur VII, Sottosettur 19
Infrastrutturi u sistemi ta' l-ipproċessar u l-għeluq ta' pagamenti u garanziji
Infrastrutturi u sistemi ta' l-ipproċessar u l-għeluq ta' pagamenti u garanziji u l-fornituri tas-servizz tagħhom
Il-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2004 talab lill-Kummissjoni biex tipprepara strateġija ġenerali sabiex tipproteġi l-infrastruttura kritika.
Fl-20 ta' Ottubru 2004 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika fil-Ġlieda kontra t-Terroriżmu li ssuġġeriet x'jista' jtejjeb il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons Ewropew għall-attakki terroristiċi li jinvolvu Infrastrutturi Kritiċi (CI).
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "Il-Prevenzjoni, it-Tħejjija u r-Rispons għall-Attakki Terroristiċi" u l-"Programm ta' Solidarjetà ta' l-UE dwar il-Konsegwenza ta' Theddid u Attakki Terroristiċi" adottati mill-Kunsill f'Diċembru 2004 approvaw l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi Programm Ewropew għall-Protezzjoni ta' l-Infrastruttura Kritika (EPCIP) u qablu dwar it-twaqqif ta' Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) mill-Kummissjoni.
F'Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika (EPCIP) li pprovdiet għażliet politiċi dwar kif il-Kummissjoni setgħet twaqqaf l-EPCIP u s-CIWIN.
F'Diċembru 2005, il-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Intern (JHA) stieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel proposta fuq l-EPCIP sa Ġunju 2006.
Din il-proposta għal Direttiva tippreżenta l-miżuri li l-Kummissjoni qiegħda tipproponi dwar l-identifikazzjoni u n-nomina ta' Infrastrutturi Kritiċi Ewropej (ECI) u l-evalwazzjoni tal-ħtieġa li jitjieb il-ħarsien tagħhom.
Il-bażi legali għall-proposta hija l-Artikolu 308 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Inġabret informazzjoni mill-partijiet rilevanti kollha kkonċernati.
Billi bħalissa ma jeżistux dispożizzjonijiet orizzontali dwar il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fuq il-livell ta' l-UE, il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-ħsieb li toħloq qafas orizzontali għall-identifikazzjoni u n-nomina ta' Infrastrutturi Kritiċi Ewropej u għall-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet għat-titjib tal-ħarsien tagħhom.
Wara l-proposta tal-Kummissjoni, qafas komuni biss, permezz ta' direttiva, jista' jipprovdi l-bażi meħtieġa għall-implimentazzjoni koerenti u uniformi ta' miżuri biex jitjieb il-ħarsien ta' l-ECI, kif ukoll biex jiddefinixxi b'mod ċar ir-responsabilitajiet rispettivi tal-partijiet ikkonċernati ta' l-ECI. Miżuri volontarji li ma jorbtux, filwaqt li huma flessibbli, ma jipprovdux il-pedament stabbli meħtieġ billi ma jipprovdux biżżejjed kjarezza dwar min jagħmel xiex, u lanqas jikkjarifikaw id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet ikkonċernati ta' l-ECI li huma involuti.
IL-POŻIZZJONI TAR-RAPPORTEUR:
Ir-Rapporteur tappoġġja l-idea ta' qafas komuni. Fis-sew, il-ħsara jew it-telf ta' biċċa mill-infrastruttura fi Stat Membru jista' jkollha effetti negattivi fuq diversi oħrajn u fuq l-ekonomija Ewropea b'mod ġenerali. It-teknoloġiji ġodda (pereżempju, l-internet) u l-liberalizzazzjoni tas-suq (pereżempju, fil-provvista ta' l-elettriku u l-gass) ifissru li ħafna mill-infrastruttura hija parti minn netwerk ikbar. F'sitwazzjoni bħal din il-miżuri ta' ħarsien huma b'saħħithom biss daqs l-iktar ħolqa dgħajfa tagħhom.
Il-vulnerabilità ta' l-infrastrutturi kritiċi u l-vulnerabilità tas-servizzi li mbagħad jagħtu, jirrikjedu azzjoni. U l-ħarsien effettiv ta' l-infrastrutturi kritiċi u tas-servizzi vulnerabbli jirrikjedi l-komunikazzjoni, il-koordinazzjoni u l-koperazzjoni - fuq il-livell nazzjonali u fuq il-livell ta' l-UE, tal-partijiet rilevanti kollha kkonċernati.
Barra minn hekk, l-esperjenzi tal-passat jgħidulna li jekk iseħħ attakk terroristiku, il-Kapijiet ta' l-Istati ta' l-UE jitolbu proposti ġodda ta' sigurtà fi żmien tmienja u erbgħin siegħa, u b'hekk idgħajfu l-kwalità tal-proposti li jistgħu jsiru. Jew agħar, joħorġu b'miżuri li huma sproporzjonati u mingħajr trasparenza bħal, pereżempju, il-miżuri li jillimitaw l-likwidi abbord l-ajruplani.
It-twaqqif ta' dispożizzjonijiet orizzontali fuq il-livell ta' l-UE, li bihom il-proċessi u l-interazzjonijiet kumplessi ta' infrastrutturi kritiċi b'dimensjoni transnazzjonali jiġu kkunsidrati, huwa għalhekk il-kawża ta' tħassib leġittimu.
Madankollu, fl-istess ħin, għandu jkun rikonoxxut li l-UE għandha tappoġġja u mhux tidduplika l-ħidma ta' l-Istati Membri. Għandu jittieħed approċċ axxendenti, filwaqt li jiġi kkunsidrat li s-servizzi nazzjonali huma dawk li l-aktar jafu x'qiegħed jiġri f'pajjiżhom.
Wara dan kollu, ir-Rapporteur hi ta' l-opinjoni li l-approċċ Komunitarju jista' jkun ġustifikat biss jekk għall-inqas tliet Stati Membri jiġu affettwati, jew għall-inqas żewġ Stati Membri, minbarra dak li fih tkun tinsab l-infrastruttura kritika.
Hija tqis li huwa importanti li tfakkar li r-responsabilità għall-ħarsien ta' l-infrastrutturi kritiċi taqa' l-ewwelnett u fl-aħħarnett fuq l-Istati Membri u l-propjetarji/l-operaturi ta' l-infrastrutturi kritiċi. U billi s-settur privat għandu l-esperjenza, il-kompetenza u r-rekwiżiti partikolari għall-ħarsien ta' l-infrastrutturi kritiċi tagħhom, huwa ta' importanza kbira li s-settur privat jiġi involut bis-sħiħ.
Barra minn hekk, ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza li d-duplikazzjoni ta' atti jew dispożizzjonijiet differenti, jew il-kontradizzjoni bejniethom, għandha tiġi evitata akkost ta' kollox. Il-metodoloġiji komuni possibbli u futuri ta' l-evalwazzjoni, jekk tinħass il-ħtieġa għalihom, għandhom għalhekk jieħdu konsiderazzjoni tal-metodoloġiji eżistenti. Il-kriterji trażversali jew settorjali għandhom għalhekk jinbnew fuq il-miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tas-setturi ta' l-infrastruttura kritika individwali. Fejn il-mekkaniżmi Komunitarji diġà huma stabbiliti, għandhom ikomplu jintużaw. U l-konformità ma' waħda jew aktar mill-miżuri ta' ħarsien eżistenti tista' tissodisfa r-rekwiżit għat-twaqqif u l-aġġornament ta' Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi u/jew ir-rekwiżit biex jiġi nominat Uffiċjal għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà.
Fl-aħħar, ir-Rapporteur temmen li l-piż amministrattiv għandu jkun limitat kemm jista' jkun, b'rispett fost l-oħrajn għall-prinċipju tal-'One-stop-shop'.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (6.6.2007)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib tal-ħarsien tagħhom
Il-Kummissjoni ressqet proposta dwar miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitjieb l-immaniġġjar tal-kriżijiet fl-Ewropa fuq il-bażi tal-Programm ta' l-Aja tal-5 ta' Novembru 2005, li jinkludi kemm l-immaniġġjar effiċjenti tal-kriżijiet li jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar, it-tijib tal-protezzjoni ċivili fil-każ ta' diżastri u l-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika (CIP) fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u fuq il-bażi tal-ħidma preparatorja tal-Kummissjoni b'rabta mal-Green Paper tas-17 ta' Novembru 2005.
L- infrastrutturi kritiċi huma dawk il-faċilitajiet fiżiċi u tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni, netwerks, servizzi u assi li, jekk jiġu interroti jew meqruda, ikollhom impatt serju fuq is-saħħa, is-sikurezza u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini jew fuq il-ħidma effiċjenti tal-gvernijiet fl-Istati Membri. L-insfrastrutturi kritiċi jinsabu f'bosta oqsma ta' l-ekonomija, inkluż fis-settur bankarju u finanzjarju, fit-trasport u fid-distribuzzjoni, fl-oqsma ta' l-enerġija, tas-servizzi, tas-saħħa, tal-forniment ta' l-ikel u tal-komunikazzjoni kif ukoll fis-servizzi importanti tal-gvern.
Is-CIP ta' l-UE, flimkien mas-sigurtà interna, hija kwistjoni ċentrali tas-sistema soċjali Ewropea. Il-qerda ta' l-insfrastrutturi kritiċi tista' twassal, mill-perspettiva psikoloġika, biex il-pubbliku jitlef totalment il-fiduċja fl-UE. Bħalissa, id-dispożizzjonijiet għal mekkaniżmi għall-immaniġġjar tal-kriżijiet fl-Istati Membri individwali ta' l-UE jvarjaw ħafna. Għal din ir-raġuni, il-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi li l-infrastruttura kritika fl-Ewropa tkun identifikata u magħżula skond proċedura komuni.
