Proċedura : 2007/0043(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0376/2007

Testi mressqa :

A6-0376/2007

Dibattiti :

PV 12/11/2007 - 18
CRE 12/11/2007 - 18

Votazzjonijiet :

PV 13/11/2007 - 5.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0502

RAPPORT     *
PDF 337kDOC 356k
12 t'Ottubru 2007
PE 390.516v03-00 A6-0376/2007

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Istatuti ta' l-Aġenzija Fornitriċi Euratom

(COM(2007)0119 – C6-0131/2007 – 2007/0043(CNS))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Romana Jordan Cizelj

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠIT
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Istatuti ta' l-Aġenzija Fornitriċi Euratom

(COM(2007)0119 – C6-0131/2007 – 2007/0043(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0119),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 54(2) tat-Trattat tal-Eurotom, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0131/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0376/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Iqis li l-ispiża ta’ l-Aġenzija Fornitriċi Euratom għall-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea trid tkun kompatibbli mal-limitu massimu rilevanti tal-qafas finanzjarju plurijennali l-ġdid u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (IIA);(1)

3.  Ifakkar li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġit ma tiddeterminax minn qabel l-eżitu tal-proċedura stipulata fil-Punt 47 ta’ l-IIA li tapplika għall-ħolqien ta’ l-Aġenzija Fornitriċi Euratom;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 119, it-tieni inċiż, tat-Trattat Euratom;

5.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

6.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi mill-Parlament

Emenda 1

Ċitazzjoni 1 a (ġdida)

 

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod2, u b'mod partikolari l-punt 47 tagħha,

 

___________________________________

2 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija Fornitriċi Euratom hija stabbilita bħala aġenzija ġdida. Din trid tkun riflessa fil-bażijiet legali msemmija fid-Deċiżjoni.

Emenda 2

Anness, Artikolu 1, paragrafu 1, punt (a)

twettaq il-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattat;

a) twettaq il-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattat u minn leġiżlazzjoni sekondarja;

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 tat-Trattat Euratom - u l-konnessjonijiet tiegħu mal-Kapitolu 7 dwar is-Salvagwardji u mal-Kapitolu 8 dwar il-pussess tal-Proprjetà - huma fis-seħħ u mtejba b'mod kontinwu, minħabba li l-leġiżlazzjoni u l-miżuri ta' implimentazzjoni huma adottati fuq il-bażi tat-Trattat.

B'mod partikulari, ġew introdotti proċeduri simplifikati fir-rigward tad-dritt esklussiv li jiġu konklużi kuntratti għall-forniment ta' materjal nukleari u d-dritt ta' l-għażla ta' l-Aġenzija (Artikoli 52 u 57).

Emenda 3

Anness, Artikolu 1, paragrafu 1, punt (b)

twettaq il-kompiti l-oħra mogħtija lilha mill-Kummissjoni.

b) għal dak il-għan, twettaq il-kompiti mogħtija lilha skond l-Artikolu 52 u l-artikoli sussegwenti tat-Trattat;

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija tista' taġixxi biss fil-limiti tat-Trattat - u huwa għalhekk li t-termini "kompiti oħrajn" b'żieda ma' "kompetenzi mogħtija mit-Trattat" huma xierqa - u fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, jiġifieri, l-Artikolu 52 u l-artikolu sussegwenti.

Emenda 4

Anness, Artikolu 1, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti partikulari li ġejjin, billi taġixxi, skond l-objettivi tat-Trattat, bħala osservatriċi ta' l-enerġija fil-qasam tal-forniment tal-materjali u s-servizzi nukleari:

a) timmonitorja u tanalizza l-forniment u d-domanda kif ukoll ix-xejriet tas-suq li jaffettwaw is-sigurtà tal-forniment tal-materjal nukleari;

b) tipprovdi lill-Istati Membri u lill-industrija surveys tas-suq perjodiċi dwar il-ħażniet ta' materjal nukleari ta' l-Unjoni Ewropea u dwar il-kopertura tal-kuntratti fit-tul ta' l-utilitajiet ta' l-UE, u studji perjodiċi dwar ir-riskju tas-suq, bil-għan li:

- jiġu evitati nuqqasijiet jew interruzzjonijiet fil-forniment tal-materjal nukleari fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-produzzjoni tal-fjuwil nukleari (mit-tħaffir għall-konverżjoni, l-arrikkiment u l-fabbrikazzjoni),

- tiġi żgurata l-viżjoni fit-tul li hi meħtieġa biex jinħoloq qafas għall-investiment fl-impjanti ta' fabbrikazzjoni u fl-esplorazzjoni tal-mini,

- tiġi preservata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq;

c) b'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 11, tiġi żviluppata kompetenza ta' livell għoli u jiġi prodott it-tagħrif u l-istudji prospettivi, u b'mod partikulari rapport ta' prospettiva dwar il-forniment u d-domanda, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-politika tal-forniment u surveys perjodiċi dwar ix-xejriet tan-negozju, ibbażati fuq studji rilevanti magħmulin b'mod konġunt mill-Kumitat Konsultattiv, sabiex tkun tista' tagħti pariri lill-industrija, tifformula rakkomandazzjonijiet għall-produtturi u l-utilitajiet u tagħmel proposti lill-Kummissjoni għal regolamentazzjoni fl-oqsma rilevanti.

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija, taħt il-patroċinju tal-Kummissjoni, għandha tibni korp koerenti bi studji speċifiċi u surveys perjodiċi dwar is-suq, flimkien mar-Rapport annwali. Dan għandu jippermetti lill-Aġenzija biex issir osservatriċi reali fil-qasam tal-politika tal-forniment.

L-Aġenzija għandha tiżviluppa approċċ attiv: bis-saħħa tal-monitoraġġ tas-settur tal-forniment, l-Aġenzija tikkostitwixxi l-korp adegwat biex tifformula rakkomandazzjonijiet, u, jekk ikun meħtieġ, biex telabora proposti kemm lill-azzjonisti u kemm lill-Kummissjoni.

Emenda 5

Anness, Artikolu 2, paragrafu 1

1. L-Aġenzija għandha personalità ġuridika skond l-Artikolu 54 tat-Trattat. L-Aġenzija għandha tkun rikonoxxuta bħala istituzzjoni bi status ta' interess pubbliku, u għandha topera fuq bażi mingħajr skop ta' lukru.

 

1. L-Aġenzija għandha personalità ġuridika skond l-Artikolu 54 tat-Trattat. Għandha tgawdi f'kull Stat Membru l-iżjed kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni legali skond il-liġi nazzjonali. B'mod partikulari, għandu jkollha l-kapaċità li tikseb u tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli, u li tieħu sehem fil-proċeduri legali. L-Aġenzija għandha tkun rikonoxxuta bħala istituzzjoni bi status ta' interess pubbliku, u għandha topera fuq bażi mingħajr skop ta' lukru.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tmexxi biss l-Artikolu 15 tal-proposta kurrenti tal-Kummissjoni lejn id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 "Status ġuridiku u sede".

Din id-dispożizzjoni kienet diġà teżisti fl-Istatuti ta' l-1958.

Emenda 6

Anness, Artikolu 2, paragrafu 3

3. L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha f'wieħed mill-postijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni f'dan ir-rigward.

3. L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha f'wieħed mill-postijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni f'dan ir-rigward, fuq proposta mill-Kummissjoni, wara li jikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv.

Ġustifikazzjoni

Is-sede ta' l-Aġenzija hija element kostitwenti ta' l-att bażiku li jistabbilixxi l-Istatuti. Għalhekk huwa importanti li jiġi involut il-parir tal-Kumitat Konsultattiv. Huwa biss il-Kunsill li għandu l-kompetenza li jistabbilixxi l-post tas-sede ta' l-Aġenzija, bl-għarfien tal-fatt li s-sede trid tkun f'wieħed mill-postijiet ta' ħidma tal-Kummissjoni.

Emenda 7

Anness, Artikolu 2, paragrafu 4

4. Tista’ fuq l-inizjattiva tagħha tieħu kull miżura oħra rigward l-organizzazzjoni interna tagħha li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha kemm ġewwa u kif ukoll barra mill-Komunità.

4. Tista’ fuq l-inizjattiva tagħha tieħu kull miżura oħra rigward l-organizzazzjoni interna tagħha li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Komunità, sakemm dawn il-miżuri ma jkollhomx implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti. Hija għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn ’il quddiem l-“awtorità baġitarja”) dwar kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tagħha, b’mod partikolari kwalunkwe proġett relatat ma’ proprjetà bħall-kiri jew ix-xiri ta’ bini, u għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan.

Ġustifikazzjoni

Ma jridx ikun f’idejn l-aġenzija li tiddeċiedi b’mod indipendenti dwar miżuri b’implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti.

Emenda 8

Anness, Artikolu 3, paragrafu 1

1. Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Kummissjoni.

1. Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv. Huwa għandu jaħdem għall-Aġenzija fuq bażi full-time u m'għandux jaġixxi bħala aġent tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-Aġenzija għandha r-responsabilità u l-awtonomija finanzjarja, il-funzjoni tad-Direttur Ġenerali għandha tkun diżassoċjata mill-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Istatuti preċedenti (Artikolu 9, paragrafu 4, ta' l-Istatuti ta' l-1958).

Minħabba l-evoluzzjoni ta' l-irwol ta' l-Aġenzija, din il-funzjoni trid tkun permanenti.

