RAPPORT dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

17.10.2007 - (C6-0287/2007 – 2007/2019(BUD))

u Ittra ta' emenda Nru 1/2008 (13659/2007 - C6-0341/2007) għall-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
Taqsima III – Kummissjoni
Kumitat għall-Baġit
Rapporteur: Kyösti Virrankoski

Proċedura : 2007/2019(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0397/2007

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Kummissjoni (C6‑0287/2007 – 2007/2019(BUD)) u Ittra ta' Emenda Nru 1/2008 (13659/2007 - C6-341/2007) għall-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej[1],

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2],

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod[3],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-istrateġija politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura baġitarja ta' l-2008[4],

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-2 ta' Mejju 2007 (SEC(2007)0500),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, li l-Kunsill stabbilixxa fit-13 ta' Lulju 2007 (C6-0287/2007),

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kumitat tiegħu għall-Baġit tad-9 ta' Lulju 2007 dwar il-mandat għall-proċedura ta' konċiljazzjoni tal-baġit 2008, liema deċiżjoni ngħatat qabel l-ewwel qari mill-Kunsill[5],

–   wara li kkunsidra l-Ittra ta' emenda Nru 1/2008 (13659/2007 - C6-0341/2007) għall-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati (A6‑0397/2007),

Kwistjonijiet ewlenin - Ċifri ġenerali, proposta għar-reviżjoni ta' l-MFF, Ittra ta' emenda Nru 1

1.   Ifakkar li l-prijoritajiet politiċi tiegħu għall-baġit 2008 kienu stipulati fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-istrateġija politika annwali ta' l-24 ta' April 2007, imsemmija aktar 'il fuq, li tibni fuq l-approċċi meħuda waqt il-preparazzjoni tal-baġit 2007 u n-negozjati li wasslu għall-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006; jenfasizza li l-approċċ "baġit biex jinkisbu r-riżultati" li ġie approvat f'dik ir-riżoluzzjoni huwa bbażat fuq il-pilastri ta' preżentazzjoni trasparenti, objettivi ċari u implimentazzjoni preċiża, b'tali mod li l-Kummissjoni tiġi ġġudikata mhux fuq il-bażi ta' proċess burokratiku, iżda fuq ir-riżultati li tikseb fl-ilħuq ta' objettivi li ġew miftiehma politikament; se jkompli jenfasizza dawn l-elementi fil-bqija tal-ħidma tiegħu fuq il-baġit 2008;

2.   Fir-rigward taċ-ċifri ġenerali, jiddeplora l-fatt li l-Kunsill naqqas b' EUR 717 miljun l-approprjazzjonijiet ta' impenn fl-Abbozz tal-Baġit 2008 meta mqabbel ma' l-abbozz preliminari tal-baġit, b'tali mod li l-approprjazzjonijiet ta' impenn tnaqqsu għal EUR 128 401 miljun; jieħu pożizzjoni soda kontra t-tnaqqis mill-Kunsill ta' EUR 2 123 miljun mill-ħlasijiet ġenerali fl-abbozz tal-baġit, liema tnaqqis ġab il-ħlasijiet totali għal EUR 119 410 miljun, ekwivalenti għal 0.95% tad-dħul gross nazzjonali ta' l-UE, biex b'hekk ħalla marġni ta' aktar minn EUR 10 biljun inqas mill-massimu permess fi ħlasijiet skond il-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) għall-2008;

3.   Fir-rigward ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn, huwa partikolarment kritiku tat-tnaqqis mill-Kunsill ta' approprjazzjonijiet għal programmi b'pakketti multiannwali li kienu biss reċentament innegozjati u maqbula b'deċiżjoni konġunta mal-Parlament Ewropew; jipproponi, fl-ewwel qari tiegħu tal-baġit 2008, li dan it-tnaqqis jitreġġa' lura u jqis li hu neċessarju li jsiru numru ta' żidiet fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għal ċerti prijoritajiet politiċi; dan wassal għal livell aggregat ta' EUR xxx xxx miljun;

4.   Fir-rigward ta' l-approprjazzjonijiet ta' ħlas, jikkunsidra li 0.95 % tad-dħul gross nazzjonali ta' l-UE hija ċifra insuffiċjenti fid-dawl ta' l-isfidi politiċi affaċċjati mill-UE; jesprimi l-istagħġib tiegħu għall-fatt li l-Kunsill ippropona 'l fuq minn EUR biljun fi tnaqqis mill-ħlasijiet fl-intestaturi 1a u 1b għal programmi identifikati bħala prijoritajiet fl-Istrateġija ta' Liżbona biex jittejbu l-kompetittività u l-koeżjoni Ewropea - prijorità tal-Kunsill u tal-Parlament li ilha teżisti; għaldaqstant jipproponi żidiet fil-livell ġenerali tal-ħlasijiet sa 0.99% tal-GNI ta' l-UE. f'konformità ma' l-enfażi fuq implimentazzjoni preċiża fl-approċċ "baġit biex jinkisbu r-riżultati", iffoka dawn iż-żidiet fuq il-prijoritajiet ta' Liżbona u fuq il-programmi fejn il-livelli ta' impenji mhux imħallsa ("reste à liquider" (RALs)) huma persistentament għolja;

5.   Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2007 li talbet reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali biex jiġi pprovdut finanzjament adegwat għall-Galileo u għall-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija tul il-perjodu 2007 - 2013; dwar il-Galileo, ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-20 ta' Ġunju 2007[6] favur soluzzjoni Komunitarja għall-Galileo; dwar l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija, jikkunsidra li l-approprjazzjonijiet għandhom jiġu bbaġitjati skond il-qasam ta' politika "riċerka 08", fejn l-istruttura amministrattiva jkollha l-linja tagħha stess ("Istitut Ewropew għat-Teknoloġija - struttura amministrattiva") taħt l-Intestatura 5 (Amministrazzjoni) u linja separata għall-KICs ("Istitut Ewropew għat-Teknoloġija - Komunitajiet għat-Tagħrif u l-Innovazzjoni (KICs)"); ifakkar li l-approprjazzjonijiet għall-Galileo u għall-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija tpoġġew f'riżerva iżda ma tnaqqsux mill-Kunsill fl-Abbozz tal-Baġit; ippropona emendi għall-Galileo u għall-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija fl-ewwel qari tiegħu b'tali mod li l-approprjazzjonijiet finali fil-baġit 2008 jiddependu fuq ftehim sodisfaċenti dwar ir-reviżjoni proposta tal-qafas finanzjarju multiannwali;

6.   Jappoġġja l-ittra ta' emenda għall-abbozz preliminari tal-baġit 2008 adottata mill-Kummissjoni fis-17 ta' Settembru 2007, u b'mod partikolari taż-żidiet fl-approprjazzjonijiet ta' impenn proposti għall-Kosovo (EUR 120 miljun) u għall-Palestina (EUR 142 miljun) li jammontaw b'kollox għal EUR 262 miljun iktar miċ-ċifri ta' l-abbozz preliminari tal-baġit; jinnota li l-Kunsill ippropona wkoll aktar approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Kosovo u l-Palestina li jammontaw b'kollox għal EUR 260 miljun fl-abbozz tal-baġit; jikkunsidra li l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jipprovdu spjegazzjoni ċara, qabel it-tieni qari mill-Parlament tal-baġit 2008, ta' l-istrateġija li fuqha huma bbażati ż-żidiet proposti, u tad-diviżjoni ta' l-approprjazzjonijiet għall-Kosovo bejn il-kategoriji tal-KE u tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni;

7.   Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2007 dwar "ir-riforma tal-baġit, it-tibdil ta' l-Ewropa" (SEC(2007)1188); jenfasizza l-fatt li r-rapporteur permanenti għall-qafas finanzjarju multiannwali 2007 - 2013 diġà pprepara dokument dwar din il-kwistjoni u se jkompli jmexxi l-bqija tar-riflessjonijiet u tal-ħidma tal-Parlament dwar il-futur ta' l-arranġamenti baġitarji ta' l-UE;

Il-ħolqien ta' baġit biex jinkisbu r-riżultati - fuq il-bażi tal-konċiljazzjoni ta' l-ewwel qari

8.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehim ta' ħames dikjarazzjonijiet konġunti, li huma annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill waqt il-konċiljazzjoni ta' l-ewwel qari dwar il-baġit 2008, tat-13 ta' Lulju 2007; saħħaħ l-importanza politika ta' dawn id-dikjarazzjonijiet billi kkunsidrahom fil-preparazzjoni ta' l-emendi għall-abbozz tal-baġit, f'konformità ma' l-approċċ "baġit biex jinkisbu r-riżultati";

9.   F'konformità mad-dikjarazzjoni konġunta maqbula mal-Kunsill fit-13 ta' Lulju 2007, jixtieq jara approvazzjoni aktar mgħaġġla mill-Kummissjoni tal-programmi operattivi fil-fondi strutturali, il-fond ta' koeżjoni u l-iżvilupp rurali sabiex il-flejjes operattivi jkunu jistgħu jintnefqu; jitlob progress mgħaġġel f'dan il-qasam mill-Kummissjoni; sabiex jiġi aċċelerat il-proċess, ipoġġi f'riserva ċerti spejjeż amministrattivi tal-Kummissjoni; jenfasizza li l-ebda fondi operattivi mhu qed jitpoġġew f'riserva; se jirrilaxxa r-riservi fuq l-ispejjeż operattivi f'konformità ma' rata mtejba ta' approvazzjoni ta' programmi operattivi;

10. Dwar ir-reklutaġġ u r-riorganizzazzjoni, poġġa EUR 49 miljun f'riserva sakemm ikun hemm impenn mill-Kummissjoni li twettaq studju dwar l-implimentazzjoni ABM qabel it-30 ta' April 2008 bl-informazzjoni li ġejja għall-awtorità baġitarja:

· Kif jistgħu jiġu integrati aħjar ma' xulxin id-diversi komponenti taċ-ċiklu SPP-ABM (APS, CLWP, AMP ...)?

· Kif tista' tiġi mtejba, possibilment permezz ta' sistema ta' IT integrata, l-integrazzjoni taċ-ċiklu SPP-ABM ma' ċikli oħrajn (ċiklu HR, l-immaniġġjar tar-riskju, evalwazzjoni ...)?

· Il-komunikazzjoni ta' lista ta' indikaturi ta' prestazzjoni ċari u predeterminati li għandhom jintużaw matul iċ-ċiklu kollu sabiex jiġi mtejjeb l-immaniġġjar tal-prestazzjoni;

u:

L-impenn tal-Kummissjoni li tippreżenta segwitu tar-rapport tagħha "dwar l-ippjanar u l-aħjar użu tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni biex iservu l-prijoritajiet ta' l-UE" sat-30 ta' April 2008 li jenfasizza b'mod partikolari analiżi ddettaljata ta' l-istaff skond il-kategorija, u skond id-Direttorati Ġenerali, u l-evoluzzjoni li hi prevista fis-snin li ġejjin;

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali u l-istadju li waslet fih l-implimentazzjoni tal-Punt 44 ta' l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006;

11. Dwar id-dħul assenjat, jinsisti dwar trasparenza mtejba f'dan il-qasam; jipproponi tibdil fl-istrument tad-dħul assenjat għall-aġenziji ddeċentralizzati, sabiex ikun hemm tqabbil aħjar bejn id-dħul assenjat u aġenziji speċifiċi; jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li l-użu tad-dħul assenjat fil-fond għar-ristrutturar taz-zokkor ħoloq "baġit f'baġit" de facto, li huwa diffiċli li jiġi rrikonċiljat mal-prinċipju baġitarju ta' l-universalità li hu mnaqqax fir-Regolament Finanzjarju; jesprimi d-disponibilità tiegħu li jiġi rivedut ir-Regolament Finanzjarju fir-rigward tad-dħul assenjat;

12. Dwar l-aġenziji ddeċentralizzati, jerġa' jġib kif kienu l-livelli ta' l-abbozz preliminari tal-baġit bl-eċċezzjoni tal-FRONTEX li għaliha hemm żieda ta' EUR 30 miljun adottata taħt it-Titolu 3 u bl-eċċezzjoni ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent b'żieda żgħira taħt it-Titolu 3; jilqa' b'sodisfazzjon il-progress imwettaq mill-aġenziji l-aktar ġodda fl-espansjoni ta' l-attivitajiet tagħhom b'mod effettiv u effiċjenti; jitlob aktar ċarezza fil-futur rigward pjanijiet ta' ħidma u bżonnijiet ta' persunal fuq perjodu ta' żmien medju;

13. Dwar l-aġenziji eżekuttivi, ifakkar l-obbligi tal-Kummissjoni stabbiliti permezz tal-"Kodiċi ta’ Imġiba dwar it-twaqqif ta' Aġenzija Eżekuttiva"[7]; jikkunsidra li l-aġenziji eżekuttivi m’għandhomx, la issa u lanqas fil-ġejjieni, iwasslu għal żieda fis-sehem ta’ l-ispiża amministrattiva; jenfasizza li kwalunkwe proposta għall-ħolqien ta' aġenzija eżekuttiva ġdida, u għall-espansjoni ta' aġenziji eżekuttivi eżistenti, għandha tkun ibbażata fuq analiżi komprensiva ta' l-ispiża involuta meta mqabbla mal-benefiċċji miksuba, u li għandhom jiġu stipulati b'mod ċar linji ta' kontabilità u responsabilità fil-proposta;

14. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-kontijiet ta' l-attivitajiet ipprovduti ma' l-abbozz preliminari tal-baġit 2008 taw aktar attenzjoni lill-objettivi u lill-indikaturi tar-riżultati minflok lil deskrizzjonijiet twal tal-proċess amministrattiv; jinnota, madankollu, li għad baqa' differenzi sinifikanti bejn id-Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kwalità tal-Kontijiet ta' l-Attivitajiet; jistenna aktar titjib fis-snin li ġejjin;

15. Jikkunsidra li l-indikaturi tal-prestazzjoni issa qegħdin jintużaw mill-Kummissjoni bħala parti integrali ta' l-ippjanar ex ante tal-baġit, iżda jitlob li l-indikaturi tal-prestazzjoni jingħataw rwol akbar fl-evalwazzjoni ex post tal-prestazzjoni; huwa tal-fehma li d-dejta pprovduta fil-kontijiet ta' l-attivitajiet għandha tkun integrata aħjar mar-rapporti ta' l-attivitajiet annwali ta' kull Direttorat-Ġenerali; jikkunsidra li dan għandu jgħin lill-Awtorità Baġitarja biex tara sa fejn ir-riżorsi addizzjonali mitluba jwasslu għall-ksib ta' riżultati u mhux sempliċement għall-ħolqien ta' aktar burokrazija;

16. Jilqa' b'sodisfazzjon l-eżerċizzju tal-grupp ta' l-immonitorjar li twettaq mill-Kumitat għall-Baġit tiegħu matul l-2007; jittama li dan l-eżerċizzju jkun jista' jkompli jikkontribwixxi għal livell imtejjeb ta' mmoniterjar baġitarju; ikompli jappoġġja s-sistema ta' l-Avviż ta' Tbassir tal-Baġit bħala kontribuzzjoni għat-titjib ta' l-implimentazzjoni tal-baġit; jitlob li t-tieni dokument ta' l-Avviż ta' Previżjoni tal-Baġit jiġi ppreżentat f'Settembru, u mhux f'Ottubru, 2008 sabiex il-Parlament ikun jista' jikkunsidra dan id-dokument fil-preparazzzjoni ta' l-ewwel qari tiegħu ta' l-abbozz tal-baġit 2009;

17. Ifakkar li, skond l-Artiklu 53c tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 44 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, li għandhom bħala l-għan aħħari tagħhom li jiżguraw il-kontroll intern effettiv u integrat tal-fondi Komunitarji u d-dikjarazzjonijiet ta' mmaniġġjar nazzjonali, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li "jipproduċu sommarju annwali fil-livell nazzjonali xieraq tal-verifiki tal-kontijiet u d-dikjarazzjonijiet disponibbli"; jinnota li, skond informazzjoni li waslet mill-Kummissjoni, s'issa kien biss numru limitat ta' Stati Membri li kkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehima Interistituzzjonali; jiddispjaċih li l-ebda waħda mill-proposti konkreti dwar dikjarazzjonijiet (maniġerjali) nazzjonali ppreżentati mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu għall-2003, l-2004 u l-2005 ma hija inkorporata fl-Istrateġija ta' Verifika tal-Kummissjoni u jitlob lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Parlament infurmat; ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligu tagħhom li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju rivedut, li għadhom kif qablu dwaru reċentement; itenni li l-Istati Membri huma obbligati wkoll li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-Punt 44 tat-IIA u kif ukoll huma obbligati skond l-Artikolu 274 TKE biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni skond il-prinċipji ta' mmaniġjar finanzjarju sod;

18. Itenni l-importanza li titjieb l-implimentazzjoni baġitarja b'konformità mad-dikjarazzjoni adottata fil-konċiljazzjoni tal-baġit Novembru 2006; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni dwar l-azzjonijiet meħuda jew previsti sabiex din id-dikjarazzjoni tiġi applikata; ifakkar li din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod regolari fil-laqgħat tat-trijalogu;

19. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tapplika bis-sħiħ ir-Regolament tal-Kunsill Nru. 1/1958 tal-15 ta' April 1958 li jitabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u jqis il-bażijiet finanzjarji għal derogi bħala invalidi, minħabba li ma ġewx ippreżentati waqt il-proċedura baġitarja;

Kwistjonijiet speċifiċi - elementi ewlenin skond l-intestatura baġitarja, il-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji

20. Dwar l-intestatura 1a, "Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjieg", jirrifjuta t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas li sar mill-Kunsill fl-ewwel qari tiegħu, speċjalment fejn dan ikopri programmi multiannwali li reċentament ġew deċiżi b'mod konġunt mal-Parlament u li għandhom l-għan li jwettqu l-Istrateġija ta' Liżbona; ireġġa' lura dan it-tnaqqis u jipproponi żidiet f'numru ta' linji li huma prijoritajiet politiċi għall-Parlament; jipproponi numru ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji f'konformità mal-prerogattivi baġitarji tiegħu; jenfasizza l-importanza li titnaqqas l-istigma tal-falliment tan-negozji fil-kuntest tal-Programm Kompetittività u Innovazzjoni (CIP);

21. Dwar l-intestatura l b, "Koeżjoni għat-tkabbir u għall-impjieg", jiddeplora t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' ħlas li sar fl-ewwel qari tal-Kunsill; ireġġa' lura dan it-tnaqqis u jipproponi żidiet li jammontaw għal EUR x xxx miljun fi ħlasijiet, f'linji fejn l-RALs kienu konsistentament għolja fi snin reċenti; jitlob proċeduri amministrattivi aktar issimplifikati sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi għall-fondi strutturali u ta' koeżjoni, anke f'termini ta' aspetti kwalitattivi li fir-rigward tagħhom l-Unjoni l-għandha l-aktar impatt fuq ħajjet iċ-ċittadini tagħha;

22. Jilqa' d-dokumentazzjoni u l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Kummissjoni u mill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) rigward il-Faċilitajiet Finanzjarja ta' Taqsim tar-Riskju (RSFF); huwa tal-fehma li r-riżerva fuq dawn il-linji tista' titneħħa mill-baġit; madankollu jitlob biex ikun infurmat u biex id-dokumenti relevanti jiġu mgħoddija lilu meta l-linji gwida jiġu adottati għat-tieni parti tas-CIP, l-istrumenti tal-kapital ta’ riskju, u jitlob li jkun infurmat dwar ir-riżultat tan-negozjati bejn l-EIB u l-Kummissjoni dwar il-koperazzjoni konġunta għall-istrument ta' garanzija tas-self għat-TEN-Transport (LGTI);

23. Dwar l-intestatura 2, "Preżervazzjoni tar-riżorsi naturali", huwa fermament oppost għat-tnaqqis indiskriminat propost mill-Kunsill f'ħafna linji taħt din l-intestatura tal-baġit; jerġa' jġib kif kien l-abbozz preliminari tal-baġit għal ħafna minn dawn il-linji, iżda jinnota li l-Kunsill se jkollu l-aħħar kelma dwar dawk il-linji li jikkonċernaw in-nefqa; jitlob preżentazzjoni aktar ċara, fil-proċeduri baġitarji tal-ġejjieni, taċ-ċifri għall-miżuri tas-suq u l-għajnuniet diretti ; jinsab imħasseb bir-rata mhix mgħaġġla ta' adozzjoni tal-programmi operattivi fir-rigward tal-pilastru ta' l-iżvilupp rurali tal-politika agrikola komuni, prijorità tal-Parlament li hija teżisti; jistenna li jara titjib rapidu f'dan ir-rigward;

24. Janfasizza l-bżonn li titħaffef il-proċedura rigward it-tfassil ta' programmi nazzjonali speċjali għall-irkupru ta' prodotti tar-raba' u tal-produzzjoni ta' l-annimali fiż-żoni affetwati bin-nirien u forom oħra ta' diżastri naturali; jenfasizza li dawk il-programmi għandhom jiġu ffinanzjati mill-EAFRD (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali) permezz ta' trasferimenti jew sussidji interni fi Stat Membru;

25. Dwar l-intestatura 3a, "Libertà, sigurtà u ġustizzja", ipoġġi f'riżerva l-approprjazzjonijiet għall-Fond tar-Ritorn sakemm tiġi adottata l-bażi legali; ipoġġi wkoll f'riżerva l-approprjazzjonijiet sakemm tingħata informazzjoni aħjar lill-Parlament dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità; jenfasizza l-importanza tal-ħidma ta' l-aġenzija Frontex; iqis li l-aġenzija Frontex għandu jkollha rwol aktar effettiv fit-tisħiħ tal-fruntieri esterni ta' l-UE, b'mod partikulari biex tnaqqas il-piż li attwalment qed jaffaċċjaw Stati Membri fir-rigward ta' l-immigrazzjoni illegali; jistieden lill-Aġenzija biex tippreżenta b'mod regolari lill-kumitat kompetenti tagħha l-qagħda kurrenti u l-ħidmiet ippjanati li se jsiru; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iwettqu dak li wiegħdu u jappoġġjaw il-missjonijiet ta' l-Aġenzija sabiex l-Aġenzija tkun tista' twettaq il-ħidmiet tagħha b'mod aktar effettiv;

26. Dwar l-intestatura 3b, "Ċittadinanza", jiddeplora t-tnaqqis li sar mill-Kunsill f'din l-intestatura, li jista' jaffettwa programmi bħal Kultura 2007, Midja 2007 u Żgħażagħ f'azzjoni; jerġa' jġib kif kien l-abbozz preliminari tal-baġit u jipproponi f'dan ir-rigward approprjazzjonijiet għal numru ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji ġodda jew li għadhom għaddejjin; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iffinanzjar għall-kampanja ta' informazzjoni u prevenzjoni HELP jispiċċa fil-baġit għall-2008, u jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta inizjattiva ta’ segwitu; barra minn hekk jappoġġja, fl-Istrument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili, il-forniment ta' kapaċità komplementari fil-forma ta' forza ta' riżerva biex jiġu mmaniġġjati diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem u kif ukoll f'każijiet ta' atti terroristiċi jew aċċidenti ambjentali;

27. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti appoġġ kontinwu għall-investiment f'infrastruttura biex titjieb l-akkomodazzjoni tar-refuġjati;

28. Ifittex li jinkoraġġixi vuċi aktar b'saħħitha għal gruppi li huma rrapreżentati inqas aħjar fis-soċjetà ċivili, filwaqt li jiġu miġġielda l-forom kollha tad-diskriminazzjoni u jissaħħu d-drittijiet tan-nisa, tat-tfal, ta' min għandu diżabilità u ta' l-anzjani;

29. Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-approprazzjonijiet allokati għall-informazzjoni biex tipprovdi informazzjoni diversa, li, inter alia, taħseb għall-bżonnijiet ta' l-informazzjoni pubblika tal-minoritajiet parlamentari;

30. Dwar l-intestatura 4, "L-UE bħala msieħba globali", jappoġġja ż-żidiet, inklużi dawk għall-Kosovo u l-Palestina, fl-ittra ta' emenda tal-Kummissjoni għall-abbozz preliminari tal-baġit tas-17 ta' Settembru 2007; jipproponi EUR 10 miljun addizzjonali għall-Kosovo (linja 22 02 02) u EUR 10 miljun oħra għall-Palestina (linja 19 08 01 02) u żidiet oħra għall-prijoritajiet tiegħu sal-limitu ta' l-MFF, inkluż li l-abbozz preliminari tal-baġit għar-Riżerva ta' Għajnuna fl-Emerġenzi jerġa' jiġi kif kien; inaqqas l-infiq fuq is-CFSP b'EUR 40 miljun għal-livell tal-baġit 2007; jitlob l-użu ta' l-istrument ta' flessibilità sa totali ta' EUR 87 miljun għall-infiq fuq is-CFSP u prijoritajiet oħra, inklużi l-Kosovo u l-Palestina; iqis li dan jirrifletti is-sottofinazjament kroniku ta' l-intestatura 4 fl-MFF ta' l-2007-2013;

31. Ifakkar lill-Kunsilll li l-laqgħat konġunti regolari tal-kumitat dwar is-CFSP għandhom jippromwovu djalogu politiku reali ex ante, minflok jintużaw sempliċement biex jinfurmaw lill-Parlament b'mod ex post;

32. Jemmen li l-UE għandha tikkoordina aħjar l-inizjattivi varji u ta' min ifaħħarhom tagħha biex tiġġieled u teqred il-mard relatat mal-faqar f'pajjiżi ġirien u li qed jiżviluppaw; jipproponi li jiġu allokati riżorsi baġitarji adegwati biex dawn il-pajjiżi jiġu pprovduti bl-istrumenti ta' assistenza teknika meħtieġa; iddeċieda li joħloq linja baġitarja separata għall-Fond Dinji biex jiġu Miġġielda l-AIDS, it-Tuberkolożi u l-Malarja sabiex titjieb it-trasparenza u jiġi garantit l-iffinanzjar neċessarju kemm għall-Fond Dinji u kif ukoll għal prijoritajiet tas-saħħa oħra;

33. Dwar l-intestatura 5, "Amministrazzjoni", jikkunsidra li linji ċari ta' responsabilità u kontabilità huma komponent essenzjali biex jitkompla l-proċess ta' l-immodernizzar ta' l-amministrazzjoni ta' l-UE; ifakkar li d-direzzjoni li jieħdu r-riformi tas-sistema fil-ġejjieni għandha tkun li jjun hemm objettivi politiċi ċari u responsabilità individwali biex jintlaħqu dawn l-objettivi skond indikaturi li għandhom jiġu stabbiliti meta tiġi ppreżentata d-dejta mill-istudji varji mitluba mill-Kumitat għall-Baġit tiegħu dwar is-suġġett;

34. F'dan il-kuntest, jiddeplora l-ineffiċjenzi inerenti f'sistema ta' kompetizzjonijiet li tista' tħalli "kandidati approvati" jinfnew f'lista ta' riżerva għal bosta snin, bl-ebda garanzija li se jiġu offerti pożizzjoni; jikkunsidra li ż-żamma ta' dan l-approċċ tista' tikkontribwixxi biex jonqos l-istandard medju ta' l-uffiċjali l-ġodda ta' l-UE minħabba li l-aħjar kandidati se jfittxu impjieg f'setturi aktar dinamiċi ta' l-ekonomija ta' l-UE; jitlob impenn serju mill-Kummissjoni biex terġa' tħares lejn din il-kwistjoni fil-kuntest ta' ħidma ta' segwitu għall-eżerċizzju ta' kontroll u tipprovdi informazzjoni ulterjuri b'aktar dettalji ta' persunal għal kull kategorija u kull Direttorat Ġenerali u l-evoluzzjoni mistennija għas-snin li ġejjin;

35. Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis l-impjieg ta' dawk li jkunu qed jitħarrġu bħala kriterju fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' servizz lill-ditti esterni;

36. Jerġa' jġib kif kien l-abbozz preliminari tal-baġit fir-rigward tat-tnaqqis li sar mill-Kunsill għall-approprjazzjonijiet u l-listi ta' l-istaff fl-intestatura 5; ipoġġi EUR 49 miljun f'riżerva sakemm jiġu pprovduti d-dejta u l-istudji hawn fuq imsemmija; jixtieq iżomm u jiżviluppa djalogu interistituzzjonali kostruttiv fir-rigward ta' l-isforzi kontinwi biex jittejbu l-prattiki amministrattivi fl-istituzzjonijiet Ewropej; jenfasizza l-importanza ta' reklutaġġ adegwat mit-12-il Stat Membru ġdid; huwa tal-fehma li, fir-rigward tat-tkabbir, dokumenti ta' relevanza għal diskussjonijiet u deċiżjonijiet, bħal, pereżempju, evalwazzjonijiet ta' l-impatt, għandhom ikunu disponibbli fil-lingwi kollha neċessarji, minħabba li dawk id-dokumenti huma għodda għat-tfassil aħjar tal-liġijiet; f'dan ir-rigward ifakkar li l-Kumitat għall-Baġit tiegħu nieda, permezz ta' żewġ studji, proċess biex janalizza l-objettivi tar-riforma amministrattiva tal-Kummissjoni, li jiffoka fuq l-introduzzjoni ta' bbaġitjar ibbażat fuq l-attività (ABB) u mmaniġjar ibbażat fuq l-attività (ABM), l-introduzzjoni taċ-ċiklu ta' ppjanar strateġiku u l-allokazzjoni tan-nefqa amministrattiva relatata;

37. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport dwar benchmarks ma' persunal f'organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħala segwitu għar-rapport tagħha dwar l-ippjanar u l-ottimizzar tar-riżorsi umani; barra minn hekk jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta linji gwida biex tiffaċilita l-iffinianzjar ta' infrastruttura pubblika taħt sħubiji pubbliċi-privati (PPP);

38. Dwar il-progetti pilota, jadotta firxa ta' proġetti innovattivi li jindirizzaw l-isfidi ta' politika attwali fl-UE;

39. Dwar l-azzjonijiet preparatorji, jadotta firxa ta' inizjattivi li għandhom iwittu t-triq għal azzjonijiet futuri li jtejbu l-kapaċità ta' l-Unjoni Ewropea biex tindirizza l-bżonnijiet reali taċ-ċittadini tagħha;

0

0 0

40. Jieħu nota ta' l-opinjonijiet li ttieħed vot dwarhom fil-kumitati speċjalizzati kif inhuma inklużi fir-rapport A6-xxxx/2007;

41. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-annessi tagħha, flimkien ma' l-emendi u l-modifikazzjonijiet proposti għat-Taqsima III ta' l-abbozz tal-baġit ġenerali, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra kkonċernati;

ANNESS: Stqarrijiet konġunti miftiehma fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tat-13 ta’ Lulju 2007

1.      Il-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni u l-programmi għall-Iżvilupp Rurali bejn l-2007 u l-2013

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jagħtu l-akbar importanza lill-approvazzjoni rapida mill-Kummissjoni tal-programmi u l-proġetti operattivi ppreżentati mill-Istati Membri f’rabta mal-programmi ġodda tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013, kif ukoll għall-programmi ffinanzjati skond l-iżvilupp rurali.