Sabiex ikun hemm immaniġġjar attiv tal-kriżijiet jeħtieġ li s-sistemi ta' komunikazzjoni kollha neċessarji fl-oqsma ta' l-IT u tat-telekomunikazzjoni jinżammu kif xieraq. Dawn l-oqsma għandhom infrastruttura trasversali u fl-istess ħin jikkostitwixxu infrastruttura kritika għal infrastrutturi kritiċi oħra, bħal ma huma l-oqsma tal-flus, tal-finanzi u ta' l-assikurazzjoni. Trid tittieħed azzjoni malajar fuq livell kemm tekniku u kemm istituzzjonali kontra attakk immirat fuq in-netwerk tal-kompjuters ta' l-ECB, ta' bank kbir jew fuq il-borża ta' Frankfurt.
Il-kumpaniji l-kbar m'għandhomx għażla ħlief li jaħdmu fuq livell internazzjonali. Stħarriġ Ewropew li sar fis-sena 2000 wera li aktar minn nofs il-kumpaniji kkonċernati ma kinux qed iwettqu verifiki dwar is-sigurtà. L-abbuż potenzjali tal-webservers jiffaċilita azzjonijiet minn gruppi radikali u jikkostitwixxi element essenzjali fl-użu tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni minn gruppi terroristiċi.
Infrastrutturi ta' natura internazzjonali u dawk li għalihom ftit li xejn jeżistu alternattivi huma partikularment vulnerabbli f'każ ta' diżastru. Dan il-punt dgħajjef deher b'mod evidenti ħafna waqt il-qtugħ tal-provvista ta' l-elettriku li affettwat in-netwerk Ewropew tat-trażmissjoni fl-4 ta' Novembru 2006. Minkejja l-eżistenza ta' sistemi ta' provvista ta' l-ilma nazzjonali, jistgħu jinħolqu problemi li mhumiex ta' pajjiż wieħed biss bil-provvista ta' l-ilma minn għejjun ta' taħt l-art, nixxigħat u xmajjar.
Bl-istess mod, konnessjonijiet internazzjonali ta' trasport bil-ferroviji u l-ajruporti u installazzjonijiet tas-sigurtà għat-titjiriet iridu jkunu jistgħu joqogħdu fuq il-loġistika Ewropea u fuq il-kontro-miżuri f'każ ta' kriżi.
Il-kumpaniji ta' l-assikurazzjoni u tar-rijassikurazzjoni ilhom snin jittrattaw il-kwistjoni ta' l-immaniġġjar tar-riskju, minħabba n-natura innifisha tan-negozju tagħhom. F'direttivi preċedenti, bħal pereżempju dik dwar il-pakkett ta' miżuri "Solvibilità I", diġà kellhom ikunu meqjusa l-kwistjonijiet dwar l-immaniġġjar tar-riskju għall-kumpaniji ta' l-assikurazzjoni, kemm rigward id-dejta kif ukoll rigward il-grad ta' kopertura materjali, u dawn id-dispożizzjonijiet iridu jkunu aġġornati biex iqisu r-riskju ogħla għall-pakkett "Solvibilità II". Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-assikurazzjoni, minkejja l-ħtieġa għall-proporzjonalità, għandha titqies ukoll il-possibilità ta' riskju ta' responsabilità addizzjonali, li forsi tkun trid tinġarr mill-istat.
Ir-rapporteur għal opinjoni jilqa' u jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkoordina l-miżuri ta' CIP fuq livell Ewropew. Madankollu, hemm bżonn li tkun evitata r-regolazzjoni doppja ta' miżuri settorjali eżistenti, pereżempju rigward rakkomandazzjonijiet ta' ħlas ta' garanziji, standards għall-ipproċessar u l-ħlas ta' garanziji fl-UE u standards għall-użu fl-UE ta' sistemi ta' ħlas ta' garanziji fl-operazzjonijiet ta' kreditu ta' l-ESCB.
Kombinazzjoni ta' miżuri li jorbtu flimkien ma' dawk li ma jorbtux trid tirriżulta fi proporzjon realistiku bejn l-ispiża u l-benefiċċju sabiex jinkiseb valur miżjud Ewropew.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 3
(3) F'Diċembru 2005, il-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Intern talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika (EPCIP) u ddeċidiet li għandu jkun imsejjes fuq metodu li jqis ir-riskji kollha, bil-prijorità li jegħleb it-theddid mit-terroriżmu. B'dan il-mod, theddidiet li ġejjin mill-bniedem, dawk teknoloġiċi u diżastri naturali għandhom ikunu meqjusa fil-proċess għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, iżda għandha tingħata prijorità lit-theddida mit-terroriżmu. Jekk il-livell ta' miżuri ta' ħarsien kontra theddida partikolari ta' livell għoli jinstab li huwa adattat f'settur ta' infrastruttura kritika, il-partijiet ikkonċernati għandhom jiffokaw fuq theddid ieħor li għadhom vulnerabbli għalih.
F'Diċembru 2005, il-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Intern talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika (EPCIP) u ddeċieda li għandu jkun imsejjes fuq metodu li jqis ir-riskji kollha, bil-prijorità li jegħleb it-theddid mit-terroriżmu. B'dan il-mod, theddidiet li ġejjin mill-bniedem, dawk teknoloġiċi u diżastri naturali għandhom ikunu meqjusa fil-proċess għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika. Għandhom ikunu identifikati wkoll theddidietli ġejjin mill-istrutturi, iżda għandha tingħata prijorità lit-theddida mit-terroriżmu. Jekk il-livell ta' miżuri ta' ħarsien kontra theddida partikolari ta' livell għoli jinstab li huwa adattat f'settur ta' infrastruttura kritika, il-partijiet ikkonċernati għandhom jiffokaw fuq theddid ieħor li għadhom vulnerabbli għalih.
Ġustifikazzjoni
Żieda neċessarja.
Emenda 2
Premessa 4
(4) Illum il-ġurnata r-responsabilità għall-ħarsien ta' l-infrastrutturi kritiċi taqa' l-ewwelnett fuq l-Istati Membri u l-propjetarji/operaturi ta' l-infrastrutturi kritiċi. Dan m'għandux jinbidel.
(4) Ir-responsabilità għall-ħarsien ta' l-infrastrutturi kritiċi taqa' l-ewwelnett fuq l-Istati Membri u l-propjetarji/operaturi ta' l-infrastrutturi kritiċi. Dan ma jridx jinbidel fil-futur.
Ġustifikazzjoni
Kjarifika tar-responsabilità nazzjonali.
Emenda 3
Premessa 5
(5) Hemm ċertu numru ta' infrastrutturi kritiċi fil-Komunità, li l-interuzzjoni jew il-qerda tagħhom tkun tolqot żewġ Stati Membri jew aktar jew StatMembru għajr dak li fih tinsab l-infrastruttura kritika. Dan jista' jkollu effetti transkonfinali fuq setturi differenti, minħabba dipendenza bejn infrastrutturi konnessi. Tali infrastrutturi kritiċi Ewropej għandhom jiġu identifikati u magħżula permezz ta' proċedura komuni. Il-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi kritiċi għandha tiġi eżaminata fi ħdan qafas komuni. Skemi bilaterali għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika jikkostitwixxu mezzi stabbiliti u effiċjenti ħafna biex jitrattaw l-infrastruttura kritika transkonfinali. L-EPCIP għandu jibni fuq din il-kooperazzjoni.
(5) Hemm ċertu numru ta' infrastrutturi kritiċi fil-Komunità, li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħhom tkun tolqot tliet Stati Membri jew aktar jew żewġ StatiMembri għajr dak li fih tinsab l-infrastruttura kritika. Dan jista' jkollu effetti transkonfinali fuq setturi differenti, minħabba dipendenza bejn infrastrutturi konnessi. Tali infrastrutturi kritiċi Ewropej għandhom jiġu identifikati u magħżula permezz ta' proċedura komuni. Il-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi kritiċi għandha tiġi eżaminata fi ħdan qafas komuni. Skemi bilaterali għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika jikkostitwixxu mezzi stabbiliti u effiċjenti ħafna biex jittrattaw l-infrastruttura kritika transkonfinali. L-EPCIP għandu jibni fuq din il-kooperazzjoni.
Ġustifikazzjoni
Il-prinċipju ta' sussidjarjetà.
Emenda 4
Premessa 5 a (ġdida)
(5a) Għal ċerti oqsma diġà jeżistu għadd ta' miżuri li jirregolaw l-identifikazzjoni, l-għażla u l-ħarsien ta' infrastrutturi kritiċi. Kwalunkwe regolazzjoni futura li tapplika fil-Komunità kollha m'għandhiex tirriżulta f'regolazzjoni doppja f'dawn l-oqsma fin-nuqqas ta' sigurtà akbar.
Emenda 5
Premessa 6 a (ġdida)
(6a) L-infrastruttura kritika għandha titfassal b'tali mod li jimminimizza l-konnessjonijiet ma' u l-lokalizzazzjoni f'pajjiżi terzi. Il-lokalizzazzjoni ta' elementi ta' infrastruttura kritika barra l-Unjoni Ewropea żżid ir-riskju ta' attakki terroristiċi b'effetti sekondarji relatati għall-infrastruttura kollha, aċċess għat-terroristi għad-dejta maħżuna barra l-Unjoni Ewropea, kif ukoll riskji ta' nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, u b'hekk l-infrastruttura kollha tkun aktar vulnerabbli.
Ġustifikazzjoni
Il-każ riċenti tas-SWIFT wera li d-dejta kritika teħtieġ li titħares minn użu illegali minn awtoritajiet barranin jew parteċipanti privati.
Emenda 6
Premessa 10
(10) Biex it-titjib fil-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea ikun aktar faċli, għandhom jiġu żviluppati metodoloġiji ġodda għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-vulnerabilitajiet, it-theddid u r-riskji għall-assi infrastrutturali.
(10) Biex it-titjib fil-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea ikun aktar faċli, għandhom jiġu żviluppati metodoloġiji ġodda għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tat-theddid u r-riskji għal, uvulnerabilitajiet strutturali ta', assi infrastrutturali.