Biex ikun hemm konformità ma' l-irwol konsultattiv iddevolut lill-Kumitat, u minħabba li l-Kumitat huwa l-ħolqa li hemm bejn l-operaturi u l-Kummissjoni, il-Kumitat għandu jkun ikkonsultat fuq il-proposta mill-Kummissjoni.

Emenda 9

Anness, Artikolu 3, paragrafu 3, inċiżi minn 2 sa 5

- mill-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-Aġenzija;

- mill-immaniġġjar ta' l-Aġenzija, l-amministrazzjoni u r-riżorsi tagħha, inklużi l-kwistjonijiet tal-persunal;

- mill-ġestjoni tar-riżorsi ta' l-Aġenzija;

 

- mit-tħejjija ta' l-abbozz tad-dikjarazzjoni ta' l-estimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija, u l-eżekuzzjoni tal-baġit tagħha;

- mit-tħejjija ta' l-abbozz tad-dikjarazzjoni ta' l-estimi tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija, u l-eżekuzzjoni tal-baġit tagħha;

- mill-affarijiet kollha tal-persunal.

 

 

- mit-twettiq ta' kwalunkwe studju u mill-produzzjoni ta' kwalunkwe rapport speċifiku li jkun meqjus neċessarju skond l-Artikolu 1(1a) u mit-trażmissjoni ta' dawn l-istudji u r-rapporti lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;

 

- mill-iżgurar li l-ħidmiet speċifikati fl-Artikolu 1 jkunu mwettqa skond fl-interess ġenerali tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu żgurati l-effettività u l-indipendenza ta' l-Aġenzija fl-immaniġġjar ta' kuljum u fl-attivitajiet tagħha, id-Direttur irid jassumi r-responsabilità kollha għall-kompiti operattivi assenjati lill-Aġenzija, u għandu jkun ir-rappreżentant legali ta' l-Aġenzija. F'dan ir-rigward huwa għandu :

(i) jiżgura t-tlestija b'suċċess, fl-interess ġenerali tal-Komunità, tal-missjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1: b'mod partikulari huwa għandu jkun responsabbli mit-twettiq u mill-approvazzjoni ta' l-istudji u l-kompetenzi provduti mill-Kumitat.

(ii) jieħu r-responsabilità tad-direzzjoni u ta' l-immaniġġjar ta' l-Aġenzija.

Emenda 10

Anness, Artikolu 3, paragrafu 4

4. Kull sena d-Direttur Ġenerali għandu jgħaddi lill-Kummissjoni rapport li jkopri l-attivitajiet ta' l-Aġenzija tul is-sena preċedenti u programm ta' ħidma għas-sena sussegwenti.

4. Kull sena, sal-31 ta' Marzu, id-Direttur Ġenerali, wara li jikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, għandu jgħaddi lill-Kummissjoni rapport li jkopri l-attivitajiet ta' l-Aġenzija tul is-sena preċedenti u programm ta' ħidma għas-sena sussegwenti. Il-persuna kkonċernata għandha tressaq dan ir-rapport annwali flimkien ma' programm ta' ħidma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Istati Membri, flimkien ma' l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv.

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fil-waqt li tiżgura t-trasparenza u r-rapportar ta' l-attivitajiet tagħha.

Ir-rapport annwali u l-programm ta' ħidma, li jitressaq lill-Kummissjoni minħabba li l-Aġenzija taqa' taħt is-superviżjoni tagħha, għandu:

(i) jitressaq lill-Kumitat Konsultattiv għal parir,

(i) jitgħadda, flimkien ma' l-opinjoni tal-Kumitat, lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti fil-kontrolli politiċi.

Emenda 11

Anness, Artikolu 4, paragrafu 1

1. Id-Direttur Ġenerali u l-persunal ta' l-Aġenzija għandhom ikunu uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej regolati bir-regolamenti tal-Persunal ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u bir-regoli adottati flimkien ma' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej bil-ħsieb li jiġu applikati dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. L-uffiċjali għandhom jinħatru u l-pagi tagħhom jitħallsu mill-Kummissjoni.

1. Ir-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati flimkien ma' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej bil-ħsieb li jiġu applikati dawn ir-Regolamenti ta’ l-Istaff u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għandhom japplikaw għall-istaff ta’ l-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttur Ġenerali u l-istaff ta’ l-Aġenzija m’għandhomx neċessarjament jiġu rreklutati biss minn fost l-uffiċjali tal-KE.

Emenda 12

Anness, Artikolu 4, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Fir-rigward ta’ l-istaff tagħha, l-Aġenzija għandha teżerċita l-poteri mogħtija lill-awtorità tal-ħatra.

Ġustifikazzjoni

Bħal fi kwalunkwe aġenzija oħra, l-istaff tagħha għandu jinħatar u jitħallas mill-Aġenzija hi nfisha.

Emenda 13

Anness, Artikolu 5, paragrafu 5

5. Kull att ta’ l-Aġenzija li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 53 tat-Trattat jista’ jkun riferut lill-Kummissjoni mill-parti kkonċernata fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tasal in-notifika, jew, fin-nuqqas ta’ notifika, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni. Fin-nuqqas ta’ notifika u pubblikazzjoni, il-perjodu għandu jiddekorri mill-jum li fih il-parti kkonċernata ssir taf dwar l-att.

5. Kull att ta’ l-Aġenzija li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 53 tat-Trattat jista’ jkun riferut lill-Kummissjoni mill-parti kkonċernata fi żmien ħmistax-il ġurnata tax-xogħol minn meta tasal in-notifika, jew, fin-nuqqas ta’ notifika, fi żmien ħmistax-il ġurnata tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni. Fin-nuqqas ta’ notifika u pubblikazzjoni, il-perjodu għandu jiddekorri mill-jum li fih il-parti kkonċernata ssir taf dwar l-att.

Ġustifikazzjoni

Is-superviżjoni ġenerali tal-Kummissjoni u d-dritt tagħha tal-veto fuq id-deċiżjonijiet kollha ta' l-Aġenzija m'għandhomx jiġu konfuż mad-dritt ta' kwalunkwe parti interessata minn xi deċiżjoni li tirreferiha lill-Kummissjoni. Dan id-dritt jikkostitwixxi sigurtà legali qabel ma l-kwistjoni titressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u ma jistax jiġi eżerċitat f'perjodu limitat ta' għaxart ijiem tax-xogħol biss.

B'mod paralleli ma' l-Istatuti ta' l-1958, għandu jkun irrakkomandat li jinżamm perjodu ta' 15-il ġurnata li ma jikkontradixxix lit-Trattat, li ma jiffissa l-ebda restrizzjonijiet ta' żmien.

Emenda 14

Anness, Artikolu 7, paragrafu 3

3. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn kontribuzzjoni mill-Komunità, interessi mill-kontijiet bankarji u dħul mill-kapital tagħha u investimenti bankarji, u fejn meħtieġ, tariffa kif prevista fl-Artikolu 54 tat-Trattat u self.

3. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn kontribuzzjoni mill-Komunità mdaħħla fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea (taqsima tal-Kummissjoni), interessi bankarji u dħul mill-kapital tagħha u mill-investimenti bankarji tagħha, u, fejn meħtieġ, tariffa kif prevista fl-Artikolu 54 tat-Trattat u self. Il-finanzjament ta’ l-Aġenzija huwa suġġett għal ftehima mill-awtorità baġitarja, kif previst mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006.

Ġustifikazzjoni

Bħal bi kwalunkwe aġenzija oħra, għal raġunijiet ta’ trasparenza, is-sussidju Komunitarju jrid jidher b’mod ċar fil-baġit ta’ l-UE. Huwa wkoll neċessarju li wieħed jinnota hawnhekk li hemm bżonn li jintlaħaq ukoll ftehim dwar il-finanzjament ta’ l-Aġenzija Fornitriċi Euratom.

Emenda 15

Anness, Artikolu 7, paragrafu 4

4. L-infiq ta' l-Aġenzija għandu jkun magħmul mill-ispejjeż amministrattivi tal-persunal tagħha u tal-Kumitat Konsultattiv, kif ukoll spejjeż li jirriżultaw minn kuntratti konklużi ma' terzi persuni.

4. L-infiq ta' l-Aġenzija għandu jinkludi l-ispejjeż ta’ l-istaff tagħha, u l-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi tagħha, inklużi spejjeż li jirriżultaw minn kuntratti konklużi ma' terzi persuni.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-ispejjeż kollha ta’ l-aġenzija għandhom ikunu magħquda flimkien fil-baġit ta’ l-UE permezz ta’ żewġ linji tal-baġit, waħda għan-nefqa ta’ l-istaff u dik amministrattiva, l-oħra għan-nefqa operattiva.

Emenda 16

Anness, Artikolu 7, paragrafu 5a (ġdid)

 

5a. L-istima għandha tiġi trażmessa mill-Kummissjoni lill-awtorità baġitarja flimkien ma’ l-abbozz preliminari tal-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-awtorità baġitarja għandha tirċievi kopja ta’ l-istima tad-dħul u l-infiq ta’ l-aġenzija sabiex ikun possibbli li l-istima u l-figuri tal-PDB jiġu mqabbla.

Emenda 17

Anness, Artikolu 7, paragrafu 6

6. Abbażi ta’ l-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis neċessarji għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li jrid jitħallas mill-baġit ġenerali.

6. Fuq il-bażi ta’ l-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, l-istimi li tqis neċessarji għall-organigramma u l-ammont tas-sussidju li jrid jitħallas mill-baġit ġenerali, li hija għandha tressaq quddiem l-awtorità baġitarja skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 272 tat-Trattat jistabbilixxi poteri ta’ l-awtorità baġitarja fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-organigramma u s-sussidju Komunitarju ta’ l-aġenzija.