Biex tkun evitata l-esperjenza tal-passat matul il-bidu tal-perjodu ta’ l-ipprogrammar 2000-2006, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jwettqu monitorjar b’mod aktar rigoruż u fuq bażi regolari tal-proċess ta’ approvazzjoni tal-programmi u l-proġetti operattivi bil-għan li tinkiseb aktar effiċjenza u amministrazzjoni aħjar. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni hija mitluba tkompli tipprovdi b’mod regolari għodod ta’ monitorjar speċifiċi, inkluża ‘flow chart’, matul il-proċedura baġitarja."

2.      Reklutaġġ marbut mat-tkabbir ta’ l-2004 u ta’ l-2007

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinnotaw bi tħassib l-okkupazzjoni baxxa tal-postijiet fil-livell tal-Maniġment tan-Nofs, il-proporzjon xi ftit għoli tal-postijiet permanenti okkupati minn aġenti temporanji u n-nuqqas ta’ għadd suffiċjenti ta’ kompetizzjonijiet adattati.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinsistu li għandhom isiru l-isforzi kollha mill-istituzzjonijiet u b’mod speċifiku mill-EPSO biex ikun assigurat li tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex tkun irranġata s-sitwazzjoni u biex jitħaffef il-proċess kollu biex jimtlew il-postijiet mogħtija mill-awtorità għall-baġit ma’ l-uffiċjali. Il-kriterji għandhom ikunu kif stipulat fl-Artikolu 27 tar-Regolament għall-Persunal u biex tinkiseb l-bażi ta’ proporzjon ġeografiku l-usa’ possibbli malajr kemm jista’ jkun.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom l-intenzjoni li jkomplu josservaw mill-qrib il-proċess kontinwu tar-reklutaġġ. Għal dan il-għan, huma jitolbu lil kull istituzzjoni u lill-EPSO biex darbtejn fis-sena jipprovdu informazzjoni lill-awtorità għall-baġit dwar il-qagħda ta’ l-affarijiet rigward ir-reklutaġġ b’rabta mat-tkabbir ta’ l-2004 u ta’ l-2007.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lis-Segretarji Ġenerali ta’ l-istituzzjonijiet biex jippreżentaw rapport dwar il-progress miksub fil-qasam, kif ġej:

-       rigward li jimtlew il-postijiet mogħtija fil-baġits 2004-07 sa l-aħħar ta’ Jannar 2008;

-       rigward li jimtlew il-postijiet mogħtija fl-2008 sal-15 ta’ Ġunju 2008 u sal-31 ta’ Ottubru 2008."

3.      Dħul assenjat

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jemmnu li ż-żieda tat-trasparenza fil-qasam tal-baġit hija parti mill-immaniġġjar finanzjarju fis-sod tal-fondi ta’ l-UE.

F’dan il-kuntest, huma jitolbu lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet l-oħra biex jipprovdu dokumentazzjoni xierqa, fil-ħin u dettaljata dwar id-dħul assenjat, li tkopri l-implimentazzjoni attwali u t-tbassir sa fejn hu possibbli, biex takkumpanja l-Abbozz Preliminari tal-Baġit. Il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni xierqa dwar id-dħul assenjat b’rabta mal-fondi trasferiti għall-baġit li jmiss u meta jkunu disponibbli t-trasferimenti ta’ l-approprjazzjonijiet; dan se jinvolvi tibdil fil-format u l-kontenut tad-dokumentazzjoni kurrenti u ma’ jippreġudikax id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-awtorità għall-baġit.

Huma jagħtu importanza kbira lit-twettiq ta’ l-immonitorjar tad-dħul assenjat, speċjalment ta' dawk relatati ma’ l-aġenziji tal-Komunità, u jitolbu lill-Kummissjoni biex tirrapporta b’mod regolari dwar it-twettiq tagħhom, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ dokument speċifiku qabel l-ewwel qari tal-baġit. Huma jistiednu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti xierqa li jippermettu monitorjar u kontroll effettiv tad-dħul assenjat fil-kuntest tar-reviżjoni li ġejja tar-Regolament Finanzjarju ta' Qafas Nru 2343/2002 għall-aġenziji tal-Komunità.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tirraporta dwar it-titjib magħmul mhux aktar tard mill-bidu tal-proċedura baġitarja li ġejja. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser ikomplu jagħtu attenzjoni mill-viċin lill-immaniġġjar tad-dħul assenjat u jistennew li jsir titjib rapidu f'dan il-qasam."

4.      Aġenziji deċentralizzati

Rigward il-ħolqien jew il-modifika ta’ l-iskop ta’ korp li jaqa’ taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, iż-żewġ friegħi ta’ l-awtorità għall-baġit jitolbu lill-Kummissjoni biex tinformahom fil-ħin dwar il-proċedura leġiżlattiva kontinwa biex tagħtihom is-setgħa li jwettqu l-prerogattivi tagħhom skond il-Punt 47 ta’ l-IIA.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jitolbu aktar trasparenza f’rabta ma’ l-aġenziji deċentralizzati, bil-għan li jimmonitorjaw aħjar l-iżvilupp tagħhom. Il-Kummissjoni se tidentifika għal kull intestatura n-nefqa għall-aġenziji, inkluz l-evoluzzjoni tagħha matul il-perjodu 2007-2013.

Huma jiftakru fl-istqarrija konġunta tagħhom dwar l-aġenziji tal-Komunità adottata fit-18 ta’ April 2007, speċjalment il-punt 4 tagħha, u jistiednu lill-Kummissjoni biex tipprovdi lista ta’ l-aġenziji li se tevalwa inkluż skeda dettaljata għal din il-proċedura u spjegazzjoni dettaljata tal-kriterji wżati għall-għażla ta’ l-aġenziji u sabiex tippreżenta r-riżultati kull sena mhux aktar tard mit-trilogu ta’ Ottubru.

Biex tippermetti lill-awtorità baġitarja tikseb stampa ċara u komprensiva ta’ l-evalwazzjonijiet li diġà saru, il-Kummissjoni għandha tagħti l-lista ta’ l-aġenziji li diġà kienum ġew evalwati u sommarju qasir tas-sejbiet ewlenin ta’ dawn l-evalwazzjonijiet.

Huma jfakkru wkoll li l-istqarrija konġunta tat-18 ta’ April 2007 msemmija hawn fuq, li l-Kummissjoni kienet mistiedna tipprovdi fl-istess ħin ma’ kull Abbozz Preliminari tal-Baġit, dokument ta’ ħidma li jkopri lill-aġenziji Komunitarji kollha.

Biex jinkiseb dan, l-aġenziji deċentralizzati huma mitluba jipprovdu informazzjoni dettaljata, kull sena, li tiġi inkluża ma’ l-abbozzi ta’ l-estimi tagħhom għas-sena baġitarja li jkun imiss. Dan għandu jinkludi aġġornament tal-pjan tal-politika dwar l-persunal tagħhom, b’informazzjoni dwar l-għadd ta’ aġenti permanenti u temporanji koperti mill-pjanijiet ta’ l-istabbiliment u dwar il-persunal estern (aġenti b’kuntratt) għas-snin n-1, n u n+1; il-programm ta’ ħidma ta’ l-aġenzija u l-informazzjoni dwar il-kontenut tal-baġit tagħhom, fejn jintwerew d-dettalji ta’ l-intestaturi 1 u 2.

Għandhom jagħmlu disponibbli wkoll l-estimi u l-indikaturi bħall-kera jew il-valur stmat tal-bini, l-istatut tal-persunal u xi privileġġi mogħtija lill-aġenziji mill-Istati Membri li jospitaw.

Barra minn hekk, l-aġenziji għandhom jipprovdu, sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Marzu ta’ kull sena n, stima ta’ dak li jibqa’ żejjed fl-operat mis-sena n-1, li jrid jintradd lura lill-baġit tal-Komunità fis-sena n, biex l-informazzjoni li diġà hija disponibbli dwar dak li jibqa’ żejjed fis-sena n-2, tkun sħiħa.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex tipproċedi għall-ġabra ta' l-informazzjoni kollha msemmija hawn fuq, fil-ħin dovut għal kull APB u biex tiġbor l-informazzjoni nieqsa għal din is-sena."

5.      Aġenziji eżekuttivi

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jilqgħu l-isforzi kollha biex tittejjeb l-effiċjenza fil-metodi użati mill-Kummissjoni Ewropea biex timplimenta l-politiki u l-programmu ta’ l-UE.

Il-ħolqien ta’ aġenziji esekuttivi jista’ jikkostitwixxi kontribut għal din l-effiċjenza, imma biss jekk dan il-metodu jirrispetta b’mod sħiħ il-prinċipju ta’ l-immaniġġjar finanzjarju sod u trasparenza totali. Dan ifisser li aġenziji bħal dawn m’għandhomx, la issa u lanqas fil-ġejjieni, iwasslu għal żieda fis-sehem ta’ l-ispiża amministrattiva. Għaldaqstant, il-prinċipju li l-postijiet ikunu ffriżati kif spjegat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002, bħala riżultat ta’ riorganizzazzjoni bħal din tal-ħidmiet, irid jinżamm b’mod rigoruż. Kwalunkwe proposta għall-ħolqien ta’ aġenzija esekuttiva ġdida għandha tkun ibbażata fuq analiżi komprensiva tal-qligħ meta mqabbel man-nefqa. Il-linji tar-responsabbiltà u tal-kontabilità għandhom ikunu stabbiliti b’mod ċar fil-proposta.

L-awtorità għall-baġit irid ikollha l-informazzjoni meħtieġa kollha biex tgħinha tosserva mill-qrib l-implimentazzjoni ta’ dan il-prinċipju kemm issa kif ukoll fil-ġejjieni. L-informazzjoni fir-rapport finanzjarju speċifiku għall-aġenzija esekuttiva għandha għaldaqstant tkopri:

a.      ir-riżorsi rigward l-approprjazzjonijiet u l-persunal li jkunu meħtieġa biex titmexxa l-aġenzija esekuttiva, bin-nefqa għall-persunal (uffiċjali permanenti u temporanji u l-aġenti b’kuntratt) u l-infiq amministrattiv ieħor murija b’mod imqassam;

b.      il-pjanijiet dwar l-issekondar ta' l-uffiċjali mill-Kummissjoni lill-aġenzija esekuttiva;

c.      riżorsi amministrattivi meħlusin billi jkunu trasferiti kompiti mid-dipartimenti tal-Kummissjoni lill-aġenzija eżekuttiva u r-riallokazzjoni tar-riżorsi umani; b'mod partikolari n-numru ta' persunal (inkluż persunal estern) assenjat għal kull ħidma rilevanti fil-Kummissjoni, in-numru ta' dan il-persunal li ser ikun trasferit lil aġenzija proposta ġdida jew imkabbra, in-numru ta' postijiet tal-Kummissjoni li ser ikunu ffriżati bħala konsegwenza u n-numru ta' persunal tal-Kummissjoni li ser ikun propost li jkun trasferit għal kompiti oħrajn;

d.      it-tqassim mill-ġdid konsekuttiv tal-persunal fi ħdan il-pjan ta’ l-istabbiliment tal-Kummissjoni;

e.      il-vantaġġi li jkunu delegati l-ħidmiet ta’ implimentazzjoni lil aġenzija esekuttiva kontra l-immaniġġjar b’mod dirett mis-servizzi tal-Kummissjoni: kull tqabbil bejn ix-xenarju ta’ "L-immaniġġjar b’mod dirett mis-servizzi tal-Kummissjoni" ma’ xenarju ta’ "aġenzija esekuttiva" jkun ibbażat fuq ir-riżorsi wżati biex ikun(u) implimentat(i) l-programm(i) eżistenti u x-xejra kurrenti tiegħu (tagħhom) sabiex ikun hemm bażi soda u fattwali għat-tqabbil: għal programmi ġodda jew li qed jespandu l-evoluzzjoni tal-pakkett finanzjarju relatat li għandu jkun immaniġġjat mill-aġenzija se jitqies ukoll;

f.       abbozz ta’ pjan ta’ l-istabbiliment għal kull grad u għal kull kategorija kif ukoll stima fuq bażi soda ta’ l-għadd ta’ l-aġenti b’kuntratt maħsub u bbaġitjati b’mod proviżorju;

g.      spjegazzjoni mqassma ċara u dettaljata dwar l-atturi kollha involuti fil-programm ta’ implimentazzjoni inkluż is-sehem li jibqa’ tal-pakkett tal-programm operattiv li huma se jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu (il-Kummissjoni, l-aġenziji esekuttivi, l-Uffiċċji ta’ Għajnuna Teknika li baqa’, l-Istati Membri, l-aġenziji nazzjonali, eċċ.)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex, qabel tiddeċiedi li toħloq aġenzija ġdida jew li testendi l-mandat ta’ aġenzija eżistenti, tforni informazzjoni sħiħa u dettaljata dwar il-livelli tal-persunal u kif qed ikunu utilizzati biex tagħti l-kapaċità lill-awtorità baġitarja li tevalwa li n-nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni ta’ programm tabilħaqq ma żdieditx.

Wieħed għandu jiftakar li d-deċiżjoni finali dwar il-persunal tibqa’ kwistjoni f’idejn l-awtorità baġitarja."

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar id-dħul assenjat

"Il-Kummissjoni tfakkar li l-irkuprar ta’ l-ammonti li tħallsu bi żball huwa għodda vitali għall-immaniġġjar finanzjarju sod; dawn l-ammonti għandhom jitqiesu fil-perspettiva ta’ implimentazzjoni sħiħa tal-programmi deċiżi skond il-qafas finanzjarju multiannwali.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li m’huwiex possibbli li tipprovdi lill-Awtorità Baġitarja tbassir dwar id-dħul assenjat barra minn dak li diġà huwa inkluż fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit."

  • [1]  ĠU L 253, 7.10.2000, p.42.
  • [2]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
  • [3]  ĠU L 139, 14.6.2006, p. 1.
  • [4]  Testi Adottati, P6_TA(2007)0131.
  • [5]  PE 391.970.
  • [6]  Testi adottati, P6_TA (2007) 0272.
  • [7]  "Kodiċi ta’ Imġiba dwar it-twaqqif ta' Aġenzija Eżekuttiva" kif miftiehem mill- Kummissjoni fl-ittra tagħha ta' l-20 ta' April 2004 (Anness għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2004 dwar l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 951)).

NOTA SPJEGATTIVA

Dokument ta' ħidma dwar baġit biex jinkisbu r-riżultati

Dan id-dokument ta' ħidma huwa l-ewwel fis-serje li se tiġi maħduma mir-rapporteur ġenerali waqt il-preparament tal-baġit ta' l-2008.

2.  Fin-negozjati baġitarji li għandhom iseħħu fit-tieni nofs ta' din is-sena, il-Parlament Ewropew se jikseb l-aktar fir-rigward tal-Kummissjoni u tal-Kunsill jekk ikun jista' jinnegozja fuq il-bażi ta' għanijiet u miri komuni li dwarhom hemm qbil bejn ħafna. Għalhekk, ir-rapporteur tagħkom jenfasizza l-intenzjoni tiegħu li jikkonsulta b'mod regolari mal-membri tal-Parlament, mal-kumitati speċjalizzati tiegħu, u b'mod partikulari mal-kollegi tiegħu fil-Kumitat għall-Baġit, bl-għan li jinbena aproċċ Parlamentari b'saħħtu għall-baġit ta' l-2008.

3.  Ir-rapporteur tagħkom jinnota li dan id-dokument ta' ħidma gawda mid-dibattitu u mill-opinjonijiet li ħarġu fl-ewwel skambju ta' opinjonijiet dwar prijoritajiet għall-baġit ta' l-2008 li seħħew fil-Kumitat għal Baġit fit-23 ta' Jannar 2007.

4.  L-istruttura ta’ dan id-dokument ta’ ħidma hija kif ġej. L-ewwel sezzjoni tistipula l-kunċett li r-rapporteur għandu dwar baġit biex jinkisbu r-riżultati. It-tieni sezzjoni tiffoka fuq l-ewwel stadji tal-proċedura baġitarja annwali u fuq kwistjonijiet marbuta ma' l-istruttura tal-baġit ta' l-UE u mar-riżorsi umani. It-tielet sezzjoni titratta l-prijoritajiet tal-politika.

5.  Ovvjament, ix-xoghol ta' tħejjija fuq il-baġit ta' l-2008 mhux qed isir fi spazju vojt. Fir-rigward tal-politiki ta' l-Unjoni Ewropea, fl-2007 se jkun iċċelebrat il-50 anniversarju ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma u se tingħata spinta mill-ġdid sabiex isir progress fuq it-Trattat Kostituzzjonali. Il-globalizzazzjoni, bl-opportunitajiet u bl-isfidi kollha li jiġu magħha - dawk ekonomiċi, soċjali u ambjentali - tidher lesta li tkompli bl-istess ritmu u kwistjonijiet bħal ma huma s-sigurtà fl-enerġija, il-bidla fil-klima u l-migrazzjoni qegħdin dejjem iżidu fil-prominenza.

6.  Fir-rigward ta' l-iffinanzjar ta' l-Unjoni Ewropea, l-2007 hija l-ewwel sena tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) 2007-2013. Għalhekk il-baġit ta' l-2008 se jkun it-tieni li jsir qbil fuqu fil-limiti ġenerali stipulati fl-anness 1 (mehmuż bħala anness 1 ta' dan id-dokument ta' ħidma) tal-ftehima interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006. L-2008 se tkun is-sena ta' qabel ta' l-aħħar tas-sitt leġiżlatura tal-Parlament u tal-Kummissjoni ta' Barroso. Bħala riżultat ta' dan, il-baġit ta' l-2008 se jiġi ppreparat fil-kuntest ta' aktar xogħol lejn l-evalwazzjoni tal-prospettiva finanzjarja kemm fir-rigward tad-dħul kif ukoll fir-rigward tan-nefqa. Il-baġit ta' l-2008 se jibni fuq dak ta' l-2007. Ir-rapporteur tagħkom jenfasizza x-xogħol tar-rapporteurs permanenti dwar il-prospettiva finanzjarja, riżorsi proprji, u tar-rapporteur ġenerali ta' l-2007, rispettivament, u jinnota li l-anness 2 ta' dan id-dokument ta' ħidma jistipula s-sommarju tar-riżultati tal-proċedura ta' baġit ta' l-2007 skond l-intestatura baġitarja ta' l-MFF. Dawn iċ-ċifri jipprovdu l-isfond għax-xogħol li ġej fil-preparamenti tal-baġit ta' l-2008.

I. Baġit biex jinkisbu r-riżultati

7.  Ir-rapporteur ġenerali ta' l-2008 jipproponi li l-baġit ta' l-2008 għandu jkun "baġit biex jinkisbu r-riżultati". Il-filosofija ġenerali li r-rapporteur tagħkom jipproponi lill-Kumitat tinbena direttament fuq il-metodu tar-rapporteur ġenerali ta' l-2007. "Baġit biex jinkisbu r-riżultati" tfisser li fl-aħħar dak li huwa importanti huwa l-eżitu tal-politika. L-Awtorità Baġitarja għandha tiffoka ħafna attenzjoni sabiex tassigura li l-politika tkun imwassla sabiex tissodisfa l-għanijiet politiċi li għalihom qabel kollox saret il-leġiżlazzjoni . Pereżempju:

· Il-politika Ewropea qegħda verament ittejjeb il-ħajja taċ-ċittadini?

· Il-politika Ewropea għall-edukazzjoni u t-taħriġ qegħda tibni ftehim matur tal-kultura u l-valuri Ewropej u ttejjeb il-ħiliet taż-żgħażagħ b'mod li żżid il-kompetittività ta' l-UE f'ekonomija moderna u globalizzata?

· L-appoġġ tar-riċerka u l-iżvilupp qiegħed iwassal għall-immodernizzar u għal effiċenza mtejba tal-kumpaniji ta' l-UE, riflessi, ngħidu aħna, f'aktar brevetti rreġistrati minn kumpaniji ta' l-UE?

· Il-politika reġjonali qiegħda tgħolli l-prodott gross domestiku per capita fir-reġjuni l-inqas żviluppati ta' l-UE?

· L-UE qegħda twettaq l-obbligi tagħha bħala attur globali b'mod effettiv u bbilanċjat?

8.  Sabiex dawn id-domandi jkollhom tweġiba, hemm bżonn ta' evidenza soda dwar l-impatt ta' l-infiq. Ir-rapporteur tagħkom għandu l-ħsieb jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lill-Kumitat għall-Baġit tali dejta dwar l-evidenza li l-objettivi politiċi qed jintlaħqu għall-benefiċju taċ-ċittadini ta' l-UE. Huwa jixtieq jibni fuq l-approċċ fil-proċedura baġitarja ta' l-2007 biex juża studji u evidenza minn esperti esterni sabiex jipprova jiġbor evidenza dwar l-effettività ta' l-infiq ta' l-UE. Dan għandu għalhekk iservi biex, bħala nofs l-Awtorità Baġitarja, iżid l-impatt ta' l-irwol tal-Parlament sabiex ikun żgurat li l-flus pubbliċi ntefqu sew. Ir-rapporteur tagħkom jixtieq għalhekk jara numru ta' studji mwettqa f'isem il-Kumitat għall-Baġit, li mbagħad ikun jista' jiddetermina l-prijoritajiet waqt l-innegozzjar tal-baġit. Hemm numru ta' ideat fit-tieni sezzjoni ta' dan id-dokument ta' ħidma.

9.  Ir-rapporteur tagħkom jinnota l-eżitu eċċellenti li l-Parlament kien kapaċi jikseb fir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju fl-2006. Madankollu, huwa jikkunsidra li għad baqa' eżempji fejn approċċ eċċessivament legalistiku għall-proċess ta' implimentazzjoni tal-politika ta' l-UE itellef mill-effettività u l-effiċjenza tagħha. Waħda mill-isfidi ewlenin ta' approċċ effettiv għall-immonitorjar u għas-superviżjoni baġitarja hija li jinstab bilanċ xieraq bejn, min-naħa l-waħda, il-fiduċja, u, min-naħa l-oħra, struttura ta' regoli sabiex iwaqqfu l-imġieba ħazina.

II. Il-proċess tal-baġit u l-istruttura tal-baġit

L-Istrateġija Politika Annwali

10. Fit-22 ta' Frar, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-Istrateġija Politika Annwali (APS) tagħha għall-2008. L-APS huwa dokument importanti li jistipula l-għanijiet tal-politiki tal-Kummissjoni għall-2008. Il-proposta tal-Kummissjoni għall-iffinanzjar ta' dawn l-għanijiet huwa l-abbozz preliminari tal-baġit (PDB) ta' l-2008, li x'aktarx jiġi adottat fit-2 ta' Mejju 2007. Għalhekk huwa importanti ħafna li l-Parlament ikun jista' jikkomunika, qabel it-2 ta' Mejju, sett tiegħu stess ta' prijoritajiet għas-sena baġitarja 2008, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tinkorpora dawn il-prijoritajiet fil-PDB ta' l-2008. Ir-rapporteur tagħkom għandu l-ħsieb li juża dan id-dokument ta' ħidma, u l-kummenti sussegwenti mill-membri l-oħra tal-Kumitat għall-Baġit, meta jkun qed jipprepara l-abbozz tar-rapport dwar l-APS għall-2008. Ir-riżoluzzjoni dwar l-APS għandha mbagħad isservi bħala għodda ta' influwenza Parlamentari qabel l-adozzjoni tal-PDB mill-Kummissjoni.

Ibbaġitjar ibbażat fuq l-attivitajiet u dikjarazzjonijiet ta' attivitajiet

11. Ir-rapporteur tagħkom ilu jappoġġja l-kunċett ta' l-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attivitajiet (ABB), li fil-qalba tiegħu għandu l-għan li jqabbel ir-riżorsi finanzjarji u umani mal-prijoritajiet politiċi. Huwa appoġġja fermament l-introduzzjoni ta' l-approċċ ABB fis-sistema ta' bbaġitjar tar-riżorsi tal-Kummissjoni, li talloka riżorsi f'"oqsma ta' politika" (xi drabi imsejħa wkoll "intestaturi" tal-baġit) li essenzjalment ikunu mifruxa direttament fuq kull wieħed mid-Direttorati Ġenerali (DGs) tal-Kummissjoni. Għalhekk, l-infiq fuq il-politika ambjentali, per eżempju, huwa kopert taħt l-intestatura tal-baġit 07 "Ambjent". Dan l-infiq huwa allokat lid-Direttorat Generali ta' l-Ambjent tal-Kummissjoni. F'termini wesgħin, il-kunċett ABB ippermetta lill-Awtorità Baġitarja biex ikollha kontroll aħjar fuq id-direzzjoni ta' l-infiq.

12. Madankollu, ir-rapporteur tagħkom jixtieq jenfasizza li l-approċċ ABB u l-istruttura ta' l-intestaturi tal-prospettiva finanzjarja u l-pakketti multiannwali (ara anness 1) ma jistgħux jiġu rrikonċiljati faċilment. Filwaqt li l-intestaturi tal-prospettivi finanzjarji huma kategorizzazzjoni politika utli ta' l-infiq ta' l-UE għall-2007 - 2013, it-trikkib ta' l-intestaturi tal-baġit ta' l-ABB u fuq il-kategorizzazzjonijiet ta' l-intestaturi ta' l-MFF jistgħu jwasslu għall-konfużjoni. Ngħidu aħna, fil-PDB ta' l-2007, il-qasam politiku/ intestatura tal-baġit "Ambjent" huwa mifrux fuq 4 intestaturi MFF (2, 3b, 4 u 5). Ir-rapporteur tagħkom jixtieq jenfasizza li ċ-ċarezza tal-preżentazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-proposti tagħha għall-infiq hija importanti għal skrutinju xieraq ta' l-infiq mill-Awtorità Baġitarja.

13. Id-dikjarazzjonijiet ta' l-attivitajiet li kull Direttorat-Ġenerali tal-Kummissjoni jipproduċi dwar l-objettivi, l-attivitajiet u l-eżiti tal-politiki tiegħu huma għodod ewlenin sabiex l-Awtorità Baġitarja tevalwa sa fejn qed jaħdem l-approċċ ABB. Id-dikjarazzjonijiet ta' l-attivitajiet huma prodotti minn kull DĠ tal-Kummissjoni u huma inklużi fil-PDB. Ir-rapporteur tagħkom jilqa' t-tfassil ta' dawn id-dokumenti iżda jinnota li, fil-passat, dawn iffukaw wisq fuq deskrizzjonijiet twal tal-proċess u mhux biżżejjed fuq il-konnessjoni bejn l-għanijiet u l-eżiti tal-politiki. Ir-rapporteur tagħkom għandu l-ħsieb jifli bir-reqqa d-dikjarazzjonijiet ta' l-attivitajiet għall-2008.

Riżorsi umani

14. Qabel ma naqilbu għall-prijoritajiet tal-politika għall-2008, ir-rapporteur tagħkom jixtieq ukoll jenfasizza l-importanza tar-riżorsi umani. Il-Parlament appoġġja numru ta' elementi ta' l-argument tal-Kummissjoni kontra tnaqqis strett fin-numru ta' l-istaff tal-Kummissjoni matul il-proċedura baġitarja 2007, iżda talab li jsir eżerċizzju ta' eżaminar mill-Kummissjoni dwar il-ħtiġijiet reali tagħha għall-istaff sat-30 ta' April 2007. Ir-rapporteur tagħkom jistenna dan id-dokument b'interess.

15. Kwistjoni marbuta mad-dibattitu dwar l-istrutturi tal-baġit MFF / ABB hi li l-intestatura 5 "amministrazzjoni" tista' ma tkunx qed tkopri l-ispejjeż reali kollha ta' l-amministrazzjoni tal-Kummissjoni. Fil-kuntest tax-xogħol li qed jagħmel ir-rapporteur permanenti tal-Kumitat għall-Baġit dwar l-aġenziji, ta' min jenfasizza tliet kwistjonijiet speċifiċi f'dan l-istadju bikri ta' analiżi preparatorja għall-proċedura ta' baġit ta' l-2008. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tidher li qed tagħmel użu akbar ta' l-aġenziji eżekuttivi sabiex tipprovdi politiki speċifiċi. Fejn aġenziji eżekuttivi jieħdu xogħol mid-DĠ "prinċipali" li kien qed iwettaq dawn il-ħidmiet qabel, dan ifisser li għandu jkun hemm bżonn ta' inqas staff fid-DĠ "prinċipali". Id-dikjarazzjonijiet ta' l-attivitajiet tal-baġit 2008 għandhom jittrattaw din il-kwistjoni. It-tieni nett, l-aġenziji eżekuttivi huma biss eżempju wieħed tat-tkabbir apparenti ta' kultura ta' "esternalizzazzjoni" fi ħdan il-Kummissjoni li tista' tkun qed twassal biex attivitajiet ta' implimentazzjoni jingħataw lil "entitajiet ad hoc" li m'humiex speċifikati b'mod ċar fir-Regolament Finanzjarju. Din l-"esternalizzazzjoni" tista' tgħin sabiex tkun assigurata implimentazzjoni aktar effettiva, iżda għandha ssir b'mod li jkun trasparenti għall-Awtorità Baġitarja u li ma jwassalx għal żieda fl-ispejjeż moħbija relatati mar-riżorsi umani u li ma jkunux viżibbli faċilment fl-intestatura 5 tal-baġit. It-tielet nett, huwa importanti li jkun hemm superviżjoni effettiva tal-ħidmiet ta' implimentazzjoni mwettqa minn aġenziji, minn aġenziji eżekuttivi, u minn entitajiet ad hoc oħra, li kollha jimpjegaw proporzjon ogħla ta' staff fuq kuntratti fissi meta mqabbla mal-Kummissjoni nnifisha. Hija meħtieġa informazzjoni ulterjuri dwar il-politiki tar-riżorsi umani ta' dawn l-entitajiet sabiex jiġi evalwat il-livell ta' superviżjoni u sabiex jiġi assikurat li jeżisti livell xieraq ta' responsabilità individwali għall-istaff li jimpjegaw.