Ġustifikazzjoni
Ħtieġa ta' aktar preċiżjoni.
Emenda 7
Premessa 14
(14) L-iskambju ta' l-informazzjoni dwar l-Infrastruttura Kritika għandu jsir f'atmosfera ta' fiduċja u sigurtà. L-iskambju ta' l-informazzjoni jirrikjedi relazzjoni ta' fiduċja tant li l-kumpaniji u l-organizazzjonijiet ikunu jafu li l-informazzjoni sensittiva tagħhom ser tkun imħarsa b'mod xieraq. Biex jiġi mħeġġeġ l-iskambju ta' l-informazzjoni, għandu jkun ċar għall-industrija li l-benefiċċji li joħorġu mill-għoti ta' l-informazzjoni relatata ma' l-Infrastruttura Kritika huma akbar mill-ispejjeż għall-industrija u għas-soċjetà b'mod ġenerali. L-iskambju ta' informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika għandha għalhekk tiġi mħeġġa.
(14) L-iskambju ta' l-informazzjoni dwar l-Infrastruttura Kritika għandu jsir f'atmosfera ta' fiduċja u sigurtà. L-iskambju ta' l-informazzjoni jirrikjedi relazzjoni ta' fiduċja tant li l-kumpaniji u l-organizazzjonijiet ikunu jafu li l-informazzjoni sensittiva tagħhom ser tkun imħarsa b'mod xieraq.
Ġustifikazzjoni
Il-prinċipju ta' sussidjarjetà.
Emenda 8
Premessa 15
(15) Id-Direttiva tikkumplimenta miżuri settorjali eżistenti fuq il-livell Komunitarju u fl-Istati Membri. Fejn diġà jeżistu mekkaniżmi Komunitarji, dawn għandhom ikomplu jintużaw u ser jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Direttiva b'mod ġenerali.
(15) Id-Direttiva tikkumplimenta miżuri settorjali eżistenti fuq il-livell Komunitarju u fl-Istati Membri. Fejn diġà jeżistu mekkaniżmi Komunitarji, dawn għandhom ikomplu jintużaw u ser jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Direttiva b'mod ġenerali, mingħajr spejjeż addizzjonali li joħorġu mid-duplikazzjoni ta' rekwiżiti li ma jinvolvux iktar sigurtà.
Ġustifikazzjoni
Prevenzjoni ta' piżijiet burokratiċi mhux meħtieġa li ma jinvolvux gwadann fis-sigurtà.
Emenda 9
Premessa 15 a (ġdida)
(15a) Din id-Direttiva ma tindirizzax is-sinifikat partikulari tad-dimensjoni esterna ta' l-infrastruttura kritika li hija karatteristika ta', pereżempju, il-qasam finanzjarju jew il-qasam ta' l-enerġija.
Ġustifikazzjoni
Kjarifika, biex turi li infrastrutturi kritiċi barra l-Unjoni Ewropea jista' jkollhom impatt enormi, b'mod partikolari fl-oqsma tal-finanzi u ta' l-enerġija, u li hi meħtieġa azzjoni biex tiżdied is-sigurtà.
Emenda 10
Artikolu 1
Din id-Direttiva twaqqaf proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' Infrastrutturi Kritiċi Ewropej, u metodu komuni għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi.
Din id-Direttiva twaqqaf proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' Infrastrutturi Kritiċi Ewropej, u metodu komuni għall-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi kontra kull tip ta' riskju.
Ġustifikazzjoni
L-istrateġija għandha tiggarantixxi l-ħarsien minn kull tip ta' riskji li jistgħu jirriżultaw fi ħsara persistenti għat-tħaddim u l-integrità ta' l-infrastruttura, inklużi dawk li mhumiex riżultat tat-terroriżmu jew ta' diżastri naturali. Tali riskji jinkludu, fost l-oħrajn, żbalji umani, ħaddiema mhux imħarrġa biżżejjed, l-għoti b'kuntratti 'l barra ta' infrastrutturi li huma essenzjali għall-kumpanija, epidemiji, dipendenza dejjem akbar fuq l-IT, interkonnessjoni globali tas-sistemi ta' l-IT, problemi politiċi, eċċ.
Emenda 11
Artikolu 2, punt (b)
“Infrastruttura Kritika Ewropea” tfisser dawk l-infrastrutturi kritiċi li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt serju fuq żewġ Stati Membri jew aktar, jew fuq Stat Membru wieħed jekk l-infrastruttra kritika tinsab fi Stat Membru ieħor. Dan jinkludi l-effetti li jirriżultaw minn dipendenzi bejn is-setturi fuq tipi oħra ta' infrastruttura;
b) “Infrastruttura Kritika Ewropea” tfisser dawk l-infrastrutturi kritiċi li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt serju fuq tliet Stati Membri jew aktar, jew ta' l-inqas fuq żewġStati Membri jekk l-infrastruttra kritika tinsab fi Stat Membru ieħor. Dan jinkludi l-effetti li jirriżultaw minn dipendenzi bejn is-setturi fuq tipi oħra ta' infrastruttura;
Emenda 12
Artikolu 2, punt (c), inċiż 1
• l-effett pubbliku(l-għadd ta' persuni milquta);
• l-effett fuq il-persuni;
Ġustifikazzjoni
Ħtieġa ta' aktar preċiżjoni.
Emenda 13
Artikolu 2, punt (c), inċiż 2
•l-effett ekonomiku (l-importanza tat-telf ekonomiku u/jew degradazzjoni tal-prodotti jew servizzi);
• l-effett fuq is-suq intern (l-importanza tat-telf ekonomiku u/jew degradazzjoni tal-prodotti jew servizzi);
Ġustifikazzjoni
Ħtieġa ta' aktar preċiżjoni.
Emenda 14
Artikolu 2, punt (d)
(d) “vulnerability” means a characteristic of an element of the critical infrastructure's design, implementation, or operation that renders it susceptible to disruption or destruction by a threat and includes dependencies on other types of infrastructure;
d) "vulnerabilità strutturali" tfisser karatteristika ta' element tat-tfassil, ta' l-implimentazzjoni jew ta' l-operat ta' l-infrastruttura kritika li tesponiha għall-interruzzjoni jew il-qerda minn theddida li tinkludi dipendenzi fuq tipi oħra ta' infrastruttura;
Ġustifikazzjoni
Ħtieġa ta' aktar preċiżjoni.
Emenda 15
Artikolu 3, paragrafu 1, subparagrafu 1
1. Il-kriterji trażversali jew settorjali li għandhom jiġu wżati għall-identifikazzjoni ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jiġu adotttati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3). Jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
1. Il-kriterji trażversali jew settorjali li għandhom jiġu użati għall-identifikazzjoni ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jinbnew fuq il-kriterji tal-ħarsien eżistenti u għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3). Jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
Emenda 16
Artikolu 3, paragrafu 1, subparagrafu 2
Il-kriterji trażversali li japplikaw b'mod orizzontali għall-infrastrutturi kritiċi kollha għandhom jiġu żviluppati b'kunsiderazzjoni għas-severità ta' l-effett ta' interruzzjoni jew qerda ta' infrastruttura partikolari. Għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn [sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Il-kriterji trażversali li japplikaw b'mod orizzontali għall-infrastrutturi kritiċi Ewropej kollha għandhom jiġu żviluppati b'kunsiderazzjoni għas-severità ta' l-effett ta' interruzzjoni jew qerda ta' infrastruttura partikolari. Għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Ġustifikazzjoni
Proċedura iqsar.
Emenda 17
Artikolu 3, paragrafu 1, subparagrafu 3
Il-kriterji settorjali għandhom jiġu żviluppati għas-setturi l-aktar importanti b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi ta' setturi ta' infrastruttura kritika individwali li jinkludu, kif jixraq, il-partijiet ikkonċernati rilevanti. Għandhom jiġu adottati għal kull settur bi prijorità sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-għażla bħala settur bi prijorità.
Il-kriterji settorjali għandhom jiġu żviluppati għas-setturi l-aktar importanti u għandhom jinbnew fuq miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti li huma b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi ta' setturi ta' infrastruttura kritika individwali li jinkludu l-partijiet ikkonċernati rilevanti peress li s-setturi għandhom esperjenza, kompetenza u rekwiżiti partikolari dwar il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika tagħhom. Għandhom jiġu adottati għal kull settur bi prijorità sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-għażla bħala settur bi prijorità.
Emenda 18
Artikolu 3, paragrafu 1, subparagrafu 3 a (ġdid)
Fejn il-mekkaniżmi tal-Komunità jkunu diġà stabbiliti, dawn għandhom jibqgħu jintużaw. Duplikazzjoni ta' u kunflitti bejn atti jew dispożizzjonijiet differenti għandhom ikunu evitati akkost ta' kollox.
Emenda 19
Artikolu 3, paragrafu 3, subparagrafu 1
3. Kull Stat Membru għandu jidentifika l-infrastrutturi kritiċi li jinsabu fit-territorju tiegħu kif ukoll l-infrastrutturi kritiċi barra mit-territorju li jista' jkollhom impatt fuqu, li jissodisfaw il-kriterji adottati skond il-paragrafi 1 u 2.
3. Kull Stat Membru għandu jidentifika l-infrastrutturi kritiċi li jinsabu fit-territorju tiegħu kif ukoll l-infrastrutturi kritiċi barra mit-territorju li jista' jkollhom impatt fuq it-territorju tiegħu, li jissodisfaw il-kriterji adottati skond il-paragrafi 1 u 2.
Ġustifikazzjoni
Ħtieġa ta' aktar preċiżjoni.
Emenda 20
Artikolu 4, paragrafu 1 a (ġdid)
1a.L-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jitfasslu b'tali mod li jimminimizza kwalunkwe konnessjonijiet ma' u l-lokalizzazzjoni f'pajjiżi terzi.