Emenda 18

Anness, Artikolu 7, paragrafu 7

7. Fil-qafas tal-proċedura baġitarja, l-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju ta' l-Aġenzija u għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment ta' l-Aġenzija, li għandu jidher separat mill-pjan ta' stabbiliment tal-Kummissjoni.

7. Fil-qafas tal-proċedura baġitarja, l-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju ta' l-Aġenzija u għandha tadotta l-organigramma ta' l-Aġenzija, li għandha tiġi ppubblikata b’mod separat fil-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-organigramma ta’ l-aġenzija m’għandhiex tiġi ppubblikata flimkien ma’ l-organigramma tal-Kummissjoni iżda indipendentement kif inhu l-każ bl-aġenziji, l-uffiċċji u l-entitajiet l-oħra.

Emenda 19

Anness, Artikolu 7, paragrafu 9

9. Kwalunkwe tibdil fil-pjan ta' stabbiliment u fil-baġit ta' l-Aġenzija għandu jkun is-suġġett ta' baġit li jemenda addottat bl-istess proċedura tal-baġit inizjali. Tibdil fil-pjan ta' stabbiliment jitressqu lill-awtorità baġitarja. Il-baġits li jemendaw jintbagħtu bħala informazzjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

9. Kwalunkwe bdil fl-organigramma u fil-baġit ta' l-Aġenzija għandu jkun is-suġġett ta' baġit li jemenda u għandu jkun adottat skond il-proċedura stipulata fil-paragrafi 5 sa 8.

Ġustifikazzjoni

Tibdil fil-baġit ta’ l-aġenzija, inkluż tibdil fl-organigramma, huwa suġġett għal awtorizzazzjoni mill-awtorità baġitarja.

Emenda 20

Anness, Artikolu 8, paragrafu 10

10. Ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-Aġenzija għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 183 tat-Trattat.

10. Ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-Aġenzija għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 183 tat-Trattat. Huwa għandu jkun konsistenti mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1, sakemm ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-ħidma ta’ l-Aġenzija u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

_____________________

1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Direttiva korretta fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39.

Ġustifikazzjoni

Id-derogi mir-Regolament Nru 2343/2002 għandhom jinżammu f’livell minimu għalkollox. L-aġenzija trid tipprova mingħajr ebda dubju li tali deroga hija l-unika triq biex tiggarantixxi t-tħaddim xieraq tagħha fil-limiti tad-deċiżjoni li biha ġiet stabbilita.

Emenda 21

Anness, Artikolu 10, paragrafu 2, subparagrafu 2

Id-dispożizzjonijiet dwar din l-imposta għandhom jiġu stipulati f'deċiżjoni implimentattiva.

Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kunsill, għandha tiddetermina r-rata ta' l-imposta u t-termini li fuqhom din għandha tinżamm. Il-Kummissjoni għandha taġixxi fuq proposta mid-Direttur Ġenerali li għandu jikseb l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv msemmi fl-Artikolu 11. Id-dispożizzjonijiet dwar l-arranġamenti prattiċi ta' din l-imposta għandhom jiġu stipulati f'deċiżjoni implimentattiva.

Ġustifikazzjoni

L-Istatuti jistgħu jipprovdu għal imposta fuq tranżazzjonijiet biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż operattivi ta' l-Aġenzija (Artikolu 54 paragrafu 5 tat-Trattat).

M'hemmx raġuni li jiġu modifikati l-kundizzjonijiet sabiex tiġi stabbilita din l-imposta billi sempliċiment nirreferu għal deċiżjoni ta' implimentazzjoni. Ir-rata ta' din it-"taxxa" u l-metodu li bih għandha tiġi evalwata u miġbura huma dispożizzjonijiet sostanzjali u jikkostitwixxu garanzija legali. Il-proċedura konnessa mar-rata trid tiġi stabbilita fid-dispożizzjonijiet ewlenin ta' l-Istatuti. Bħalma hu l-każ fl-Istatuti preċedenti, għandhom jinżammu l-konsultazzjoni mal-Kunsill u l-parir tal-Kumitat.

Emenda 22

Anness, Artikolu 11, paragrafu 1, subparagrafu 2

1. Il-Kumitat Konsultattiv (hawn taħt: imsejjaħ il-'Kumitat') għandu jkun kompost minn membru wieħed għal kull Stat Membru li ma jkollu l-ebda attivitajiet taċ-ċellola tal-fjuwil nukleari u żewġ membri għal kull Stat Membru li jkollu attivitajiet taċ-ċellola tal-fjuwil nukleari. Madankollu, Stat Membru jista' jagħżel li ma jipparteċipax fih. Kull membru jista' jkollu sostitut tiegħu li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat apparti l-membru sħiħ, imma dan ma jkunx jista' jivvota jekk il-membru sħiħ ikun preżenti. Jekk membru jirriżenja jew ma jkunx jista’ jwettaq dmirijietu, għandu jinħatar suċċessur għaż-żmien li fadal fil-kariga.

1. Il-Kumitat Konsultattiv (hawn taħt: imsejjaħ il-'Kumitat') għandu jkun kompost minn membru wieħed għal kull Stat Membru li ma jkollu l-ebda attivitajiet taċ-ċellola tal-fjuwil nukleari u żewġ membri għal kull Stat Membru li jkollu attivitajiet taċ-ċellola tal-fjuwil nukleari. Għandu jkollu membru wieħed addizzjonali għal kull Stat Membru li jkollu attivitajiet taċ-ċellola tal-fjuwil nukleari u li jikkontribwixxi iżjed minn EUR 300 000. Madankollu Stat Membru jista' jagħżel li ma jipparteċipax fil-Kumitat. Kull membru jista' jkollu sostitut tiegħu li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat meta l-membru sħiħ ma jkunx disponibbli. Jekk membru jirriżenja jew ma jkunx jista’ jwettaq dmirijietu, għandu jinħatar suċċessur għaż-żmien li fadal fil-kariga.

Ġustifikazzjoni

M'hemmx għalfejn isir tnaqqis drastiku fid-daqs tal-Kumitat (minn 69 membru għal 42 membru). Dan il-Kumitat inħoloq biex ikun għodda ta' djalogu bejn l-operaturi u l-esperti nukleari u biex jaġixxi bħala ħolqa mal-Kummissjoni. Minħabba li għandu kompetenzi varji, dan jista' jipprovdi appoġġ uniku lill-Aġenzija fil-kompiti assenjati lilha mit-Trattat. Fid-dawl ta' l-evoluzzjoni tal-missjonijiet ta' l-Aġenzija, dan l-irwol huwa partikularment importanti.

Ta' min jissuġġerixxi li l-Kumitat Konsultattiv ikun magħmul kif emendat.

B'hekk din l-għamla tibqa' konsistenti mal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda 23

Anness, Artikolu 11, paragrafu 2, subparagrafu 2

Il-membri tal-kumitat u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru mill-Istat Membru rispettiv tagħhom abbażi tal-livell ta' esperjenza rilevanti jew għarfien espert fil-qasam taċ-ċellola ta' fjuwil nukleri jew tal-ġenerazzjoni ta' l-enerġija nukleari. It-tul taż-żmien tal-kariga huwa ta' tliet snin. Il-mandat tal-membri jista' jiġġedded darba biss.

Il-membri tal-kumitat u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru mill-Istat Membru rispettiv tagħhom abbażi tal-livell ta' esperjenza rilevanti jew għarfien espert fil-qasam taċ-ċellola ta' fjuwil nukleri jew tal-ġenerazzjoni ta' l-enerġija nukleari. It-tul taż-żmien tal-kariga huwa ta' tliet snin. Il-mandat tal-membri jista' jiġġedded.

Ġustifikazzjoni

Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta’ 3 snin, li jiġġedded iżjed minn darba. M'hemm l-ebda raġuni li jiġi limitat il-mandat tal-membri. Minħabba l-ispeċificità tal-kompetenza nukleari u l-libertà ta' kull Stat Membru li jaħtar l-esperti tiegħu fil-Kumitat, il-mandat tal-membri jrid jibqa' rinnovabbli, kif stipulat fl-Istatuti preċedenti.

Emenda 24

Anness, Artikolu 12, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Il-Kumitat jista' jinnomina żewġ membri bħala konsulenti ta' l-uffiċjali eżekuttivi. L-uffiċjali eżekuttivi u l-konsulenti tagħhom għandhom jifformaw il-Bureau tal-Kumitat u għandu jkollhom il-kompitu li jżommu r-relazzjonijiet neċessarji f'isem il-Kumitat. Il-Bureau għandu jaġixxi bħala ħolqa bejn il-membri tal-Kumitat u d-Direttur Ġenerali ta' l-Aġenzija u għandu jikkoordina l-attività tal-Kumitat, b'mod partikulari fir-rigward tal-preparazzjoni, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni tar-rapporti tiegħu u l-pubblikazzjoni tal-kompetenzi tiegħu.

Ġustifikazzjoni

L-istatuti ta' l-1958 jistipulaw li l-Presidenza u l-Viċi-Presidenza, li jikkostitwixxu "l-Uffiċjali Eżekuttivi" jew "Bureau", ġew inkarigati li jlaqqgħu l-Kumitat u biex iżommu l-ħoloq kollha meħtieġa mal-Kumitat. Din il-funzjoni mhix stipulata fil-proposta kurrenti.