III. Prijoritajiet ta' politika

16. Ir-rapporteur tagħkom iqis li r-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-istrateġija Politika Annwali tal-Kummissjoni huwa l-istrument xieraq għal preżentazzjoni tal-prijoritajiet tal-politika tiegħu għall-baġit ta' l-2008. Mhux qed jipprova jistabbilixxi lista komprensiva hawnhekk. Madankollu, f'konformità ma' l-approċċ "baġit biex jinkisbu r-riżultati", il-bqija ta' dan id-dokument ta' ħidma jagħti xi ideat dwar temi u prijoritajiet ewlenin. Dawn il-prijoritajiet huma ppreżentati bħala suġġetti għal studji li l-Kumitat għall-Baġit jista' jikkummissjona lil esperti esterni. Jekk dawn l-istudji jistgħu jkunu ppreżentati lill-kumitat qabel il-waqfa għas-sajf, ikunu jistgħu jipprovdu stimoli għall-fazijiet ewlenin tal-proċedura baġitarja fil-ħarifa. Ovvjament ikun importanti li jkun żgurat li dawn l-istudji jkunu konsistenti max-xogħol li jkun qed jitwettaq fil-kumitati speċjalizzati.

It-temi koperti jistgħu wkoll jagħtu ideat għal proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, li fir-rigward tagħhom l-Anness II (D) ta' l-IIA jinkludi l-impenn tal-Parlament sabiex sa nofs Ġunju jressaq l-intenzjonijiet tiegħu.

17. Ir-rapporteur tagħkom għamel mill-aħjar sabiex jinkludi ideat minn kollegi, b'mod partikolari waqt id-diskussjoni fil-Kumitat għall-Bagit tat-23 ta' Jannar. Jistenna bil-ħerqa aktar diskussjoni mal-kollegi.

Prijoritajiet ta' politika u kwistjonijiet għal aktar studju

· Il-kompetittività ta' l-UE u t-tagħlim tul il-ħajja

18. L-istandards ta' għixien għolja taċ-ċittadini ta' l-UE meta mqabbla ma' reġjuni oħra tad-dinja huma riflessi f'bażi ta' spejjeż relattivament għolja għall-kumpaniji ta' l-UE. Għalhekk il-kumpaniji UE jridu jkunu jistgħu jadattaw ruħhom u jimpjegaw persunal imħarreġ sew sabiex jikkompetu f'ekonomija globalizzata. Konsegwentament, l-ekonomija Ewropea tiddependi, fil-parti l-kbira, fuq il-ħiliet tan-nies tagħha. Is-settur tas-servizzi jirrappreżenta 70% ta' l-impjieg f'uħud mir-reġjuni l-aktar sinjuri ta' l-UE u t-tendenza ġenerali, marbuta mal-proċess tal-globalizzazzjoni li għaddej bħalissa, tidher li xxeqleb lejn tkabbir ulterjuri fis-settur tas-servizzi fl-Ewropa. Il-kompetittività ekonomika ta' l-UE hija wisq spiss ikkaratterizzata f'termini ta' ċifri industrijali. Dawn jgħoddu, imma jagħtu biss parti mill-istampa. Il-programm tagħlim tul il-ħajja huwa element importanti ta' l-isforzi biex iċ-ċittadini Ewropej jiġu mgħejuna jieħdu sehem f'dinja globalizzata. L-istudju jista' jagħti ħarsa lejn il-valur ekonomiku miżjud ta' l-iskema, li kultant jiġi traskurat, billi jqis l-opportunitajiet li l-iskema tgħin biex jinħolqu għal dawk kollha involuti.

· L-UE bħala "attur globali" / evalwazzjoni ta' l-implikazzjonijiet baġitarji ta' l-irwol dejjem jikber fil-missjonijiet ċivili u militari għall-immaniġġjar ta' kriżi

19. Fis-snin reċenti l-impenn ta' l-UE fil-missjonijiet ċivili u militari għall-immaniġġjar tal-kriżi żdied b'mod sinifikanti ħafna. Dawn il-missjonijiet jistgħu jkunu ffinanzjati permezz ta' l-Istrument ta' Stabbilità, il-baġit tas-CFSP, il-mekkaniżmu Athena jew permezz ta' kontribuzzjonijiet nazzjonali. Parzjalment minħabba l-missjoni li se ssir fil-Kosovo dalwaqt, dan l-istudju għandu jfittex li jidentifika tagħlimiet minn missjonijiet preċedenti fir-rigward ta' dak li hu l-aktar mod xieraq / effettiv għall-provvediment ta' finanzjament għal tipi differenti ta' missjoni. L-istudju għandu jeżamina wkoll il-livell ta' sorveljanza parlamentari li jista' jintlaħaq permezz tal-metodi varji ta' finanzjament. L-istudju jista' wkoll jistabbilixxi b'mod siewi r-rabtiet bejn id-deċiżjonijiet dwar l-iffinanzjar u "ċ-ċiklu tal-ħajja" ta' missjoni: mill-bidu sa' l-evalwazzjoni post hoc.

· L-evalwazzjoni tar-riforma amministrattiva fil-Kummissjoni Ewropea

20. Dan l-istudju għandu jipprova jevalwa l-effettività tar-riformi "Kinnock" fit-titjib ta' l-amministrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. L-istudju għandu jeżamina l-limitu sa fejn ir-riformi tejbu r-reklutaġġ u l-promozzjoni fuq il-bażi tal-mertu, l-istaff u l-proċeduri ta' l-immaniġġjar tal-finanzi fil-Kummissjoni. L-approċċ ta' l-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attivitajiet (ABB) iddaħħal ukoll f'dawn l-aħħar snin bħala mezz biex iqabbel aħjar ir-riżorsi tal-Kummissjoni ma' l-għanijiet tal-politika. L-istudju għandu jeżamina wkoll sa fejn dan kien effettiv u jeżamina kwalunkwe rabta li setgħet seħħet bejn ir-riformi Kinnock u l-introduzzjoni ta' l-ABB.

· It-titjib ta' l-impatt tal-fondi strutturali fuq l-ilħiq ta' l-objettivi ta' Liżbona

21. Il-fondi strutturali huma mmirati għall-iffinanzjar tal-politika strutturali u ta' koeżjoni fir-reġjuni anqas żviluppati ta' l-UE u jintefqu skond il-programmi mressqa mill-istati membri. Madankollu, l-Miri ta' Liżbona jinkludu impenn sabiex jgħollu l-infiq ta' l-UE fuq ir-riċerka u l-iżvilupp sa 3% tal-prodott gross domestiku ta' l-UE. Is-7 programm ta' qafas għar-riċerka huwa mfassal sabiex jgħin biex jintlaħaq dan l-għan, iżda hemm lok għal kontribuzzjoni akbar minn fondi strutturali eżistenti. Ir-rapport annwali tal-Kummisjoni dwar il-progress lejn Liżbona minn Diċembru ta' l-2006 jindika li l-istati membri jistgħu jagħmlu aktar f'dan il-qasam. Dan jista' japplika partikolarment għal dawk l-istati membri li ssieħbu fl-UE fl-2004 u fl-2007. Għaldaqstant, l-istudju għandu jagħti ħarsa lejn kemm il-fondi strutturali eżistenti verament qed jagħtu kontribuzzjoni sabiex titjieb il-kapaċità tar-riċerka u l-iżvilupp ta' l-UE u jissuġġerixxi miżuri li jistgħu jtejbu din il-kontribuzzjoni.

· L-evalwazzjoni ta' l-iffinanzjar ta' l-UE għall-immonitorjar tal-migrazzjoni illegali

22. Il-fruntieri esterni ta' l-UE huma suġġetti għal pressjoni migratorja permanenti u konsiderevoli, bil-fruntiera kollha fin-nofsinhar taħt pressjoni partikulari. Il-ħtieġa li l-fruntieri esterni ta' l-UE jkunu kkontrollati aħjar hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Parlament Ewropew. Għalhekk dan l-istudju għandu jevalwa l-iffinanzjar ta' l-UE għall-immonitorjar tal-migrazzjoni illegali biex jitqabblu r-riżorsi finanzjarji mogħtija għall-istrumenti l-ġodda, bħal ma huma l-Fond ta' Fruntieri Esterni, il-Fond Ewropew għar-Rifuġjati, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi kif ukoll l-Agenzija FRONTEX, ma' l-għanijiet u l-objettivi tal-politika tagħhom. L-istudju għandu jkopri wkoll l-evalwazzjoni dwar jekk il-fondi u d-diviżjoni bejn l-istrumenti differenti jagħtu l-aqwa riżultati sabiex jintlaħqu l-miri tal-politika u sabiex jingħata appoġġ lill-istati membri li qed iħabbtu wiċċhom ma' l-immigrazzjoni.

· L-UE għandha r-riżorsi finanzjarji disponibbli sabiex tilħaq l-għanijiet komuni tagħha dwar il-politika ta' l-enerġija u l-bidla fil-klima?

23. Il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjonijiet ewlenin f'Jannar ta' l-2007 dwar il-bidla fil-klima u politika ta' l-enerġija għall-Ewropa. Dawn il-komunikazzjonijiet stabbilixxew objettivi ambizzjużi fir-rigward tas-sostenibilità, is-sigurtà u l-kompetittività tal-provvista. Fil-baġit ta' l-UE, bħal fi kwalunkwe baġit, hemm kompetizzjoni għal fondi limitati bejn prijoritajiet li jikkompetu ma' xulxin. Madankollu, minħabba l-importanza li akkwistaw il-politiki ta' l-enerġija / tal-bidla fil-klima fl-aħħar snin, dan l-istudju għandu jeżamina jekk ir-riżorsi finanzjarji disponibbli rnexxielhomx iżommu l-pass. Għalhekk dan l-istudju għandu jqabbel ir-riżorsi finanzjarji disponibbli mal-ħtiġijiet reali li jimplikaw l-objettivi tal-politika u jagħmlu suġġerimenti dwar kif iffinanzjar ulterjuri, jekk dan jitqies neċessarju, jista' jkun użat bl-aktar mod effettiv u trasparenti.

· L-iffinanzjar tal-multifunzjonalità ta' l-agrikoltura Ewropea

24. Il-multifunzjonalità tas-settur agrikolu ilha li ġiet rikonoxxuta fit-tfassil tal-politika fl-UE. Element importanti fil-pilastru ta' l-iżvilupp rurali tal-Politika Agrikola Komuni (CAP) jittratta programmi li jassiguraw is-sostenibilità ta' l-art agrikola Ewropea, tal-kampanja u ta' l-għajxien rurali. L-Unjoni Ewropea issa tinkludi 27 stat membru, u l-CAP se tgħaddi minn riformi ulterjuri fil-futur. F'dan il-kuntest, dan l-istudju jista' jibda billi jiddeskrivi t-tibdiliet fil-politika ta' l-iżvilupp rurali li saru s'issa. Imbagħad jista' jeżamina xenarji dwar x'jistgħu jfissru żviluppi oħra fil-politika ta' l-iżvilupp rurali għas-settur agrikolu Ewropew: dan kif jaffettwa l-attivitajiet u d-dħul tal-bdiewa? xi rwol ikollhom in-negozji agrikoli innovattivi, inkluż fil-qasam tal-bijoteknoloġija? dawn it-tibdiliet kif jistgħu jiġu rrikonċiljati ma' l-obbligi internazzjonali skond id-WTO u entitajiet internazzjonali oħra? Peress li s-CAP b'mod ġenerali hija responsabbli għal madwar 40% ta' l-infiq ta' l-UE, hemm implikazzjonijiet finanzjarji importanti għal kwalunkwe tibdiliet fil-politika agrikola ta' l-UE. Għalhekk l-istudju għandu jeżamina wkoll il-konsegwenzi finanzjarji tax-xenarji esplorati.

· Il-politika ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u "lejn livell lokali"

25. Fi żmien ta' komunikazzjoni bl-internet dejjem titwessa, l-Unjoni Ewropea mkabbra għal 27 membru qed tiffaċċja sfida kbira biex tikkomunika maċ-ċittadini. Tema li żviluppat fl-aħħar snin hija l-importanza ta' komunikazzjoni maċ-ċittadini b'mod li huwa faċilment aċċessibbli għalihom. Dan ma jfissirx biss f'lingwa li huma jitkellmu, iżda wkoll f'kuntest medjatiku li jorbot temi Ewropej mal-ħajjiet u l-preokkupazzjonijiet reali tan-nies fir-reġjun li jgħixu fih. Il-Kummissjoni qed talloka riżorsi sinifikanti għal "lejn livell lokali" u l-Parlament adotta proġett pilota dwar "netwerks ta' informazzjoni pilota", fil-baġit ta' l-2007, li pprova jgħaqqad aħjar politiċi, ġurnalisti, u dawk li jfasslu l-opinjonijiet fil-livell nazzjonali mal-makkinarju ta' l-UE ta' Brussell. Dan l-istudju jista' jagħti ħarsa lejn il-lezzjonijiet li ttieħdu minn dawn l-isforzi: x'jaħdem? x'ma jaħdimx? fejn hemm bżonn ta' aktar riżorsi? kif għandhom jiġu utilizzati?

ANNESS I

QAFAS FINANZJARJU 2007-2013

 

 

 

 

 

 

 

 

(EUR miljun, prezzijiet ta' l-2004)

APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Totali
2007-2013

1.            Tkabbir sostenibbli

51 267

52 415

53 616

54 294

55 368

56 876

58 303

382 139

1a               Kompetittività għat-Tkabbir u għall-Impjiegi

8 404

9 097

9 754

10 434

11 295

12 153

12 961

74 098

1b              Koeżjoni għat-Tkabbir u għall-Impjiegi

42 863

43 318

43 862

43 860

44 073

44 723

45 342

308 041

2.            Preżervazzjoni u Mmaniġġjar tar-Riżorsi Naturali

54 985

54 322

53 666

53 035

52 400

51 775

51 161

371 344

               li minnhom: nefqa relatata mas-suq u ħlasijiet diretti

43 120

42 697

42 279

41 864

41 453

41 047

40 645

293 105

3.            Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 199

1 258

1 380

1 503

1 645

1 797

1 988

10 770

3a.              Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

600

690

790

910

1 050

1 200

1 390

6 630

3b.             Ċittadinanza

599

568

590

593

595

597

598

4 140

4.            L-UE bħala attur globali

6 199

6 469

6 739

7 009

7 339

7 679

8 029

49 463

5.            Amministrazzjoni(1)

6 633

6 818

6 973

7 111

7 255

7 400

7 610

49 800

6.            Kumpens

419

191

190

 

 

 

 

800

TOTALI APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN

120 702

121 473

122 564

122 952

124 007

125 527

127 091

864 316

bħala perċentwal tal-GNI

1,10%

1,08%

1,07%

1,04%

1,03%

1,02%

1,01%

1,048%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTALI APPROPRJAZZJONIJIET TA' ĦLAS

116 650

119 620

111 990

118 280

115 860

119 410

118 970

820 780

bħala perċentwal tal-GNI

1,06%

1,06%

0,97%

1,00%

0,96%

0,97%

0,94%

1,00%

Marġni disponibbli

0,18%

0,18%

0,27%

0,24%

0,28%

0,27%

0,30%

0,24%

Limitu ta' Riżorsi Proprji bħala perċentwal tal-GNI

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(1)       In-nefqa fuq il-pensjonijiet inklużi taħt il-limitu għal din l-intestatura hija n-nett ikkalkulat tal-kontribuzzjonijiet ta' l-istaff għall-iskema rilevanti, fil-limitu ta' EUR 500 miljun fi prezzijiet ta' l-2004 għall-perjodu 2007-2013.

Proċedura Baġitarja 2007

It-Tieni Qari tal-Parlament - 14 ta' Diċembru 2006

Qafas Finanzjarju Multiannwali - Marġni

Kat.

MFF ta' l-2007

It-tieni Qari tal-Kunsill

Emendi tal-Parlament

It-tieni Qari tal-Parlament

Marġni li tħallew mill-PE

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

1

54.405.000.000

0

54.274.887.015

44.137.342.319

80.065.000

724.708.000

54.354.952.015

44.862.050.319

50.047.985

0

1a

8.918.000.000

0

8.788.328.511

6.772.076.511

79.839.000

299.708.000

8.868.167.511

7.071.784.511

49.832.489

0

1b

45.487.000.000

0

45.486.558.504

37.365.265.808

226.000

425.000.000

45.486.784.504

37.790.265.808

215.496

0

Fond Ewropew għall-Aġġustament Globali

(barra mill-MFF u l-marġni)

500.000.000

0

 

 

500.000.000

 

 

 

2

58.351.000.000

0

56.240.800.036

54.665.465.736

9.430.000

53.080.000

56.250.230.036

54.718.545.736

2.100.769.964

0

3

1.273.000.000

0

1.149.840.000

1.049.687.652

96.606.000

127.278.000

1.246.446.000

1.176.965.652

26.554.000

0

3a

637.000.000

0

561.695.000

400.145.000

62.138.000

73.538.000

623.833.000

473.683.000

13.167.000

0

3b

636.000.000

0

588.145.000

649.542.652

34.468.000

53.740.000

622.613.000

703.282.652

13.387.000

0

4

6.578.000.000

0

6.401.214.000

7.179.921.578

176.719.000

172.825.154

6.577.933.000

7.352.746.732

67.000

0

Riżerva għall-Għajnuna fl-Emerġenzi (barra mill-MFF u l-marġni*)

234.527.000

0

 

 

234.527.000

 

 

 

5

7.115.000.000

0

6.849.570.101

6.849.470.101

92.793.929

92.793.929

6.942.364.030

6.942.264.030

172.635.970

0

6

445.000.000

0

444.646.152

444.646.152

0

0

444.646.152

444.646.152

353.848

0

Totali

128.167.000.000

123.866.000.000

126.095.484.304

114.326.533.538

455.613.929

1.170.685.083

126.551.098.233

115.497.218.621

2.350.428.767

8.368.781.379

Dokument ta' ħidma dwar il-politika tar-riċerka ta’ l-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju multiannwali attwali

Introduzzjoni

Dan id-dokument ta’ ħidma janalizza r-riżorsi finanzjarji li l-Unjoni Ewropea tipprovdi għar-riċerka u l-innovazzjoni meta wieħed iqis li l-2007 kienet l-ewwel sena ta’ nfiq fil-qafas finanzjarju multiannwali (MMF) u għalhekk hija biss il-bidu ta’ għadd ta’ programmi ġodda.

Kwistjonijiet ewlenin relatati mal-baġit

Il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni għas-7 Programm ta' Qafas għar-Riċerka (FP7) allokat l-ammont totali ta’ EUR 72 726 miljun għas-sehem finanzjarju tal-Komunità għall-perjodu 2007-2013. Din il-proposta ta' baġit kienet appoġġjata b’mod qawwi mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Isfidi għall-Politika u l-Mezzi Baġitarji ta’ l-Unjoni mkabbra 2007-2013 (ir-rapport Böge)[1]. Wara li kien adottat l-MFF il-ġdid, il-baġit finali issa huwa inqas b’mod sinifikanti.

Skond l-MFF il-ġdid l-ammont massimu indikattiv globali bħala s-sehem finanzjarju tal-Komunità fis-7 programm ta' qafas (FP7) – barra l-EURATOM – għandu jkun EUR 50 521 miljun[2] għal perjodu ta’ 7 snin li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2007.[3] L-ammont globali għar-riċerka relatat ma’ l-EURATOM bejn l-2007 u l-2011 se jkun EUR 2 751 miljun.[4] Bħala paragun: il-Programm ta' Qafas (FP6) ta’ qabel li kopra l-perjodu 2002-2006 kellu baġit totali ta’ EUR 17 500 miljun.[5]

L-iffinanzjar tal-FP7 huwa maqsum bejn oqsma ta’ politika differenti: Intraprenditorija (Titolu 02), Enerġija u Trasport (Titolu 06), Riċerka (Titolu 08), Soċjetà ta’ l-Informazzjoni u l-Medja (Titolu 09), Sajd (Titolu 11), Riċerka diretta – iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (Titolu 10).

L-FP7 huwa maqsum f’7 Programmi Speċifiċi:

Koperazzjoni (EUR 32 413-il miljun għall-2007-2013): Dan huwa l-aktar Programm Speċifiku importanti f’termini ta’ baġit. Għandu l-għan li jmexxi ‘l quddiem riċerka fl-aktar livell għoli ta’ eċċellenza. Se jingħata appoġġ għall-kooperazzjoni transnazzjonali f’disa’ oqsma tematiċi: saħħa, ikel-agrikoltura-bijoteknoloġija, teknoloġiji ta’ l-informatika, nanoxjenzi-nanoteknoloġiji-materjali-teknoloġiji ta’ produzzjoni ġodda, enerġija, ambjent (inkluża l-bidla fil-klima), trasport, xjenzi soċjo-ekonomiċi-umanistika, sigurtà-l-ispazju.

Ideat (EUR 7 510 miljun għall-2007-2013): L-għan ta’ dan il-Programm Speċifiku huwa li jsaħħaħ l-eċċellenza, id-dinamiżmu u l-kreattività fir-riċerka Ewropea u jtejjeb il-ġibda ta’ l-Ewropa għall-aħjar riċerkaturi kemm minn pajjiżi Ewropej kif ukoll minn pajjiżi terzi, kif ukoll għall-investiment fir-riċerka industrijali, billi jipprovdi mekkaniżmu ta’ ffinanzjar kompetittiv mifrux ma’ l-Ewropa għar-“riċerka esplorattiva” mwettqa minn timijiet individwali.

Nies (EUR 4 750 miljun għall-2007-2013): Dan il-Programm jimmira lejn it-tisħiħ tal-potenzjal uman fir-riċerka u t-teknoloġija fl-Ewropa billi jagħti appoġġ għal-iżvilupp tat-taħriġ u l-karriera tar-riċerkaturi magħrufa bħala “Azzjonijiet Marie Curie” b’iffokar aħjar fuq l-aspetti ewlenin ta’ l-iżvilupp tal-ħiliet u l-karriera u r-rabtiet imsaħħa mas-sistemi nazzjonali.

Kapaċitajiet (EUR 4 097 miljun għall-2007-2013): Dan il-Programm Speċifiku jimmira lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-Ewropa

- billi jinkiseb l-aħjar użu u żvilupp ta’ l-infrastrutturi għar-riċerka;

billi jissaħħu l-kapaċitajiet innovattivi ta’ l-SMEs u l-abbiltà tagħhom li jibbenefikaw mir-riċerka;

- billi jgħin l-iżvilupp ta’ gruppi reġjonali mmotivati mir-riċerka.

Żewġ programmi speċifiċi li jikkonċernaw iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (mhux nukleari: EUR 1 751 miljun għall-perjodu 2007-2013) u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (nukleari: EUR 517-il miljun għall-perjodu 2007-2011):

Rigward il-parti mhux nukleari tax-xogħol tiegħu, l-appoġġ xjentifiku u tekniku li l-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) jagħti għall-politika ta’ l-Unjoni Ewropea huwa kkonċentrat l-aktar fl-oqsma li ġejjin: il-prosperità f’soċjetà bbażata b’mod qawwi fuq l-għarfien, is-solidarjetà u l-immaniġġjar responsabbli tar-riżorsi, is-sigurtà u l-libertà u l-Ewropa bħala sieħeb dinji.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-ħidmiet nukleari, ix-xogħol tal-JRC jiffoka l-aktar fuq it-temi li ġejjin: l-immaniġġjar ta’ l-iskart nukleari, l-impatt fuq l-ambjent, is-sigurtà nukleari (is-salvagwardji - il-limitazzjoni tat-tixrid) u s-sigurtà nukleari.

Fejn għandu x’jaqsam il-JRC, ir-rapporteur jixtieq jitlob lill-Kummissjoni biex tgħaddilu l-aħħar tagħrif dwar l-ingaġġ ta’ l-istaff, l-istqarrija tal-missjoni, il-proġetti kurrenti li qegħdin jitwettqu mill-JRC u r-relazzjoni ma’ l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija propost, il-Kunsill tar-Riċerka Ewropew kif ukoll l-Aġenzija Eżekuttiva li mistennija tinħoloq. L-istaff totali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka bħalissa jammonta għal 1 957 (postijiet permanenti biss). Fit-titolu 10 (Riċerka Diretta), li hija parti mill-intestatura 1 a, l-ammont assenjat li huwa previst għall-infiq li għandu x’jaqsam ma’ l-istaff tar-riċerka fl-2007, jammonta għal aktar minn EUR 167 miljun. Din l-approprjazzjoni tkopri n-nefqa dwar l-istaff koperta mir-Regolamenti ta’ l-istaff li jokkupaw postijiet fuq il-pjan ta’ l-istaff awtorizzat taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, għat-twettiq tal-ħidmiet lilu mogħtija, u partikolarment:

EURATOM (EUR 2 234 miljun għall-2007-2011): Dan il-Programm Speċifiku jkopri l-perjodu 2007-2011, li huwa bbażat fuq l-Artikolu 7 tat-Trattat ta’ l-EURATOM. Skond dan l-Artikolu, it-tieni paragrafu, il-programmi tar-riċerka huma mfassla għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin. Għalhekk, dan il-programm (bħall-programm dwar il-JRC-EURATOM imsemmi fuq) m'huwiex għall-istess tul ta’ żmien bħall-Programmi Speċifiċi tal-KE.

Il-Kummissjoni tipproponi li, jekk ma jinqalgħux ċirkustanzi estenwanti, iż-żewġ Programmi Speċifiċi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-EURATOM se jiġġeddu għall-perjodu 2012-2013, skond il-proċedura leġiżlattiva prevista.

Dan il-Programm Speċifiku jkopri ż-żewġ prijoritajiet tematiċi li ġejjin:

- il-fużjoni nukleari inkluż l-ITER bħala l-pass prinċipali lejn il-ħolqien ta’ reatturi prototipi għall-impjanti ta’ l-enerġija li huma bla periklu, sostenibbli, iħarsu l-ambjent b’mod responsabbli u ekonomikament vijabbli;

- il-fiżjoni nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni biex jitmexxa ‘l quddiem l-użu mingħajr periklu u l-esplojtazzjoni tal-fiżjoni nukleari u użu ieħor tar-radjazzjoni fl-industrija u l-mediċina.

Innovazzjoni tal-FP7 hija t-twaqqif tal-Kunsill tar-Riċerka Ewropew (ERC): il-Programm Speċifiku “Ideat” se jitwettaq skond il-prinċipji ta’ l-eċċellenza, l-awtonomija u l-effiċjenza xjentifika permezz ta’ l-ERC li jikkonsisti f’Kunsill Xjentifiku indipendenti magħmul minn xjenzjati, inġiniera u studjużi ta’ l-aqwa reputazzjoni, li jirrappreżentaw il-komunità tar-riċerka Ewropea, appoġġjati minn struttura implimentattiva li se titwaqqaf bħala Aġenzija Eżekuttiva skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru. 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li se jkunu fdati b’ħidmiet speċifiċi fl-immaniġġjar tal-programmi Komunitarji.[6]

Skond il-Kummissjoni Aġenzija Eżekuttiva oħra se tkun fdata b’ċerti xogħlijiet li huma meħtieġa biex jitwettqu l-Programmi Speċifiċi ta’ azzjonijiet indiretti (il-Programmi Speċifiċi kollha barra t-tnejn li għandhom x’jaqsmu maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka).

L-Aġenzija Eżekuttiva kienet diġà prevista fil-PDB 2007. Iżda, il-PE kien ħassar dan it-titolu tal-baġit fil-Baġit 2007 minħabba li l-Kummissjoni ma kinitx għadha bagħtet id-dokument rilevanti (ir-rapport finanzjarju, l-analiżi tar-relazzjoni bejn il-benefiċċju u n-nefqa, eċċ) meħtieġa mill-Kodiċi ta’ l-Imġiba qabel ma titwaqqaf Aġenzija Eżekuttiva ġdida.

It-tlestija tal-programm ta' qafas tar-riċerka ta’ qabel (Kapitolu 08 21)

u l-impenji pendenti (RAL)

It-tlestija tal-programmi qafas ta’ qabel (l-aktar FP5 u FP6) se tkun waħda mill-kwistjonijiet ewlenin ta’ l-2007.

Programmi qabel l-1999 (artikolu 08 21 01)

approprjazzjonijiet ta' Ħlas previsiti għat-tlestija tal- programmi ta’ qabel l-1999

EUR 125 00.

Impenji ta’ qabel l-2006 li għadhom pendenti/RAL

EUR 3,210,655

approprjazzjonijiet li se jkunu mwaqqfa [7]

 

EUR 1,034,655

It-tlestija tal-5 programm ta' qafas (1998-2002) artikolu 08 21 02

approprjazzjonijiet ta' Ħlas previsiti għat-tlestija tal-5 programm ta' qafas

EUR 300,816,000

Impenji ta’ qabel l-2006 li għadhom pendenti/RAL

EUR 1,149,020,246

It-tlestija tas-6 programm ta' qafas (2003-2006) artikolu 08 21 03

approprjazzjonijiet ta' Ħlas previsiti għat-tlestija tal-5 programm ta' qafas

EUR 1,849,133,000

Impenji ta’ qabel l-2006 li għadhom pendenti/RAL

EUR 5 318 531 763

sors: Baġit 2007

Il-Parlament Ewropew se jimmonitorja bir-reqqa t-twettiq tal-program ta’ riċerka ta’ qabel billi jqis li l-iffinanzjar tal-FP7 kurrenti jirrappreżenta żieda ta’ 75% meta mqabbel ma’ l-MFF ta’ qabel. Il-Parlament Ewropew iżomm wkoll id-dritt li jieħu azzjoni adattata skond il-proċedura baġitarja ta' l-2008.