Ġustifikazzjoni
Il-każ riċenti tas-SWIFT wera li d-dejta kritika teħtieġ li titħares minn użu illegali minn awtoritajiet barranin jew parteċipanti privati.
Emenda 21
Artikolu 4, paragrafu 2 a (ġdid)
2a. L-ipproċessar ta' dejta personali mwettaq, direttament jew permezz ta' intermedjarju, minn, u neċessarju għall-attivitajiet ta', Infrastrutturi Kritiċi Ewropej jitwettaq skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u tal-prinċipji applikabbli rigward il-protezzjoni tad-dejta . L-ipproċessar tad-dejta għandu jitwettaq ġewwa l-Unjoni Ewropea u kwalunkwe duplikazzjoni tad-dejta mhix permessa f'pajjiżi terzi għal raġunijiet ta' sigurtà.
Ġustifikazzjoni
Il-każ riċenti tas-SWIFT wera li d-dejta kritika teħtieġ li titħares minn użu illegali minn awtoritajiet barranin jew parteċipanti privati.
Emenda 22
Artikolu 5, paragrafu 2, subparagrafu 1
2. Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jidentifika l-assi ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u jistabbilixxi soluzzjonijiet rilevanti ta' sigurtà għall-ħarsien tagħhom skond l-Anness II. Jistgħu jiġu adottati rekwiżiti speċifiċi għas-settur partikolari relatati mal-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi u dan b'kunsiderazzjoni għall-miżuri tal-Komunità, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
2. Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jidentifika l-assi ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u jistabbilixxi soluzzjonijiet rilevanti ta' sigurtà għall-ħarsien tagħhom skond l-Anness II. Jistgħu jitqiesu bis-sħiħ rekwiżiti speċifiċi għas-settur partikolari relatati mal-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi u dan b'kunsiderazzjoni għall-miżuri tal-Komunità, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
Ġustifikazzjoni
Il-kumpaniji ta' l-assikurazzjoni u l-banek huma parti minn uħud mill-oqsma li kontinwament jinvestu ammonti kbar ta' flus f'miżuri ta' sigurtà bħal ma huma l-kontroll ta' l-aċċess jew il-garanzija tas-sistemi ta' l-informazzjoni. Il-miżuri statali m'għandhomx jirduppjaw miżuri settorjali li diġà jeżistu. Għalhekk, kwalunkwe regolazzjoni futura għandha tqis bis-sħiħ il-pjanijiet eżistenti dwar is-sigurtà.
Emenda 23
Artikolu 7, paragrafu 2, subparagrafu 1
2. Kull Stat Membru għandu jirraporta lill-Kummissjoni fil-qosor, fuq it-tipi ta' vulnerabilitajiet, theddid u riskji li ltaqa' magħhom f'kull settur imsemmi fl-Anness I fi żmien 19-il xahar mill-adozzjoni tal-lista misjuba fl-Artikolu 4(2) et seq fuq bażi regolari, kull sentejn.
2. Kull Stat Membru għandu jirraporta lill-Kummissjoni fil-qosor, fuq it-tipi ta' vulnerabilitajiet, theddid u riskji li ltaqa' magħhom f'kull settur imsemmi fl-Anness I fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni tal-lista misjuba fl-Artikolu 4(2) et seq fuq bażi regolari, kull sentejn.
Ġustifikazzjoni
Proċedura iqsar.
Emenda 24
Artikolu 7, paragrafu 4
4. Metodoloġiji komuni għall-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltajiet, theddid u riskji relatati ma' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej jistgħu jiġu żviluppati fuq bażi settorjali skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
4.Metodoloġiji komuni għall-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltajiet, theddid u riskji relatati ma' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej jistgħu jiġu żviluppati fuq bażi settorjali skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3). Metodoloġiji komuni bħal dawn għandhom iqisu l-metodoloġiji eżistenti.
Emenda 25
Artikolu 8
Il-Kummissjoni għandha tappoġja lill-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej billi tagħti aċċess għall-aħjar prassi eżistenti u għall-metodoloġiji relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Fuq talba ta' l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tappoġġja lill-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej billi tagħti aċċess għall-aħjar prassi eżistenti u għall-metodoloġiji relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Ġustifikazzjoni
Garanzija li jiġu inklużi l-Istati Membri.
Emenda 26
Artikolu 10, paragrafu 2
2. Kull persuna li għandha aċċess u tħaddem, għan-nom ta' Stat Membru, l-informazzjoni kunfidenzjali skond din id-Direttiva għandu jkollha livell xieraq ta' skrutinju mill-Istat Membru ikkonċernat dwar dak li għandu x'jaqsam ma' sigurtà.
2. Kull persuna li għandha aċċess u tħaddem, għan-nom ta' Stat Membru, l-informazzjoni kunfidenzjali skond din id-Direttiva għandu jkollha l-aħjar livell possibbli ta' skrutinju mill-Istat Membru ikkonċernat dwar dak li għandu x'jaqsam ma' sigurtà.
Emenda 27
Artikolu 10, paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika sottomessa lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni, ma tintużax għal għan ieħor għajr il-ħarsien ta' l-infarstrutturi kritiċi.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika sottomessa lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni, ma tintużax għal għan ieħor għajr il-ħarsien ta' l-infrastrutturi kritiċi u li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-prinċipju tal-proporzjonalità mill-perspettiva materjali, kif ukolllid-drittijiet fundamentali u lill-istituzzjonijiet li għandhom jkunu mħarsa.
Ġustifikazzjoni
Id-drittijiet fundamentali u l-istituzzjonijiet li għandhom jkunu mħarsa jinkludu, fost oħrajn, il-protezzjoni tad-dejta u s-segretezza tat-telekomunikazzjonijiet.
Emenda 28
Artikolu 11, paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn Kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' kull Punt ta' Kuntatt tas-CIP.
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn Kumitat magħmul minn rappreżentantresponsabbli ta' kull Stat Membru.
Ġustifikazzjoni
Il-prinċipju ta' sussidjarjetà.
Emenda 29
Anness I, Settur III, Sottosettur 9
Il-komunikazzjonijiu n-navigazzjoni bir-radju
Il-komunikazzjoni bir-radju, in-navigazzjoni u l-ispettri ta' identifikazzjoni permezz tal-frekwenzi tar-radju (RFID)
Emenda 30
Anness I, Settur VII, Sottosettur 19
Infrastrutturi u sistemi ta' l-ipproċessar u l-għeluq ta' pagamenti u garanziji
Infrastrutturi u sistemi ta' l-ipproċessar u l-għeluq ta' pagamenti u garanziji u l-fornituri tas-servizz tagħhom
Emenda 31
Anness I, Settur VII, Sottosettur 9 a (ġdid)
19a Servizzi bankarji u ta' l-assikurazzjoni
PROĊEDURA
Titolu
L-identifikazzjoni, l-għażla u l-ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea
Gabriele Albertini, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, David Casa, Manuel António dos Santos, Christian Ehler, Jonathan Evans, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Donata Gottardi, Dariusz Maciej Grabowski, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Piia-Noora Kauppi, Guntars Krasts, Andrea Losco, Astrid Lulling, Cristobal Montoro Romero, Joseph Muscat, Joop Post, John Purvis, Alexander Radwan, Dariusz Rosati, Heide Rühle, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Cristian Stănescu, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Sahra Wagenknecht
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Harald Ettl, Ján Hudacký, Werner Langen, Maria Petre, Andreas Schwab
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Anne Ferreira
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (12.6.2007)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib tal-ħarsien tagħhom
Infrastrutturi kritiċi huma installazzjonijiet, netwerks, servizzi u assi kapitali, materjali u marbuta ma' l-IT, li f'każ li jitħassru jew jinqerdu jwasslu għal konsegwenzi gravi fuq is-saħħa, is-sikurezza jew il-benessri ekonomiku taċ-ċittadini kif ukoll fuq il-ħidma effiċjenti tal-gvernijiet fl-Istati Membri.
L-infrastrutturi kritiċi fl-UE huma marbuta ma' xulxin mill-qrib u hemm livell għoli ta' dipendenza reċiproka f'dan il-qasam, u huwa minħabba dan li huma aktar vulnerabbli għall-interruzzjonijiet jew għall-qerda.
It-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa jistipula dan li ġej: "L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jaġixxu flimkien fi spirtu ta' solidarjetà jekk xi Stat Membru jkun il-vittma ta' attakk terroristiku jew il-vittma ta' diżastru naturali jew magħmul mill-bniedem."
Jeħtieġ li ċ-ċittadini Ewropej jitħarsu, fil-qafas ta' strateġija Ewropea integrata, mhux biss minn attakki terroristi iżda wkoll minn diżastri naturali jew inċidenti. Dawn l-avvenimenti spiss ikollhom konsegwenzi transkonfinali, u għalhekk jeħtieġ li l-Istati Membri jgħinu lil xulxin u jwaqqfu pjan ta' reazzjoni għall-kriżijiet fuq livell Komunitarju.
Strateġija effettiva għandha tiffoka fuq il-prevenzjoni kif ukoll fuq miżuri biex itaffu l-konsegwenzi ta' l-attakki u tad-diżastri.
Sistema Ewropea ta' twissija minn kmieni għall-infrastruttura kritika jista' jkollha suċċess biss jekk tinkoraġġixxi l-iskambju ta' informazzjoni dwar sorsi komuni ta' periklu u tfassal miżuri u strateġiji xierqa li permezz tagħhom tnaqqas ir-riskji u tipprovdi protezzjoni aktar effettiva għall-infrastrutturi kritiċi.
Kompetenzi
Billi ħafna partijiet importanti ta' l-infrastruttura mhumiex ta' l-Istat, kemm l-entitajiet pubbliċi kif ukoll dawk privati għandhom ikunu involuti fil-miżuri ta' sikurezza u ta' kontroll. Fuq il-livell ta' l-UE, il-ħarsien ta' l-infrastruttura huwa fil-kompetenza esklussiva ta' l-Istati Membri. Madankollu l-UE għandha tieħu rwol ta' koordinazzjoni f'dan il-qasam, billi f'ħafna każi l-miżuri nazzjonali jiddependu mill-koperazzjoni transkonfinali sabiex ikunu effettivi.