Din il-funzjoni trid tibqa' fis-seħħ u għandha tkun deskritta b'mod preċiż:

(i) huwa importanti li tiġi żgurata l-koordinazzjoni tal-ħidmiet tal-Kumitat, għax il-Kumitat huwa investit bil-produzzjoni tar-rapporti u bl-iżvilupp ta' kompetenza ta' livell għoli.

(ii) il-kompitu ta' koordinazzjoni jista' jiġi żgurat permezz ta' struttura leġġera ta' erba' persuna.

Emenda 25

Anness, Artikolu 12, paragrafu 2

2. Iż-żmien tal-kariga tal-Presidenti u tal-Viċi-Presidenti għandu jkun tliet snin. Il-mandat tal-ħatra m'għandux ikun jiġġeded, u l-presidenza għandha talterna bejn in-naħat differenti ta' l-industrija. Il-mandat tal-President jew ta' Viċi Presidenti għandu jintemm awtomatikament, jekk il-mandat tal-ħatra tiegħu bħala membru tal-Kumitat jispiċċa mingħajr ma jerġa' jiġġeded.

2. Iż-żmien tal-kariga tal-Presidenti, tal-Viċi-Presidenti u taż-żewġ konsulenti għall-uffiċjali eżekuttivi għandu jkun tliet snin. Il-mandat tal-ħatra għandu jiġġedded darba biss, u l-presidenza għandha talterna bejn in-naħat differenti ta' l-industrija. Il-mandat tal-President jew ta' Viċi Presidenti jew ta' kwalunkwe konsulent għall-uffiċjali eżekuttivi għandu jintemm awtomatikament, jekk il-mandat tal-ħatra tiegħu bħala membru tal-Kumitat jispiċċa mingħajr ma jerġa' jiġġedded.

Ġustifikazzjoni

Fl-Istatuti preċedenti, il-mandati tal-President u tal-Viċi Presidenti kienu jiġġeddu.

Ta' l-inqas, għandu jkun rakomandat li tiġi żgurata ċerta permanenza billi l-mandat tagħhom jitħalla jiġġedded għal darba.

Emenda26

Anness, Artikolu 13, paragrafu 1

1. Il-Kumitat għandu jassisti l-Aġenzija fit-twettiq tal-kompiti tagħha permezz ta’ opinjonijiet u informazzjoni. Għandu jservi ta' rabta bejn l-Aġenzija u kemm il-produtturi kif ukoll l-utenti fl-industrija nukleari.

1. Il-Kumitat għandu jassisti l-Aġenzija fit-twettiq tal-kompiti tagħha permezz ta’ studji u informazzjoni. Din l-assistenza għandha testendi wkoll għat-tħejjija tar-rapporti, l-eżerċizzji ta' stħarriġ u l-istudji msemmija fl-Artikolu 1(1a). Għandu jservi ta' rabta bejn l-Aġenzija u kemm il-produtturi kif ukoll l-utenti fl-industrija nukleari.

Emenda 27

Anness, Artikolu 13, paragrafu 2

2. Il-Kumitat jista' jiġi kkonsultat fuq kull kwistjoni fil-kompetenza ta' l-Aġenzija bil-fomm waqt il-laqgħat tiegħu jew bil-kitba bejn tali laqgħat. Il-Kumitat jista’ wkoll joħroġ opinjonijiet rigward kull kwistjoni fuq l-inizjativa ta’ mhux inqas minn terz tal-membri tiegħu.

2. Il-Kumitat jista' jiġi kkonsultat fuq kull kwistjoni fil-kompetenza ta' l-Aġenzija bil-fomm waqt il-laqgħat tiegħu jew bil-kitba bejn tali laqgħat. Il-Kumitat għandu, b'mod partikulari, ikun ikkonsultat meta din id-Deċiżjoni tistipula dan b'mod espliċitu. Il-Kumitat jista’ wkoll joħroġ opinjonijiet rigward kull kwistjoni fuq l-inizjativa ta’ mhux inqas minn terz tal-membri tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Rigward l-irwol konsultattiv tal-Kumitat, il-prinċipju tal-konsultazzjoni obligatorja li hemm fl-istatuti kurrenti ta' l-1958, għandu għall-inqas jinżamm (Emendi 12, 19, 20, 21, 22, 23, 24) u estiż kif propost fl-Emendi 5, 6, 8 u, sa ċertu punt, f'Emenda 24.

Emenda 28

Anness, Artikolu 13, paragrafu 3 (c)

(c) meta tiġi applikata imposta fuq tranżazzjonijiet, maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta’ l-Aġenzija (l-Artikolu 54(5) tat-Trattat);

(c) meta tiġi applikata imposta fuq tranżazzjonijiet, maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta’ l-Aġenzija (l-Artikolu 54(5) tat-Trattat) u r-rata tagħha;

Ġustifikazzjoni

Ara Emenda 12

Emenda 29

Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) il-kriterji għas-self, kif imsemmija fl-Artikolu 6(3);

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 18.

Emenda 30

Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (c b) (ġdid)

 

(cb) il-kriterji għad-definizzjoni tal-prattiki ta' l-ipprezzar li huma projbiti mill-Artikolu 68 tat-Trattat;

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 18.

Emenda 31

Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (d a) (ġdid)

 

(da) iż-żamma tal-Kont Speċjali tal-Minerali u l-Materjali Fissili msemmijin fl-Artikolu 88 tat-Trattat;

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 18.

Fiul-prattika, tali Kont Speċjali tal-Minerali u l-Materjali Fissili għadu ma ġiex stabbilit, minħabba li diġà hemm proċedura simplifikata meta kuntratti ta' forniment jkunu negozjati direttament. Iżda din id-dispożizzjoni tat-Trattat tista' dejjem tkun implimentata meta tkun meħtieġa, u għandha tibqa' fl-ambitu ta' l-irwol konsultattiv tal-Kumitat.

Emenda 32

Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (e)

(e) ir-regolament finanzjarju tal-baġit annwali, tal-kontijiet, ir-rapport dwar is-suq u l-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija.

(e) ir-regolament finanzjarju tal-baġit annwali ta' l-Aġenzija u l-kont speċjali ta' l-Aġenzija msemmi fl-Artikolu 171(2) tat-Trattat;

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 18.

Emenda 33

Anness, Artikolu 13, paragrafu 3, punt (e a) (ġdid)

 

(ea) ir-rapport annwali u l-programm ta' ħidma.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 18.

Emenda 34

Anness, Artikolu 14, paragrafu 1, parti introduttorja

1. Il-Kumitat għandu jiltaqa' fis-sede ta' l-Aġenzija:

1. Il-Kumitat għandu jitlaqqa' mill-President fis-sede ta' l-Aġenzija:

Emenda 35

Anness, Artikolu 14, paragrafu 1, punt (a)

(a) normalment darbtejn fis-sena;

(a) normalment darbtejn fis-sena u kull meta jitqies neċessarju mill-President;

Emenda 36

Anness, Artikolu 14, paragrafu 6

6. Is-segretarjat għall-Kumitat għandu jkun provdut mill-Aġenzija.

6. Is-segretarjat għall-Kumitat għandu jkun provdut mill-Aġenzija. Is-segretarjat, b'kollaborazzjoni mal-President, għandu jfassal l-aġenda li għandha tiġi approvata mill-Kumitat, jibgħat id-dokumenti relevanti kollha lill-membri tal-Kumitat mill-inqas ħmistax-il jum ta' xogħol qabel id-data ta' laqgħa u jipprepara l-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv u tal-laqgħat ta' l-uffiċjali eżekuttivi.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-Kummissjoni u l-Kumitat konsultattiv jaħdmu flimkien fit-tħejjija ta' l-aġenda, għax dan it-tip ta' djalogu jista' biss isaħħaħ l-effettività tal-ħidma ta' l-Aġenzija.

Emenda 37

Anness, Artikolu 14, paragrafu 7

7. L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar ta' membru tal-Kumitat għandhom jiġu rimborsati mill-Aġenzija.

7. L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar ta' membru tal-Kumitat wieħed minn kull Stat Membru għandhom jiġu rimborsati mill-Aġenzija.

Emenda 38

Anness, Artikolu 15

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 15 – Kapaċità ġuridika ta' l-Aġenzija

F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandu jkollha l-kapaċità ġuridika l-aktar wiesgħa li tista' tingħata lil persuni ġuridiċi li jaqgħu taħt il-liġijiet tagħhom. B'mod partikolari tista', takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti fi proċeduri ġuridiċi.

imħassar

 

(1)

  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

KUNTEST ĠENERALI

Skond it-Trattat Euratom, l-Aġenzija, li ilha taħdem sa mill-1960, għandha tiżgura l-forniment permezz ta' politika ta' forniment komuni bbażata fuq il-prinċipju ta' aċċess ugwali għas-sorsi tal-forniment.

Il-mandat ta' l-Aġenzija għandu l-għan ukoll li jiżgura li l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet mill-Komunità u għaliha jkunu konformi mal-politiki ta' l-UE dwar is-sigurtà tal-forniment u li l-interessi ta' l-utenti jkunu protetti.

Is-setgħat ta' l-Aġenzija: Sabiex l-Aġenzija twettaq dan il-kompitu, it-Trattat jagħtiha d-dritt ta' l-għażla li takkwista minerali, materjali sors u materjali fissili speċjali li jkunu prodotti fil-Komunità (Art. 57) u dritt esklussiv li tikkonkludi kuntratti għall-forniment ta' tali materjali minn ġewwa jew minn barra l-Komunità (Art. 52). Sabiex ikunu validi, il-kuntratti ta' forniment jridu jkunu sottomessi lill-Aġenzija għall-konklużjoni. Din is-sistema issa ġiet issimplifikata bl-introduzzjoni ta' proċeduri li jippermettu lill-partijiet interessati li jinnegozjaw il-kuntratti tagħhom huma stess. Madankollu dawn ikunu suġġetti għall-approvazzjoni ta' l-Aġenzija.