Regoli għall-parteċipazzjoni fil-programmi tar-riċerka

Kien hemm ħafna diskussjonijiet fuq il-ħtieġa ta’ aktar iffinanzjar għar-riċerka. Madankollu, kien hemm ukoll proposti dwar kif jista’ jitjieb il-bilanċ tar-relazzjoni globali bejn il-benefiċċju u n-nefqa. Il-Qorti ta’ Awdituri analizzat it-twettiq tal-programmi ta’ riċerka u għamlet rakkomandazzjonijiet dwar kif jista’ jiżdied il-valur għall-flus minfuqa. Il-problemi ewlenin kellhom x’jaqsmu mal-kwistjonijiet li ġejjin:

§ it-tul taż-żmien għall-proċeduri ta’ l-iffinanzjar taħt il-Programm ta' qafas kurrenti (FP6)

§ sa 263 jum kalendarji bejn meta jaslu d-dokumenti għand il-Kummissjoni u l-iffirmar tal-kuntratt

§ ħafna drabi l-parteċipanti jkollhom bżonn ta’ ffinanzjar minn qabel (diffiċli għall-SMEs)

§ hemm bżonn kbir li l-proċedura kollha tkun simplifikata (pereżempju, permezz tal-ħolqien ta’ database integrata)

§ il-ħtieġa li jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi

Il-PE ħa ħsieb dawn il-kwistjonijiet bl-intervent tiegħu dwar ir-Regolamenti li jistabbilixxu r-regoli għall-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet, u li għalihom il-Kumitat għall-Baġit ippropona emendi bil-għan li titjieb is-sistema preżenti.[8]

Barra minn hekk, il-PE irnexxielu jtejjeb b’mod konsiderevoli r-regoli rilevanti stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju billi ħa ħsieb il-prinċipji li ġejjin (ara r-Rapport ta’ Ingeborg Gräßle A6-0057/2006):

§ Il-proporzjonalità ta’ l-azzjoni amministrattiva (l-isforz u x-xogħol meħtieġa biex issir verifika jridu jkunu fi proporzjon għall-ammonti u r-riskji involuti)

§ It-titjib ta’ l-aċċess għall-għotjiet u t-tnaqqis ta’ dak li mhux meħtieġ fil-proċeduri ta’ l-applikazzjoni

§ Skond l-Artikolu 109 paragrafu 1 rivedut tar-Regolament Finanzjarju "l-għotjiet għandhom ikunu suġġetti għall-prinċipji tat-trasparenza u trattament indaqs".[9]

It-Twettiq tal-baġit fl-2006

Skond ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar it-twettiq tal-baġit fl-2006 (is-sistema ta' l-Avviż ta' Tbassir tal-Baġit) li l-Kummissjoni ppreżentat lill-Kumitat għall-Baġit fil-21 ta’ Marzu 2007, it-twettiq tal-Kapitolu 06 06 (ir-riċerka fil-qasam ta’ l-enerġija u t-trasport) kien madwar 80%, b’EUR 37 miljun li għadhom iridu jintefqu wara t-trasferiment ta’ + EUR 13-il miljun. Ir-rapport jikkonkludi li "t-twettiq nieqes huwa dovut fuq naħa waħda għall-għeluq tal-5 Programm ta' Qafas tar-Riċerka, fejn it-talbiet għall-ħlasijiet finali kienu inqas milli kienu mistennija u xi nfiq nstab li ma kienx eliġibbli; u fuq in-naħa l-oħra għas-6 Programm ta' Qafas għar-Riċerka, fejn it-talbiet għall-ħlas kienu inqas milli kienu mistennija u kienu saru inqas ħlasijiet bil-quddiem minħabba garanziji bankarji li kienu nieqsa".

L-ipprogrammar finanzjarju kif imġedded sa Jannar 2007

Fit-titolu 02, biex titqies il-proposta għal Istitut Ewropew tat-Teknoloġija, inħoloq titolu tal-baġit ġdid b’ammont totali ta’ EUR 308.7 miljun għall-perjodu 2008-2013 kollu.

Rigward is-7 programm ta' qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni, kif ukoll is-7 programm ta' qafas tal-Komunità ta’ l-Enerġija Atomika Ewropea (Euratom) dwar ir-riċerka atomika u l-attivitajiet ta’ taħriġ, l-aġġornament riċenti ta’ l-ipprogrammar finanzjarju qies li finalment l-atti legali kienu adottati u ċ-ċifri finali tal-programmi speċifiċi kienu, minħabba hekk, aġġustati għalkemm l-ammonti annwali tal-programmi ta' qafas baqgħu ma nbidlux.

Istitut Ewropew tat-Teknoloġija

Fil-Ħarifa li għaddiet il-Kummissjoni pproponiet Regolament biex jitwaqqaf l-Istitut tat-Teknoloġija Ewropew (COM(2006)604) li bħalissa qed ikun meqjus mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

L-ammont ta’ referenza propost huwa EUR 308 miljuni għal perjodu ta’ 6 snin mill-1 ta’ Jannar 2008 (sa l-2013). Aktar minn hekk, EUR 1,5 biljun mistennija jiġu minn programmi oħra ta’ l-EU (FP7, CIP, il-Fondi Strutturali, eċċ.). Barra minn hekk, EUR 527 miljun se jiġu mill-Istati Membri, is-settur privat u self mill-EIB. Dan ifisser li b’kollox, il-Kummissjoni tistma li l-infiq ta’ l-EIT u l-KIC (Komunitajiet għat-Tagħrif u l-Innovazzjoni) ikun EUR 2 367 biljun (ara l-Anness).

Il-problemi marbuta ma’ l-iffinanzjar għandhom x’jaqsmu mal-kwistjonijiet li ġejjin:

§ L-iffinanzjar ma kienx previst b’mod espliċitu fil-MFF 2007-2013. Għalhekk, l-ammont ta’ referenza finanzjarja (EUR 308 miljun) se jnaqqas il-marġini li baqa’ taħt l-intestatura 1a.

§ Skond il-proposta l-iffinanzjar ta’ l-EIT se jittieħed parzjalment minn programmi li diġà jeżistu bħall-FP7, il-Programm dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u l-Fondi Strutturali (ERDF, ERF).

Hemm ukoll tħassib li l-EIT jista’ jidħol fil-qasam ta’ struttura li diġà teżisti mwaqqfa mill-FP7 bħall-Kunsill tar-Riċerka Ewropew. Ir-rapporteur jixtieq jikkjarifika wkoll ir-relazzjoni bejn iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka li diġà jeżisti u l-EIT.

Konklużjonijiet

1.)  L-iffinanzjar għall-FP7 huwa inqas b’mod konsiderevoli minn kif kien propost fil-bidu mill-Kummissjoni u mitlub mill-Parlament Ewropew. Għalhekk l-għola perċentwal ta’ dan l-ammont ta' referenza għandu jkun allokat għall-iffinanzjar ta’ l-operat biex titnaqqas in-nefqa amministrattiva addizzjonali bħall-Aġenziji Eżekuttivi għall-inqas ammont li huwa assolutament meħtieġ u ġġustifikat b’titjib tassew fit-twettiq. Il-Kummissjoni għalhekk tista’ tintalab tipprovdi tagħrif ċar dwar l-ammont eżatt tan-nefqa amministrattiva ġenerali li se tkun ffinanzjata mill-FP7 (intestatura 1a).

2.)  Il-Kumitat għall-Baġit, f’kooperazzjoni mal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE), irid iwettaq monitorjar bir-reqqa biex jara li t-titjib introdott fir-Regolament Finanzjarju huwa biżżejjed biex jgħin it-twettiq tal-Programm ta' Qafas għar-Riċerka kurrenti u jinkoraġġixxi lir-riċerkaturi biex japplikaw għall-iffinanzjar.

3.)  Fir-rigward ta’ l-iżviluppi leġiżlattivi riċenti bħall-proposta tal-Kummissjoni dwar Istitut għat-Teknoloġija Ewropew (EIT) issa jidher ċar li l-iffinanzjar, li finalment kien miftiehem għar-Riċerka u l-Iżvilupp taħt l-intestatura 1a ta' l-MFF kurrenti, m’huwiex biżżejjed meta tqis li l-marġni li baqa’ kien tnaqqas b’mod konsiderevoli bl-aġġornamenti riċenti ta’ l-ipprogrammar finanzjarju ppreżentat mill-Kummissjoni u mill-azzjonijiet il-ġodda li ma kinux previsti mill-MFF u li kienu ffinanzjati taħt il-marġni li baqa’. Dan jista’ jkun suġġett għall-analiżi ta’ nofs it-terminu ta’ l-MFF.

4.)  Ir-rapporteur huwa ta’ l-opinjoni li l-għan ewlieni tal-politika Ewropea għar-riċerka huwa li titkattar il-kompetittività, tiżdied il-koperazzjoni u n-networking bejn iċ-ċentri tar-riċerka u ċ-ċentri ta’ eċċellenza biex b’hekk tiżdied l-effiċjenza. Il-koperazzjoni ma’ l-intrapriżi kif ukoll il-parteċipazzjoni ta’ l-SME huma kruċjali. It-tkattir tad-dimensjoni Ewropea fir-riċerka hija meħtieġa biex tkun tista’ tikkompeti ma’ pajjiżi terzi bħal l-Istati Uniti li tonfoq ammonti kbar fir-riċerka. L-UE hija wara l-kompetituri fir-riċerka applikata (ara l-għadd ta’ privattivi). L-iffinanzjar mill-UE għandu jirrappreżenta valur miżjud mar-riċerka li diġà qed titwettaq mill-Istati Membri (pereżempju, l-oqsma tar-riċerka li tant huma għaljin li l-ebda Stat Membru m’huwa kapaċi li jwettaqhom waħdu bħall-ITER).

5.)  Wieħed m’għandux jinsa li l-Istati Membri jiffinanzjaw ukoll attivitajiet ta’ riċerka u l-iffinanzjar mill-UE huwa kontribuzzjoni (importanti) għall-għan aħħari li tisseddaq ir-riċerka. Parti importanti ta’ l-għan ta’ 3% tad-dħul gross nazzjonali jrid jiġi mill-Istati Membri (in-nefqa pubblika fuq ir-riċerka u l-iżvilupp fil-25 Stat Membru ta’ l-UE fl-2003 kienet bħala medja 0.81% tal-prodott gross domestiku, li minnha 0.76% kienu ġejjin minn sorsi nazzjonali u 0.05% mill-UE). Għalhekk, il-programmi tar-riċerka Ewropej, għalkemm l-aħħar ammont assenjat (EUR 48.081 miljun) jibqa’ ħafna inqas mill-proposta tal-Kummissjoni (il-Pakkett Prodi – EUR 68.011), jistgħu jkunu parti waħda mis-soluzzjoni imma jridu xorta waħda jwettqu rwol importanti biex biss jista’ jkun jintlaħqu l-miri ta’ Liżbona.

ANNESS

L-ISTITUT TAT-TEKNOLOĠIJA EWROPEW

DETTALJI TAR-RIŻORSI (kif tħejja fir-rapport finanzjarju tal-proposta tal-kummissjoni)

L-Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża u r-riżorsa finanzjarja tagħhom (xenarju ta’ 6 KICi fl-2013)

Spejjeż

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Totali

L-istruttura li tirregola l-EIT

2.900

5.800

8.700

8.700

8.700

8.700

43.500

Il-Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni

0.000

0.000

220.800

303.600

441.600

662.400

1,628.400

Għotjiet lill-studenti tal-Masters u kanditati għall-PhD

0.000

0.000

5.600

20.600

45.200

73.800

145.200

Titjib tal-kapaċità fl-innovazzjoni/fir-riċerka/fl-edukazzjoni

0.000

0.000

100.000

150.000

150.000

150.000

550.000

Spejjeż totali

2.900

5.800

335.100

482.900

645.500

894.900

2,367.100

Riżorsi

 

 

 

 

 

 

 

Awtoritajiet lokali u Stati Membri, Intraprizi, self mill-EIB, Kapital ta’ Riskju, (direttament lill-KICs, jew direttament lill-EIT skond ir-riżorsi)

0.000

0.000

47.080

113.040

133.740

233.100

526,960

Baġit Komunitarja (il-programmi: FP7, CIP, LLL, Fondi Strutturali: ERDF, ESF) (direttament lill-KICs)[10]

 

 

 

238.020

309.860

436.760

546.800

1,531.440

Baġit Kommunitarja (marġini mhux allokat, sotto-intestatura 1A) (direttament lill-EIT)

2.900

5.800

50.000

60.000

75.000

115.000

308.700

Riżorsi Totali

2.900

5.800

335.100

482.900

645.500

894.900

2,367.100

Dokument ta' ħidma dwar il-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja – Intestatura 3A

Sa mill-bidu tal-perjodu finanzjarju 2007 - 2013, "L-Intern” għandu għall-ewwel darba sotto-intestatura għalih (Libertà, Sigurtà u Ġustizzja), Numru 3 A. Wara li ġew “ringfenced” għall-ewwel darba l-ammonti allokati għall-"Ġustizzja, Libertà u Sigurtà" taħt sotto-intestatura speċifika fl-MFF, jimmarka l-prijorità mogħtija lilu mqabbel mal-perjodu 2000-2006 u jiżgura żieda ta’ viżibilità u bażi finanzjarja stabbli għall-politiki tagħha billi l-Kummissjoni ma tistax tibdel il-baġit għall-oqsma l-oħra tal-politika.

Irid jerġa’ jiġi ripetut li l-konfużjoni ta’ terminoloġija innotata fid-dokument ta’ Ħidma 10 matul il-proċedura baġitarja ta' l-2007 għadha ma ġietx irrimedjata. Il-portafoll tal-Kummissarju li minnu hu responsabbli il-Viċi President Franco Frattini huwa msejjaħ “Libertà, Sigurtà u Ġustizzja”[11] waqt li d-Direttorat Ġenerali huwa msejjaħ “Ġustizzja, Libertà u Sigurtà”[12] (ugwali għal dak li kien jissejjaħ DĠ “Ġustizzja u Intern” - sa Awwissu 2004).

Imma t-titolu 18 fil-Baġit huwa għal darb’oħra imsejjaħ “Libertà, Sigurtà u Ġustizzja” (implimentat mid-Direttorat Ġenerali msemmi hawn fuq, mqassar għal “JSL”)[13].

II. Deskrizzjoni Ġenerika tal-programmi.

In-nefqa operattiva fl-Intestatura 3a “Libertà, Sigurtà u Ġustizzja” ta' l-MFF tammonta għal EUR 600 miljun (637 fi prezzijiet kurrenti) fl-2007 u EUR 690 miljun (747 fi prezzijiet kurrenti) fl-2008. Il-baġit 2007 tad-DG JLS adottat mill-Parlament Ewropew jammonta bejn wieħed u ieħor għal 612.2 miljun Ewro. Dan jinkludi 7 kapitli operattivi. (Tabella 1):

Tabella 1: Nefqa operattiva u amministrattiva (EUR)

Nefqa Operattiva

Programmi

Baġit 2007 C.A.

Baġit 2007

P.A.

18 02

Solidarjetà - fruntieri esterni, politika dwar il-viża u l-moviment Ħieles tal-persuni

238 200 000

151 200 000

18 03

Flussi migratorji — politiki komuni dwar l-immigrazzjoni u l-ażil

149 030 000

135 605 000

18 04

Drittijiet fundamentali u ċittadinanza

33 476 000

33 576 000

18 05

Sigurtà u s-salvagwardja tal-libertajiet

61 946 000

48 046 000

18 06

Ġustizzja fil-kwistjonijiet kriminali u ċivili

58 294 000

39 594 000

18 07

Prevenzjoni mid-droga u informazzjoni

14 851 060

12 851 060

18 08

Strateġija u koordinazzjoni tal-politika

5 400 000

6 200 000

Totali nefqa operattiva

561 197 060

427 072 060

Nefqa amministrattiva I

51 021 005

51 021 005

Totali

612 218 065

478 093 065

I li EUR 47 607 005 minnhom huma ffinanzjati taħt l-Intestatura 5 u EUR 3 414 000 huma ffinanzjati taħt l-Intestatura 3A

Fil-Baġit 2007 kien kien hemm il-ħruġ ta’ tliet programmi ta’ qafas ġodda fil-qasam tal- Libertà, Sigurtà u Ġustizzja: Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja, Solidarjetà u Mmaniġjar taċ-ċirkolazzjoni tal-Migrazzjoni u Sigurtà u Libertajiet ta’ Protezzjoni[14].

Is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-atti legali relatati hija kif ġej sa l-aħħar ta’ Marzu 2007:

· "Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja”: L-Ewwel Qari PE tas-6 ta’ Settembru u 14 ta’ Diċembru 2006. Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill fuq is-sotto programm "Daphne III" biss, nhar it-12 ta’ Marzu 2007, il-pożizzjonijiet Komuni l-oħra huma pendenti.

· "Solidarjetà u Mmaniġġjar tal-Flussi tal-Migrazzjoni": L-Ewwel Qari PE fl-14 ta’ Diċembru 2006. Pożizzjonijiet Komuni tal-Kunsill għadhom pendenti minn dakinhar. Li minnhom, is-sotto-programm “Fond Ewropew għar-Refuġjati” ma jistax jiġi kkunsidrat bħala mdewwem għax ikopri 2008-2013 biss.

· "Sigurtà u Salvagwardja tal-Libertajiet": għalkemm il-PE adotta l-opinjonijiet tiegħu fl-14 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill adotta l-atti finali tiegħu fl-14 ta’ Frar 2007.

Billi l-maġġoranza tal-bażi legali relatati għadhom mhumiex adottati għal kollox u Artiklu 49 tar-Regolament Finanzjarju[15] jipprovdi li att bażiku għandu l-ewwel jiġi adottat qabel l-approprjazzjonijiet mdaħħla fil-baġit għal kull azzjoni mill-Komunitatjiet jew mill-Komunità Ewropea jistgħu jintużaw, dawn il-programmi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala “mdewma”.

Mid-dehra l-Kummissjoni se tipprova tirrimedja s-sitwazzjoni billi tagħmel “backloading” (għalkemm qed issejħilha “aktar frontloading fl-2009 u 2010”) meta tistqarr f’paġna 21 (punt 3.2.3) tad-Dokument APS[16] li l-fondi addizzjonali għall-FRONTEX u EUROJUST ser jinkisbu billi jiġu “aġġustati” l-ammonti għal dawk il-programmi li l-bidu tagħhom kien ġie mdewwem.

III. Il-programmi l-ġodda fid-dettal skond l-ippjanar finanzjarju ġdid tal-Kummissjoni

Wara li laħqet l-obbligazzjonijiet tagħha taħt IIA, il-Kummissjoni Ewropea f’Jannar 2007 issottomettiet dokument estensiv li jagħti deskrizzjoni ġenerika tal-aħħar żvilupp f’kull wieħed mill-Intestaturi ta’ nefqa ta' l-MFF bil-għan li tiġi żgurata l-konsistenza tal-proċess leġiżlattiv ma’ l-ogħla limitu ta’ nefqa ffissat, filwaqt li tittieħed inkonsiderazzjoni, per eżempju ta’ l-adozzjoni tal-bażi legali ġdida jew l-ammonti attwali miftiehma fil-Baġit adottat (2007) riċentement.

Id-dettalji l-ġodda tal-pakketti leġiżlattivi tal-programmi fl-Intestatura 3A issa huma kif ġej[17] (Tabella 2):

INTESTATURA 3A - LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA

perjodu

Pakkett globali matul perjodu

BAĠIT 2007 + PADB 1

Prog.

Fin.

2008

Prog.

Fin.

2009

Prog.

Fin.

2010

Prog.

Fin.

2011

Prog.

Fin.

2012

Prog.

Fin.

2013

Konsultazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Integrazzjoni Pajjiżi Terzi

(07-13)

825,0

65,0

78,0

98,0

106,0

132,0

163,0

183,0

Drittijiet Fundamentali

(07-13)

96,5

10,9

12,3

13,4

14,1

14,1

15,7

16,0

Ġustizzja Kriminali

(07-13)

199,0

29,5

30,3

30,6

26,5

26,9

27,4

28,0

Terroriżmu

(07-13)

139,4

12,8

15,4

18,0

20,5

23,4

23,7

25,6

Kriminalità

(07-13)

605,6

45,2

51,6

73,0

86,5

109,6

118,3

121,4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ko-deċiżjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fond Ewropew għar-Refuġjati

(05-07)

176,4

78,3

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

Fond Ewropew għar-Refuġjati

(08-13)

628,0

0,0

82,0

98,0

98,0

110,0

110,0

130,0

Fond Ewropew għar-Ritorn

(08-13)

676,0

0,0

56,0

67,0

83,0

114,0

163,0

193,0

Fond għall-Fruntieri Esterni

(07-13)

1.820,0

170,3

155,0

186,0

208,0

254,0

350,0

496,7

Daphne

(07-13)

116,9

14,2

14,7

16,1

17,6

18,0

17,9

18,4

Ġustizzja ċivili

(07-13)

109,3

14,4

14,7

14,9

15,8

16,0

16,5

17,1

Prevenzjoni u informazzjoni dwar id-droga

(07-13)

21,4

3,1

3,1

3,1

3,1

3,1

3,1

3,1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

INTESTATURA 3A

 

 

443,6

513,0

618,0

679,0

821,0

1.008,5

1.232,2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nfiq ieħor

 

 

180,2

201,2

212,4

298,1

324,5

326,4

320,5

Totali Intestatura 3a

 

 

623,8

714,2

830,4

977,1

1.145,5

1.334,9

1.552,7

Qafas Finanzjarju ta’ l-ogħla limitu ffissat

(fi prezzijiet kurrenti)

 

 

637,0

747,0

872,0

1.025,0

1.206,0

1.406,0

1.661,0

Marġni

 

 

13,2

32,8

41,6

47,9

60,5

71,1

108,3


Il-bidla prinċipali rriflettiet ukoll fl-interessi APS il-fond għall-fruntiera esterna (linja 18 02 06) fejn approprjazzjonijiet disponibbli żdiedu bi 15,3 miljun Ewro meta mqabbel ma’ l-ippjanar finanzjarju tal-bidu.

IV. Agenziji

Bħalissa, hemm sitt aġenziji li qed joperaw taħt it-Titlu 18 tal-qasam tal-Politika (Tabella 3):

Tabella 3: Aġenziji taħt l-Intestatura 3A (miljuni EUR)

 

IPPJANAR FINANZJARJU

post

BAĠIT+PADB1

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

TOTAL

07 - 13

18 02 03

Aġenzija Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Koperazzjoni Operattiva fuq il-Fruntieri Esterni

Varsavja

33,980

27,100

33,100

35,000

52,000

52,000

52,000

285,180

18 04 05

Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

Vjenna

14,000

15,000

17,000

20,000

20,000

22,000

22,000

130,000

18 05 02

Europol

0,000

0,000

0,000

82,000

83,000

84,000

85,000

334,000

18 05 05

Kulleġġ tal-Pulizija Ewropew.

Bramshill

7,439

8,700

8,800

9,000

9,200

9,400

9,400

61,939

18 06 04

Eurojust

Den Haag

18,414

17,500

18,000

19,000

19,500

20,500

20,500

133,414

18 07 01

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Immonitorjar tad-Drogi u tad-Dipendenza mid-Drogi

Liżbona

13,000

13,200

13,400

13,600

14,000

14,400

14,400

96,000

TOTAL

 

86,833

81,500

90,300

178,600

197,700

202,300

203,300

1040,533

Rigward FRONTEX, ir-rapporteur tagħkom jikkonsidra ż-żieda ta’ 15,3 miljun Ewro mill-2007 meta mqabbla mal-2006 bħala ġustifikata. Imma hu jixtieq ifakkar li ammont addizzjonali ieħor ta’10.9 miljun Ewro fl-2008, kif imħabbar mill-Kummissjoni fid-dokument APS (punt 3.2.3, paġna 21), ifisser tnaqqis għall-programm ko-deċiż ta’ “Solidarjetà u Mmaniġġar ta’ Flussi Migratorji”. Aktar minn hekk, din il-“backloading” fil-programm ko-deċiż ikollu l-effett li l-marġni jkun imnaqqas sostanzjalment fl-aħħar tal-perjodu ta’ programmar. Jibqa’ wkoll il-bżonn li jiġi verifikat jekk il-benefiċjarju hux fil-fatt qed jitlob ffinanzjar addizzjonali.

L-istess jgħodd għall-EUROJUST, aġenzija li tagħmel biċċa xogħol tajba. Iżda mhux faċli wisq li tiffinanzja b’mod ġeneruż aġenzija bi flus addizzjonali u tesprimi t-tama li l-istabbiliment ta’ “qasam wieħed tal-ġustizzja f’materji kriminali u ċivili, tiġi rinfurzata b’2,5 miljun Ewro iżjed għall-EUROJUST”[18] mill-2008 sal-2013? L-ewwel nett ix-xogħlijiet tagħha huma ffukati fuq offiżi kriminali biss u mhux materji ċivili. It-tieni fil-qasam ta’ żona waħda ta’ ġustizzja fil-“materji ċivili”, hemm inizjattiva eċċellenti tal-Kummissjoni li ilha għaddejja, , appoġġjata minn għalliema universitarji, dawk li għandhom interess u l-Parlament Ewropew biex tinħoloq kodiċi Ewropea ta’ obligazzjonijiet jew saħansitra Kodiċi Ċivili Ewropea żviluppata kompletament[19]. Ma jkunx hemm riżultati aħjar meta jiġu appoġġjati sforzi ta’ din ix-xorta ta’ professjonisti minn barra l-isfera istituzzjonali, milli jiżdied kull sena finanzjarja iċ-ċekk annwali ta’ xi korp tal-Komunità?

Ir-rapporteur jixtieq jistaqsi lill-Kummissjoni biex tikkjarifika jekk is-soluzzjoni tal-problemi mal-maniġment tal-aġenzija ġdida ta’ l-UE għad-drittijiet fundamentali (is-suċċessur taċ-ċentru ta’ monitorjar tar-Razziżmu u Ksenofobija[20]) li tqajmu fil-passat hix miexja fit-triq it-tajba.

Ta’ min wieħed jinnota li l-approprjazzjonijiet għall-Europol (82 miljun Ewro mill-2010 ’il quddiem) huma suġġetti għall-ħolqien ta’ dan il-korp bħala aġenzija ta’ l-Unjoni bħala s-suċċessur legali ta’ l-Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (stabbilit mill-Konvenzjoni ta’ l-Europol). Dan kien propost mill-Kummissjoni[21], imma l-kwistjoni bħalissa qed tiġi diskussa fil-Kunsill. F’dan il-kuntest irid jiġi mfakkar li l-Artiklu 47 tal-ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-immaniġjar finanzjarju fis-sod[22] jaħseb għall-evalwazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-implikazzjonijiet tal-baġit għall-Intestatura 3A matul il-proċess tal-ħolqien ta’ l-Europol bħala Aġenzija ta’ l-Unjoni.

Bi qbil ma’ l-isforzi tar-rapporteur tagħkom biex jintlaħaq baġit li jagħti riżultati, huwa japprova l-konklużjoni riċenti[23] tal-Kumitat għall-Baġit tal-Kunsill li kien importanti li wieħed iżomm kontroll strett fuq l-iffinanzjar ta’ l-aġenziji deċentralizzati bl-iskop li jsiru ekonomiji permezz t’approprjazzjonijiet realistiċi, kif jaqbel għall-bżonnijiet reali u biex jiġi evitat ibbaġitjar żejjed. Il-Kumitat staqsa wkoll lill-Kummissjoni biex tipprovdi flimkien mal-PDB deskrizzjoni ġenerika konċiża u komprensiva tal-baġit ta’ l-aġenziji kollha deċentralizzati.

V. Proġetti pilota u azzjonijiet ta’ tħejjija.

M’hemmx proġetti pilota jew azzjonijiet ta’ tħejjija taħt l-Intestatura 3A fil-baġit 2007. Dawn l-iskemi pilota li ġejjin u l-azzjonijiet ta’ tħejjija twettqu fl-2006.

Intestatura

Linja tal-Baġit

18 03 05

Ċentru Ewropew għall-Immonitorjar tal-Migrazzjoni

18 03 06

Tlestija ta’ l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi li m'humiex membri

18 03 08

Tlestija ta' l-immaniġġjar tar-ritorn fil-qasam tal-migrazzjoni

18 04 03

Tlestija ta' programm ta' riċerka u evalwazzjoni dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali

18 04 04

Tlestija ta' azzjoni preparatorja għall-appoġġ tas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri l-ġodda ta' l-UE

18 05 01 03

Finalizzar tal-programm ta’ skambju għall-awtoritajiet ġuridiċi

18 05 04

Tlestija ta’ azzjonijiet preparatorji għall-vittmi ta’ atti terroristiċi

18 05 06

Tlestija tal-ġlieda kontra t-terroriżmu

Rigward l-impenji, il-linji korrispondenti kollha saru “pour mémoire”. Rigward ħlasijiet, total ta’ 37.75 Ewro għad iridu jitħallsu fl-2007.

F’dan il-kuntest, ta’ min wieħed isemmi li r-rapporteur tagħkom issuġġerixxa studju intern mid-direttorat D tad-DG IPOL, li jitratta l-assessjar ta’ l-iffinanzjar ta’ l-UE għall-immonitorjar tal-migrazzjoni biex jitqabblu r-riżorsi finanzjarji mogħtija lill-istrumenti l-ġodda bħall-Fond ta’ Fruntieri Esterni, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi kif ukoll l-Aġenzija FRONTEX, bl-għanijiet u l-oġġettivi tal-politika tagħhom. L-evalwazzjoni għandha ssir kemm jekk il-fondi u d-diviżjoni tagħhom bejn strumenti differenti u kemm jekk dawn jistgħu jiksbu l-aħjar riżultati possibli u jagħtu appoġġ lil stati membri li qed iħabbtu wiċċhom ma’ l-immigrazzjoni.