Koperazzjoni u koordinazzjoni
Sabiex jiġu mħarsa l-infrastrutturi kritiċi, huwa meħtieġ li jkun hemm sħubija kontinwa u koperattiva bejn is-sidien u l-operaturi ta' l-infrastrutturi konċernati u l-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri.
Fuq il-livell Ewropew għandha titwaqqaf sistema ta' l-analiżi tar-riskju sabiex tiggarantixxi l-interoperabilità. Huwa importanti ħafna li l-istandards u r-regoli, kif ukoll l-implimentazzjoni tagħhom, ikunu kullimkien l-istess fil-prattika. Iżda dan ma jfissirx li s-sistemi kollha jridu jkunu identiċi. L-importanti huwa li s-sistemi jkunu aktar kompatibbli u effettivi. F'każijiet fejn ma hemmx standards speċifiċi għas-settur jew għad m'hemmx standards internazzjonali, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u entitajiet oħra responsabbli mill-istandardizzazzjoni għandhom jissuġġerixxu standards ta' sikurezza uniformi, adattati u speċifiċi għas-settur għall-oqsma kollha konċernati. Standards ta' dan it-tip għandhom jiġu proposti wkoll mill-ISO fuq livell internazzjonali sabiex joħolqu l-istess kundizzjonijiet f'dan ir-rigward.
L-informazzjoni rilevanti għandha tiġi ttrattata b'attenzjoni u b'mod ta' min jorbot fuqu u, jekk hu meħtieġ, b'mod kunfidenzjali, indipendentament mis-sors tagħha, anke jekk l-iskrutinju Parlamentari dejjem irid ikun garantit.
IT
In-netwerks tal-komunikazzjoni u s-sistemi ta' l-informazzjoni saru aspett essenzjali tal-ħajja ekonomika u soċjali. Għalhekk qed tiżdied dejjem aktar l-importanza tas-sigurtà, u fuq kollox tad-disponibiltà, ta' dawn in-netwerks u s-sistemi.
Hemm evidenza, b'mod partikulari fil-qasam tal-kriminalità organizzata, ta' attakki fuq is-sistemi ta' l-informazzjoni, u qed jiżdied it-tħassib dwar il-possibiltà ta' attakki terroristiċi fuq sistemi bħal dawn li jiffurmaw parti mill-infrastruttura kritika ta' l-Istati Membri. L-għan ta' l-espansjoni ta' soċjetà sikura ta' l-informazzjoni u ta' zona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja huwa mhedded permezz ta' dan; għalhekk jeħtieġ li jkun hemm kontro-miżuri fuq il-livell ta' l-UE. In-natura transreġjonali u transkonfinali tas-sistemi ta' l-informazzjoni moderni twassal biex l-attakki fuq sistemi bħal dawn spiss jieħdu dimensjoni transkonfinali, fatt li jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal aktar miżuri biex jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali.
Riċerka
Fid-dawl tas-sinifikat dejjem akbar tar-riċerka dwar is-sigurtà, il-Kummissjoni pproponiet li l-baġit annwali jiżdied b'mod sostanzjali mill-2007 'l quddiem, minn EUR 15-il miljun għal EUR 250 miljun.
Bħala tħejjija għall-perjodu finanzjarju ġdid li jibda mill-2007, f'April 2005 twaqqaf Bord Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka dwar is-Sigurtà, magħmul minn rappreżentanti ta' gruppi ta' interess privati u pubbliċi fil-qasam tas-sigurtà, bil-għan li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-kontenut u l-implimentazzjoni tar-riċerka dwar is-sigurtà fi ħdan is-Seba' Programm ta' Qafas dwar ir-Riċerka.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
(2) Fis-17 ta' Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika fejn ġew identifikati l-alternattivi ta' politika biex jitwaqqaf programm kif ukoll Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN). Ir-reazzjonijiet li ngħataw għall-Green Paper urew b'mod ċar il-ħtieġa li jitwaqqaf qafas Komunitarju għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika. Ġiet rikonoxxuta l-ħtieġa li jiżdied il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fl-Ewropa u biex ikun hemm għajnuna biex jitnaqqsu l-vulnerabilitajiet dwar l-infrastrutturi kritiċi. Ġiet emfasiżżata l-importanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tad-djalogu mal-partijiet ikkonċernati.
(2) Fis-17 ta' Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika fejn ġew identifikati l-alternattivi ta' politika biex jitwaqqaf programm kif ukoll Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN). Ir-reazzjonijiet li ngħataw għall-Green Paper urew b'mod ċar il-valur miżjud potenzjali ta' qafas Komunitarju għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika. Ġiet rikonoxxuta l-ħtieġa li jiżdied il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fl-Ewropa u biex ikun hemm għajnuna biex jitnaqqsu l-vulnerabilitajiet dwar l-infrastrutturi kritiċi. Ġiet emfasiżżata l-importanza tal-prinċipji ewlenin ta' sussidjarjetà u kumplimentarjetà kif ukoll ta' djalogu mal-partijiet ikkonċernati
Emenda 2
Premessa 3
(3) F'Diċenbru 2005, il-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Intern talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika (EPCIP) u ddeċidiet li għandu jkun imsejjes fuq metodu li jqis ir-riskji kollha, bil-prijorità li jegħleb it-theddid mit-terroriżmu. B'dan il-mod, theddidiet li ġejjin mill-bniedem, dawk teknoloġiċi u diżastri naturali għandhom ikunu meqjusa fil-proċess għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, iżda għandha tingħata prijorità lit-theddida mit-terroriżmu. Jekk il-livell ta' miżuri ta' ħarsien kontra theddida partikolari ta' livell għoli jinstab li huwa adattat f'settur ta' infrastruttura kritika, il-partijiet ikkonċernati għandhom jiffokaw fuq theddid ieħor li għadhom vulnerabbli għalih.
(3) F'Diċembru 2005, il-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Intern talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika (EPCIP) u ddeċidiet li għandu jkun imsejjes fuq metodu li jqis ir-riskji kollha, bil-prijorità li jegħleb it-theddid mit-terroriżmu. B'dan il-mod, theddidiet li ġejjin mill-bniedem, dawk teknoloġiċi u diżastri naturali għandhom ikunu meqjusa fil-proċess għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Emenda 3
Premessa 4
(4) Illum il-ġurnata r-responsabilità għall-ħarsien ta' l-infrastrutturi kritiċi taqa' l-ewwelnett fuq l-Istati Membri u l-propjetarji/operaturi ta' l-infrastrutturi kritiċi. Dan m'għandux jinbidel.
(4) Illum il-ġurnata r-responsabilità għall-ħarsien ta' l-infrastrutturi kritiċi taqa' l-ewwelnett fuq l-Istati Membri u l-propjetarji/operaturi ta' l-infrastrutturi kritiċi. L-UE għandha, madankollu, tieħu rwol ta' koordinament f'dan il-qasam minħabba li l-effettività ta' miżuri nazzjonali f'ħafna każi jiddependu mill-koperazzjoni transkonfinali.
Emenda 4
Premessa 5
(5) Hemm ċertu numru ta' infrastrutturi kritiċi fil-Komunità, li l-interuzzjoni jew il-qerda tagħhom tkun tolqot żewġ Stati Membri jew aktar jew Stat Membru għajr dak li fih tinsab l-infrastruttura kritika. Dan jista' jkollu effetti transkonfinali fuq setturi differenti, minħabba dipendenza bejn infrastrutturi konnessi. Tali infrastrutturi kritiċi Ewropej għandhom jiġu identifikati u magħżula permezz ta' proċedura komuni. Il-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi kritiċi għandha tiġi eżaminata fi ħdan qafas komuni. Skemi bilaterali għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika jikkostitwixxu mezzi stabbiliti u effiċjenti ħafna biex jitrattaw l-infrastruttura kritika transkonfinali. L-EPCIP għandu jibni fuq din il-kooperazzjoni.
(5) Hemm ċertu numru ta' infrastrutturi kritiċi fil-Komunità, li l-interuzzjoni jew il-qerda tagħhom tkun tolqot tliet Stati Membri jew aktar jew għall-inqas żewġ Stati Membri għajr dak li fih tinsab l-infrastruttura kritika. Dan jista' jkollu effetti transkonfinali fuq setturi differenti, minħabba dipendenza bejn infrastrutturi konnessi. Tali infrastrutturi kritiċi Ewropej għandhom jiġu identifikati u magħżula permezz ta' proċedura komuni. Il-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi kritiċi Ewropej għandha tiġi eżaminata fi ħdan qafas komuni. Skemi bilaterali għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika jikkostitwixxu mezzi stabbiliti u effiċjenti ħafna biex jitrattaw l-infrastruttura kritika transkonfinali. L-EPCIP għandu jibni fuq din il-kooperazzjoni.
Or. en
Ġustifikazzjoni
Approċċ Ewropew huwa ġustifikat jekk għall-inqas tliet Stati Membri jkunu effettwati jew għall-inqas żewġ Stati Membri għajr dak li fih tinsab l-infrastruttura kritika.
Emenda 5
Premessa 6
(6) Peress li setturi varji għandhom esperjenza partikolari, għarfien espert u rekwiżiti relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, għandu jkun hemm l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fuq livell Komunitarju, li tqis il-karatteristiċi u l-mizuri eżistenti tas-setturi partikolari, inklużi dawk fuq il-livell ta' l-UE, nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll, fejn meħtieġ, arranġamenti transkonfinali għall-għajnuna reċiproka bejn propjetarji/operaturi ta' infrastruttura kritika eżistenti. Minħabba l-involviment konsiderevoli ħafna tas-settur privat fis-sorveljanza u l-amministrazzjoni tar-riskji, fil-pjanijiet għall-kontinwità kummerċjali u fl-irkupru wara l-falliment, il-metodu Komunitarju se jkollu bżonn iħeġġeġ l-involviment sħiħ tas-settur privat. Hemm bżonn ta' lista komuni tas-setturi ta' l-infrastruttura kritika biex l-implimentazzjoni tas-sistema għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fuq bażi settorjali tkun aktar faċli.