Barra minn dan, it-Trattat jistipula mezzi ta' intervent addizzjonali mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija fiċ-ċellola tal-fjuwil nukleari, bħall-ħolqien ta' ħażniet kummerċjali mill-Aġenzija (Art. 72 (1)) u ta' ħażniet ta' emerġenza mill-Kummissjoni (Art. 72 (2)), u appoġġ mill-Kummissjoni u rakkomandazzjonijiet fil-qasam tal-ħżin ta' l-uranju (Art. 70).

Prinċipji: It-Trattat jistipula "politika ta' forniment komuni" (Art. 52 (1)), li tfisser li l-Aġenzija u l-Kummissjoni qegħdin isegwu l-objettiv ta' sigurtà tal-forniment fit-tul permezz tad-diversifikazzjoni raġonevoli ta' sorsi ta' forniment u l-evitar ta' dipendenza eċċessiva fuq kwalunkwe sors wieħed partikulari, u billi jiżguraw li fil-kuntest ta' kummerċ ġust, tinżamm il-vijabilità ta' l-industrija taċ-ċellola tal-fjuwil nukleari.

Pereżempju, kmieni fis-snin disgħin, l-Aġenzija użat id-dritt esklussiv tagħha li tikkonkludi kuntratti sabiex tevita r-riskju tad-dipendenza li jirriżulta minn provvisti rħas u abbundanti ta' uranju naturali mill-eks repubbliki Sovjetiċi, billi rrifjutat li tapprova diversi kuntratti ta' forniment li kienu ġew konklużi magħhom(1). Illum il-ġurnata, l-Aġenzija qiegħda tkompli tirrakkomanda li l-utilitajiet ta' l-UE jżommu livell xieraq ta' inventarji strateġiċi u li jużaw l-opportunitajiet fis-suq biex iżidu l-inventarji tagħhom, dejjem skond iċ-ċirkustanzi individwali tagħhom. Barra minn dan, l-Aġenzija tirrakkomanda wkoll li l-utilitajiet ikopru l-biċċa l-kbira tal-bżonnijiet tagħhom stipulati minn kuntratti fit-tul permezz ta' sorsi ta' forniment diversifikati(2).

Dawn l-objettivi huma konnessi wkoll ma' dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattat Euratom. Ir-regoli tal-forniment ta' Kapitolu 6 huma applikati spiss fir-rigward tar-regoli ta' kontroll tas-sigurtà ta' l-Euratom tal-Kapitolu 7 sabiex jiġi evitat li l-materjal nukleari ma jintużawx għajr għall-użi intenzjonati tagħhom. L-Aġenzija għandha wkoll irwol fl-immaniġġjar tad-drittijiet ta' sjieda tal-Komunità għall-materjali fissili speċjali (Kapitolu 8).

REVIŻJONI TA' L-ISTATUTI U RAKKOMANDAZZJONIJIET TAR-RAPPORTEUR

L-Istatuti ta' l-Aġenzija jiddataw mill-1958, u fl-1978 l-Aġenzija adottat l-istruzzjonijiet tagħha dwar il-Kontabbiltà. Meta jitqiesu ż-żieda fin-numru ta' Stati Membri ta' l-UE, il-bżonn li jiġu applikati dispożizzjonijiet finanzjarji moderni għall-Aġenzija u l-bżonn li jiġi ffissat il-kwartieri tagħha, jirriżulta li jridu jiġu adottati Statuti ġodda.

I           Ir-Rapporteur iqis li l-objettivi ta' l-Aġenzija ta' Provvista jridu jkunu dddefiniti aħjar, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u billi jitqiesu l-objettivi ta' politika komuni dwar is-sigurtà tal-forniment. Ir-Rapporteur tqis li jkun utli li tittieħed l-opportunità li jiġu reveduti l-Istatuti sabiex ikun speċifikat b'mod ċar il-qasam ta' intervent ta' l-Aġenzija f'kuntest ta' enerġija li tiġġedded.

Ø Ir-reviżjoni ta' l-Istatuti għandha tagħti lill-Aġenzija l-mezzi li ssir osservatriċi ta' l-enerġija propja fil-politika tal-forniment nukleari u fis-swieq:

Fil-bidu, l-Aġenzija nħolqot bil-għan li tiżgura forniment regolati u ġusta ta' fjuwils nukleari għall-utenti ta' l-UE kollha, fil-kuntest tas-sjieda u l-monopolju tal-Gvern ta' l-Istati Uniti fuq il-materjali fissili u fuq l-offerta tal-materjali nukleari, u fil-kuntest ta' l-iskarsezza mistħajla ta' materjal sors. L-Aġenzija kienet is-sidt Ewropea u l-fornitriċi għall-utenti ta' l-UE.

Jekk il-kuntest inbidel, l-Aġenzija tibqa' f'pożizzjoni li tanalizza l-istruttura tal-kopertura kuntrattwali ta' l-operazzjonijiet taċ-ċellola tal-fjuwil Ewropea, u li tiżgura t-tmexxija ġusta tas-suq. Billi tipprevjeni r-riskji ta' nuqqasijiet jew interruzzjonijiet fil-produzzjonijiet f'kwalunkwe stadju taċ-ċellola Ewropea tal-fjuwil nukleari (esplorazzjoni, produzzjoni, fabbrikazzjoni, trasport, arrikkiment, eċċ), l-Aġenzija tgħin biex tingħata l-viżjoni fit-tul meħtieġa għall-investimenti fl-impjanti u fl-esplorazzjoni.

Għal dan il-għan, l-Aġenzija trid tipprovdi lill-industrija u l-gvernijiet dejta dwar l-ekwilibriji tas-suq, dwar il-livelli tal-prezzijiet fit-tul u dwar l-analiżi tar-riskju. The Rapporteur tqis li l-Aġenzija, taħt il-patroċinju tal-Kummissjoni, għandha tibni korp koerenti bi studji speċifiċi u surveys perjodiċi dwar is-suq, flimkien mar-Rapport annwali. Dan jippermetti lill-Aġenzija li ssir osservatriċi reali fil-qasam tal-politika dwar il-forniment u tas-swieq, b'mod konformi ma' l-objettivi ġenerali tal-Kummissjoni li żżid is-sigurtà tal-forniment fuq livell globali billi tistabbilixxi Osservatur ta' l-Enerġija fil-Kummissjoni(3) . Dan l-irwol ikun konsistenti wkoll mal-kompitu assenjat lill-Aġenzija mit-Trattat (b'mod partikulari mal-kostituzzjoni possibbli tal-ħażniet kummerċjali).

Ø  Funzjoni ta' appoġġ u ta' konsultazzjoni għandha tinżamm u tissaħħaħ fi ħdan l-Aġenzija:

- L-irwol tal-Kumitat Konsultattiv għandu jiġi adattat għall-ħtiġijiet ta' l-Aġenzija:

L-ambitu tal-Kumitat: Ir-Rapporteur tistaqsi dwar ir-raġunijiet għat-tnaqqis drastiku kemm fid-daqs tal-Kumitat u kemm fl-ambitu ta' l-intervent tiegħu. Huwa meħtieġ li nfakkru li dan il-Kumitat inħoloq biex ikun għodda ta' djalogu bejn l-operaturi u l-esperti nukleari u biex jaġixxi bħala ħolqa mal-Kummissjoni. Minħabba li għandu kompetenzi varji, dan jista' jipprovdi appoġġ uniku lill-Aġenzija fil-kompiti assenjati lilha mit-Trattat. Ir-Rapporteur tirrakkomanda li l-Aġenzija żżomm livell għoli ta' kompetenzi sabiex twettaq il-missjoni tagħha li timmonitorja l-evalwazzjonijiet, tipproponi rakkomandazzjonijiet u li tagħmel studji speċifiċi (dwar kwistjonijiet tekniċi, surveys tas-suq, analiżi tar-riskju. eċċ). L-Aġenzija għandha persunal ta' esperti ta' livell għoli mill-industrija jew mill-gvernijiet, li jkollhom esperjenza vasta tas-suq u ta' l-operazzjonijiet taċ-ċellola tal-fjuwil.

Fir-rigward ta' l-irwol konsultattiv tiegħu, ir-Rapporteur tissuġġerixxi li jinżamm il-prinċipju ta' konsultazzjoni obligatorja li hemm fl-istatuti kurrenti u li dan jiġi supplimentat kif propost fl-Artikolu 13 immodifikat.

Għamla: L-għamla l-ġdida pproposta mill-Kummissjoni ftit li xejn tqis din ir-realtà u tindika tnaqqis fis-saħħa ta' l-irwol tal-Kumitat, li hu notevolment mhux f'postu fi żmien meta l-Kummissjoni qiegħda tirrakkomanda l-ħolqien ta' għodod ta' sorveljanza bħal uffiċċju ta' l-osservatur ta' l-enerġija sabiex tiġi żviluppata politika dwar l-enerġija Ewropea effettiva. Ir-Rapporteur tifhem il-motivazzjoni ta' ristrizzjonijiet baġitarji fil-proposta għal tnaqqis minn 69 membru għal 42 membru. Madankollu hija tirrimarka li l-limitazzjoni ta' l-ispejjeż tat-trasport għal rappreżentant wieħed biss minn kull Stat Membru hija mod effettiv sabiex jinkiseb dan l-objettiv. Ir-Rapporteur iżżid tgħid li d-daqs tal-Kumitat ma jistax ikun ta' xkiel għall-effettività, minħabba li l-Kumitat irid ikun kapaċi jikkostitwixxi Gruppi ta' Ħidma kemm ikun meħtieġ u l-"Bureau" jkollu l-irwol ta' koordinatur.