Il-fruntieri esterni ta' l-UE huma soġġetti għal pressjoni migratorja permanenti u konsiderevoli. Il-ħtieġa li l-fruntieri esterni ta' l-UE jkunu kkontrollati aħjar hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Parlament Ewropew. Għalhekk il-PE, fuq l-inizzjattiva tal-Kumitat tiegħu għal-Libertajiet ċivili, ivvota għall-azzjoni ta’ tħejjija “Immaniġjar tal-Migrazzjoni - Solidarjeta fl-azzjoni” (Titolu 18 03 12) bl-ammont ta’ 15-il miljun Ewro fil-Baġit 2007. L-għan se jkun biex wieħed mhux biss ilaħħaq ma’ l-influssi imma wkoll jipprovdi kondizzjonijiet għal akkoljenza dinjituża għall-iddisprati fejn il-Programm ta' Qafas ta’ “Solidarjeta” qed jaħdem b’mod sħiħ. Ir-riżorsi ta’ l-UE kienu diġà disponibbli f’ċerti każi (bl-azzjonijiet “speċifiċi (urġenti)” fil-kuntest tal-programm ARGO per eżempju fl-2005 u 2006).

Tkun prijorita ewlenija tar-rapporteur tagħkom li jimmonitorja bir-reqqa l-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni ta’ tħejjija mill-Kummissjoni Ewropea.

VI. Rimarki oħra

1. SIS II u VIS

Fil-baġit 2007, 20 miljun Ewro kienu previsti għas-“Sistema ta’ l-informazzjoni tax-Schengen” (SIS II)[24] (linja 18 02 04) u 48 miljun Ewro għas-“Sistema ta’ informazzjoni dwar il-Viża (VIS)”[25] (linja 18 02 05). SIS II bażikament jikkonsisti f’kompjuter kbir ibbażat fi Strasburgu li jagħti lill-Istati Membri l-possibilità li jinstabu persuni jew oġġetti mfittxija, wara li jkunu ġew aboliti il-kontrolli interni fuq il-fruntieri. VIS huwa wkoll dejtabejż li jiffaċilita l-iskambju ta’ dejta dwar il-politika komuni dwar il-viża u l-kooperazzjoni konsulari dwar l-applikazzjonijiet bejn l-Istati Membri biex b’hekk jiġi evitat theddid għas-sigurta interna ta’ xi Stat Membru, biex jiġi evitat li tiġi bajpassjata l-kriterja għall-applikazzjoni u biex tiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi u biex tgħin fl-identifikazzjoni u r-ritorn tal-immigranti illegali.

Billi ma kienx hemm dettalji disponibbli dwar il-kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li se jkunu responsabbli mill-immaniġjar tas-sistema, żdiedu mar-riservi 5 miljun ewro fuq il-linja SIS II.

Skond il-kondizzjonijiet, 1 miljun Ewro ser jittieħdu mir-riservi meta l-bażi legali li tawtorizza l-interoperabilità tas-SIS II u tal-VIS tiġi adottata, u 4 miljun Ewro jittieħdu meta l-Parlament ikun avżat bid-dettalji tal-kuntratt u n-nefqiet reali għall-Istat Membru responsabbli għat-tmexxija tas-sistema.

Dwar il-VIS, anke x-16-il miljun Ewro żdiedu mar-riservi, minħabba n-nuqqas ta’ dettal dwar l-arranġamenti fl-immaniġjar tal-VIS. Skond il-kondizzjonijiet dawn se jittieħdu fuq bażi ta’ każ b’każ, darba dawn il-bażijiet legali xierqa jkunu ġew adottati u l-Parlament avżat kif għandu jkun bl-arranġamenti fl-immaniġjar tal-VIS.

Ir-rapporteur jinnota li, kif jidher, l-Istati Membri għadhom mhumiex lesti biex jimplimentaw l-idea komunitarja ta’ dawn il-policies.

2. Protezzjoni ċivili

Ir-rapporteur tagħkom jixtieq li jesplora d-dettalji ta’ dik li tidher inizjattiva ġdida tal-Kummissjoni, imsemmija fl-istrateġija tal-Politika Annwali[26], li tikkonsisti fit-tisħiħ tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili ta’ l-UE u l-iżvilupp ta’ strateġija integrata ta’ prevenzjoni mid-disastri li jseħħu. Billi l-Protezzjoni Ċivili jista’ jkollha dimensjoni tal-“Intern”, trid tissemma fil-qafas ta’ dan id-dokument.

VII. Konklużjonijiet

Ir-rapporteur jidhirlu li fil-baġit 2008 jista’ jkun hemm kontinwazzjoni ta’ dawn:

1.  L-awtorità dwar il-baġit hija konxja tad-dewmien tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta programmi ta' qafas, u r-riskji li dewmien bħal dan jista’ jikkawża għall-implimentazzjoni. Dan irid jiġi sorveljat bir-reqqa matul il-kors tal-proċedura baġitarja ta' l-2008.

2.  "Backloading" ta ċerti programmi tista’ tikkawża problemi, kif intqal f’paragrafi 18 u 22 tar-resoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istrateġija politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura baġitarja ta' l-2008, fejn jissemma “it-tħassib tal-Parlament dwar il-backloading propost għal ċerti programmi fl-APS 2008 u l-problemi li jistgħu qed jinġemgħu għas-snin li ġejjin ta' l-MMF”.

3.  Għandu jiġi mfittex proporzjon bilanċjat bejn l-aġenziji u l-programmi biex jiġi evitat it-tfixkil tal-programmi operattivi. Kull iffinanzjar addizzjonali possibbli li jista’ jkun provdut lill-aġenziji jrid ikun miftiehem fil-qafas tal-baġit annwali globali. Għandha tingħata attenzjoni dwar il-fatt li aktar ma jintefqu flus fuq l-aġenziji, inqas jibqa’ għall-programmi leġiżlattivi, proġetti pilota u azzjonijiet ta’ tħejjija.

4.  Billi l-unika azzjoni ta’ tħejjija li baqa’ issa hija l-“Immaniġjar tal-Migrazzjoni-Solidarjeta fl-azzjoni”, din trid tkun akkumpanjata b’aktar prospettiva ta’ studju intern, biex b’hekk jiġi evalwat kmieni kemm jista’ jkun il-kontribuzzjoni tagħha għal baġit biex jinkisbu r-riżultati.

5.  Rigward is-SIS II u l-VIS, jekk l-istess problemi identifikati fl-aħħar snin jippersistu, l-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità tal-Baġit dwar l-iżviluppi possibli li huma mistennija li jseħħu fl-2007. Matul il-kors tal-proċedura baġitarja annwali l-PE se jevalwa liema azzjonijiet għandhom jittieħdu.

Dokumenti ta' ħidma dwar proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

Introduzzjoni

1.        Id-dokument ta' ħidma huwa mqassam kif ġej: L-ewwel parti tfassal il-qafas legali skond il-modifikazzjonijiet tal-qafas legali għal proġetti pilota (PPs) u azzjonijiet preparatorji (PAs) fil-Ftehima Inter-Istituzzjonali (IIA) tas-17 ta’ Mejju 2006. It-tieni parti tittratta l-PPs u l-PAs fil-proċedura baġitarja ta' l-2007. It-tielet parti tħares lejn l-iskop u l-ideat dwar il-PPs u l-PAs għall-proċedura li għadha ġejja tal-baġit 2008.

I – Il-Qafas legali għal proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

2.   Il-qafas legali għal proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji nbidel b’mod sinifikattiv fl-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006. Din is-sezzjoni tippreżenta t-tibdil ewlieni. Temi relatati mal-provvista ta’ informazzjoni mill-Awtorità Baġitarja dwar il-ħolqien ta’ PPs u APs ġodda huma ttrattati f’sezzjoni III ta’ dan id-dokument ta’ ħidma.

3.   Il-PPs u l-PAs huma għodda importanti għall-Parlament biex ifassal il-prijoritajiet politiċi tiegħu u biex jintroduċi inizjattivi ġodda ’l barra mill-programmi leġiżlattivi eżistenti. Għall-PPs u l-PAs, id-deċiżjoni baġitarja rilevanti tipikament tiġi qabel u tista’ aktar tard tagħti bidu għad-deċiżjoni leġiżlattiva assoċjata, bil-maqlub ta’ kif soltu jsir. L-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju[27] jistipula l-eċċezzjonijiet għall-prinċipju baġitarju ġenerali li att bażiku jrid jiġi adottat qabel ma l-approprjazzjonijiet baġitarji mdaħħla għal kwalunkwe azzjoni tal-Komunità jistgħu jintużaw. It-taqsimiet ta’ l-Artikolu 49 dwar din il-kwistjoni huma punt 6, ittri (a) u (b) rispettivament.

4.   Ir-Regolament Finanzjarju jiddefinixxi proġett pilota bħala skema "ta' natura sperimentali mfassla sabiex teżamina l-vijabilità ta' azzjoni u l-ħtieġa tagħha". Ir-Regolament Finanzjarju jgħid ukoll li "approprjazzjonijiet ta' impenn jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal sentejn finanzjarji konsekuttivi biss".

5.   Azzjonijiet preparatorji huma definiti mir-Regolament Finanzjarju bħala azzjonijiet "imfasslin sabiex jippreparaw proposti bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' azzjonijiet futuri... L-approprjazzjonijiet ta' impenn rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal mhux iżjed minn tliet snin finanzjarji konsekuttivi biss. Il-proċedura leġiżlattiva għandha tintemm qabel l-aħħar tat-tielet sena finanzjarja".

6.   Il-baġit 2008 qed jitħejja fil-kuntest ta' l-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006. Fl-Anness II, taqsima D tat-IIA 2006 "l-istituzzjonijiet jaqblu li jillimitaw l-ammont totali ta' l-approprjazzjonijiet għal skemi pilota għal € 40 miljun fi kwalunkwe sena baġitarja. Jaqblu wkoll li jillimitaw għal € 50 miljun l-ammont totali ta' l-approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji ġodda fi kwalunkwe sena baġitarja, u li jillimitaw għal € 100 miljun l-ammont totali ta' l-approprjazzjonijiet effettivament marbuta ma' azzjonijiet preparatorji".

7.   Ir-rapporteurs tagħkom jixtiequ wkoll jenfasizzaw li l-fondi disponibbli għall-iffinanzjar tal-PPs u l-PAs huma affettwati mill-marġni disponibbli skond l-istruttura ta' l-intestaturi ta' l-MMF u jinnotaw f’dan ir-rigward li l-paragrafu 20 tar-riżoluzzjoni Parlamentari dwar l-Istrateġija Politika Annwali (APS) tal-Kummissjoni adottata fis-sessjoni plenarja ta' l-24 ta’ April 2007 ddikjara li: "... fir-rigward ta proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji għall-proċedura baġitarja 2008… jesprimi t-tħassib tiegħu li, fċerti intestaturi u sotto-intestaturi tal-baġit, jista ma jkunx hemm biżżejjed marġni disponibbli għal proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji kbar ġodda".

8.   Qabel ma PP jew PA maqbul fi proċedura baġitarja annwali jista’ jiġi implimentat, irid jgħaddi minn ċerti proċeduri previsti mir-Regolament Finanzjarju. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kuntratti u l-għotjiet pubbliċi japplikaw għall-PPs u l-PAs. L-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju jitlob ukoll li l-Kummissjoni tippreżenta, mal-PDB, "rapport lill-awtorità baġitarja... li għandu jkopri evalwazzjoni tar-riżultati u s-segwitu previst".

9.   Il-Kummissjoni dan l-aħħar ipproduċiet l-ewwel rapport interim tagħha dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji 2007. Dan id-dokument (paġna 6) jagħti din id-deskrizzjoni li ġejja taċ-ċiklu tan-nefqa ta' PP jew PA:

"L-implimentazzjoni ta’ Proġett Pilota jew Azzjoni Preparatorja jkollha tgħaddi minn ċertu numru ta’ stadji, li huma previsti mir-Regolament Finanzjarju. Il-proċeduri jvarjaw, skond jekk jikkonċernawx kuntratti jew għotjiet. Madankollu, fiż-żewġ każi, qabel ma wieħed jasal għad-deċiżjoni finali dwar l-iffinanzjar, il-Kummissjoni għandha tħejji t-triq għall-aħjar użu ta’ l-azzjoni jew tal-proġett, u l-approprjazzjonijiet baġitarji relatati.

L-ewwel, l-għanijiet speċifiċi u l-modi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni proposta jridu jiġu analizzati u, fuq din il-bażi, attribwiti lid-Direttorat Ġenerali responsabbli. Jistgħu jgħaddu diversi ġimgħat qabel ma l-aħħar attribuzzjoni tkun deċiża, speċjalment meta l-azzjoni għandha rabtiet ma’ diversi oqsma ta’ politika. Imbagħad, kif previst mir-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal li jawtorizza u l-maniġer responsabbli għandhom jelaboraw qafas dettaljat biżżejjed li fir-rigward tiegħu fl-aħħar tittieħed id-deċiżjoni dwar l-iffinanzjar. Huwa biss meta dawn il-fażijiet preparatorji kollha jitlestew, li l-implimentazzjoni finanzjarja tista’ tibda.

L-iskadenzi indikattivi fil-qosor huma dawn:

· Fil-każ ta’ kuntratt, it-tħejjija u l-ħruġ ta’ l-avviż informattiv ta' qabel jista’ jieħu minn minimu ta’ 32 ġurnata sa massimu ta’ 63 ġurnata.

· Il-fażi tas-sejħiet għall-offerti tista' tieħu minn minimu ta' 85 ġurnata sa massimu ta' 195 ġurnata.

· Il-fażi ta’ twettiq/kuntrattwali tista’ tieħu bejn minimu ta’ 55 ġurnata sa massimu ta’ 203 ġurnata.

Fil-każ ta’ għotjiet m’hemmx skadenzi obbligatorji x’jiġu rrispettatti, ħlief għall-Programm ta’ Ħidma Annwali (AWP), li jrid jiġi adottat sal-31 ta’ Marzu tas-sena konċernata. Malli l-AWP jiġi adottat, it-tħejjija tas-sejħiet għall-proposti tieħu medja ta’ 30 ġurnata, filwaqt li t-tweġibiet huma soltu mistennija li jaslu wara perjodu ta’ xahrejn mill-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti. It-tul ta’ żmien li hemm bżonn għall-evalwazzjoni tal-proposti jiddependi min-numru ta’ tweġibiet u jista’ jieħu minn ftit ġranet sa aktar minn 60 ġurnata. Ladarba l-ftehimiet dwar l-għotjiet jiġu ffirmati, li jieħu massimu ta’ 30 ġurnata, il-ħlas isir malli l-Kummissjoni tirċievi l-informazzjoni meħtieġa mill-kuntrattur, li trid tiġi analizzata bir-reqqa. Il-proċess jirrikjedi wkoll ir-rispett tal-proċeduri ta’ mmaniġġjar finanzjarju sod u effiċjenti.

Il-Kummissjoni tixtieq ukoll tirrimarka li s-suċċess ta’ Proġett Pilota jew Azzjoni Preparatorja jrid jitkejjel mis-sostenibiltà tar-riżultati miksuba aktar milli mill-ħeffa tat-twettiq ta’ l-impenji.”

10. Ir-rapporteurs 2007-2008 jixtiequ jfakkru lill-Kummissjoni li fl-aħħar reviżjoni tar- Regolament Finanzjarju u r-regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, il-PE immira biex jissimplifika l-proċeduri biex jiffaċilita l-aċċess taċ-ċittadini Ewropej għall-iffinanzjar mill-U.E. Il-Kummissjoni għandha tikkjarifika kif qed taħseb biex tpoġġi fil-prattika r- regoli l-ġodda għall-PPs u l-PAs.

11.      Ir-rapporteurs jinnotaw li skond l-iskadenzi massimi previsti mir-regoli, jistgħu jgħaddu aktar minn 461 ġurnata (i.e. aktar minn sena finanzjarja) qabel ma PP-PA ikun jista’ jiġi implimentat. Il-Kummissjoni għandha tindika d-dewmien medju tal-fażijiet preparatorji matul is-snin li għaddew.

II - PPs u PAs mill-baġit 2007

12.                 Il-baġit 2007 jinkludi 30 PP u 28 PA. Mhux possibli li jingħataw kummenti fuq il-proġetti kollha f’dan id-Dokument ta’ Ħidma. Ir-rapporteur għalhekk jixtieq jenfasizza t-tabelli annessi li jagħtu stampa ġenerali provduti mill-Kummissjoni u mis-segretarjat tal-Parlament u jinnota li l-Ewwel Rapport Interim tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar kull proġett li għadu għaddej.

13.    Il-Membri se jsibu f’anness it-tabella dwar il-PPs u l-PAs provduta mill-Kummissjoni fl-ewwel rapport interim tagħha.

14.    Għandu jkun innotat li għan-numru l-kbir tal-PP/PAs, it-tħejjijiet li jwasslu għall-ħlas ta' għotja, wara sejħa għal proposti, se jkunu ta' xi sitt xhur mill-inqas. Fil-każijiet ta' kuntratti (sejħiet għall-offerti), il-proċeduri se jkunu saħansitra itwal u dan jista' jdewwem il-ħlasijiet fl-ewwel sena. Ir-rapporteur għandu l-ħsieb, madankollu, li jifli bir-reqqa ċ-ċifri ta’ implimentazzjoni sabiex jiżgura li l-Kummissjoni tkompli tagħmel dak kollu li tista’ rigward l-implimentazzjoni tal-proġetti adottati mill-Awtorità Baġitarja.

15.    Fit-tħejjija għal aktar xogħol fuq il-baġit 2008, ir-rapporteur huwa konxju ħafna tal-fatt li d-disponibiltà ta’ fondi għal PPs u PAs ġodda se tiġi affettwata mill-ammont ta' talbiet li jsiru biex PPs u PAs eżistenti jirċievu finanzjar kontinwu.

16.    Ir-rapporteur jilqa' l-involviment kostruttiv tal-Kummissjoni fl-ewwel rapport interim tagħha dwar l-implimentazzjoni ta' Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji fl-2007. Jinnota li l-Kummissjoni qed toħodhom bis-serjetà u hija lesta li tiżgura segwitu mill-qrib.

Madankollu, wara l-informazzjoni pprovduta fir-rapport (ara hawn fuq paġna 9), notevolment dwar il-proċeduri kumplessi u twal, ir-rapporteur huwa mħasseb dwar il-bidu tat-twettiq ta’ dawn il-PPs u l-PAs.

17. Ir-rapporteur jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti informazzjoni aġġornata partikolarment dwar il-progress ta’:

-   L-UE tassumi l-Irwol tagħha f’Dinja Globalizzata – Servizzi ta’ Għajnuna IPR għall-SMEs ta’ l-UE f’Beijing (02 02 09);

-   Netwerks ta’ Informazzjoni Pilota (PINs) (16 03 06);

-   Skambju Kummerċjali u Xjentifiku ma’ l-Indja (19 10 01 03) u

-   Skambju Kummerċjali u Xjentifiku maċ-Ċina (19 10 01 04)

-   Koperazzjoni bejn l-Istituti Ewropej tat-Teknoloġija (15 02 29)

Ir-rapporteurs innotaw l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex jinħoloq Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (COM(2006)0604). Huma jixtiequ jqajmu l-mistoqsija li ġejja: Il-Kummissjoni kif bi ħsiebha tiżgura l-kumplimentarjetà tal-PP, li jikkonċerna n-netwerk ta' l-EITs, u l-bażi legali li twaqqaf l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija?

    - Miżuri transatlantiċi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali (19 05 03)

Ir-rapporteur jitlob għal aktar informazzjoni dwar is-segwitu tas-summit annwali bejn l-UE u l-Istati Uniti li sar f’Washington fit-30 ta’ April. Il-Kummissjoni kif bi ħsiebha tinkorpora l-konklużjonijiet f’dan il-proġett pilota?

III – Il-Proċedura baġitarja ta' l-2008

18. Fir-rigward tal-ftehim dwar PPs u PAs ġodda fil-proċedura baġitarja annwali, it-Taqsima D ta’ l-Anness II ta' l-IIA 2006 tinkludi element ġdid relattiv għall-IIA ta' qabel. Din tiddikjara li “sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa fi żmien xieraq l-implimentabilità ta’ l-emendi previsti mill-awtorità baġitarja li joħolqu azzjonijiet preparatorji/ proġetti pilota ġodda jew itawlu dawk eżistenti, iż-żewġ fergħat ta' l-awtorità baġitarja jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni sa nofs Ġunju bl-intenzjonijiet tagħhom f’dan ir-rigward, sabiex tkun tista’ ssir diskussjoni inizjali mill-ewwel fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni ta’ l-ewwel qari fil-Kunsill.”

Wara l-preżentazzjoni tal-PDB fit-2 ta’ Mejju li għadda, ir-rapporteur se jevalwa jekk il-marġni li jkun baqa’ taħt id-diversi intestaturi jippermettux li il-prijoritajiet tal-PE jiġu ffinanzjati. Ir-rapporteur jixtieq ifakkar li fil-passat PPs u PAs mibdija mill-Parlament saru programmi Komunitarji li rnexxew (Life, Fond għar-Refuġjati, eċċ).

19. Filwaqt li huwa konxju ħafna tat-test ta' l-IIA, ir-rapporteur jinnota li talbiet għal PPs u PAs min-naħa tal-Parlament Ewropew tradizzjonalment jieħdu l-forma ta’ emendi baġitarji. Skond il-proċeduri interni tal-Parlament, qabel l-ewwel qari tiegħu f’Ottubru, l-iskadenza biex jitressqu emendi bħal dawn fl-ewwel qari taħbat f’Settembru. Għalkemm il-proċeduri jikkostitwixxu restrizzjoni prattika rigward il-grad ta’ speċifità li bih il-Parlament ikun jista’ jinforma lill-Kummissjoni sa nofs Ġunju dwar l-intenzjonijiet tiegħu dwar il-PPs u l-PAs, il-Parlament se jipprova jantiċipa l-informazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prijoritajiet tiegħu għall-2008 kemm jista’ jkun malajr.

20. Għaldaqstant il-bqija ta’ dan id-dokument ta’ ħidma jagħti ftit ideat dwar l-oqsma li fihom il-Parlament jista’ jressaq proposti għal PPs u PAs matul il-proċedura baġitarja 2008. Dawn l-ideat huma intenzjonati biex jistimolaw diskussjoni dwar il-prijoritajiet li ġejjin fid-dawl tal-mod kif inkiteb l-Anness II (D) ta' l-IIA u l-konċiljazzjoni ta' l-ewwel qari li hi prevista għat-13 ta’ Lulju 2007.

21. It-temi ppreżentati aktar 'l isfel huma bbażati fuq il-ħidma aktar bikrija tar-rapporteur fit-tħejjija ta' l-ewwel dokument ta’ ħidma tiegħu dwar baġit biex jinkisbu r-riżultati, li ngħata appoġġ wiesa' ħafna fil-Kumitat għall-Baġit, u li pprovda bażi għat-tħejjija ta’ din ir-riżoluzzjoni dwar l-APS tal-Kummissjoni.

Oqsma li fihom jistgħu jiġu ssuġġeriti PPs u PAs ġodda

22. Ir-rapporteur jilqa’ bis-sħiħ id-diskussjoni mal-kollegi tiegħu fil-Kumitat għall-Baġit u fil-kumitati speċjalizzati tal-Parlament fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, kif ukoll il-kontribut tagħhom, bil-ħsieb li jitħejja sett ta’ proposti għal PPs u PAs fil-baġit ta' l-2008, baġit li jħares ’il quddiem u li jaqbel mal-filosofija tar-rapporteur dwar baġit biex jinkisbu r-riżultati .

23. Bi qbil ma' l-ewwel dokument ta’ ħidma tiegħu dwar baġit biex jinkisbu r-riżultati, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament ta' l-24 t’April 2007 dwar l-Istrateġija Politika Annwali tal-Kummissjoni għall-2008, u l-istudji li qed isiru f’isem il-Kumitat għall-Baġit matul l-2007, ir-rapporteur jissuġġerixxi din il-lista indikattiva u preliminari ta’ oqsma fejn il-Parlament jista’ jipproponi proġetti pilota għall-baġit 2008:

· Spinta lill-kompetittività u lit-tagħlim matul il-ħajja

· It-titjib tal-kontribuzzjoni Ewropea għall-ftehim kulturali internazzjonali

· Spinta lill-kompetittività globali Ewropea

· Finanzjament għall-immonitorjar tal-migrazzjoni illegali

· Proġetti ta' gwida orjentati lejn l-effiċjenza fl-enerġija u li jittrattaw it-tibdil fil-klima

· Spinta lill-multi-funzjonalità ta’ l-agrikoltura Ewropea u t-titjib tas-sostenibilità ta' l-għajxien rurali

· It-titjib tal-komunikazzjoni permezz ta’ rabtiet lokali

· It-titjib u l-iżvilupp tal-multi-lingwiżmu

Anness 1 - tabelli sommarji dwar il-PPs u l-PAs ipprovduti mill-Kummissjoni

Nota: Dawn it-tabelli huma meħuda mill-ewwel rapport interim tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji. Żewġ punti għandhom jiġu nnutati fir-rigward tat-tabelli tal-Kummissjoni:

(i) Il-linja tal-baġit 02 02 09 "L-UE tassumi l-irwol tagħha f'dinja globalizzata" hija PA u mhux PP bħalma hu indikat fit-tabelli t'hawn taħt.

(ii) Il-linja tal-baġit 05 08 03 "Ir-ristrutturar tas-sistemi għall-istħarriġ agrikolu" tneħħiet mit-tabella tal-PAs.

Tabella Sommarja dwar il-Proġetti pilota

ABB
Nomenklatura

DĠ responsabbli

2005

2006

2007

Intestatura

Baġit 2005

Baġit 2006

Baġit 2007

C.A.

P.A.

C.A.

P.A.

C.A.

P.A.

Heading 1a

 

 

 

 

 

 

02 02 03 01

ENTR

PP1

PP2

 

Konsolidazzjoni tas-suq intern – proġett pilota għall-koperazzjoni u għall-ħolqien ta' gruppi reġjonali ta' produzzjoni ('clusters') fost l-intrapriżi medji u żgħar (SMEs)

6.00

5.00

3.00

4.50

p.m.

2.00

02 02 03 03

ENTR

PP1

PP2

 

Trasferiment ta' għarfien espert permezz tal-'mentoring' fl-SMEs

2.00

2.00

3.00

3.00

p.m.

2.00

02 02 03 04

ENTR

 

 

PP1

Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ

 

 

 

 

3.00

3.00

02 02 05 01

ELARG

 

 

 

Programm ta' tkabbir għall-SMEs

 

 

p.m.

1.60

p.m.

1.00

02 02 05 05

ENTR

 

 

PP1

Miżuri biex tisseddaq il-koperazzjoni u s-sħubijiet bejn intrapriżi "mikro", żgħar u ta' daqs medju

 

 

 

 

2.00

2.00

02 02 06

RTD

 

 

 

Oqsma ta’ għerf

 

 

p.m.

0.60

p.m

0.55

02 02 08

ENTR

 

PP1

PP2

Destinazzjonijiet Ewropej ta' l-Eċċellenza

 

 

1.00

0.50

1.00

0.85

02 02 09

ENTR

 

 

PP1

L-Unjoni Ewropea tassumi l-irwol tagħha f'dinja globalizzata

 

 

 

 

5.00

3.00

02 02 10

ENTR

 

 

PP1

It-trasferiment Teknoloġiku

 

 

 

 

2.00

2.00

04 04 05

EMPL

PP2

 

 

L-integrazzjoni ('mainstreaming') ta' azzjonijiet dwar id-diżabilità

3.00

3.00

p.m.

1.50

p.m.

2.00

06 04 07

TREN

 

 

PP1

Is-sigurtà ta' l-enerġija bijokarburanti

 

 

 

 

5.00

2.00

06 07 02

TREN

 

PP1

PP2

Sigurtà fin-netwerk trans-Ewropea tat-toroq

 

 

5.50

5.50

2.00

3.60

15 02 02 06

EAC

 

PP1

PP2

Mobilità individwali ta' l-istudenti f'livell sekondarju għoli

 

 

2.50

2.00

p.m.

0.50

15 02 23

EAC

PP1

PP2

 

Programm tat-tip “Erasmus” għall-apprendisti

2.00

2.00

2.00

1.70

p.m.

1.80

15 02 28

EAC

 

 

PP1

Boroż ta' studju tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fil-Kulleġġ ta' l-Ewropa

 

 

 

 

0.80

0.80

15 02 29

EAC

 

 

PP1

Koperazzjoni bejn istituti Ewropej tat-teknoloġija

 

 

 

 

5.00

2.50

Intestatura 2

 

 

 

 

 

 

05 01 04 07

AGRI

 

PP1

PP2

Fond ta' sikurezza fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

 

 

0.50

0.50

 

 

05 01 04 08

AGRI

 

 

PP1

Agrikoltura sostenibbli u konservazzjoni tal-ħamrija permezz ta’ tekniki ta' kultivazzjoni ssimplifikati

 

 

 

 

2.00

2.00

07 03 11

ENV

 

 

PP1

Protezzjoni u konservazzjoni tal-foresti

 

 

 

 

3.00

1.50

17 01 04 04

SANCO

PP2

 

 

Mudell ta’ ffinanzjar tar-riskji għall-epidemiji ta' l-annimali

 

0.50

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Intestatura 3a

 

 

 

 

 

 

18 05 06

JLS

PP1

PP2

 

Tlestija tal-ġlieda kontra t-terroriżmu

7.00

4.00

9.00

7.00

p.m.

6.00

Intestatura 3 b

 

 

 

 

 

 

07 04 02

ENV

 

PP1

PP2

Koperazzjoni bejn il-fruntieri fil-ġlieda kontra d-diżastri naturali

 

 

6.50

6.50

p.m.