(6) Peress li setturi varji għandhom esperjenza partikolari, l-għarfien espert u r-rekwiżiti relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika, għandu jkun hemm l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika fuq livell Komunitarju, li tqis il-karatteristiċi u l-miżuri eżistentitas-setturi partikolari, inklużi dawk fuq il-livell ta' l-UE, nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll, fejn meħtieġ, arranġamenti transkonfinali għall-għajnuna reċiproka bejn propjetarji/operaturi ta' infrastruttura kritika eżistenti. Minħabba l-involviment konsiderevoli ħafna tas-settur privat fis-sorveljanza u l-amministrazzjoni tar-riskji, pjanijiet għall-kontinwità kummerċjali u l-irkupru wara l-falliment, il-metodu Komunitarju għandu jiżgura l-involviment sħiħ tas-settur privat. Hemm bżonn ta' kriterji speċifiċi għas-settur biex jiżguraw u jidentifikaw l-infrastruttura kritika u ta' lista komuni tas-setturi ta' l-infrastruttura kritika biex l-implimentazzjoni tas-sistema għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea fuq bażi settorjali tkun aktar faċli.
Emenda 6
Premessa 7
(7) Kull propjetarju/operatur ta' l-infrastruttura kritika Ewropea għandu jwaqqaf Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi li jidentifika l-assi kritiċi u jistabbilixxi s-soluzzjonijiet ta' sigurtà rilevanti għall-ħarsien tagħhom. Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jqis il-vulnerabilità, il-valutazzjonijiet dwar it-theddid u r-riskji, kif ukoll informazzjoni oħra rilevanti provduta mill-Istati Membri.
(7) Kull propjetarju/operatur ta' l-infrastruttura kritika Ewropea għandu jwaqqaf Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi li jidentifika l-assi kritiċi u jistabbilixxi s-soluzzjonijiet ta' sigurtà rilevanti għall-ħarsien tagħhom. Il-Pjan tas-Sigurtà għall-Operaturi għandu jqis il-vulnerabilità, il-valutazzjonijiet dwar it-theddid u r-riskji, kif ukoll informazzjoni oħra rilevanti provduta mill-Istati Membri. Konformità mal-miżuri ta' protezzjoni bbażati skond is-settur għandha titqies bħala r-rekwiżit sodisfaċenti biex jiġi stabbilit u aġġornat Pjan tas-Siġurtà għall-Operaturi.
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-approċċ tal-Komunità għandu jinbena fuq miżuri ta' protezzjoni bbażati skond is-settur, u għandhom jiġu kkunsidrati il-karatteristiċi tas-settur. Kuntradizzjonijiet u rduppjar għandhom jiġu evitati assolutament.
Amendment 7
Recital 8
(8) Kull propjetarju/operatur ta' l-infrastrutturi kritiċi Ewropej għandu jinnomina Uffiċjal għall-Kooperazzjoni fis-sigurtà biex il-koperazzjoni u l-komunikazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika tkun aktar faċli.
(8) Kull propjetarju/operatur ta' l-infrastrutturi kritiċi Ewropej għandu jinnomina Uffiċjal għall-Kooperazzjoni fis-Sigurtà biex il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika tkun aktar faċli. Il-konformità ma' miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti għandha tissodisfa r-rekwiżit li jiġi nominat Uffiċjal għall-Kooperazzjoni fis-Sigurtà.
Emenda 8
Premessa10
(10) Biex it-titjib fil-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea ikun aktar faċli, għandhom jiġu żviluppati metodoloġiji ġodda għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-vulnerabilitajiet, it-theddid u r-riskji għall-assi infrastrutturali.
(10) Biex it-titjib fil-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea ikun aktar faċli, għandhom jiġu żviluppati u implimentati metodoloġiji ġodda għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tat-theddid u r-riskji għalvulnerabilitajiet strutturali li jaffettwaw l-assi infrastrutturali.
Emenda 9
Premessa 11
(11) Huwa biss qafas komuni li jista' jipprovdi l-bażi neċessarja għall-implimentazzjoni koerenti ta' miżuri għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea u jipprovdi definizzjoni ċara tar-risponsabbiltajiet rispettivi tal-partijiet kollha konċernati. Il-propjetarji/operaturi ta' l-infrastruttura kritika Ewropea għandhom ikunu mogħtija aċċess għall-prassi u l-metodoloġiji dwar il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
(11) Bid-definizzjoni tar-responsabilitajiet rispettivi tal-partijiet kollha kkonċernati, qafas komuni jista' jipprovdi l-bażi neċessarja għall-implimentazzjoni koerenti ta' miżuri għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika Ewropea. Il-propjetarji/operaturi ta' l-infrastruttura kritika Ewropea għandhom ikunu mogħtija aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju ta' xhieda ta' esperjenza, prassi u l-metodoloġiji dwar il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Emenda
10
Premessa 12
(12) Il-ħarsien effettiv ta' l-infrastruttura kritika teħtieġ il-komunikazzjoni, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fuq livell nazzjonali u Komunitarju. L-aħjar mod kif dan jista' jintlaħaq huwa permezz ta' l-għażla ta' Punti ta' Kuntatt tas-CIP f'kull Stat Membru, li għandhom jikkoordinaw il-kwistjonijiet tas-CIP internament, kif ukoll ma' l-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni.
(12) Il-ħarsien effettiv ta' l-infrastruttura kritika Ewropea teħtieġ il-komunikazzjoni, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fuq livell nazzjonali u Komunitarju. L-aħjar mod kif dan jista' jintlaħaq huwa permezz ta' l-għażla ta' Punti ta' Kuntatt ta' l-ECIPfuq livell nazzjonali u dak Komunitarju, li għandhom jikkoordinaw il-kwistjonijiet ta' l-ECIP internament, kif ukoll ma' l-Istati Membri l-oħra u ma' l-UE.
Emenda 11
Premessa 13
(13) Biex jiġu żviluppati l-attivitajiet relatati mal-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika f'oqsma li jirrikjedu ċertu livell ta' kunfidenzjalità, huwa xieraq li jiġi aċċertat li l-skambju ta' l-informazzjoni jkun koerenti u żgurat fil-qafas tad-Direttiva. Ċertu Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika huwa tali li jekk jiġi żvelat inaqqas mill-protrezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika. Fatti speċifiċi dwar assi ta' l-infrastruttura kritika, li jistgħu jiġu wżati għall-pjanjiet u azzjonijiet, bl-għan li jiġu kkawżati konsegwenzi mhux aċċetabbli għall-installazzjonijiet ta' l-infrastruttura kritika għandhom ikunu kwalifikati u l-aċċess għalihom għandu jingħata biss lil min għandu bżonn l-għarfien partikolari, kemm fuq livell Komunitarju kif ukoll fuq livell ta' Stat Membru.
(13) Biex jiġu żviluppati l-attivitajiet relatati mal-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea f'oqsma li jirrikjedu ċertu livell ta' kunfidenzjalità, huwa xieraq li jiġi aċċertat li l-iskambju ta' l-informazzjoni jkun koerenti u żgurat fil-qafas tad-Direttiva. Ċertu Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea huwa tali li jekk jiġi żvelat inaqqas mill-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika. Fatti speċifiċi dwar assi ta' l-infrastruttura kritika, li jistgħu jiġu wżati għall-pjanjiet u azzjonijiet, bl-għan li jiġu kkawżati konsegwenzi mhux aċċetabbli għall-installazzjonijiet ta' l-infrastruttura kritika għandhom ikunu kwalifikati u l-aċċess għalihom għandu jingħata biss lil min għandu bżonn l-għarfien partikolari, kemm fuq livell Komunitarju kif ukoll fuq livell ta' Stat Membru.
.
Emenda 12
Premessa 14
(14) L-iskambju ta' l-informazzjoni dwar l-Infrastruttura Kritika għandu jsir f'atmosfera ta' fiduċja u sigurtà. L-iskambju ta' l-informazzjoni jirrikjedi relazzjoni ta' fiduċja tant li l-kumpaniji u l-organizazzjonijiet ikunu jafu li l-informazzjoni sensittiva tagħhom ser tkun imħarsa b'mod xieraq. Biex jiġi mħeġġeġ l-iskambju ta' l-informazzjoni, għandu jkun ċar għall-industrija li l-benefiċċji li joħorġu mill-għoti ta' l-informazzjoni relatata ma' l-Infrastruttura Kritika huma akbar mill-ispejjeż għall-industrija u għas-soċjetà b'mod ġenerali. L-iskambju ta' informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika għandha għalhekk tiġi mħeġġa.
(14) L-iskambju ta' l-informazzjoni dwar l-Infrastruttura Kritika għandu jsir f'atmosfera ta' fiduċja u sigurtà. L-iskambju ta' l-informazzjoni jirrikjedi relazzjoni ta' fiduċja tant li l-kumpaniji u l-organizazzjonijiet ikunu jafu li l-informazzjoni sensittiva tagħhom ser tkun imħarsa b'mod xieraq.
Ġustifikazzjoni
Kunsiderazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.
Emenda 13
Premessa 15
(15) Id-Direttiva tikkumplimenta miżuri settorjali eżistenti fuq il-livell Komunitarju u fl-Istati Membri. Fejn diġà jeżistu mekkaniżmi Komunitarji, dawn għandhom ikomplu jintużaw u ser jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Direttiva b'mod ġenerali.