Għalhekk ir-Rapporteur tqis li jekk se jiġi segwit xi tnaqqis fil-membri, għandha titqies il-kontribuzzjoni ta' l-Istati Membri għall-kapital ta' l-Aġenzija. Għalhekk qiegħda tiġi proposta allokazzjoni ġdida li tqis il-livell ta' kontribuzzjoni ta' l-Istati Membri lill-kapital (membru addizzjonali wieħed għal dawk l-Istati Membri li jikkontribwixxi iżjed minn EUR 300 000 u li jkollu attivitajiet taċ-ċellola tal-fjuwil nukleari). Din il-modifika għandha twassal għal żieda żgħira (5 membri meta mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni).

Il-mandat tagħhom għandu jkun jista' jiġġedded bla limitu sabiex tiġi żgurata l-istabilità tal-Kumitat u l-permanenza tal-kompetenza tiegħu. Hu f'idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu dwar in-nomina tal-membri tagħhom.

- Il-kompetenza u l-monitoraġġ għandhom jiddependu minn koordinazzjoni interna aħjar, ibbażata fuq struttura leġġera fi ħdan il-Kumitat:

L-istatuti ta' l-1958 jistipulaw li l-President u l-Viċi-Presidenti tal-Kumitat, li jikkostitwixxu "l-Bureau", ġew inkarigati li jlaqqgħu l-Kumitat u biex iżommu l-ħoloq kollha meħtieġa mal-Kumitat. Din il-funzjoni mhix stipulata b'mod ċar fil-proposta tal-Kummissjoni, għalkemm huwa neċessarju li tiġi żgurata l-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet ta' studju tal-Kumitat.

Għalhekk ir-Rapporteur tqis li din il-funzjoni essenzjali għall-Kumitat għandha tkun deskritta b'mod preċiż fl-Istatuti u appoġġjata mill-membri konsultattivi tal-Kumitat u li, kif inhu l-każ fl-Istatuti preċedenti, il-mandat tal-membri tal-"Bureau" jkun jista' jiġi mġedded għal darba.

II -      Ir-Rapporteur tqis li l-monitoraġġ, ir-rapportar u t-trasparenza huma elementi essenzjali għar-reviżjoni kurrenti ta' l-Istatuti.

Is-sistema tal-forniment, kif inhi stipulata mit-Trattat Euratom, hija r-riżultat ta' kompromess delikat bejn l-indħil mill-awtoritajiet pubbliċi (id-dritt esklussiv li tikkonkludi l-kuntratti, id-dritt ta' l-għażla, is-sjieda mill-awtoritajiet pubbliċi) u approċċ ta' suq iżjed liberu (organizzazzjoni kummerċjali ta' l-Aġenzija bħala entità legali separata, dritt bla limitu ta' użu u konsum għall-utenti, ipprezzar skond l-ekonomija tas-suq). Dawn id-dispożizzjonijiet speċjali tat-Trattat ma jistgħux jitqabblu ma' dak li nosservaw f'sistemi legali oħrajn, u l-Aġenzija la hija aġenzija eżekuttiva (4) u lanqas hija korp deċentralizzat b'devoluzzjoni teknika jew xjentifika simili għall-mudell tat-tliet ġenerazzjonijiet ta' aġenziji li nħolqu fi ħdan il-Komunità sa mis-snin sebgħin.

F'dan il-kuntest, ir-Rapporteur tenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-assoċjazzjoni tal-PE dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-forniment u b'mod partikulari:

- li jiġi definit aħjar l-irwol tal-PE fil-proċedura tal-baġit u li għall-inqas ikollu d-dritt li jiġi informat;

- li jingħataw lill-PE l-għodod biex ikun informat b'mod strett u biex isegwi l-attivitajiet ta' l-Aġenzija; il-PE għandu jirċievi l-programm ta' ħidma u r-rapport annwali ta' l-Aġenzija (Art. 3 (4)) u ta' kwalunkwe rapport jew studju speċifiku li jkun prodott skond l-Art. 3 (3).

3 (3).

(1)

Aġenzija tal-Forniment ta' l-Euratom - Rapport Annwali 1999, p.8.

(2)

Aġenzija tal-Forniment ta' l-Euratom - Rapport Annwali 2005, p.12.

(3)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Politika ta' l-Enerġija għall-Ewropa (COM(2007)0001).

(4)

Stabbilita skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (ĠU L 11, 16.1.2003)


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠIT (14.9.2007)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Istatuti ta’ l-Aġenzija Fornitriċi Euratom

(COM(2007)0119 – C6-0131/2007 – 2007/0043(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sfond

L-Aġenzija Fornitriċi Euratom, stabbilita skond l-Artikolu 54 tat-Trattat Euratom, hija l-entità Komunitarja responsabbli biex tiżgura forniment ġust ta’ materjali nukleari (metalli mhux maħduma, materja prima u materjali fissili speċjali). Bħala tali, hija għandha d-dritt esklussiv li tikkonkludi kuntratti relatati mal-forniment ta’ dawn il-materjali li jkunu ġejjin minn ġewwa l-Komunità jew minn barra.

L-Istatuti ta’ l-Aġenzija Fornitriċi Euratom imorru lura għall-1958 u qatt ma ġew adattati b’mod sostanzjali minn hemm ’il quddiem. Filwaqt li tqis iż-żieda fin-numru ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-bżonn li jkunu applikati dispożizzjonijiet finanzjarji moderni għall-Aġenzija u l-bżonn li tiġi ffissata s-sede tagħha, il-Kummissjoni issa tipproponi li jiġu adottati Statuti ġodda.

Proposta tal-Kummissjoni

L-Istatuti l-ġodda fihom dispożizzjonijiet finanzjarji li huma konformi mar-Regolament Finanzjarju ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Skond il-Kummissjoni, huma adattati aħjar għas-sitwazzjoni ta’ Unjoni Ewropea ikbar. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas id-daqs tal-Kumitat Konsultattiv ta’ l-Aġenzija sabiex jitjiebu t-tħaddim u l-effiċjenza tagħha. Il-kapital ta' l-Aġenzija u l-possibbiltà, prevista fit-Trattat Euratom, biex tkun applikata tariffa fuq it-tranżazzjonijiet, jinżammu. L-Istatuti l-ġodda għandhom l-għan ukoll li jirregolarizzaw il-fatt li l-istaff kollu ta’ l-Aġenzija kien trasferit minn Brussell għal-Lussemburgu fl-2004, f’konformità mad-deċiżjoni amministrattiva li l-attivitajiet tal-Kummissjoni li jittrattaw l-implimentazzjoni tat-Trattat Euratom ikunu kkonċentrati fil-Lussemburgu.

Rigward kwalunkwe effett finanzjarju ta’ l-Istatuti l-ġodda: skond il-Kummissjoni, id-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta “tirriżulta fi frankar finanzjarju żgħir fil-baġit Komunitarju” minħabba inqas rimborsi lill-membri tal-Kumitat Konsultattiv. Il-proposta m’għandha l-ebda Rendikont Finanzjarju.

Evalwazzjoni

Status quo - Fit-teorija

L-Aġenzija Fornitriċi Euratom inħolqot mit-Trattat Euratom ta’ l-1957. L-istatuti ta’ l-1958, li bħalissa huma fis-seħħ, jipprovdu għal entità simili għal aġenzija li, għalkemm “hija għandha tkun taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni, li għandha toħroġ direttivi għaliha u jkollha d-dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet tagħha”, għandha ċerti karatteristiċi ta’ indipendenza, ċerti drittijiet definiti b’mod ċar fir-rigward ta’ l-istaff tagħha u hija mmexxija minn Direttur Ġenerali b’ċerti poteri ċari u b’ċerta libertà ta’ aġir.

B’mod partikolari, skond l-istatut attwali:

Ø l-Aġenzija tista’ taħtar aġenti (Artikolu III)

Ø id-Direttur Ġenerali (Artikolu IX)

§ għandu jinħatar u, jekk ikun il-każ, jitneħħa mill-Kummissjoni

§ m’għandux jaġixxi bħala aġent tal-Kummissjoni

§ għandu jkun responsabbli lejn il-Kummissjoni għall-immaniġġjar tiegħu ta’ l-Aġenzija

Ø il-Kummissjoni għandha tagħti kwittanza lid-Direttur Ġenerali fir-rigward tal-qadi ta’ dmirijietu (Artikolu XVI).

Status quo - Fil-prattika

Staff: Bil-maqlub tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom li jistabbilixxi “Aġenzija” - kummerċjali - bħalissa l-Aġenzija Fornitriċi Euratom tidher li qed tiffunzjona bħala unità amministrattiva tal-Kummissjoni. Ma tidhirx li qed tagħmel użu mid-dritt tagħha li taħtar aġenti. Id-Direttur Ġenerali tagħha huwa membru ta’ l-istaff tal-Kummissjoni, bil-grad ta’ direttur, li ġie maħtur, ad personam, Direttur Ġenerali ta’ l-aġenzija. L-organigramma ta’ l-aġenzija hija ppubblikata flimkien ma’ l-organigramma tal-Kummissjoni (kolonna separata) u mhux individwalment bħall-aġenziji, l-uffiċċji u l-entitajiet l-oħra.