3.90

15 06 01

EAC

 

PP1

 

Proġett pilota b’risq iċ-ċittadinanza

 

 

0.50

0.50

p.m.

p.m.

15 06 07

EAC

 

 

PP1

Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

 

 

 

 

1.00

1.00

16 03 05

COMM

 

 

PP1

Euroglobe

 

 

 

 

1.50

1.50

16 03 06

COMM

 

 

PP1

Netwerks ta' informazzjoni pilota (PINs)

 

 

 

 

5.00

3.00

Intestatura 4

 

 

 

 

 

 

19 05 03

RELEX

 

 

PP1

Metodi transatlantiċi għall-indirizzar ta' sfidi globali

 

 

 

 

2.50

1.50

21 04 04

RELEX

 

 

PP1

Assistenza ġudizzjarja ta' emerġenza Ewropea

 

 

 

 

0.20

0.10

21 04 06

AIDCO

 

 

PP1

L-immaniġġjar ta' l-ilma f'pajjiżi li qed jiżviluppaw

 

 

 

 

3.00

0.00

Intestatura 5

 

 

 

 

 

 

26 01 08

tbc

 

 

PP1

Proġett pilota: l-imminimizzar tal-piżijiet amministrattivi

 

 

 

 

2.00

2.00

TOTAL Proġetti Pilota

 

 

 

 

40.00

 

Limitu annwali Proġetti Pilota

 

 

 

 

46.00

52.10

Marġni li jibqa'

 

 

 

 

-6.00

 

Tabella Sommarja dwar l-Azzjonijiet preparatorji

ABB
Nomenklatura

DĠ responsabbli

2005

2006

2007

Intestatura

Baġit 2005

Baġit 2006

Baġit 2007

C.A.

P.A.

C.A.

P.A.

C.A.

P.A.

Intestatura 1a

 

 

 

 

 

 

02 02 03 02

ENTR

AP2

AP3

 

Appoġġ lill-SMEs fl-ambjent ġdid finanzjarju

8.00

8.00

7.00

7.00

p.m.

7.00

02 04 02

ENTR

AP2

AP3

 

Titjib tar-riċerka Ewropea dwar is-sigurtà

15.00

8.00

15.00

19.00

p.m.

6.00

04 03 06

EMPL

PP2

AP1

AP2

Azzjoni preparatorja ENEA dwar attività fix-xjuħija u l-mobilità ta' l-anzjani

(p.m.)

(3.00)

1.50

0.75

3.00

1.50

06 04 03 01

TREN

AP2

AP3

 

Siġurtà tal-provvisti konvenzjonali ta’ l-enerġija

p.m.

p.m.

0.50

0.90

p.m.

0.70

09 03 03

INFSO

 

AP1

AP2

Ħolqien ta' sistema bbażata fuq l-internet għal leġiżlazzjoni aħjar u għall-parteċipazzjoni pubblika

 

 

2.00

2.00

5.00

3.8

09 06 04

INFSO

 

 

 

Inizjattiva i2i awdjoviżwali

p.m.

2.20

p.m.

1.00

-

p.m.

Intestatura 2

 

 

 

 

 

 

05 04 03 01

AGRI

AP2

AP3

 

Foresterija (barra mill-EAGF u l-EAFRD)

0.50

16.00

0.30

3.10

p.m.

0.38

07 03 10

ENV

 

AP1

AP2

Azzjoni preparatorja NATURA 2000

 

 

2.00

2.00

1.00

1.60

Intestatura 3a

 

 

 

 

 

 

18 03 05

JLS

AP3

 

 

Ċentru Ewropew għall-Immonitorjar tal-Migrazzjoni

3.00

3.80

p.m.

1.80

p.m.

3.00

2.00

1.00

18 03 06

JLS

AP2

AP3

 

Integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi li m’humiex membri

5.00

6.00

5.00

5.75

p.m.

6.45

18 03 08

JLS

AP1

AP2

AP3

Strument finanzjarju għall-immaniġġjar tar-ritorn fil-qasam tal-migrazzjoni

15.00

8.00

15.00

10.00

p.m.

12.50

18 03 12

JLS

 

 

AP1

Immaniġġjar tal-migrazzjoni – Solidarjetà fl-Azzjoni

 

 

 

 

15.00

15.00

18 04 03

JLS

AP2

AP3

 

Programm ta’ riċerka u evalwazzjoni għar-rispett tad-drittijiet fundamentali

1.00

1.40

0.50

1.00

p.m.

0.80

18 04 04

JLS

AP2

AP3

 

Appoġġ għas-Soċjetà Ċivili fl-Istati Membri l-ġodda

2.00

2.00

1.00

1.00

p.m.

2.80

18 05 01 03

JLS

PP2

AP1

 

Programm ta’ skambju għall-awtoritajiet ġudizzjarji

(3.00)

2.50

3.00

2.80

p.m.

1.00

18 05 04

JLS

PP2

AP1

 

Vittmi ta' atti terroristiċi

(2.00)

1.00

2.00

1.20

p.m.

1.20

Intestatura 3 b

 

 

 

 

 

 

17 03 04

SANCO

 

AP1

AP2

Saħħa Pubblika

 

 

2.00

1.04

p.m.

0.96

22 02 05 05

ELARG

AP2

AP3

 

Impatt tat-tkabbir fuq ir-reġjuni tal-fruntieri ta' l-UE

4.00

16.98

p.m.

4.00

p.m.

3.00

22 02 05 06

ELARG

PP2

AP1

 

Attivitajiet għat-tneħħija tal-mini f'Ċipru

p.m.

p.m.

1.00

1.00

p.m.

0.40

Intestatura 4

 

 

 

 

 

 

19 04 04

AIDCO

PP2

AP1

AP2

Netwerk għall-prevenzjoni tal-kunflitti

p.m.

0.90

1.50

1.25

1.50

1.25

21 02 07 04 (old line)

AIDCO

AP1

AP2

 

Għajnuna għal mard marbut mal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, ħlief għall-AIDS, il-malarja u t-tuberkolożi

10.00

8.00

10.00

14.10

 

 

19 06 01 03

AIDCO

AP2

 

 

Assistenza teknika volontarja

p.m.

0.50

p.m.

0.20

p.m.

0.20

19 06 02 02

AIDCO

PP2

AP1

AP2

Azzjoni preparatorja biex jitnaqqsu l-armi NBC u l-armi ż-żgħar

(3.00)

(3.00)

3.00

2.50

p.m.

2.00

19 10 01 03

RELEX-AIDCO

 

 

AP1

Skambju kummerċjali u xjentifiku ma' l-Indja

 

 

 

 

7.00

5.00

19 10 01 04

RELEX-AIDCO

 

 

AP1

Skambju kummerċjali u xjentifiku maċ-Ċina

 

 

 

 

7.00

5.00

21 04 05

ENVI

 

 

AP1

Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu ta’ l-Enerġija u għall-Enerġija li Tiġġedded (GEEREF)

 

 

 

 

5.00

5.00

TOTALI Azzjonijiet Preparatorji

 

 

 

 

47.5

86.54

Limitu annwali Azzjonijiet Preparatorji

 

 

 

 

100.0

 

Marġni li jibqa'

 

 

 

 

52.5

 

Dokument ta' ħidma dwar l-Intestatura 4, l-UE bħala msieħba globali

.

Ħarsa ġenerali

1.        L-intestatura 4 ġiet adottata għal EUR 6.8 biljun fil-baġit ta’ l-2007, li, b’mod mhux sorprendenti, ifisser li l-infiq estern jittieħed eżattament sal-limitu ta’ dak li kien jippermetti l-qafas finanzjarju.

2.        Il-PDB 2008 jipproponi EUR 6.9 biljun (+1.5%) f’impenji u EUR 7.9 biljun fi ħlasijiet (+7.7%). Dan iħalli marġini sostanzjali iżda, kif diskuss hawn taħt, ma jikkorrispondix għas-sitwazzjoni reali. Il-Kummissjoni hija diġà konxja dwar l-elementi sostanzjali li sa issa għadhom ma sarux estimi għalihom.

Tabella 1: paragun ġenerali taċ-ċifri 2007 - 2008.

Intestatura 4 azzjonijiet esterni Baġit 2007

Approprjazzjonijiet ta’ impenn (CA)

EUR

%

Strument ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp u koperazzjoni ekonomika (DCI)

2 208 696 784

32,4%

Strument Ewropew għall-viċinat u s-sħubija (ENPI)

1 419 955 400

20,8%

Strument għall-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni (IPA)

1 263 130 000

18,5%

Għajnuna Umanitarja

732 160 000

10,7%

Strument għall-Istabilità (IfS)

212 895 738

3,7%

Azzjonijiet u programmi oħra (inklużi l-aġenziji ddeċentralizzati):

390 162 000

5,7%

Garanziji tal-KE fuq is-self

200 000 000

2,9%

Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni (CFSP)

159 200 000

2,3%

Strument għad-Drittijiet tal-Bniedem u għad-Demokrazija (EIDHR)

142 091 078

2,1%

Għajnuna makroekonomika

58 201 000

1,2%

Strument ta’ Pajjiżi Industrijalizzati (ICI)

24 700 000

0,4%

Strument għall-Koperazzjoni għas-Sikurezza Nukleari (INSC)

1 268 000

0,02%

Baġit 2007 Totali

6 812 460 000

100%

Limitu massimu finanzjarju għall-2008

7 002 000 000

 

PDB 2008

6 911 400 000

 

Marġni

329 800 000

 

* EUR 239 miljun maħsuba għar-riżerva ta’ għajnuna għal emerġenzi huma inklużi fl-ammonti totali iżda ma jgħoddux meta jiġi kkalkulat il-marġini (jiġifieri huma ffinanzjati barra mil-limitu massimu).

3.        Fil-komunikazzjoni APS il-Kummissjoni ħadmet b’marġini mħabbar minn qabel ta’ EUR 334 miljun, wara li żiedet madwar EUR 23 miljun għal prijoritajiet ġodda meta mqabbel ma’ l-ipprogrammar finanzjarju ta’ Jannar (bidla fil-klima, Fond Globali għall-Enerġija, Prince u kuxjenza dwar l-Iżvilupp). Il-marġini muri fil-PDB huwa ta’ EUR 4 miljun inqas, għalhekk kienet saret xi allokazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni għandha tikkjarifika.

4.        Il-marġini tal-PDB muri huwa tassew sostanzjali, bi kważi 5% tan-nefqa totali possibbli taħt il-limitu massimu. Ir-rapporteur diġà ġibed l-attenzjoni għall-fatt li dan huwa dovut għal sitwazzjoni eċċezzjonali, minħabba li l-ammont sħiħ ta’ EUR 200 miljun previst għall-fond ta’ garanzija mhux ser ikun meħtieġ fl-2008 u ġie miżjud mal-marġini. Għaldaqstant, ir-rapporteur jirrakkomanda ċertu ammont ta’ kawtela, ladarba dawn il-flus (nefqa obbligatorja) ser jerġgħu jkunu meħtieġa fl-2009.

5.        Ir-rapporteur iqis is-sitwazzjoni bħala waħda saħansitra aktar inkwetanti meta jidher ċar li dawn l-ammonti tal-PDB fil-fatt ma jkoprux dak kollu li trid titlob il-Kummissjoni. Jidher ċar li l-Kummissjoni tista’ titlob għal ammonti addizzjonali sostanzjali kemm għall-Kosovo kif ukoll għall-Palestina. Din ser tkun nefqa ġdida u mhux programmata li ser tiġi fuq nett ta’ l-approprjazzjonijiet tal-baġit eżistenti għal dawn l-oqsma. Ir-rapporteur jistaqsi lilu nnifsu jekk sitwazzjoni simili tistax teżisti għal oqsma oħrajn ukoll u jistenna li l-kummissjoni tkun ċara kemm jista’ jkun.

6.        Fi kwalunkwe każ, ir-rapporteur jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li tali "bżonnijiet ġodda", li m’humiex inklużi fil-PDB, possibilment jistgħu jammontaw għal xejn inqas minn EUR 300 miljun, bejn wieħed u ieħor. Jekk il-Kummissjoni tressaq dan it-tip ta’ talbiet, dan ikun ifisser li l-marġini effettiv jista’ jkun żero. Ovvjament, jekk tiġi finanzjata din is-somma, ma jifdal xejn għall-prijoritajiet l-oħra!

7.        Ir-rapporteur jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni intlaħaq qbil għal ammont globali ta’ mill-inqas EUR 1,740 miljun għall-perjodu 2007-2013 bħala parti minn IIA. Bħala medja, dan jammonta għal madwar 250 miljun fis-sena. L-iffinanzjar għall-2007 ġie adottat għal EUR 159.2 miljun u, għall-2008, fl-ipprogrammar tagħha, il-Kummissjoni kellha ammont ta’ EUR 200 miljun. Il-PDB għandu juri ammont ta’ ftit aktar minn 200 miljun.

Il-karattru ta’ l-intestatura 4

8.        Fl-era ta’ l-oqfsa plurijennali u l-ko-deċiżjonijiet, huwa minnu li r-riżorsi disponibbli huma ftit jew wisq fissi u, meta’ taqta’ barra ġrajjiet eċċezzjonali (bħall-Iraq jew it-tsunami), l-ammont u t-tendenza ġenerali ta’ l-iffinanzjar normalment ikunu simili ħafna għal dak tas-sena preċedenti. Din mhux bilfors hija ħaġa ħażina peress li l-Kumitat għall-Baġit normalment jiddefendi l-“prijoritajiet tradizzjonali” u, ovvjament, isegwi l-MFF strettament, iżda ċertament titfa’ dawl fuq id-diffikultà strutturali biex isir kwalunkwe aġġustament verament sinjifikanti. F’dan is-sens, hemm ċertu validità fl-opinjoni li l-intestatura 4 probabilment għadha ma ġietx iffinanzjata biżżejjed, xi ħaġa li ma setgħetx tiġi kkoreġuta b’mod sħiħ matul in-negozjati ta’ l-MFF.

9.        Ovvjament huwa possibbli li jsiru bidliet sinjifikanti fl-intestatura, iżda anki dan jassumi minn qabel appoġġ politiku wiesa’ u, b’mod kruċjali, impetu u ftehim minn diversi kumitati speċjalizzati. Ma jkunx realistiku li jkun previst xi tibdil kbir fl-intestatura 4 għall-2008 f’dik li tkun biss it-tieni sena ta’ l-MFF il-ġdid u l-ġenerazzjoni ġdida ta’ programmi.

10.      Ir-rapporteur jinnota li, f’dak li kien l-enfant terrible ta’ l-intestaturi finanzjarji matul il-perjodu 2000-2006, id-domandi kunfliġġenti li, fuq naħa waħda, jiġu indirizzati "sfidi ġodda" u kriżijiet u, fuq in-naħa l-oħra, li jiġu rispettati l-politiki tradizzjonali lejn il-ġirien u l-imsieħba ta’ l-UE li jinsabu l-bogħod minnha, jeħtieġu li għal darb’oħra jiġu analizzati ħdejn xulxin. Din m’hijiex ekwazzjoni statika u, fortunatament, għandu jkollha għadd ta’ soluzzjonijiet. L-unika problema hija li wħud minn dawn is-soluzzjonijiet jistgħu jkunu tedjanti, speċjalment meta wieħed iqis l-attitudni tradizzjonali tal-Kunsill.

11.      Għandu jiġi innotat li l-istruttura baġitarja ta’ l-intestatura 4 issa hija fil-biċċa l-kbira tagħha “ibbażata fuq l-istrumenti” fejn tirrifletti l-ftehimiet milħuqa matul is-sena li għaddiet għall-bażijiet legali (regolamenti) li, f’diversi każijiet, ittieħdet deċiżjoni konġunta fuqhom. Kif jista’ jidher fit-tabella ta’ hawn fuq, fir-realtà dan ma tantx jiffaċilita l-fehim immedjat ta’ l-intestatura 4 peress li ħafna nies għandhom it-tendenza li jkunu involuti jew interessati f’”reġjuni u f’pajjiżi” aktar milli fi “strumenti”.

12.      Mil-lat ta’ trasparenza u ta’ skrutinju tal-baġit, kien għalhekk deċiż li għandhom jinżammu xi qasmiet ġeografiċi fil-livell tal-kapitoli baġitarji/linji baġitarji fil-B2007. Biex nieħdu eżempju, hemm kapitoli/linji differenti għall-Asja u għall-Amerika Latina, għalkemm ħafna mill-azzjonijiet ser jiġu ffinanzjati mill-istess Strument legali. Barra mill-iskrutinju politiku prinċipali tal-PDB, ir-rapporteur jista’ wkoll jinvestiga l-istruttura baġitarja ta’ l-intestatura u jipproponi xi aġġustamenti.

Il-karattru ta’ l-Istrumenti

13.      Il-membri jiftakru li kienet saret battalja leġiżlattiva estiża bil-għan li jiġu stabbiliti l-Istrumenti l-ġodda għal azzjonijiet esterni. Essenzjalment, dan kien ibbażat fuq il-karattru bażiku tal-leġiżlazzjoni, jiġifieri, għandhom l-istrumenti legali jkollhom il-karattru ta’ oqfsa ġenerali u jagħtu livell għoli ħafna ta’ libertà implimentattiva lill-Kummissjoni? Jew inkella, għandu jkollhom grad ogħla ta’ kontenut ta’ politika b’ko-deċiżjoni mill-Parlament.

14.      Fl-aħħar mill-aħħar, huwa ġust li jingħad li ntlaħaq kompromess Ewropew b’kontenut ta’ politika sostanzjali inkluż iżda wkoll b’aspetti importanti mħollija għall-fażi implimentattiva. Il-ħtieġa għal ċertu grad ta’ flessibilità (“m’huwiex possibbli li tbiddel ir-Regolament kull darba li jkun hemm bżonn ta’ aġġustament”) bdiet tiġi immaniġġjata permezz ta’ enfasi mġedda fuq kunċetti bħal “Dokumenti ta’ Strateġija” plurijennali u, fil-livell aktar baxx li jmiss, “Programmi ta’ Azzjoni Annwali”.

15.      Bażikament, tali “Dokumenti ta’ Strateġija” importanti u dokumenti oħrajn ta’ programmar ta’ natura mħallta bejn politika /implimentazzjoni politika jaqgħu taħt il-ftehim dwar l-Iskrutinju Demokratiku, li ġie nnegozjat ma’ l-adozzjoni tat-IIA ġdid dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja b’saħħitha 2007-2013 u huwa anness ma’ din it-IIA fil-forma ta’ Dikjarazzjoni. Minħabba li l-Kumitat għall-Baġit kellu rwol prinċipali, ir-rapporteur huwa ħerqan li jsegwi l-impenji tal-Kummissjoni taħt dan il-ftehim. Jista’ jkun interessanti, b’mod partikolari, li wieħed jara kif il-Kummissjoni tqis il-kummenti tal-Parlament dwar id-dokumenti ta’ strateġija. Fl-aħħar mill-aħħar, ma jistax jiġi eskluż li l-proċedura baġitarja tkun tista’ tintuża biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Parlament.

16.      Kif diġà kien adottat fir-riżoluzzjoni ta’ l-APS, ir-rapporteur iqis li x-xogħol tal-Gruppi ta’ Ħidma ta’ l-AFET u tad-DEVE, imwaqqfa biex jeżaminaw dawn id-dokumenti tal-Kummissjoni u biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni, huwa importanti ħafna. Tabilħaqq, għal ħafna snin il-Kumitat għall-Baġit talab għal rwol akbar għall-kumitati speċjalizzati biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni. Ir-rapporteur huwa ħerqan li jaħdem mal-kumitati speċjalizzati f’dan ir-rigward.

Xi aspetti baġitarji ta’ l-Istrumenti

17.      L-ewwelnett, billi l-qbil leġiżlattiv fuq l-intestatura 4 intlaħaq biss dan l-aħħar u filwaqt li l-proċess ta’ l-ipprogrammar u s-sejħiet għall-offerti bħalissa inbdew, huwa improbabbli li l-implimentazzjoni ta’ l-2007 tkun wisq utli għall-evalwazzjoni ta’ l-2008, għall-inqas safejn huma konċernati l-ħlasijiet. Għal ħafna mill-programmi, huwa ttamat li l-Kummissjoni tilħaq livell sodisfaċenti ta’ implimentazzjoni ta’ l-impenji, iżda anki dan irid jiġi verifikat aktar tard matul din is-sena.

18.     Fi kwalunkwe każ, ħafna mill-istrumenti taħt l-intestatura 4 għandhom ammonti ta’ referenza finanzjarja, uħud minnhom ko-deċiżi kif imsemmi qabel. Il-ko-deċiżjonijiet ewlenin huma dawn:

- Strument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)

- Strument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija (ENPI)

- Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)

- Strument għall-Istabilità (ifS)

L-Istrument għall-għajnuna ta’ qabel l-Adeżjoni (IPA) kien biss konsultazzjoni sempliċi, iżda għandu ammont ta’ referenza li dwaru ntlaħaq qbil mill-Kunsill (mhux kontraenti bħall-ko-deċiżjonijiet).

19.      B’mod ġenerali, ir-rapporteur jixtieq li tinħoloq diskussjoni fuq kif jistgħu jiġu ttrattati l-enveloppi ko-deċiżi. Huwa konvint li, bħas-soltu, ser jiġu irċevuti ħafna emendi li jitolbu għal ammonti annwali ogħla, u s-COBU m’għandux ikollu approċċ fortuwitu għal dawn il-każijiet.

20.      Ir-rapporteur jinnota li d-DCI u l-ENPI, it-tnejn li huma ko-deċiżi mill-Parlament, ingħataw ammont annwali fl-2007 li għandu jindika total ogħla sa l-2013 mill-ammonti ta’ referenza leġislati previsti. Fi kliem ieħor, dawn il-programmi kienu xi daqsxejn "front-loaded" fl-aħħar proċedura. Ir-rapporteur m’huwiex ċert għandux jinżamm approċċ bħal dan.

21.      Ir-rapporteur jinnota li jista’ jkun hemm diversi modi kif tista’ tiġi indirizzata din il-"problema" u għaldaqstant jixtieq jisma’ l-opinjonijiet tal-gruppi politiċi:

a) li wieħed għalissa jħalli s-sitwazzjoni u, fis-snin futuri, issir referenza għall-flessibilità leġiżlattiva ta’ +/- 5 % innegozjata u inkluża fit-IIA? Meta wieħed iqis is-sitwazzjoni tal-limiti massimi, ċertament dan jista’ jimplika li jekk programm wieħed "jitla ’l fuq", programm ieħor ikollu "jinżel ’l isfel".

b) għalissa s-sitwazzjoni titħalla fil-ġenb waqt li jkun ittamat li jkun possibbli li “jinkisru” l-ammonti ta’ referenza fl-2012/2013 jew, fin-nuqqas ta’ dan, jitwettaq tnaqqis kbir fl-aħħar sena ta’ l-MFF?

c) għalissa s-sitwazzjoni titħalla fil-ġenb u jkun immirat li ssir xi ħaġa dwarha b’rabta mar-reviżjoni 2008/2009?

d) isiru xi aġġustament jew, għall-inqas, jiġu limitati kwalunkwe żidiet mitluba għal dawn il-programmi, biex l-ammont annwali jinġieb f’"konformità" mal-medja permessa mill-ammont ta’ referenza globali?

22.      Barra dan, ir-rapporteur jinnota li – kemm jekk ko-deċiżi kif ukoll jekk le – xi aspetti ta’ l-intestatura 4 tradizzjonalment (u sfortunatament), kultant ikollhom jistrieħu fuq soluzzjonijiet ta’ emerġenza u improvizzazzjoni. Dan huwa rilevanti għal għajnuna umanitarja, iżda wkoll dejjem aktar għal strumenti oħrajn li jistgħu jinkludu d-DCI u/jew ENPI ko-deċiżi, kif ġie ipprovat mill-każ tal-Palestina.

23.      Għall-argument, fil-każ li dawn issa għandhom jeżistu bħala ħtiġijiet mhux previsti (mhux programmati) għall-2008 u/jew għas-snin li ġejjin, ejja ngħidu EUR 100 miljun aktar li jridu jiġu implimentati skond l-ENPI jew DCI għal xi kriżi ġdida xi mkien, ir-rapporteur jixtieq jistaqsi lill-Kummissjoni jekk dan l-ammont hux dejjem ser jikun magħdud bħala parti mill-ammont ta’ referenza ko-deċiż (li jkun ifisser ipprogrammar mill-ġdid u li jittieħed l-ispazju minn azzjonijiet programmati qabel?) jew jekk dan jistax b’xi mod jiġi implimentat bħala xi ħaġa ekstra mill-ammont ta’ referenza? Ser jagħmlu xi differenza l-mezzi ta’ l-iffinanzjar, jiġifieri, jekk iffinanzjati fil-marġini jew permezz ta’ mezzi addizzjonali bħall-istrument tal-flessibilità?

Konklużjonijiet

24.      Il-marġini tal-PDB 2008 ta’ EUR 330 miljun jagħti indikazzjonijiet għal kollox ħżiena bħala indikatur tas-sitwazzjoni reali f’din l-intestatura u huwa r-riżultat ta’ xi oqsma/ħtiġijiet li sa issa għadhom ma sarux estimi għalihom b’rabta mad-disponibilità koinċidentali ta’ fondi oriġinarjament previsti għall-fond ta’ garanzija.

25.      Ħafna ammonti huma msakkrin f’enveloppi ko-deċiżi jew, bħalma hu l-każ għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni, ftehimiet oħrajn. Għandha tinstab xi tip ta’ strateġija kif jiġu ttrattati emendi għall-ammonti annwali f’dawn l-oqsma.

26.      Il-progress fuq l-iskrutinju demokratiku (dikjarazzjoni innegozjata fl-aħħar sena ta’ IIA) għandu jiġi segwit f’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-AFET u d-DEVE.

27.      Meta wieħed iqis l-adozzjoni tard tal-ġenerazzjoni ġdida ta’ Strumenti esterni, jista’ jkun improbabbli li l-implimentazzjoni ta’ l-2007 tkun ta’ wisq gwida għall-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ l-2008.

Dokument ta' ħidma dwar il-Politika ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni Aspetti baġitarji

L-għan ġenerali segwit mill-istituzzjonijiet huwa li jindirizzaw politika preċiża dwar l-informazzjoni għaċ-ċittadini Ewropej biex tkattar l-għarfien tagħhom dwar l-attivitajiet, l-istrutturi u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ l-UE.

Għal dak il-għan, l-istituzzjonijiet fasslu għadd ta’ strateġiji mmexxija fil-livelli ċċentralizzati u ddeċentralizzati, skond il-kompetenzi rispettivi tagħhom. L-azzjonijiet iċċentralizzati jinbdew mill-Istituzzjonijiet Ewropej, indirizzati lejn il-pubbliku ta’ Brussell u/jew l-Istati Membri. Fil-livell iddeċentralizzat, il-politika dwar l-informazzjoni tinbeda l-iktar minn Djar l-Ewropa li jinsabu fl-ibliet kapitali ta’ l-Istati Membri, inklużi l-uffiċċji reġjonali.

Fl-ewwel parti, se tkun ipprovduta informazzjoni dwar il-mezzi baġitarji marbutin ma’ l-iffinanzjar għall-politika dwar il-komunikazzjoni fil-livell iċċentralizzat. L-informazzjoni dwar il-koperazzjoni bejn l-Istituzzjonijiet u l-aspetti ddeċentralizzati se tkun ipprovduta fit-tieni parti.

Il-kuntest ġenerali

L-għan tal-qasam tal-politika rrelatata mal-komunikazzjoni u t-tagħrif huwa t-tixrid tat-tagħrif dwar il-politika Ewropea u li tkun assigurata rabta aħjar maċ-ċittadini.

Bħala deskrizzjoni ġenerika, f’termini baġitarji, matul l-aħħar ħames snin l-approprjazzjonijiet baġitarji għall-politika dwar il-komunikazzjoni żdiedu b’36.55% kontra żieda fil-baġit ġenerali ta’ 13.65% għall-istess perijodu.

Fl-istess ħin, l-għan ta’ l-azzjonijiet kien immodifikat biex jissodisfa l-ħtiġijiet espressi mis-soċjetà ċivili. B’mod partikolari, it-twarrib tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni mill-Franċiżi u l-Olandiżi kellu impatt maġġuri fuq l-istrateġija segwita mill-Kummissjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni.

Il-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ żewġ komunikazzjonijiet dwar "Pjan ta’ azzjoni għat- titjib tal-komunikazzjoni fl-Ewropa"[28] u "Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-perjodu ta’ riflessjoni u lil hinn minnu: il-Pjan-D għad-Demokrazija, id-Djalogu u d-Dibattitu"[29] immirati biex iċ-ċittadini jiksbu aktar għarfien dwar il-politiki ta’ l-UE u l-impatt tagħhom fuqhom u s-sottomissjoni ta’ White Paper dwar politika Ewropea tal-komunikazzjoni[30] bil-għan li l-Unjoni tkun eqreb taċ-ċittadini tagħha.

Dawn jirrappreżentaw il-tliet prinċipji fundamentali tal-politika l-ġdida tal-Kummissjoni dwar il-komunikazzjoni, li nbdiet fl-2005.

Fl-istess ħin, l-interess tal-Parlament Ewropew fil-politika dwar l-informazzjoni żdied b’mod konsiderevoli. Tabilħaqq fir-riżoluzzjoni dwar l-ewwel qari tal-baġit 2006, il-Parlament adotta paragrafu li jistqarr mill-ġdid it-tħassib tiegħu billi jqis li l-ammonti previsti għall-Politika ta l-UE dwar l-Informazzjoni mhumiex adattati u ddeċieda li jżidhom; jenfasizza l-ħtieġa urġenti għall-Kummissjoni li tressaq il-White Paper tagħha marbuta mal-Politika dwar l-Informazzjoni"[31].

Wara t-talbiet tal-Parlament, fi Frar 2006 l-Kummissjoni adottat White Paper marbuta mal-Politika Ewropea dwar il-Komunikazzjoni[32]. Il-Parlament laqa’ "l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni li tagħmel il-politika dwar il-komunikazzjoni politika indipendenti"[33].