(15) Id-Direttiva tikkumplimenta miżuri settorjali eżistenti fuq il-livell Komunitarju u fl-Istati Membri. Fejn diġà jeżistu mekkaniżmi Komunitarji, dawn għandhom ikomplu jintużaw u ser jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Direttiva b'mod ġenerali waqt li jużguraw li ma jsirux spejjeż żejda bħala riżultat ta' talbiet multipli mingħajr ma tiżdied is-sigurtà. Miżuri settorjali fil-ġejjieni għandhom jikkunsidraw din id-Direttiva sabiex jevitaw possibilità ta' duplikazzjoni jew ta' kontradizzjoni.
Ġustifikazzjoni
Il-piż amministrattiv għandu jkun miżmum kemm jista' jkun limitat.
Emenda 14
Premessa 15 a (ġdida)
(15a) Din id-direttiva ma tikkunsidrax l-importanza partikolari tad-"dimensjoni esterna" ta' l-Infrastrutturi Kritiċi, bħal fis-settur finanzjarju jew fil-qasam ta' l-enerġija.
Or. de
Ġustifikazzjoni
Kjarifikazzjoni, li turi li anki infrastrutturi kritiċi barra l-Unjoni Ewropea jista' jkollhom impatt enormi, partikolarment fl-oqsma finanzjarji u ta' l-enerġija, u azzjoni li żżid is-sigurtà hija neċessarja.
Emenda 15
Premessa 17
(17) Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, partikolarment it-twaqqif ta' proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej u ta' sistema komuni għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi, ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni, jiġu milħuqa aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' taddotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, skond l-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalita, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk il-għanijiet.
(17) Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, partikolarment it-twaqqif ta' proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej u ta' sistema komuni għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib fil-ħarsien ta' dawn l-infrastrutturi, ma jistgħux jintlaħqu fil-każijiet kollha b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni, jiġu milħuqa aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' taddotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, skond l-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk il-għanijiet.
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-formulazzjoni tat-test tal-paragrafu oriġinali hija qawwija wisq.
Emenda 16
Artikolu 2, punt (b)
(b) “Infrastruttura Kritika Ewropea” tfisser dawk l-infrastrutturi kritiċi li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt serju fuq żewġ Stati Membri jew aktar, jew fuq Stat Membru wieħed jekk l-infrastruttra kritika tinsab fi Stat Membru ieħor. Dan jinkludi l-effetti li jirriżultaw minn dipendenzi bejn is-setturi fuq tipi oħra ta' infrastruttura.
(b) “Infrastruttura Kritika Ewropea” tfisser dawk l-infrastrutturi kritiċi li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt serju fuq tliet Stati Membri jew aktar, jew għall-inqas fuq żewġ Stati Membri jekk l-infrastruttra kritika tinsab fi Stat Membru ieħor. Dan jinkludi l-effetti li jirriżultaw minn dipendenzi bejn is-setturi fuq tipi oħra ta' infrastruttura.
Or. en
Ġustifikazzjoni
Approċċ Ewropew huwa ġustifikat jekk għall-inqas tliet Stati Membri jkunu effettwati jew għall-inqas żewġ Stati Membri għajr dak li fih tinsab l-infrastruttura kritika.
Emenda 17
Artikolu 2, punt (c), bullets 1 u 2
(a) l-effett pubbliku (l-għadd ta' persuni milquta);
(b) l-effett fuq is-suq intern (l-importanza tat-telf ekonomiku u/jew degradazzjoni tal-prodotti jew servizzi);
Or. de
Ġustifikazzjoni
Speċifikazzjoni neċessarja.
Emenda 18
Artikolu 2, punt (d)
(d) "vulnerabilità" tfisser karatteristika ta' komponent tad-disinn, l-użu jew il-funzjonament ta' l-infrastruttura kritika li minħabba fiha l-interruzzjoni jew il-qerda ssir possibbli minħabba theddida, inkluża d-dipendenza fuq infrastrutturi oħra;
(d) "vulnerabilità strutturali" tfisser karatteristika ta' komponent tad-disinn, l-użu jew il-funzjonament ta' l-infrastruttura kritika li minħabba fiha l-interruzzjoni jew il-qerda ssir possibbli minħabba theddida, inkluża d-dipendenza fuq infrastrutturi oħra;
(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha tiddetermina bidliet tul it-test kollu li jikkorrispondu)
Ġustifikazzjoni
Speċifikazzjoni neċessarja.
Emenda 19
Artikolu 3, paragrafi 1 u 2
1. Il-kriterji trażversali jew settorjali li għandhom jiġu wżati għall-identifikazzjoni ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jiġu adotttati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3). Jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
1. Il-kriterji trażversali jew settorjali li għandhom jiġu użati għall-identifikazzjoni ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jinbnew fuq il-kriterji tal-ħarsien eżistentiu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3). Jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3). Il-Parlament Ewropew għandu jkun kompletament infurmat u mingħajr dewmien jekk il-Kummissjoni tippreżenta miżuri jew proposti għall-miżuri li għandhom jittieħdu, lill-Kunsill.
Il-kriterji trażversali li japplikaw b'mod orizzontali għall-infrastrutturi kritiċi kollha għandhom jiġu żviluppati b'kunsiderazzjoni għas-severità ta' l-effett ta' interruzzjoni jew qerda ta' infrastruttura partikolari. Għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn [sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Il-kriterji trażversali li japplikaw b'mod orizzontali għall-infrastrutturi kritiċi kollha Ewropej għandhom jiġu żviluppati b'kunsiderazzjoni għas-severità ta' l-effett ta' interruzzjoni jew qerda ta' infrastruttura partikolari. Għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].
Il-kriterji settorjali għandhom jiġu żviluppati għas-setturi l-aktar importanti b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi ta' setturi ta' infrastruttura kritika individwali li jinkludu, kif jixraq, il-partijiet ikkonċernati rilevanti. Għandhom jiġu adottati għal kull settur bi prijorità sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-għażla bħala settur bi prijorità.
Il-kriterji settorjali għandhom jiġu żviluppati għas-setturi l-aktar importanti u jiġu mibnija fuq miżuri ta' ħarsien settorjali eżistenti b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi ta' setturi ta' infrastruttura kritika individwali li jinkludu l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha peress li s-setturi għandhom esperjenza, kompetenza u rekwiżiti partikolari dwar il-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika tagħhom. Għandhom jiġu adottati għal kull settur bi prijorità sa mhux aktar tard minn sena mid-data ta' l-għażla bħala settur bi prijorità.
Fejn il-mekkaniżmi tal-Komunità jkunu diġà stabbiliti, dawn għandhom jibqgħu jintużaw. Miżuri settorjali fil-ġejjieni għandhom jikkunsidraw din id-Direttiva sabiex jevitaw possibilità ta' duplikazzjoni jew ta' kontradizzjoni.
2. Is-setturi bi projorità li għandhom jintużaw għall-għanijiet ta' żvilupp ta' kriterji misjuba fil-paragrafu 1 għandhom jiġu identifikati mill-Kummissjoni fuq bażi annwali minn fost dawk elenkati fl-Anness I.
2. Is-setturi bi prijorità li għandhom jintużaw għall-għanijiet ta' żvilupp ta' kriterji misjuba fil-paragrafu 1 għandhom jiġu identifikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3) fuq bażi annwali minn fost dawk elenkati fl-Anness I.
L-Anness I jista' jiġi emendat skond il-proċedura msemmija fl-artikolu 11(3) sakemm din id-Direttiva ma tingħatax għan aktar wiesgħa.
Emenda 20
Artikolu 4, paragrafu 1
1. Abbażi tan-notifikazzjonijiet magħmula skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3(3) u ta' kwalumkwe informazzjoni li għandha disponibbli, il-Kummissjoni għandha tipproponi lista ta' l-infrastrutturi kritiċi li għandhom jiġu magħżula bħala Infrastrutturi Kritiċi Ewropej.
1. Abbażi tan-notifikazzjonijiet magħmula skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3(3) u ta' kwalunkwe informazzjoni li għandha disponibbli, il-Kummissjoni għandha tipproponi lista ta' l-infrastrutturi kritiċi li għandhom jiġu magħżula bħala Infrastrutturi Kritiċi Ewropej. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew bid-dettalji ta' din il-lista.
Emenda 21
Artikolu 7, paragrafu 2, subparagrafu 1
Kull Stat Membru għandu jirraporta lill-Kummissjoni fil-qosor, fuq it-tipi ta' vulnerabilitajiet, theddid u riskji li ltaqa' magħhom f'kull settur imsemmi fl-Anness I fi żmien 19-il xahar mill-adozzjoni tal-lista misjuba fl-Artikolu 4(2) et seq fuq bażi regolari, kull sentejn.
Kull Stat Membru għandu jirraporta lill-Kummissjoni fil-qosor, fuq it-tipi ta' vulnerabilitajiet, theddid u riskji li ltaqa' magħhom f'kull settur imsemmi fl-Anness I fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni tal-lista misjuba fl-Artikolu 4(2) et seq fuq bażi regolari, kull sentejn.
Or. de
Ġustifikazzjoni
Tqassir tal-proċedura.
Emenda 22
Artikolu 7, paragrafu 4
4. Metodoloġiji komuni għall-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltajiet, theddid u riskji relatati ma' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej jistgħu jiġu żviluppati fuq bażi settorjali skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).
4. Metodoloġiji komuni għall-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltajiet, theddid u riskji relatati ma' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej jistgħu jiġu żviluppati fuq bażi settorjali skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3) u bil-parteċipazzjoni tal-partijiet konċernati.
Emenda 23
Artikolu 8
Il-Kummissjoni għandha tappoġja lill-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej billi tagħti aċċess għall-aħjar prassi eżistenti u għall-metodoloġiji relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Il-Kummissjoni għandha, f'koordinazzjoni ma' l-Istati Membri,tappoġġja lill-propjetarji/operaturi ta' l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej billi tagħti aċċess għall-informazzjoni u skambju ta' xhieda ta' esperjenza, prassi u metodoloġiji relatati mal-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika.
