dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra
(COM(2007)0421 – C6-0294/2007 – 2007/0159(CNS))
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0421)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 63(3)(b)(i) u (ii) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0294/2007)
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Liberatjiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni u l-Opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0000/2007),
1. Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u ta’ l-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja.
Il-Parlament Ewropew ġie kkonsultat dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni ta' żewġ ftehimiet b'kundizzjonijiet reċiproċi u paralleli mal-Balkani tal-Punent: Ftehimiet għar-rijammissjoni ma' l-Ex Repubblika Jugożlava tal-Macedonja u mal-Montenegro, u ftehimiet ma' l-Ex-Repubblika Jugożlava tal-Macedonja, tal-Montenegro u ta' l-Albanija dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra (l-Albanija diġà kkonkludiet ftehima ta' rijammissjoni fl-2005).
Is-Samit UE-Balkani tal-Punent li seħħ f'Thessaloniki fil-21 ta' Ġunju 2003 reġa' afferma l-importanza għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li jikkonkludu ftehimiet għall-faċilitazzjoni tal-viżi u għar-rijammissjoni biex ilaħħqu mal-kwistjonijiet ta' migrazzjoni illegali.
Ir-rapporteur jilqa' u juri l-importanza ta' dawn il-ftehimiet għall-Balkani tal-Punent li għandhom bżonn jitqiesu bħala pakkett li jkun ta' benefiċċju għaż-żewġ naħat; l-UE u dan ir-reġjun ta' importanza strateġika għall-UE, li jinkludi pajjiżi bi prospettiva għas-sħubija ma' l-UE (bil-Kroazja u l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja li ngħataw l-istatus ta' kandidati).
Il-konklużjoni ta' ftehimiet bħal dawn dwar il-faċilitazzjoni tal-viża trid titqies bħala pass importanti li jista' jħeġġeġ lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jimplimentaw riformi relevanti u jsaħħaħ il-koperazzjoni tagħhom fil-livell reġjonali u ma' l-UE f'oqsma bħal ma huma t-tisħiħ ta’ l-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, u ż-żieda tal-kapaċità amministrattiva tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri u s-sigurtà tad-dokumenti billi jiġu introdotti l-identifikaturi bijometriċi.
Sistema ta' l-immigrazzjoni li taħdem sew tirrikjedi ftehimiet għar-rijammissjoni effettivi u l-ebda ftehima għall-faċilitazzjoni tal-viżi m'għandha tiġi konkluża jekk ma jkunx hemm fis-seħħ ftehimiet għar-rijammissjoni. Madankollu l-UE għandha wkoll tikkunsidra li tagħmel użu minn strumenti oħrajn biex tilħaq il-konklużjoni u l-implimentazzjoni ta' ftehima għar-rijammissjoni eż. ftehima relatata mal-politika ta' natura politika, ekonomika, kummerċjali jew ta' żvilupp.
Ir-rapporteur jilqa' l-fatt li l-KE tqis il-fatturi tal-JHA meta tiddeċiedi għandhiex tibda n-negozjati dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi ma' pajjiżi terzi bħal ma huma l-immaniġġjar tal-fruntieri, is-sigurtà tad-dokumenti, il-migrazzjoni u l-ażil, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni. Fil-fatt, l-Albanija, il-Montenegro, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Bożnja Ħerzegovina kollha jaffaċċjaw sfidi speċifiċi f'dawn l-oqsma li għandhom bżonn approċċi differenzjati.
Madankollu r-rapporteur għadu jikkritika l-irwol limitat ħafna tal-Parlament Ewropew fil-konklużjoni ta' ftehimiet bħal dawn, li jibqa' fatt ta' dispjaċir għax iżid l-iżbilanċ demokratiku bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u ċ-ċittadini. Dawn il-kwistjonijiet għandhom implikazzjonijiet diretti għaċ-ċittadini ta' l-UE u sfortunatament il-PE mhuwiex informat fl-ebda stadju dwar il-bidu tan-negozjati u matul in-negozjati fir-rigward ta' l-impatt tar-rijammissjoni u l-ftehimiet għall-viżi u l-implikazzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet ta' l-ażil.
L-objettivi u l-qafas formali ta' dawn il-ftehimiet tal-Komunità għar-rijammissjoni jiġġustifikaw li l-Parlament Ewropew irid ikun informat dwar l-impatt ta' l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri. Informazzjoni fir-rigward tan-numru ta' migranti li jirritornaw, in-nazzjonalità, l-istatus, il-perjodu medju ta' stennija bejn l-arrest, ir-rikjesta għar-rijammissjoni u t-trasferiment eċċ... hija bżonjuża biex jitfassal rapport annwali li jrid jiġi ppreżentat lill-PE bil-għan li jsir dibattitu.