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom tiddubita kif uffiċjal tal-Kummissjoni, maħtur mill-Kummissjoni jista’ jkun f’pożizzjoni li ma jaġixxix bħala aġent tal-Kummissjoni. Huwa wkoll irregolari li direttur ġenerali maniġerjali jinħatar mill-istess awtorità li jrid ikun responsabbli lejha u li jrid jingħata kwittanza minnha, i.e. il-Kummissjoni.

Baġit: Il-linja 06 01 06 - sussidju tal-Euratom għat-tħaddim ta’ l-Aġenzija Fornitriċi (PDB 2008: EUR 180 000, baġit 2007: EUR 230 000) hija l-unika linja viżibbli tal-baġit għal din l-aġenzija. Is-sussidju sħiħ ta’ l-UE għall-aġenzija huwa mfassal fuq din il-linja. Hija taqa’ taħt l-Intestatura 5 ta’ l-MFF u tkopri biss, kif inhu ddikjarat fir-rimarki baġitarji, “nefqa li għamlet l-Aġenzija fl-attivitajiet tagħha”. In-nefqa ta’ l-aġenzija fuq l-istaff u l-bini hija inkluża fl-XX kapitolu tal-baġit, i.e. fil-linji ġenerali dwar il-bini u l-istaff tad-DG TREN tal-Kummissjoni.

Minħabba din il-preżentazzjoni tassew mhux normali ta’ l-aġenzija fil-baġit ta’ l-UE (jew in-nuqqas ta’ preżentazzjoni), ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom ma setgħatx tistabbilixxi, mingħajr ebda dubju, il-baġit attwali ta’ l-Aġenzija Fornitriċi Euratom. Il-baġit tagħha, li s-sussidju ta’ l-UE huwa biss parti minnu, mhux ippubblikat fil-websajt tagħha, u lanqas fi kwalunkwe dokument jew bażi ta’ dejta b’aċċess faċli.

Proposta ġdida

Skond il-fehma tar-rapporteur għal opinjoni tagħkom, l-istatuti l-ġodda proposti ma jsolvux b’mod reali l-problemi msemmija hawn fuq. Fil-fatt, huma wkoll iżidu n-nuqqas ta’ trasparenza u joħolqu iktar inkonsistenzi:

L-aġenzija għandha personalità ġuridika (Artikolu 2, paragrafu 1) u awtonomija finanzjarja (Artikolu 6, paragrafu 1) iżda tibqa’ taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni “li tista’ toħroġ direttivi għaliha” (Artikolu 5, paragrafu 1). L-aġenzija, fuq inizjattiva tagħha stess, tista’ tieħu kwalunkwe waħda mill-“miżuri li jikkonċernaw l-organizzazzjoni interna tagħha” (Artikolu 2, paragrafu 4) iżda titlef id-dritt tagħha li taħtar aġenti (l-artikolu oriġinali huwa mħassar). Id-Direttur Ġenerali u l-istaff ta’ l-aġenzija “għandhom ikunu uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej” (Artikolu 4, paragrafu 1 - hawnhekk jibqa’ wkoll mhux ċar jekk dan ifissirx li uffiċjali maħtura ta’ l-UE biss jistgħu jsiru membri ta’ l-istaff ta’ l-aġenzija qabel kollox) iżda r-rimunerazzjoni ta’ l-istaff mhix parti min-nefqa ta’ l-aġenzija kif ippubblikata fil-baġit ta’ l-UE. Is-sussidju tal-Euratom/UE għat-tħaddim [!] ta’ l-Aġenzija Fornitriċi (linja 06 01 06), ippubblikat fil-baġit ta’ l-UE, huwa maħsub li jkopri “spejjeż amministrattivi ta’ l-istaff tagħha u tal-Kumitat Konsultattiv” (Artikolu 7, paragrafu 4) u jaqa’ taħt l-Intestatura 5 ta’ l-MFF, etc.

Konklużjoni

Skond ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom, il-problema b’din l-aġenzija hija l-forma ibrida tagħha: fil-prattika, hija ovvjament iffunzjonat bħala servizz tal-Kummissjoni għal ħafna snin meta, fit-teorija, ġiet stabbilita mit-Trattat Euratom bħala aġenzija b’personalità ġuridika bi grad tajjeb ta’ awtonomija finanzjarja - inkella ma jkunx hemm bżonn ta’ statuti tagħha stess (xi ħaġa li s-servizzi tal-Kummissjoni normalment ma jkollhomx).

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom hija konxja bis-sħiħ dwar il-fatt li l-Aġenzija Fornitriċi Euratom mhix ibbażata fuq it-Trattat KE iżda fuq it-Trattat Euratom, għandha storja speċjali, hija - minħabba n-natura tal-ħidmiet tagħha - kwistjoni sensittiva għal xi Stati Membri u għalhekk ċertament mhix aġenzija deċentralizzata standard fis-sens modern tal-kelma kif użata fl-UE.

Iżda, minkejja dawn ir-riżervi kollha, l-Aġenzija Fornitriċi kif deskritt fl-istatuti tagħha fil-fatt għandha ċerti karatteristiċi impressjonanti ta’ aġenzija (minbarra isimha) u, iktar importanti għall-Kumitat għall-Baġit, hija tirċievi sussidju mill-Unjoni Ewropea.

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom għalhekk iddeċidiet, għar-raġuni ta’ trasparenza u f’konformità ma’ l-intenzjoni tat-Trattat Euratom li jistabbilixxi aġenzija, li tagħżel preżentazzjoni ċara u komprensibbli ta’ l-aġenzija fil-baġit ta’ l-UE, b’analoġija ma’ aġenziji jew uffiċċji oħra, jew entitajiet ad-hoc oħra li huma popolari llum.

Dan ifisser li n-nefqa kollha ta’ l-UE fuq l-aġenzija għandha tkun viżibbli b’mod ċar fil-baġit, inklużi l-ispejjeż tal-ħaddiema. Is-sussidju ta’ l-UE u l-organigramma (inkluża kwalunkwe modifika) iridu jkunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja.

Minħabba l-fatt li l-Kummissjoni ma ttrasferiet l-ebda rendikont finanzjarju flimkien mal-proposta tagħha, ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom mhix f’pożizzjoni f’dan l-istadju li tevalwa l-ispiża finali ta’ l-aġenzija, speċjalment minħabba li l-ispejjeż ta’ l-istaff u ta’ l-infrastruttura m’humiex inklużi fil-linja 06 01 06 fil-mument. Hija għalhekk ma tista’ tagħmel l-ebda evalwazzjoni fuq bażi soda dwar jekk il-proposta hix kompatibbli ma’ l-MFF 2007 - 2013 jew le.

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom tixtieq ukoll tirrimarka li, jekk l-ispiża sħiħa ta’ l-aġenzija li tħallas l-Unjoni Ewropea tkun preżentata separatament fil-baġit, wieħed jista’ jgħid li dan huwa każ ta’ “entità” ġdida fis-sens ta’ l-Artikolu 47 ta’ l-IIA. Imbagħad l-awtorità baġitarja jkollha bżonn tasal għal ftehim dwar il-finanzjament ta’ din l-aġenzija (parzjalment ġdida għall-baġit ta’ l-UE) fi trijalogu. Il-kompatibilità ma’ l-MFF 2007 - 2013 imbagħad tkun tista’ tiġi mħarsa.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda 1

Paragrafu 1 a (ġdid)

1a. Iqis li l-ispiża ta’ l-Aġenzija Fornitriċi Euratom għall-baġit ta’ l-UE trid tkun kompatibbli mal-limitu massimu rilevanti tal-qafas finanzjarju plurijennali l-ġdid (MFF) u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 ta’ l-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006;

Emenda 2

Paragrafu 1 b (ġdid)

1b. Ifakkar li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġit ma tiddeterminax minn qabel l-eżitu tal-proċedura stipulata fil-Punt 47 ta’ l-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 li tapplika għall-ħolqien ta’ l-Aġenzija Fornitriċi Euratom;

Proposta għal deċiżjoni

Test propost mill-Kummissjoni(1)  Emendi tal-Parlament

Emenda 3

Ċitazzjoni 1 a (ġdida)

 

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod2, u b’mod partikolari l-Punt 47 tagħha,

 

2 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija Fornitriċi Euratom hija stabbilita bħala aġenzija ġdida. Din trid tkun riflessa fil-bażijiet legali msemmija fid-Deċiżjoni.

Emenda 4

Anness, Artikolu 2, paragrafu 4

4. Tista’ fuq l-inizjattiva tagħha tieħu kull miżura oħra rigward l-organizzazzjoni interna tagħha li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha kemm ġewwa u kif ukoll barra mill-Komunità.

4. Tista’ fuq l-inizjattiva tagħha tieħu kull miżura oħra rigward l-organizzazzjoni interna tagħha li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Komunità, sakemm dawn il-miżuri ma jkollhomx implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti. Hija għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn ’il quddiem l-“awtorità baġitarja”) dwar kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tagħha, b’mod partikolari kwalunkwe proġett relatat ma’ proprjetà bħall-kiri jew ix-xiri ta’ bini. Hija għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dan.

Ġustifikazzjoni

Ma jridx ikun f’idejn l-aġenzija li tiddeċiedi b’mod indipendenti dwar miżuri b’implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti.

Emenda 5

Anness, Artikolu 3, paragrafu 1

1. Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Kummissjoni.

1. Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-mertu personali, il-ħiliet amministrattivi u ta’ mmaniġġjar u l-esperjenza professjonali rilevanti tiegħu/tagħha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji li bihom jinħatar id-Direttur Ġenerali jridu jkunu oġġettivi.

Emenda 6

Anness, Artikolu 3, paragrafu 4

4. Kull sena d-Direttur Ġenerali għandu jgħaddi lill-Kummissjoni rapport li jkopri l-attivitajiet ta' l-Aġenzija tul is-sena preċedenti u programm ta' ħidma għas-sena sussegwenti.

4. Kull sena d-Direttur Ġenerali għandu jgħaddi lill-Kummissjoni rapport li jkopri l-attivitajiet ta' l-Aġenzija tul is-sena preċedenti u programm ta' ħidma għas-sena sussegwenti. Dan ir-rapport u l-programm ta’ ħidma għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-aġenziji kollha huma mitluba li jittrażmettu r-rapporti ta’ attività u l-programmi ta’ ħidma tagħhom lill-Parlament u lill-Kunsill.

Emenda 7

Anness, Artikolu 4, paragrafu 1

1. Id-Direttur Ġenerali u l-persunal ta' l-Aġenzija għandhom ikunu uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej regolati bir-regolamenti tal-Persunal ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u bir-regoli adottati flimkien ma' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej bil-ħsieb li jiġu applikati dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. L-uffiċjali għandhom jinħatru u l-pagi tagħhom jitħallsu mill-Kummissjoni.

1. Ir-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati flimkien ma' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej bil-ħsieb li jiġu applikati dawn ir-Regolamenti ta’ l-Istaff u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għandhom japplikaw għall-istaff ta’ l-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttur Ġenerali u l-istaff ta’ l-Aġenzija m’għandhomx neċessarjament jiġu rreklutati biss minn fost l-uffiċjali tal-KE.

Emenda 8

Anness, Artikolu 4, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Fir-rigward ta’ l-istaff tagħha, l-Aġenzija għandha teżerċita l-poteri mogħtija lill-awtorità tal-ħatra.

Ġustifikazzjoni

Bħal fi kwalunkwe aġenzija oħra, l-istaff tagħha għandu jinħatar u jitħallas mill-Aġenzija hi nfisha.

Emenda 9

Anness, Artikolu 7, paragrafu 3

3. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn kontribuzzjoni mill-Komunità, interessi mill-kontijiet bankarji u dħul mill-kapital tagħha u investimenti bankarji, u fejn meħtieġ, tariffa kif prevista fl-Artikolu 54 tat-Trattat u self.

3. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn kontribuzzjoni mill-Komunità mdaħħla fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea (taqsima tal-Kummissjoni), interessi bankarji u dħul mill-kapital tagħha u mill-investimenti bankarji tagħha, u, fejn meħtieġ, tariffa kif prevista fl-Artikolu 54 tat-Trattat u self. Il-finanzjament ta’ l-Aġenzija huwa suġġett għal ftehima mill-awtorità baġitarja kif previst mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006.

Ġustifikazzjoni

Bħal bi kwalunkwe aġenzija oħra, għal raġunijiet ta’ trasparenza, is-sussidju Komunitarju jrid jidher b’mod ċar fil-baġit ta’ l-UE. Huwa wkoll neċessarju li wieħed jinnota hawnhekk li hemm bżonn li jintlaħaq ukoll ftehim dwar il-finanzjament ta’ l-Aġenzija Fornitriċi Euratom.

Emenda 10

Anness, Artikolu 7, paragrafu 4

4. L-infiq ta' l-Aġenzija għandu jkun magħmul mill-ispejjeż amministrattivi tal-persunal tagħha u tal-Kumitat Konsultattiv, kif ukoll spejjeż li jirriżultaw minn kuntratti konklużi ma' terzi persuni.

4. L-infiq ta' l-Aġenzija għandu jinkludi l-ispejjeż ta’ l-istaff tagħha, u l-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi tagħha, inklużi spejjeż li jirriżultaw minn kuntratti konklużi ma' terzi persuni.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-ispejjeż kollha ta’ l-aġenzija għandhom ikunu magħquda flimkien fil-baġit ta’ l-UE permezz ta’ żewġ linji tal-baġit, waħda għan-nefqa ta’ l-istaff u dik amministrattiva, l-oħra għan-nefqa operattiva.

Emenda 11

Anness, Artikolu 7, paragrafu 5a (ġdid)

 

5a. L-istima għandha tiġi trażmessa mill-Kummissjoni lill-awtorità baġitarja flimkien ma’ l-abbozz preliminari tal-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-awtorità baġitarja għandha tirċievi kopja ta’ l-istima tad-dħul u l-infiq ta’ l-aġenzija sabiex ikun possibbli li l-istima u l-figuri tal-PDB jiġu mqabbla.

Emenda 12

Anness, Artikolu 7, paragrafu 6

6. Abbażi ta’ l-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis neċessarji għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li jrid jitħallas mill-baġit ġenerali.

6. Fuq il-bażi ta’ l-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, l-istimi li tqis neċessarji għall-organigramma u l-ammont tas-sussidju li jrid jitħallas mill-baġit ġenerali, li hija għandha tressaq quddiem l-awtorità baġitarja skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 272 tat-Trattat jistabbilixxi poteri ta’ l-awtorità baġitarja fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-organigramma u s-sussidju Komunitarju ta’ l-aġenzija.

Emenda 13

Anness, Artikolu 7, paragrafu 7

7. Fil-qafas tal-proċedura baġitarja, l-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju ta' l-Aġenzija u għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment ta' l-Aġenzija, li għandu jidher separat mill-pjan ta' stabbiliment tal-Kummissjoni.

7. Fil-qafas tal-proċedura baġitarja, l-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju ta' l-Aġenzija u għandha tadotta l-organigramma ta' l-Aġenzija, li għandha tiġi ppubblikata b’mod separat fil-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-organigramma ta’ l-aġenzija m’għandhiex tiġi ppubblikata flimkien ma’ l-organigramma tal-Kummissjoni iżda indipendentement kif inhu l-każ bl-aġenziji, l-uffiċċji u l-entitajiet l-oħra.

Emenda 14

Anness, Artikolu 7, paragrafu 9

9. Kwalunkwe tibdil fil-pjan ta' stabbiliment u fil-baġit ta' l-Aġenzija għandu jkun is-suġġett ta' baġit li jemenda addottat bl-istess proċedura tal-baġit inizjali. Tibdil fil-pjan ta' stabbiliment jitressqu lill-awtorità baġitarja. Il-baġits li jemendaw jintbagħtu bħala informazzjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

9. Kwalunkwe tibdil fl-organigramma u fil-baġit ta' l-Aġenzija għandu jkun is-suġġett ta' baġit li jemenda u għandu jsegwi l-proċedura stipulata fil-paragrafi 5 sa 8.

Ġustifikazzjoni

Tibdil fil-baġit ta’ l-aġenzija, inkluż tibdil fl-organigramma, huwa suġġett għal awtorizzazzjoni mill-awtorità baġitarja.

Emenda 15

Anness, Artikolu 8, paragrafu 10

10. Ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-Aġenzija għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 183 tat-Trattat.

10. Ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-Aġenzija għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 183 tat-Trattat. Huwa ma jistax jiddevja mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1, sakemm ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-ħidma ta’ l-Aġenzija u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

_____________________

1 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

Ġustifikazzjoni

Id-derogi mir-Regolament Nru 2343/2002 għandhom jinżammu f’livell minimu għalkollox. L-aġenzija trid tipprova mingħajr ebda dubju li tali deroga hija l-unika triq biex tiggarantixxi t-tħaddim xieraq tagħha fil-limiti tad-deċiżjoni li biha ġiet stabbilita.

PROĊEDURA

Titolu

L-Istatuti ta' l-Aġenzija Fornitriċi Euratom

Referenzi

COM(2007)0119 - C6-0131/2007 - 2007/0043(CNS)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

24.5.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Jutta Haug

20.9.2004

 

 

Eżami fil-kumitat

17.7.2007

13.9.2007

13.9.2007

 

Data ta' l-adozzjoni

13.9.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Simon Busuttil, Brigitte Douay, Göran Färm, Ingeborg Gräßle, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Ville Itälä, Anne E. Jensen, Janusz Lewandowski, Nils Lundgren, Jan Mulder, Anders Samuelsen, Esko Seppänen, László Surján, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Peter Šťastný

(1)

ĠU C ??, 12.6.2007, p. ??.


PROĊEDURA

Titolu

L-Istatuti ta' l-Aġenzija Fornitriċi Euratom

Referenzi

COM(2007)0119 - C6-0131/2007 - 2007/0043(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

14.5.2007

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

24.5.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

24.5.2007

CONT

24.5.2007

ENVI

24.5.2007

AFCO

24.5.2007

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

CONT

27.3.2007

ENVI

3.5.2007

AFCO

7.6.2007

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Romana Jordan Cizelj

12.4.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

7.6.2007

25.6.2007

 

 

Data ta' l-adozzjoni

2.10.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Silvia Ciornei, Pilar del Castillo Vera, Lena Ek, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Umberto Guidoni, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Rebecca Harms, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Anne Laperrouze, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Radu Ţîrle, Patrizia Toia, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras, Dominique Vlasto

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Manuel António dos Santos, Avril Doyle, Robert Goebbels, Françoise Grossetête, Erika Mann, John Purvis, Bernhard Rapkay, Silvia-Adriana Ţicău, Vladimir Urutchev, Lambert van Nistelrooij

Aġġornata l-aħħar: 26 t'Ottubru 2007Avviż legali