Emenda 24
Artikolu 10, paragrafu 2
2. Kull persuna li għandha aċċess u tħaddem, għan-nom ta' Stat Membru, l-informazzjoni kunfidenzjali skond din id-Direttiva għandu jkollha livell xieraq ta' skrutinju mill-Istat Membru ikkonċernat dwar dak li għandu x'jaqsam ma' sigurtà.
2. Kull persuna li għandha aċċess u tħaddem, għan-nom ta' Stat Membru, l-informazzjoni kunfidenzjali skond din id-Direttiva għandu jkollha livell mill-aktar għoli ta' skrutinju mill-Istat Membru ikkonċernat dwar dak li għandu x'jaqsam ma' sigurtà.
Emenda 25
Artikolu 10, paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika sottomessa lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni, ma tintużax għal għan ieħor għajr il-ħarsien ta' l-infarstrutturi kritiċi.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Informazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea sottomessa lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni, ma tintużax għal għan ieħor għajr il-ħarsien ta' l-infrastrutturi kritiċi Ewropej.
Emenda 26
Artikolu 11, paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn Kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' kull Punt ta' Kuntatt tas-CIP.
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri.
Or. de
Ġustifikazzjoni
Kunsiderazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.
Emenda 27
Artikolu 12, paragrafu 1, subparagrafu 1
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex titħares id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-31 ta' Diċembru 2007. Għandhom jikkomunikaw mill-aktar fis possibbli lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 2008. Għandhom jikkomunikaw mill-aktar fis possibbli lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Or. en
Ġustifikazzjoni
Data ta' skadenza aktar realistika.
PROĊEDURA
Titolu
L-identifikazzjoni, l-għażla u l-ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea
Philippe Busquin, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Silvia Ciornei, Den Dover, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Romano Maria La Russa, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Vladimír Remek, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali
Alexander Alvaro, Pilar Ayuso, Christian Ehler, Robert Goebbels, Edit Herczog, Erika Mann, John Purvis, Esko Seppänen, Silvia-Adriana Ţicău
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali
OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (7.6.2007)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib tal-ħarsien tagħhom
F'Ġunju 2004, ftit wara l-attentat fuq il-ferroviji f'Madrid, il-Kunsill Ewropew ta istruzzjonijiet lill-Kummissjoni biex tfassal strateġija komprensiva dwar protezzjoni ta' Infrastrutturi Kritiċi minħabba atti terroristiċi. Dan wassal f'Novembru 2005 għal Green Paper tal-Kummissjoni dwar programm Ewropew għall-Ħarsien ta' Infrastrutturi Kritiċi, fejn ġew elaborati strateġiji possibbli għar-realizzazzjoni ta' l-EPCIP ("Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastrutturi Kritiċi") u tan-Netwerk ta' Informazzjoni ta’ Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (Critical Infrastructure Warning Information Network - CIWIN). F'Diċembru 2005 il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern talab lill-Kummissjoni biex sa Ġunju 2006 tagħmel proposta dwar l-EPCIP. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar EPCIP ta' Diċembru 2006 tipprovdi bosta elementi għall-qafas ta' programm bħal dan. Element ta' dan il-programm huwa ppreżentat minn dan l-abbozz għal direttiva, li jinkludi proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea, li għandha ssir aħjar permezz tal-protezzjoni.
Din id-direttiva għandha tikkompleta l-programmi nazzżjonali eżistenti għall-protezzjoni ta' infrastrutturi importanti u tkompli tibni fuq il-miżuri speċifiċi eżistenti għas-setturi rispettivi dwar is-CIP. Il-Kummissjoni tipproponi li infrastruttura tiġi kkunsidrata kritika mill-perspettiva Ewropea, meta din tiġi interrotta jew tinqered b'mod li jkollha effetti fuq żewġ Stati Membri jew aktar jew fuq Stat Membru ieħor barra dak fejn tkun tinsab. Kull Stat Membru għandu jidentifika Infrastrutturi Kritiċi Ewropej (ECI) fit-territorju ta' ġuriżdizzjoni tiegħu u dawk barra t-territorju ta' ġuriżdizzjoni tiegħu li jistgħu jkollhom effett fuq dawn ta' l-aħħar, u jindikahom lill-Kummissjoni. Fuq din il-bażi l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li, b'mod ċentralizzat fil-proċedura komitoloġika, tipproduċi lista konkreta ta' Infrastrutturi Kritiċi Ewropej .
Apparti dan l-abbozz għal direttiva dwar il-proċedura għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-ECIs, id-dispożizzjonijiet legali li diġà jeżistu, li huma speċifiċi għas-setturi relattivi, jibqgħu fis-seħħ. Fis-settur tat-trasport, pereżempju, diġà hemm dispożizzjonijiet legali għas-sigurtà, fost l-oħrajn, għall-vapuri u fil-faċilitajiet tal-portijiet, l-ajruporti, l-avjazzjoni ċivili u t-trasport tal-merkanzija perikoluża.
Proposti għall-emendi tar-rapporteur
Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-Kummissjoni b'dan l-abbozz għal direttiva qed taqbeż il-limiti tal-kompetenza tagħha, billi qed tagħmel premessa żbaljata fil-mod kif tifhem id-dmirijiet tagħha u qed issegwi skop li jikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-inizzjattiva favur il-protezzjoni ta' l-Infrastrutturi Kritiċi għandha tiggarantixxi s-sigurtà interna. L-inizjattiva m'għandiex l-iskop li tħares l-istabilità tas-suq intern. Għall-kuntrarju tal-kompitu reali tagħha, li taħseb biex tikkompleta l-miżuri ta' l-Istati Membri, jidher ċar li l-Kummissjoni trid tibdel il-miżuri eżistenti ta' l-Istati Membri. Is-sistema proposta ta' l-obbligu li jsiru r-rapporti toħloq aktar strutturi burokratiċi u kontroproduttivi. Barra minn hekk, il-proposta ma ssolvix il-kompitu proprju, iżda tiddelegah lil Kumitat fil-proċedura komitoloġika. B' kollox ma' kollox jidher li huwa dubjuż kemm direttiva bħal din hijiex fuq kollox neċessarja
Ir-rapporteur hija tal-fehma li Infrastrutturi Kritiċi għandhom jiġu identifikati u magħżula esklussivament mill-Istati Membri. Hija ma taqbilx ma' l-obbligu li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-informazzjoni speċifika ta' l-Infrastrutturi Kritiċi. Dan jikkontradixxi l-interessi nazzjonali ta' sigurtà, għaliex lista ta' Infrastrutturi Kritiċi Ewropej tkun sors ta' informazzjoni interessanti għat-terroristi. L-amministrazzjoni deċentralizzata ta' l-ECIs fl-Istati Membri biss tidher li hija adattata biex tnaqqas il-potanzjal tal-periklu.
Bħala Infrastrutturi Kritiċi Ewropej għandhom jitqiesu biss dawk li meta jiġu interrotti jew jinqerdu, ikollhom effetti għall-inqas fuq tliet jew żewġ Stati Membri oħra minbarra fejn tkun tinsab l-infrastruttura kritrika. Barra minn hekk, is-setturi Ewropej ta' prijorità biss għandhom jiġu definiti u elenkati ċentralment fil-livell tal-Kummissjoni, u għandhom jiġu mfassla kriterji fundamentali indirizzati lejn l-importanza ta' l-infrastruttua għas-sikurezza (tal-provvista) għall-popolazzjoni.
Fid-deċiżjoni dwar jekk infrastruttura hijiex kritika jew le, il-"fattur uman", għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat. Għandu jiġi ċċarat li ċ-ċittadin huwa ċentrali għal din il-miżura u li r-regoli proposti qed isiru fl-interess tal-ġid tiegħu. Il-proposta għall-direttiva fl-aħħar mill-aħħar għandha tagħti kontribut għat-titjib tas-sigurtà pubblika u b'hekk tgħolli l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.
Setturi b'Infrastrutturi Kritiċi potenzjali huma elenkati fl-Anness I. Ir-rapporteur tipproponi li s-setturi potenzjalment kritiċi fil-qasam tat-trasport għandhom jiġu kompletati għal raġunijiet ta' ċarezza. Għaldaqstant il-kjarifikazzjoni għandha tinkludi l-elementi: mini, pontijiet, stazzjonijiet ferrovjarji, magħluq u ajruporti.
*************
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproponi ċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni.
Robert Atkins, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Georg Jarzembowski, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Sepp Kusstatscher, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Robert Navarro, Seán Ó Neachtain, Josu Ortuondo Larrea, Willi Piecyk, Luís Queiró, Reinhard Rack, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Georgios Toussas, Yannick Vaugrenard, Roberts Zīle
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali
Markus Ferber, Pedro Guerreiro, Elisabeth Jeggle, Anne E. Jensen, Corien Wortmann-Kool
PROĊEDURA
Titolu
L-identifikazzjoni, l-għażla u l-ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea
Alexander Alvaro, Alfredo Antoniozzi, Kathalijne Maria Buitenweg, Giuseppe Castiglione, Giusto Catania, Carlos Coelho, Fausto Correia, Elly de Groen-Kouwenhoven, Esther De Lange, Panayiotis Demetriou, Bárbara Dührkop Dührkop, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Roland Gewalt, Lilli Gruber, Adeline Hazan, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Roger Knapman, Magda Kósáné Kovács, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Barbara Kudrycka, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Edith Mastenbroek, Dan Mihalache, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Athanasios Pafilis, Luciana Sbarbati, Inger Segelström, Károly Ferenc Szabó, Vladimir Andreev Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka
Substitute(s) present for the final vote
Adamos Adamou, Edit Bauer, Simon Busuttil, Gérard Deprez, Koenraad Dillen, Iratxe García Pérez, Ignasi Guardans Cambó, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Metin Kazak, Jörg Leichtfried, Marianne Mikko, Herbert Reul, Rainer Wieland