Għandhom jiddaħħlu mekkaniżmu ta' monitoraġġ u klawżola ta' sospensjoni fil-ftehimiet għall-faċilitazzjoni tal-viżi biex jippermettu li, meta trid, l-UE tkun tista' tissospendi l-applikazzjoni tal-ftehima fil-każ ta' diffikultajiet fir-rigward ta' l-implimentazzjoni jew żviluppi politiċi mhux mistennija.
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra
Il-Parlament Ewropew talab b’konsistenza biex ir-reġim aħrax tal-viżi li ġie impost fuq il-pajjiżi ta’ l-ex Jugoslavja ma jibqax daqshekk qawwi. Dan ir-reġim, li jikkontrasta b’mod qawwi mal-kundizzjonijiet ta' qabel il-gwerra li applikaw għaċ-ċittadini Jugoslavi, kien b'mod partikulari ta' ħsara għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ewropa.
Pjuttost milli jaqdi l-għan oriġinali tiegħu, b’mod partikulari dak li jipprevjeni netwerks kriminali lokali milli jestendu l-attivitajiet tagħhom għal barra r-reġjun, dan waqqaf studenti onesti, akkademiċi, riċerkaturi u negozzjanti milli jiżviluppaw kuntatti mill-qrib ma’ sħab f’pajjiżi ta’ l-UE. Xtered sens ta’ iżolament, ta’ diskriminazzjoni mhux mistħoqqa, ta’ gettoizzazzjoni, b’mod partikulari fost l-iżgħar fl-età, li xekklet l-identità Ewropea tagħhom. L-Ewropa hi soċjetà prosperuża li huma jixtiequ jkunu parti minnha, imma li huma jħossuhom imwarrba minnha.
Sadattant, il-kriminali kabbru n-netwerks tagħhom, waqqfu alleanzi ma organizzazzjonijiet simili fl-Istati Membri ta’ l-UE u espandew l-attivitajiet tagħhom fit-territorji tagħna, dan kollu minkejja r-restrizzjonijiet fuq il-viżi li japplikaw bħalissa.
Għalhekk huwa leġittimu li wieħed jiddubita il-bażi tal-politika dwar il-viżi li l-Unjoni applikata s’issa fil-pajjiżi tal-pajjiżi tax-Xlokk ta’ l-Ewropa. Għandu jkun hemm ħafna aktar enfasi fil-koperazzjoni reġjonali fit-taqbida kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar, b’aktar fondi u programmi maħsuba għat-titjib ta’ faċilitajiet, taħriġ u kumpens aħjar għall-persunal, u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji aktar sofistikati. Dan kollu jiswa l-flus u huwa hawn li l-Unjoni għandha turi solidarjetà. Huwa fl-interess mhux biss ta’ dawn il-pajjiżi iżda wkoll ta’ l-Unjoni li jiġu żviluppati forzi ta’ kontroll fuq il-fruntieri, pulizija u amministrazzjoni pubblika li jkunu effiċjenti, ta’ min joqgħod fuqhom u bla tixħim. Għalhekk l-għajnuna permezz ta’ l-Istrument ta’ Qabel is-Sħubija għandha tiżdied, b’fondi addizzjonali mogħtija għal dan l-għan.
Bl-għoti ta’ din it-tip ta’ għajnuna (finanzjarja u teknika) l-Unjoni tkun qed tgħin lil dawn il-pajjiżi jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-pass suċċessiv – il-liberalizzazzjoni tal-viżi. Il-Parlament Ewropew, u b’mod partikulari l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, huwa ħafna favur it-tneħħija tar-rekwiżiti tal-viżi għaċ-ċittadini tar-reġjun kemm jista’ jkun malajr sakemm ikun teknikament possibli. Fil-fehma tagħna, dan ikun sinjal tanġibbli li l-pajjiżi tagħhom huma parti mill-Ewropa. Dan iħeġġiġhom biex jieħdu azzjoni determinata biex jaddottaw ir-riformi li eventwalment iwassluhom għas-sħubija sħiħa ta’ l-Unjoni Ewropea.
******
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jipproponi l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.
Vittorio Agnoletto, Christopher Beazley, Monika Beňová, Michael Gahler, Jas Gawronski, Alfred Gomolka, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Vytautas Landsbergis, Willy Meyer Pleite, Samuli Pohjamo, Libor Rouček, Katrin Saks, Jacek Saryusz-Wolski, Gitte Seeberg, Ari Vatanen, Josef Zieleniec
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali
Árpád Duka-Zólyomi, Gisela Kallenbach, Erik Meijer, Rihards Pīks, Csaba Sándor Tabajdi, Marcello Vernola
PROĊEDURA
Titolu
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra
Alexander Alvaro, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Giuseppe Castiglione, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Elly de Groen-Kouwenhoven, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Roland Gewalt, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Claude Moraes, Inger Segelström, Károly Ferenc Szabó, Adina-Ioana Vălean, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Simon Busuttil, Charlotte Cederschiöld, Evelyne Gebhardt, Ona Juknevičienė, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Eva-Britt Svensson