Bil-għan li jevalwa l-valur għall-flus tal-programmi tal-Kummissjoni, il-Kumitat għall-Baġit talab li jsiru żewġ studji "Lejn il-komunikazzjoni" u "Li jkunu mgħarrfa ċ-ċittadini Ewropej", fil-kuntest tal-proċedura baġitarja 2007.

L-istudju "Lejn il-komunikazzjoni", ippubblikat f’Settembru 2006, jinnota t-titjibiet li saru wara t-tnedija tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-komunikazzjoni u l-Pjan-D imma jirrakkomanda koordinazzjoni aħjar fost l-atturi differenti b’mod partikolari fl-uffiċċji esterni fejn il-Parlament u l-Kummissjoni jimmiraw li jilħqu lill-istess pubbliku. Din il-koordinazzjoni għandha titħaffef bis-saħħa tal-fatt li bl-eċċezzjoni ta’ l-uffiċċji ta’ Edinburgh u ta’ Ateni, iż-żewġ istituzzjonijiet jużaw l-istess binjiet fl-hekk imsejħa "Djar l-Ewropa". Dan il-punt tqajjem ukoll f’diversi riżoluzzjonijiet baġitarji adottati mill-Parlament. Aspett ieħor imsemmi mill-istudju u espress fir-riżoluzzjoni dwar il-White Paper li jista’ jkun ta’ interess, huwa r-rakkomandazzjoni li x-xogħol imwettaq mill-uffiċċji esterni "għandu jkun aktar politiku u inqas burokratiku".

Sabiex ikun hemm fehim aħjar tal-kwistjonijiet marbutin ma’ dan il-qasam tal-politika u ta’ l-iżviluppi fil-ġejjieni, il-Kumitat għall-Baġit tal-Parlament Ewropew (COBU) organizza, fil-kuntest tal-proċedura Baġitarja ta' l-2008, seduta ta’ smigħ fuq il-politika dwar l-informazzjoni: "L-effiċjenza u l-effikaċja tal-politika ta l-UE dwar l-informazzjoni mill-perspettiva tal-professjonist" fit-8 ta’ Mejju 2007.

L-għan tas-seduta ta’ smigħ kien li tagħti widen f’dak li għandu x’jaqsam mal-metodu tal-professjonisti fil-komunikazzjoni fuq il-politika dwar l-informazzjoni mmexxija miż-żewġ istituzzjonijiet ewlenin. Is-seduta ta’ smigħ ħolqot l-opportunità għal diskussjoni fil-fond bejn il-professjonisti u r-rappreżentanti ta’ l-Istituzzjonijiet dwar il-kwistjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u/jew "instituzzjonali" u dwar kif jistgħu jintużaw il-mezzi allokati għal dawn il-politiki mill-baġit ta’ l-UE. Il-parteċipanti enfasizzaw il-fatt li għad iridu jsiru titjibiet f’dan il-qasam, l-iktar billi jkunu żgurati aktar viżibiltà u trasparenza ta’ l-azzjonijiet, koordinazzjoni aħjar f’livell iċċentralizzat (ta’ l-UE), l-iżvilupp tal-metodu "aħseb f’livell lokali, aġixxi f’livell lokali" f’livell iddeċentralizzat, ikun żgurat immaniġġjar finanzjarju aħjar u jsir titjib ta’ l-istrumenti.

Kuntest legali

Il-Kumitat għall-Baġit dejjem iddefenda l-idea li l-politika dwar l-informazzjoni għandha titmexxa mill-Istituzzjonijiet u jqis li taqa’ taħt l-awtonomija tagħhom. Fil-fehma tiegħu, bażi legali tista’ toħloq riġidità għal kull Istituzzjoni. Għaldaqstant, huwa oppona bil-qawwa kull tentattiv għat-twaqqif ta’ bażi legali[34], li timponi riġidità kemm fil-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet konġunti u tal-komitoloġija f’rabta mal-bażi legali kif ukoll fl-azzjonijiet individwali b’mod rispettiv, inkluż il-programm plurijennali wkoll.

Għal dak il-għan, il-Parlament Ewropew fakkar, fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-24 ta’ April 2007 dwar l-istrateġija tal-politika annwali tal-Kummissjoni għall-proċedura baġitarja ta' l-2008 li "l-Istituzzjonijiet kollha għandhom id-dritt li jimplimentaw politika dwar il-komunikazzjoni bħala parti mill-awtonomija istituzzjonali tagħhom", kif stabbilit fl-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istituzzjonijiet l-oħra biex ikomplu jiddefendu l-awtonomija tagħhom stess f’rabta ma’ din il-kwistjoni.

Deskrizzjoni ġenerika ta’ l-azzjonijiet

L-azzjonijiet immexxija mill-Kummissjoni

Fil-baġit tal-Kummissjoni, il-politika dwar il-komunikazzjoni tingħata appoġġ l-iktar mit-titolu 16. Dan jirrifletti d-deċiżjonijiet u l-proposti magħmula fl-aħħar tliet snin mill-Kummissjoni b’għadd miżjud ta’ azzjonijiet immaniġġjati b’mod dirett mid-delegazzjonijiet esterni, u azzjonijiet immexxija mill-kwartieri ġenerali ffukati l-aktar fuq il-midja u l-informazzjoni ġenerali. Biex jitwettaq dan, għadd ta’ għodod importanti kienu żviluppati tul l-aħħar sentejn għat-titjib tal-komunikazzjoni bl-awdjo, bil-vidjow u bil-kitba.

Mill-2005, il-baġit allokat għall-politika dwar il-komunikazzjoni żdied b’mod kostanti biex jintlaħaq fl-2007 ammont ta’ EUR 201 031 110 f’approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 192 303 110 f’approprjazzjonijiet għal ħlasijiet. Informazzjoni ddettaljata tingħata fl-annessi: ara t-tabella 1: Sezzjoni III – Il-baġit tal-Kummissjoni allokat għat-titolu 16 – komunikazzjoni (2005-2008).

PDB2008 (Abbozz Preliminari tal-Baġit 2008)

F’rabta mal-proposta tal-Kummissjoni għall-baġit 2008, tista’ tiġi osservata żieda żgħira ta’ 0,07% f’approprjazzjonijiet ta' impenn (+ EUR 132 196) meta mqabbla mal-baġit 2007 u tnaqqis fil-ħlasijiet (- EUR 519 804).

Dawn l-ammonti jkopru kemm in-nefqa amministrattiva kif ukoll dik operattiva. Il-PDB 2008 ppropona EUR 107 501 306 għan-nefqa amministrattiva u EUR 93 662 000 għan-nefqa operattiva b’mod rispettiv. Dak jirrappreżenta 53% ta’ l-approprjazzjonijiet għan-nefqa amministrattiva meta 47% biss tal-baġit totali huwa allokat għan-nefqa operattiva.

L-eċċess ta’ l-approprjazzjonijiet għan-nefqa amministrattiva fuq l-approprjazzjonijiet għan-nefqa operattiva huwa kostanti matul il-perijodu 2005-2008. Ir-Rapporteur jitlob għal aktar informazzjoni dwar kif din id-distribuzzjoni ta’ l-approprjazzjonijiet tiżgura l-ksib ta’ l-għanijiet u l-azzjonijiet tal-politika dwar il-komunikazzjoni u kif dan it-tqassim jista’ jitreġġa’ lura.

It-titolu 16 huwa strutturat madwar tliet azzjonijiet ewlenin: 16 02 "il-komunikazzjoni u l-midja", 16 03 il-komunikazzjoni "lejn livell lokali" u 16 04 "Għodod ta’ analiżi u komunikazzjoni". Il-Kapitolu 16 01 jikkorrispondi man-nefqa amministrattiva u jakkumpanja l-azzjonijiet imsemmija hawnfuq.

Matul il-perijodu 2005-2007 l-aktar żieda spettakulari fl-approprjazzjonijiet kienet osservata fl-attivitajiet ta’ "Azzjonijiet multimedjali" tas-16 02 02, li żdied b’108,33% f’approprjazzjonijiet ta' impenn u b’111,11% f’approprjazzjonijiet ta' ħlas. Dan huwa segwit mill-attivitajiet ta’ "Informazzjoni għall-midja" tas-16 02 03, li żdied b’29,62% f’approprjazzjonijiet ta' impenn u b’47,07% f’approprjazzjonijiet ta' ħlas. Dawn iż-żidiet kienu ġġustifikati mill-ħtieġa għal informazzjoni aħjar għall-midja, titjib ta’ l-għodod tal-midja u żieda tal-pubblikazzjonijiet ta’ l-UE.

Il-kapitolu 16 03 jkopri n-nefqa ta’ l-UE b’rabta mal-komunikazzjoni ddeċentralizzata. Dan għandu x’jaqsam ma’ żewġ tipi ta’ azzjonijiet: Azzjonijiet lokali 16 03 02 u Azzjonijiet speċifiċi dwar temi ta’ prijorità, fosthom PRINCE 16 03 04. Għall-perijodu li hemm referenza għalih, iż-żieda f’approprjazzjonijiet hija ta’ 55,19% f’approprjazzjonijiet ta' impenn u ta’ 95,97% f’approprjazzjonijiet ta' ħlas għal azzjonijiet lokali, u ta’ 8,54% biss f’approprjazzjonijiet ta' impenn u ta’ 1,30% f’approprjazzjonijiet ta' ħlas għal azzjonijiet speċifiċi, li hija konformi ma’ l-impenn li ħadet il-Kummissjoni fil-White Paper tagħha.

Dan il-kapitolu jkopri wkoll l-iffinanzjar tal-proġett pilota dwar Netwerks Piloti ta l-Informazzjoni (PINs): linja 16 03 06. Il-proġett kien inkluż f’linja speċifika tal-baġit 2007 fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew. Ma ntalab ebda kreditu fi ħdan il-qafas tal-PDB 2008.

Minħabba l-vokazzjoni trasversali tiegħu, dan jista’ jkun l-istrument ta’ koperazzjoni li jinvolvi aħjar lill-MEPs. Matul is-seduta ta’ smigħ dwar "L-effiċjenza u l-effikaċja tal-politika dwar il-komunikazzjoni u l-informazzjoni" kien enfasizzat ukoll il-fatt li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom rwol importanti fil-promozzjoni ta’ l-immaġni ta’ l-UE, u għandhom ikunu aktar involuti fl-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u informazzjoni.

F’rabta mal-"komunikazzjoni u l-midja" u l-komunikazzjoni “lejn livell lokali”, kemm l-esperti kif ukoll l-uffiċjali, enfasizzaw il-ħtieġa għal titjib f’dawn l-oqsma. Għaldaqstant, huma meħtieġa koordinazzjoni aħjar bejn l-istituzzjonijiet f’livell ċentrali, użu aktar effiċjenti tal-ħlasijiet eżistenti għall-komunikazzjoni u l-informazzjoni u użu aħjar tal-midja professjonali.

B’mod globali, n-nefqa amministrattiva żdiedet bi 19,65% f’approprjazzjonijiet ta' impenn u naqset bi 3,81% f’approprjazzjonijiet ta' ħlas bejn l-2005 u l-2007.

Implimentazzjoni

Il-graff li ġejja tippreżenta l-aspetti kwantitattivi ta’ l-implimentazzjoni tar-rizorsi allokati għall-qasam tal-politika dwar il-Komunikazzjoni fi tmiem l-2006. Wieħed għandu jinnota li n-nefqa amministrattiva kienet stmata żżejjed meta mqabbel mal-ħtiġijiet ta’ appoġġ għan-nefqa operattiva. Ir-Rapporteur jista’ jqis dan il-fatt fil-proċedura li jmiss.

Qasam tal-politika 16 - Komunikazzjoni: Implimentazzjoni Totali mill-31.12.2006

Linja tal-Baġit

Titolu

Impenji

Ħlasijiet

16 01 04 01

Informazzjoni dwar l-UE, azzjonijiet ġenerali — Nefqa b’rabta ma’ l-immaniġġjar amministrattiv

58,97%

54,51%

16 01 04 02

Azzjonijiet ta’ komunikazzjoni — Nefqa b’rabta ma’ l-immaniġġjar amministrattiv

63,52%

7,71%

16 01 04 03

PRINCE — Nefqa b’rabta ma’ l-immaniġġjar amministrattiv

55,49%

35,24%

16 01 04 04

Azzjonijiet ta’ komunikazzjoni — Nefqa b’rabta ma’ l-immaniġġjar amministrattiv

71,63%

43,77%

16 02 02

Azzjonijiet multimedjali

99,60%

47,32%

16 02 03

Komunikazzjoni ’Lejn Livell Lokali’

99,92%

77,01%

16 03 01

Uffiċċji ta’ l-informazzjoni

95,14%

91,94%

16 03 02

Azzjonijiet lokali

97,78%

74,22%

16 03 04

Azzjonijiet speċifiċi dwar temi ta’ prijorità, fosthom PRINCE

93,54%

59,94%

16 04 02

Għodod ta’ l-internet għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni

98,47%

83,78%

16 04 03

Pubblikazzjonijiet immirati bil-miktub

87,74%

100%

Minħabba l-aspetti kwalitattivi, ir-Riżoluzzjoni ta’ Kwittanza ta’ l-2005 għall-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa għal:

· aktar trasparenza fl-azzjonijiet tal-Kummissjoni

· garanziji aħjar dwar id-dritt għal aċċess għall-informazzjoni dwar il-proġetti u l-azzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immaniġġjar komuni għaċ-ċittadini ta’ l-UE

· aktar garanziji dwar l-użu tajjeb tal-fondi ta’ l-UE allokati mill-Istati Membri għall-kampanji ta’ informazzjoni

· immaniġġjar aħjar ta’ l-użu ta’ l-attribuzzjonijiet tas-sussidji

L-azzjonijiet immexxija mill-Parlament

Il-komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew hija magħmula minn możajk ta’ kanali differenti, li huma komplementari u jaqsmu għanijiet komuni li huma li jgħarrfu liċ-ċittadin ta’ l-UE b’mod effettiv dwar l-attivitajiet tiegħu u jagħtu kontribut fit-tiswir ta’ l-Ewropa.

B’mod simultanju mal-Kummissjoni, il-Parlament ta bidu għal proċess billi kabbar b’mod konsiderevoli l-firxa ta’ l-azzjonijiet tad-DĠ għall-Informazzjoni tiegħu li kien akkumpanjat minn żieda sostanzjali fil-baġit tiegħu biex jilħaq EUR 89 580 000 u 658 ħaddiem fl-2007. Dan irriżulta fid-definizzjoni ta’ "strateġija ta’ l-informazzjoni qawwija u effettiva", użu aħjar tal-mezzi disponibbli, il-ħolqien ta’ uffiċjal għall-istampa f’kull wieħed mill-uffiċċji għall-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-komunikazzjoni “lejn livell lokali” u l-iżvilupp ta’ tliet proġetti maġġuri:

· iċ-Ċentru tal-Viżitaturi

· il-WebTV u

· iċ-ċentru awdjoviżiv ġdid.

Il-politika dwar il-komunikazzjoni hija tassew kwistjoni ewlenija fejn għandhom x’jaqsmu l-elezzjonijiet ta’ l-2009. Għal dak il-għan, il-Parlament ippropona programm ta’ azzjoni mifrux fuq 18-il xahar li jkabbar l-għarfien taċ-ċittadini ta’ l-UE dwar l-elezzjonijiet Ewropej. Ammont ta’ EUR 10 300 000 huwa ppjanat għall-2008; iffinanzjar supplimentari x’aktarx se jkun meħtieġ għall-2009.

It-tabelli t’hawn taħt juru l-approprjazzjonijiet allokati għall-politika dwar il-komunikazzjoni mill-Parlament Ewropew.

L-approprjazzjonijiet tal-Parlament Ewropew: DĠ INFO

Titolu

Approprjazzjonijiet

Varjazzjonijiet

(Kapitolu)

 

2006

2007

2008

2006/2007

21 Ipproċessar tad-dejta, tagħmir u għamara: xiri, kiri u manutenzjoni

6.040.000

4.985.000

21.780.000

260,60%

23 Nefqa amministrattiva kurrenti

2.470.000

1.620.000

1.220.000

-50,61%

32 Kompetenza u informazzjoni: ksib, arkivjar, produzzjoni u distribuzzjoni

49.377.000

60.575.000

88.942.000

80,13%

104 Riserva għall-politika dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni

20.000.000

22.400.000

0

 

Totali

77.887.000

89.580.000

111.942.000

 43,72%

L-Istaff Totali: DĠ INFO (jinkludi staff temporanju, b’kuntratt u estern)

 

2005

2006

2007

Varjazzjoni05/07

AD

189

187

231

22,22%

AST

412

407

427

3,64%

total

601

594

658

9,48%

L-azzjonijiet immexxija mill-Kunsill

L-approprjazzjonijiet allokati għall-politika dwar il-komunikazzjoni jidhru fit-tabella li ġejja.

IL-KUNSILL

Titolu

Approprjazzjonijiet

Varjazzjonijiet

(Kapitolu)

 

2006

2007

2008

2006/2008

2213 Informazzjoni u avvenimenti pubbliċi

389.000

1.428.000

1.198.000

207,96%

3312 Informazzjoni u avvenimenti pubbliċi (PESD&PESC)

p.m.

p.m.

50.000

 

Totali

389.000

1.428.000

1.198.000

220,82%

Koperazzjoni interistituzzjonali

L-UE hija proġett komuni li għandhom sehem fih il-livelli kollha tal-gvern, it-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet u nies ta’ kull professjoni.

L-istituzzjonijiet għandhom l-għan li jqarrbu lill-UE lejn iċ-ċittadini. Għaldaqstant, hija meħtieġa koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej, fil-qasam tal-politika dwar il-komunikazzjoni u l-informazzjoni. Sinerġija ta’ azzjonijiet hija għaldaqstant aktar importanti meta l-politika dwar il-komunikazzjoni u l-informazzjoni tkun immirata lejn l-istess pubbliku.

Il-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew titwettaq f’livell iċċentralizzat u ddeċentralizzat.

F’livell iċċentralizzat, l-uniku strument li l-Kummissjoni u l-Parlament għandhom għall-ġbir ta’ l-ideat tagħhom fil-qasam ta’ komunikazzjoni aħjar u azzjonijiet koġunti huwa l-Grupp Interistituzzjonali dwar l-Informazzjoni.

Maħluq bil-għan li jkunu stabbiliti l-prijoritajiet għall-programm PRINCE, il-Grupp Inter-istituzzjonali dwar l-Informazzjoni kiseb l-irwol ta’ "forum" li jipproponi l-linji gwida għall-attivitajiet fil-qasam tal-komunikazzjoni. Madankollu, l-istatut tal-Grupp Interistituzzjonali dwar l-Informazzjoni għad irid ikun definit. Il-Parlament Ewropew iqis li l-grupp għandu jkun politiku b’mod predominanti. Il-possibiltà li jinħoloq grupp ta’ koordinazzjoni tat-tieni livell, li jimplimenta l-linji gwida stabbiliti mill-IGI, għandha titqies bħala rrakkomandata mir-Riżoluzzjoni tal-PE dwar il-White Paper tal-Kummissjoni[35].

F’livell iddeċentralizzat, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jwasslu l-informazzjoni permezz ta’ Djar l-Ewropa, li jiġbru flimkien taħt l-istess saqaf ir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni u l-uffiċċji ta’ l-Informazzjoni tal-PE.

Skond l-Istqarrija tal-Missjoni tal-Parlament Ewropew, l-Uffiċċji ta l-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew għandhom ikunu responsabbli mill-kunsinna ta’ l-istrateġija ġenerali dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni tad-DĠ għall-Informazzjoni fl-Istati Membri. L-għanijiet tagħhom huma li jgħarrfu liċ-ċittadin, kemm b’mod dirett kif ukoll permezz ta’ uffiċċji tal-midja Ewropej, nazzjonali, reġjonali u speċjalizzati, dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-Parlament u li jmexxu 'l quddiem u jipproġettaw lill-Parlament u lill-attivitajiet tiegħu[36].

Ir-Rappreżentanzi jaġixxu bħala r-rappreżentanti uffiċjali tal-Kummissjoni f’kull Stat Membru. Huma jwettqu rwol triplu li jikkonsisti f’dawn li ġejjin: Implimentazzjoni ta’ l-istrateġija dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni f’livell lokali, provvista ta’ informazzjoni rilevanti dwar l-iżviluppi fi ħdan il-Kummissjoni, rabta bejn il-Kummissjoni u d-dinja politika u s-soċjetà ċivili fl-Istati Membri.

L-ispejjeż globali ta’ l-Uffiċċji ta’ l-Informazzjoni u r-Rappreżentanzi għall-2007 huma ta’ EUR 128 693 310 li minnhom EUR 39 636 700 huma maħsubin għall-Uffiċċji ta’ l-Informazzjoni tal-PE u EUR 89 056 610 għar-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni.

Il-Programm Prince[37] jimmira li jiffinanzja azzjonijiet dwar temi ta’ prijorità. Ibbażat b’mod tradizzjonali fuq is-sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, għandu jinvolvi aktar lill-Parlament Ewropew meta jkunu stabbiliti l-prijoritajiet tal-programm, billi jinvolvi lill-MEPs b’mod sħiħ fl-avvenimenti organizzati taħt il-patroċinju tal-programm.

Il-Parlament Ewropew jaf bit-talba tal-Kummissjoni biex tibdel il-ħames linji baġitarji diġà eżistenti għall-Programm Prince bi programm wieħed immexxi mid-DĠ għall-Komunikazzjoni, minħabba li dan jipprovdi flessibiltà akbar b’mod kurrenti għad-DĠ tal-Kummissjoni u interlokutur ċentrali.

It-titjib fil-politika dwar il-komunikazzjoni u l-informazzjoni jista’ jinkiseb b’mod aktar koerenti fi ħdan kunċett globali ta’ komunikazzjoni għaċ-ċittadini. Dan jista’ jseħħ biss fuq il-bażi ta’ analiżi dwar il-valur miżjud ta’ kull għodda ta’ l-informazzjoni[38].

Konklużjonijiet:

L-istrateġija dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni ttejbet tul l-aħħar ftit snin imma jeħtieġ li jsir aktar progress biex jintużaw ir-riżorsi disponibbli bl-aktar mod effiċjenti possibbli.

Xi riflessjonijiet bikrija dwar "Baġit biex jinkisbu r-riżultati" fil-qasam tal-politika dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni għandhom jiffukaw fuq il-punti li ġejjin:

Ø Koperazzjoni interistituzzjonali f’rabta ma’ l-awtonomija ta’ l-istituzzjonijiet

Tassew, minn perspettiva baġitarja, is-sinerġiji bejn l-istituzzjonijiet fl-isforzi tagħhom ta’ komunikazzjoni u informazzjoni huma milqugħin sew u mfittxija. L-istituzzjonijiet għandhom jikkoperaw kemm jista’ jkun mill-qrib biex jaqtgħu l-ispejjeż ta’ l-istrutturi ddeċentralizzati, eċċ. Min-naħa l-oħra, huma jista’ jkollhom l-għanijiet konkreti tagħhom stess għall-komunikazzjoni li ma jkunux dejjem identiċi.

Jeħtieġ li jinkiseb l-aħjar bilanċ bejn l-indipendenza ta kull istituzzjoni ta l-UE biex twettaq il-politika tagħha stess f’rabta ma’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni u (i) l-ispejjeż baġitarji addizzjonali ta’ politiki separati u (ii) il-konfużjoni li tista’ tinħoloq minħabba l-kwantità kbira ta’ messaġġi u opinjonijiet.

Ø Komunikazzjoni iktar strutturata u mqassma aħjar fi prijoritajiet

Jekk ir-riżorsi huma skarsi, jeħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-prijoritajiet għall-użu tagħhom. Lista strateġika tal-prijoritajiet trid titfassal li mbagħad tkun ivverifikata skond ir-riżorsi baġitarji u umani disponibbli. L-atturi kollha involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet iridu jkunu konxji li kull attività ġdida ta’ komunikazzjoni u informazzjoni li tkun għadha ma ġietx ipprogrammata mill-Kummissjoni Ewropea trid titnissel mill-marġni eżistenti fil-MFF (Qafas Finanzjarju Plurijennali) kurrenti 2007 – 2014 – u dawn il-marġnijiet qegħdin jonqsu ftit ftit.

Ø Il-benefiċċji tanġibbli li jittieħdu mill-flus li jintefqu fit-teknoloġiji moderni ta’ l-informatika

Fil-ftit riżoluzzjonijiet baġitarji ta’ l-imgħoddi, il-Parlament argumenta b’mod kostanti dwar l-użu effettiv ta’ teknoloġiji moderni ta’ l-informatika fil-politika dwar il-komunikazzjoni. Netwerks Piloti ta’ l-Informazzjoni huma eżempju wieħed, WebTV jista’ jitqies bħala eżempju ieħor. Il-benefiċċji tanġibbli li jittieħdu mill-flus li jintefqu fil-mezzi li se jintużaw fil-kampanji ta’ komunikazzjoni u informazzjoni jixirqilhom li jsirulhom eżami bir-reqqa u evalwazzjoni mill-ġdid regolari biex ikunu jistgħu jlaħħqu ma’ l-iżviluppi u l-possibiltajiet teknoloġiċi.

Ø Aħseb f’livell lokali - aġixxi f’livell lokali

Biex jinkiseb l-ikbar għadd ta’ riżultati bl-inqas mezzi, il-messaġġ li wieħed jixtieq jittrasmetti għandu jkun adattat għal udjenzi, setturi jew pajjiżi differenti. Hemm rabta ċara bejn il-mezz li permezz tiegħu jiġi kkomunikat messaġġ u l-livell li fih dan iseħħ u, barra minn hekk, il-komunikazzjoni lokali tista’ mhux biss tkun ħafna orħos imma għallinqas tkun effiċjenti daqs l-attivitajiet iċċentralizzati. Kif il-Parlament innota b’mod regolari fl-imgħoddi, għandhom isiru sforzi biex tissaħħaħ il-firxa li biha tista’ titwassal il-politika dwar il-komunikazzjoni f’livell lokali, jiġifieri b’mod li jista’ jinftiehem malajr min-nies ta’ l-Ewropa f’termini lokali. Fil-futur qarib, dan jista’ jeħtieġ investiment akbar fl-istaff f’uffiċċji lokali fl-Istati Membri bi strateġiji dwar il-komunikazzjoni u l-informazzjoni ffukati aktar fuq iċ-ċittadini individwali.

ANNESS: TABELLA 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TAQSIMA III - BAĠIT TAL-KUMMISSJONI ALLOKAT GĦAT-TITOLU 16 - KOMUNIKAZZJONI (2005-2008)

Linja Nru.

Titolu (nomenklatura ta' l-2007)

Ammont Totali prodott 2005

2006

2007

PDB 2008

Evoluzzjoni 2005/2007

CE

CP

CE

CP

CE

CP

CE

CP

CE

CP

16 01 01

Dépenses liées au personnel en activité du domaine politique "Communication"

41.204.969

49.610.664

41.878.352

41.878.352

48.208.448

48.208.448

47.370.795

47.370.795

17,00%

-2,83%

 

92.001

445.154

445.154

 

 

 

 

 

 

16 01 02

Personnel externe et autres dépenses de gestion à l'appui du domaine politique "Communication"

19.061.325

21.489.186

20.444.425

20.444.425

26.097.642

26.097.642

25.934.989

25.934.989

36,91%

21,45%

 

13.364

 

 

 

 

 

 

 

 

16 01 03

Dépenses relatives aux achats d'équipements et de services, dépenses immobilières et autres dépenses de fonctionnement du domaine polituque "Communication"

28.207.775

38.212.439

30.111.009

30.111.009

31.377.020

31.377.020

30.595.522

30.595.522

11,24%

-17,89%

16 01 04

Dépenses d'appui aux actions du domaine politique "Communication"

3.082.255

4.465.000

4.264.500

4.264.500

3.864.500

3.864.500

3.600.000

3600000

25,38%

-13,45%

16 01

Sub total

91.556.324

113.882.654

97.143.440

97.143.440

109.547.610

109.547.610

107.501.306

107.501.306

19,65%

-3,81%

 

Actions multimédias

9.000.000

9.000.000

15.250.000

15.250.000

18.750.000

19.000.000

20.700.000

17.000.000

108,33%

111,11%

 

 

1.000.000

1.000.000

 

 

 

 

 

 

16 02 03

Informations destinées aux médias

2.600.000

2.200.000

3.250.000

2.709.535

3.370.000

3.235.500

3.970.000

3.500.000

29,62%

47,07%

16 02 04

Exploitation des studios de radiodiffusion et de télévisions et équipements audiovisuels

5.600.000

5.600.000

5.600.000

5.600.000

5.600.000

5.600.000

6.212.000

6.212.000

0,00%

0,00%

16 02

Sub total

17.200.000

16.800.000

25.100.000

24.559.535

27.720.000

27.835.500

30.882.000

26.712.000

61,16%

65,69%

16 03 02

Actions locales

5.408.343

3.571.938

8.249.000

7.175.136

8.393.000

7.000.000

9.200.000

8.500.000

55,19%

95,97%

 

 

401.000

200.000

 

 

 

 

 

 

16 03 04

Actions spécifiques sur des thèmes prioritaires, dont PRINCE

7.248.792

7.403.630

7.300.000

6.968.000

7.868.000

7.500.000

12.830.000

8.500.000

8,54%

1,30%

 

 

1.068.000

533.333

 

 

 

 

 

 

16 03 05

EuroGlobe

 

 

 

 

1.500.000

1.500.000

 

 

 

 

16 03 06

Projet pilote concernant des réseaux d'information pilotes (RIP)

 

 

 

 

5.000.000

3.000.000

 

 

 

 

16 03

Sub total

12.657.136

10.975.568

17.018.000

14.876.469

22.761.000

19.000.000

22.030.000

17.000.000

79,83%

73,11%

16 04 01

Analyse de l'opinion publique (ex 16 03 01)

7.110.000

5.713.091

5.069.000

4.000.000

5.600.000

5.600.000

5.800.000

5.800.000

-21,24%

-1,98%

 

 

531.000

266.667

 

 

 

 

 

 

16 04 02

Outils d'information et de communication en ligne

9.253.333

7.233.372

8.800.000

8.016.377

10.180.000

9.400.000

10.880.000

8.500.000

10,01%

29,95%

16 04 03

Publications écrites ciblées

5.709.064

5.079.912

6.050.000

5.398.952

6.050.000

4.500.000

5.150.000

5.150.000

5,97%

-11,42%

16 04 04

Publications écrites générales (ex 16 03 03)

2.420.000

1.884.815

2.420.000

2.420.000

2.420.000

2.420.000

2.420.000

2.420.000

0,00%

28,39%

16 04 05

Prince - rôle de l'union européenne dans le monde

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16 04

Sub total

24.492.397

19.911.190

22.870.000

20.101.996

24.250.000

21.920.000

24.250.000

21.870.000

-0,99%

10,09%

16 05 01

Relais d'information

17.788.301

9.340.315

16.752.500

15.132.500

16.752.500

14.000.000

15.300.000

15.300.000

-5,82%

49,89%

 

 

1.000.000

500.000

 

 

 

 

 

 

16 49 04

Dépenses d'appui aux actions du domaine politique "Presse et Communication"

p.m.

 

 

 

 

 

 

16 04

Facilité de performance pour la rubrique 3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16 05

Sub total

17.788.301

9.340.315

17.752.500

15.632.500

16.752.500

14.000.000

15.300.000

15.300.000

-5,82%

49,89%

 

Totali

163.694.158

170.909.727

179.883.940

172.313.940

201.031.110

192.303.110

201.163.306

191.783.306

18,57%

11,12%

ANNESS: TABELLA 2 IMPLIMENTAZZJONI QASAM TA' POLITIKA 16 - KOMUNIKAZZJONI kif kienet fil-31/12/2006

 

 

 

Impenji

Ħlasijiet

Linja Baġitarja

Titolu

Kat

Baġit Inizjali

Riserva

Approprjazzjonijiet
(inkl. Abs, Trasferimenti)

Implimentazzjoni Totali

Implimentazzjoni l-istess data l-ewwel sena

Differenza (%) fl-istess data

Implimentazzjoni fil-31/12/2005 (%)

Baġit Inizjali

Riserva

Approprjazzjonijiet
(inkl. Abs, Trasferimenti)

Implimentazzjoni Totali

Implimentazzjoni l-istess data s-sena l-oħra

Differenza (%) fl-istess data

Implimentazzjoni fil-31/12/2005 (%)

16 01 04 01

Actions générales d'information sur l'Union européenne — Dépenses pour la gestion administrative

3

0,2

0,2

58,97%

42,79%

-16,18%

42,79%

0,2

0,2

54,51%

22,38%

-32,13%

22,38%

16 01 04 02

Relais d'information — Dépenses pour la gestion administrative

3

0,3

0,3

63,52%

24,42%

-39,10%

24,42%

0,3

0,3

7,71%

20,03%

12,32%

20,03%

16 01 04 03

Prince (programme d'information du citoyen européen) — Actions d'information pour des politiques spécifiques — Dépenses pour la gestion administrative

3

1,5

1,5

55,49%

63,20%

7,71%

63,20%

1,5

2,4

35,24%

38,82%

3,58%

38,82%

16 01 04 04

Actions de communication — Dépenses pour la gestion administrative

3

2,3

2,3

71,63%

82,01%

10,38%

82,01%

2,3

3,6

43,77%

41,43%

-2,34%

41,11%

 

Total 16 01

 

4,3

 

4,3

 

 

 

 

4,3

 

6,5

 

 

 

 

16 02 02

Information du citoyen par les médias

3

15,3

16,1

99,60%

97,09%

-2,51%

97,09%

15,3

16,1

47,32%

67,93%

20,61%

67,93%

16 02 03

Communication directe — Médias

3

2,7

2,9

96,92%

89,92%

-7,00%

89,92%

2,2

2,9

77,01%

93,84%

16,83%

93,84%

 

Total 16 02

 

18,0

 

19,0

 

 

 

 

17,5

 

19,0

 

 

 

 

16 03 01

Analyse de l'opinion publique et actions de proximité

3

9,5

11,0

95,14%

99,12%

3,98%

99,12%

7,5

10,5

91,94%

98,04%

6,10%

98,02%

16 03 02

Actions de communication

3

8,7

8,7

97,78%

78,20%

-19,58%

78,20%

8,1

7,8

74,22%

60,42%

-13,80%

60,42%

16 03 04

Prince — Débat sur l'avenir de l'Union européenne

3

6,7

9,1

93,54%

 

 

 

6,5

7,0

59,94%

 

 

 

 

Total 16 03

 

24,8

 

28,8

 

 

 

 

22,1

 

25,3

 

 

 

 

16 04 02

Outils d'information du citoyen

3

6,4

6,8

98,47%

88,65%

-9,82%

88,65%

6,2

9,7

83,78%

97,81%

14,03%

92,93%

16 04 03

Outils de communication

3

4,8

4,0

87,74%

64,88%

-22,86%

64,88%

3,8

3,4

100,00%

66,46%

-33,54%

63,21%

16 04 04

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total 16 04

 

11,2

 

10,8

 

 

 

 

10,0

 

13,1

 

 

 

 

16 15 01

Relais d'information

3

16,8

16,4

99,17%

95,64%

-3,53%

95,64%

15,1

21,3

82,38%

69,23%

-13,15%

69,19%

 

Total 16 15

 

16,8

 

16,4

 

 

 

 

15,1

 

21,3

 

 

 

 

16 49 04 01

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16 49 04 02

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16 49 04 03

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16 49 04 04

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total 16 49

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16 50 01

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANNESS: Tabella 3: Analiżi ta' l-ispejjeż ta' l-uffiċċji esterni

ANNESS: TABELLA 4

Kummissjoni Ewropea

SPEJJEŻ TAR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET

Dokument ta' ħidma dwar il-PDB 2008 - L-ewwel analiżi

1.        L-Abbozz tal-Baġit Preliminari (PDB) għall-2008 kien adottat mill-Kummissjoni fit-2 ta’ Mejju 2007. Il-baġit ta’ l-2008 se jkun it-tieni wieħed li huwa ppjanat li jintlaħaq ftehim dwaru fi ħdan il-qafas finanzjarju multi-annwali (MFF) 2007 - 2013 kif kien maqbul fil-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006.   Dan id-dokument ta' ħidma jipprovdi ħarsa ġenerali inizjali taċ-ċifri u s-suġġetti ewlenin koperti fil-PDB.

2.        L-istruttura tad-dokument ta’ ħidma preżenti taqbel ma’ l-istruttura ta' l-intestaturi ta' l-MFF. Dan huwa bi qbil mal-preżentazzjoni politika tal-PDB mill-Kummissjoni. Wara ħarsa ġenerali inizjali lejn iċ-ċifri, u xi kummenti ġenerali mir-rapporteur, id-dokument ta’ ħidma jagħti ħarsa lejn l-iżviluppi ewlenin fil-PDB fl-istruttura ta' l-intestaturi ta' l-MFF u lejn xi suġġetti orizzontali speċifiċi. Il-PDB 2008 nnifsu huwa essenzjalment dokument li jħares ‘l quddiem, iżda r-rapporteur tagħkom ifakkar fl-importanza ta’ l-immonitorjar tat-twettiq tal-baġit matul l-2007 kif wkoll matul ix-xogħol Parlamentari dwar it-tħejjija tal-bagit ta’ l-2008.

Ħarsa ġenerali lejn iċ-ċifri skond l-intestaturi ta' l-MFF

Tabella 1a – il-PDB 2008: impenji u ħlasijiet (prezzijiet kurrenti f’EUR)

Intestatura

Limitu ta' l-MFF

PDB 2008

Marġni

Impenji

Ħlasijiet

1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

9 847 000 000

*10 270 429 000

9 538 679 600

76 571 000

1b. Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi

46 889 000 000

46 877 941 445

40 622 714 507

11 058 555

2. Preservazzjoni u mmaniġġjar tar-riżorsi naturali

58 800 000 000

56 275 831 496

54 770 478 053

2 524 168 504

3a. Libertà, sigurtà u ġustizzja

747 000 000

691 034 000

496 446 000

55 966 000

3b. Ċittadinanza

615 000 000

598 493 000

694 383 006

16 507 000

4. L-Unjoni Ewropea bħala msieħba globali

7 002 000 000

**6 911 414 000

7 916 743 400

329 804 000

5. Amministrazzjoni

7 380 000 000

***7 355 714 836

7 336 274 836

121 285 164

6. Kumpens

207 000 000

206 636 292

206 636 292

363 708

Totali

131 487 000 000

129 167 494 069

121 582 355 694

3 135 723 931

* inklużi l-approprijazzjonijiet ta’ EUR 500 miljun relatati mal-Fond Ewropew ta’ l-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni li ma jgħoddux għall-marġni

** inklużi l-approprijazzjonijiet ta’ EUR 239,2 miljun relatati mar-Riserva għall-Għajnuna fl-Emerġenzi li ma jgħoddux għall-marġni

*** inklużi l-approprjazzjonijiet ta’ EUR 77 miljun relatati man-nota f’qiegħ il-paġna (1) tal-Qafas Finanzjarju 2007 - 2013 (il-kontribuzzjonijiet ta’ l-istaff għall-iskema tal-pensjonijiet) li ma jgħoddux għall-marġni

3.        It-Tabella 1a turi l-approprijazzjonijiet ta’ impenn kif inklużi fil-PDB 2008 b’total ta’ EUR 129 167 miljun. Skond it-tabella 1b, din hija żieda ta’ 2 % fuq il-Baġit ta' l-2007. In-nefqa obbligatorja tonqos b’1,2 %, u n-nefqa mhux obbligatorja tiżdied bi 3,8%. L-ikbar sehem tan-nefqa obbligatorja fil-PDB 2008 huwa kopert min-nefqa fuq l-agrikoltura fl-intestatura 2. Ix-xejra osservata ta’ tnaqqis fin-nefqa obbligatorja u ż-żieda fin-nefqa mhux obbligatorja taqbel mal-punt enfasizzat mill-Kummissarju Grybauskaitė fil-preżentazzjoni tagħha lill-COBU fit-2 ta’ Mejju 2007 li l-PDB 2008 huwa l-ewwel wieħed li fih l-infiq ippjanat taħt it-Titolu 1 (kompetittività u koeżjoni) jaqbeż dak taħt l-intestatura 2 (ħarsien u mmaniġġjar tar-riżorsi naturali). B’kollox, iċ-ċifri ta’ l-impenji fil-PDB 2008 jħallu marġni ta’ EUR 3 135,7 miljun taħt il-limitu ta' l-MFF.

4.        Skond l-aħħar tbassir tad-dħul gross nazzjonali ta’ l-UE għal EUR 12 589,2 biljun, it-total ta’ l-impenji huwa ekwivalenti għal 1,03 % tad-dħul gross nazzjonali. Bħala paragun: il-limitu ta’ l-impenji ta’ l-2008 kif maqbul fl-Anness 1 tat-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 huwa daqs 1,06 % tad-dħul gross nazzjonali.

Tabella: 1b Ħarsa ġenerali lejn l-PDB 2008 – Bidliet li saru fil-Baġit 2007 (f’%)

Intestatura

Żieda/Tnaqqis

Il-PDB 2008 mqabbel mal-B’2007

Impenji

Ħlasijiet

1a Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

+ 9,6%

+ 35,4%

1b Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi

+ 3,1%

+ 7,5%

2 Ħarsien u mmaniġġjar tar-riżorsi naturali

0,0%

+ 0,1%

3a Libertà, sigurtà u ġustizzja

+ 10,8%

+ 4,8%

3b Ċittadinanza

- 7,6%

- 4,6%

4 L-Unjoni Ewropea bħala msieħba globali

+ 1,5%

+ 7,7%

5 Amministrazzjoni

+ 5,7%

+ 5,7%

6 Kumpens

- 53,5%

- 53,5%

Totali

+ 2,0%

+ 5,3%

5.        It-total meta wieħed jikludi kollox ta’ l-approprijazzjonijiet tal-ħlasijiet huwa ta’ EUR 121 582 miljun. It-Tabella 1b turi li din hija żieda ta’ 5,3 % mqabbla ma’ l-2007. Il-livell tal-ħlasijiet fil-PDB 2008 jikkorrispondi ma’ 0,97 % tad-dħul gross nazzjonali ta’ l-UE. Il-limitu tal-ħlasijiet ta’ l-2008 ta’ EUR 129 481 miljun kif adottat fl-Anness 1 tat-IIA fil-fatt jammonta għal 1,04 % tad-dħul gross nazzjonali. Imqabbel ma’ dawn iċ-ċifri, il-PDB 2008 jħalli marġni ta’ EUR 8 214 miljun għall-approprijazzjonijiet tal-ħlasijiet.

6.        Ir-rapporteur tagħkom jenfasizza li dan iħalli marġni kbir taħt il-limitu tal-ħlasijiet. Wieħed għandu jittama li t-twettiq preċiż tal-baġit u l-infiq preċiż fuq il-prijoritajiet politiċi bi qbil ma’ l-enfasi tal-Parlament fuq “bagit biex jinkisbu r-riżultati” għandhom jiffaċilitaw livell ta’ ħlasijiet fil-baġit ta’ l-2008 ogħla milli kien previżt mill-Kummissjoni fil-PDB.

Kummenti ġenerali tar-rapporteur – baġit biex jinkisbu r-riżultati

7.        F'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-Istrateġija dwar il-Politika Annwali (APS) tal-Kummissjoni għall-2008[39], iċ-ċarezza fil-preżentazzjoni tal-baġit hija prijorità għall-Parlament Ewropew. Ir-rapporteur tagħkom se jkompli jenfasizza l-importanza tal-kunsinna ta’ “baġit biex jinkisbu r-riżultati” fl-2008. Iżda r-riżultati jistgħu jinkisbu u jitkejlu biss jekk il-miri jkunu ċari. Il-linja tal-baġit tibqa’ s-sies fundamentali tal-proċedura baġitarja annwali. Il-qasam tal-politika huwa l-element ewlieni fin-nomenklatura tal-baġit li permezz tiegħu l-Parlament jista’ jwettaq monitorjar dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani taħt l-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attivitajiet (ABB).

8.        Ir-rapporteur tagħkom iqis li l-kontijiet dwar l-attivitajiet fornuti minn kull DĠ tal-Kummissjoni jipprovdu għodda utli għall-Awtorità tal-Baġit sabiex tevalwa sa fejn kull Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni qiegħed jimmira li jikseb ir-riżultati permezz ta’ l-allokazzjoni tiegħu tar-riżorsi baġitarji u umani. Skond eżami inizjali, ir-rapporteur tagħkom jilqa’ t-titjib fiċ-ċarezza fil-preżentazzjoni, iffokar akbar fuq il-miri u l-miżuri dwar ir-riżultati, u volum imnaqqas ta’ test dwar il-proċess intern. Huwa se jeżamina l-kontijiet ta’ l-attivitajiet f’aktar dettall matul il-proċedura baġitarja ta’ l-2008.

9.        Ir-rapporteur tagħkom jistenna bil-ħerqa l-ewwel Avviż ta Tbassir tal-Baġit (BFA) matul l-2008, li għad irid ikun maqbul mill-Kummissjoni f’Ġunju, u d-diskussjonijiet mal-kollegi tiegħu fil-Kumitat għall-Baġit dwar kif isir l-aħjar użu ta’ din id-dejta.

10.      Dwar l-aġenziji ddeċentralizzati u eżekuttivi, ir-rapporteur tagħkom jinnota li t-tkabbir kontinwu fl-għadd tal-ħaddiema fl-aġenziji ddeċentralizzati qed ikun iffinanzjat mill-intestaturi operattivi (1, 2, 3 u 4) ta' l-MFF. Il-fondi mitlufin minħabba l-miri operattivi b’dan il-mod huma madwar EUR 312-il miljun fil-PDB 2008. Barra minn hekk, EUR 73 miljun intalbu għall-aġenziji eżekuttivi (li jwettqu ħidmiet “amministrattivi” f’isem id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni). Ir-rapporteur tagħkom iqis li dawn iċ-ċifri għandhom ikunu rrikonoxxuti b'mod trasparenti mill-Kummissjoni. Huwa jkompli jqis li, matul il-proċedura baġitarja ta’ l-2008, għandha tingħata attenzjoni għad-definizzjoni ta’ proporzjon xieraq bħala linja gwida għall-għadd ta’ karigi li għandhom jitnaqqsu f’Direttorat Ġenerali “li minnu jsir it-tnissil” meta aġenzija eżekuttiva titwaqqaf taħt is-sorveljanza ta’ dak id-Direttorat Ġenerali.

11.      Il-prospett ta’ marġni iżgħar ‘l fuq mill-MFF ifisser inqas firxa għall-infiq ta’ l-aġġustament skond il-prijoritajiet ta’ l-awtorità baġitarja. Fejn ikun hemm każ li jintlaħaq ftehim dwar pakketti ta’ programmi li jaqbżu dawk previżti fit-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 minħabba l-prijoritajiet Parlamentari, ir-rapporteur tagħkom ifakkar li l-artikolu 37 ta' l-IIA jipprovdi l-opportunità ta’ “flessibiltà leġiżlattiva” sa 5%. Fejn pakketti ta’ programmi ta’ l-infiq huma "back-loaded" (inqas impenji fil-parti bikrija ta' l-MFF fl-antiċipazzjoni ta’ impenji ogħla fil-parti aħħarija) dan jista’ jkun qed jakkumula l-pressjoni fil-ġejjieni. Ir-rapporteur tagħkom iqis li grad ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali jista’ jkun meħtieġ sabiex ikun assigurat l-ipprogrammar koerenti ta’ l-impenji ‘l fuq mill-MFF.

12.      Il-livell baxx ħafna tal-marġni disponibbli, b’mod partikolari taħt l-intestaturi 1a, 3a, 3b u 4 ta' l-MFF inaqqas il-firxa għall-Parlament li jiffinanzja proġetti piloti u azzjonijiet preparatorji (li huma bbaġitjati bħala "pour mémoire", jew p.m., fil-PDB 2008 b’mod li kwalunkwe impenji vvutati mill-Parlament jgħoddu kontra l-marġni). Argumenti simili huma marbutin ma’ l-inizjattivi possibbli li jistgħu jitressqu taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni.

Intestatura 1a - kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

13.      Din is-sotto-intestatura tiġbor fiha l-politika ewlenija biex tintlaħaq l-Istrateġija ta’ Liżbona. Iċ-ċifri huma spjegati fil-qosor fit-tabelli 1a u 1b fit-taqsima tal-ħarsa ġenerali. Il-programmi ewlenin ta’ din is-sotto-intestatura huma s-7 Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP), il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Programm għall-Progress, in-Netwerks Trans-Ewropej (TENs), Marco Polo II u Galileo. Ħidmiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-kompetittività, tat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi huma s-suq intern, l-istatistika, il-ġlieda kontra l-frodi, u t-tassazzjoni u l-unjoni doganali.

Riċerka (L-ammont tar-referenza ta' l-MFF għall-2007 - 2013: EUR 50,521 miljun)

14.      Ir-rapporteur tagħkom jilqa b'sodisfazzjon iż-żieda maħsuba għall-infiq taħt l-intestatura 1a fil-PDB 2008. F’livell ġenerali, huwa jixtieq, madankollu, jesprimi t-tħassib tiegħu li l-għadd ta’ inizjattivi li qegħdin jitressqu b’mod konkorrenti f’dan il-qasam, deskritt hawn taħt, iġorr miegħu r-riskju ta’ duplikazzjoni u nuqqas ta’ koordinazzjoni. Huwa jilqa’ t-tabella f’paġna 99 tad-Dokument II tal-PDB pprovdut mill-Kummissjoni li tistipula d-diviżjoni proposta tal-fondi fil-programmi ta’ riċerka differenti u fl-oqsma tal-politika differenti involuti, iżda huwa jitħasseb dwar jekk is-separazzjoni de facto hijiex daqshekk Kartesjana daqs kemm timplika t-tabella.

15.      Skond il-Kummissjoni u minkejja d-dewmien fl-adozzjoni tal-bażi legali, is-7 Programm ta Qafas (KE u EURATOM) għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (FP7) se jkun operattiv b’mod sħiħ fl-2008. Waħda mill-innovazzjonijiet tal-FP7 hija l-Kunsill tar-Riċerka Ewropew (ERC). Mill-2008 ‘l quddiem, il-ERC se jkun responsabbli għat-twettiq tal-programm “Ideas”. Wieħed jifhem li aġenzija eżekuttiva (EA) se tintalab tagħti appoġġ lill-ERC u li tippermettilu jwettaq l-irwol sħiħ tiegħu bħala aġenzija ta’ l-iffinanzjar pan-Ewropea għar-riċerka transkonfinali. It-tieni EA tista’ tintalab timmaniġġja partijiet oħra tas-7 Programm ta’ Qafas (FP7) tal-KE. Il-Parlament se jeżamina l-valur miżjud ta’ dawn l-Aġenziji Eżekuttivi potenzjali ġodda fiż-żmien opportun.

16.      Għas-7 Programm ta’ Qafas tal-KE għall-2008, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi baġit totali ta’ EUR 5 579 miljun (inkluża r-riċerka diretta). L-iktar programmi ta’ valur speċifiku jikkonċernaw l-4 miri li ġejjin:

· Koperazzjoni (EUR 3 802 miljun)

· Ideat (EUR 546 miljun)

· Nies (EUR 496 miljun)

· Ħiliet (EUR 501 miljun)

17.      Fil-PDB 2008, l-ammont ta’ EUR 115,4 miljun huwa propost għall-parti tal-fużjoni tas-7 Programm ta’ Qafas ta’ l-Euratom (inkluż l-ITER (Reattur Internazzjonali Termonukleari Sperimentali)) – il-linja tal-baġit 08 20 01. EUR 164,8 miljun tal-Programm ta’ Riċerka ta’ l-Euratom huma proposti għall-Ħidma Konġunta għall-ITER – il-linja tal-baġit 08 20 02. Rigward il-FP7 ta’ l-Euratom, wara l-ħolqien riċenti ta’ l-organizzazzjoni internazzjonali ITER u tal-Ħidma Konġunta għall-ITER, il-prijorità ewlenija taħt it-tema ta’ l-Enerġija mill-Fużjoni fl-2008 se tkun it-twaqqif operattiv tal-proġett ITER, li kien nnegozjat b’suċċess fil-FP6.

18.      Ir-rapporteur jinnota li l-ħolqien ta’ l-Istitut tat-Teknoloġija Ewropew (EIT) kif propost mill-Kummissjoni – li l-ispiża diretta għall-baġit ta’ l-UE hija mistennija li tirrappreżenta madwar EUR 308 miljun matul il-perjodu 2007 - 2013 – ma kienx previżt fil-MFF kif maqbul f’Mejju ta’ l-2006 u għaldaqstant jeħtieġ li jkun iffinanzjat mill-marġni ta' l-intestatura 1A. Huwa jinnota li l-ammont ta’ EUR 2,9 miljun iddaħħal fil-PDB. Skond il-Kummissjoni, dan se jippermetti li jseħħ ix-xogħol ta’ tħejjija għat-tnedija ta’ l-Istitut fl-2010. Madankollu, il-linja tal-baġit għall-EIT kif proposta fil-PDB 2008 hija 15 02 11, li hija parti mill-kapitolu dwar it-tagħlim tul il-ħajja (u mhux 02 02 10, il-kapitolu dwar il-kompetittività, il-politika industrijali, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija kif kien stipulat fil-bidu fil-proposta tal-Kummissjoni dwar l-EIT). Ir-rapporteur jinnota l-proposta leġiżlattiva li bħalissa qiegħda tkun diskussa. Huwa jixtieq jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sorsi potenzjali għall-iffinanzjar tal-Komunitajiet tat-Tagħrif u l-Innovazzjoni (KICs) kif ukoll għall-“korp” (kif mifhum fl-artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju) innifsu kif propost mill-Kummissjoni. Huwa jinsisti għal aktar kjarifika mill-Kummissjoni dwar kif se tassigura li l-KICs u l-komponenti l-oħra li diġà jeżistu tal-FP7 (bħan-Netwerks ta’ eċċellenza) se jżidu l-valur permezz tal-kompetizzjoni ġusta għall-iffinanzjar. Barra minn hekk, kull użu potenzjali ta’ fondi mill-fondi strutturali, il-programm tal-CIP (Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) jew il-FP7 għandu jkun konformi mal-prinċipju ta’ l-ispeċifiċità tal-baġit, li jeżiġi li sorsi multipli ta’ ffinanzjar għal għan speċifiku jistgħu jkunu kontra r-Regolament Finanzjarju.

19.      Ħidma ta’ tħejjija ġdida (EUR 3 miljun fl-2008) fil-qasam ta' l-Immonitorjar Globali dwar l-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) hija maħsuba biex tippermetti li l-isforzi fir-riċerka jagħtu riżultati operattivi fil-każ speċifiku tas-servizz ta’ l-ippjanar mħaffef b’appoġġ għall-ħarsien ċivili u l-għajnuna umanitarja fil-fażi ta’ l-għoti ta’ l-għajnuna f’każijiet ta’ emerġenza.

Galileo

20.      Ir-rapporteur jinnota l-Komunikazzjoni riċenti dwar “Galileo f'punt kritiku: it-twettiq tal-programm tal-GNSS (Sistema Globali tan-Navigazzjoni bis-Satellita)” li jenfasizza l-fażi kruċjali ta’ Galileo wara l-falliment tas-Sħubija Pubblika u Privata (PPP). Huwa jfakkar lill-Kummissjoni u lill-Kunsill li iktar minn EUR biljun huwa diġà maħsub fl-MFF ta’ l-2007 - 2013 għal Galileo taħt il-FP7 (151 miljun EUR fil-PDB 2008) u li t-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 jipprevedi strumenti xierqa sabiex ikunu assigurati l-ħtiġijiet addizzjonali (EUR 400 miljun kull sena) sabiex ikun assigurat l-iffinanzjar tal-Komunità għal dan il-programm b’valur miżjud Ewropew għoli. Huwa jfakkar ukoll li matul in-negozjati dwar l-MFF, il-Parlament wissa b’mod sostnut lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-possibbiltà li Galileo jkun issottofinanzjat b’mod qawwi.

Kompetittività u Innovazzjoni (L-ammont tar-referenza ta' l-MFF: EUR 3,621 miljun)

21.      Il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) huwa parti importanti mill-istrateġija dwar il-proċess imġedded ta’ Liżbona. Huwa maqsum bejn oqsma differenti tal-politika (titoli), fi kliem ieħor: it-Titolu 2 (l-intrapriża), it-Titolu 6 (l-enerġija u t-trasport) u t-Titolu 9 (is-soċjetà ta’ l-informazzjoni). Ammont ta’ EUR 403,7 miljun huwa propost għall-CIP għall-2008 (imqabbel ma’ EUR 388 miljun fil-PDB 2007).

Il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja (L-ammont tar-referenza ta' l-MFF: EUR 6,970 miljun)

22.      Il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja (LLL), inkluż il-multi-lingwiżmu, huwa wieħed mill-programmi ewlenin iffinanzjati mis-sotto-intestatura 1a li jsegwu l-mira ta’ titjib fil-kwalità ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ. Dan jinkludi lil Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci, linji ta’ żvilupp irrelatati ma’ Grundtvig, attivitajiet trasversali u l-Ħidma Jean-Monnet. Għal din it-tieni sena ta’ twettiq, l-ammont totali ta’ approprijazzjonijiet huwa ta’ EUR 899 miljun, li jirrappreżentaw żieda ta’ 9 % meta mqabbla mal-B2007.

Progress (L-ammont tar-referenza ta' l-MFF: EUR 743 miljun)

23.      Progress huwa l-programm integrat għall-Impjiegi u s-Solidarjetà Soċjali li jagħti appoġġ lit-twettiq ta’ l-aġenda tal-politika soċjali (EUR 95,7 miljun huma previżti fil-PDB 2008). Is-sostenibbiltà tad-djalogu soċjali, tal-moviment ħieles tal-ħaddiema u studji u rapporti speċjali fil-qasam soċjali, għall-promozzjoni u t-tħaffif tad-djalogu soċjali fil-livell Ewropew (programm ta’ Ħidma għad-djalogu Soċjali Ewropew u l-mobilità) għandhom allokati għalihom EUR 65,8 miljun fil-PDB 2008, li jirrappreżentaw tnaqqis ta’ 3,84 % meta mqabbla mal-B2007.

24.      Il-Fond Ewropew ta l-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni huwa maħsub li jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi tal-bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija u sabiex jagħtihom għajnuna biex ikunu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

L-ammont tar-referenza għal dan il-Fond kien maqbul mit-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 u stabbilit bħala EUR 500 miljun kull sena. Għad irid ikun magħruf x’talba se jkun hemm għal dan l-istrument u b’mod preċiż kif se jsir l-iffinanzjar fil-prattika.

Netwerks Trans-Ewropej (TENs) u Marco Polo

25.      L-ammonti tar-referenza ta' l-MFF huma ta’ EUR 8 013-il miljun għat-TEN tat-Trasport u ta’ EUR 450 miljun għal Marco Polo II. Dan jidher li huwa konformi ma’ l-ipprogrammar finanzjarju tal-bidu. Fil-qasam ta’ l-enerġija, EUR 22 miljun huma previżti għat-TEN-E, il-“Pjan ta’ Interkonnessjoni ta’ Prijorità” (PIP), mill-EUR 155 maħsubin mill-MFF 2007 - 2013.

Intestatura 1b - koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi

26.      L-intestatura 1b tal-qafas finanzjarju tkopri l-Fondi Strutturali – il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) u l-Fond Soċjali Ewropew (ESF) – kif ukoll il-Fond ta Koeżjoni. Huwa rrelatat b’mod essenzjali ma’ l-oqsma tal-politika dwar l-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività (ABB) li ġejjin: Il-politika reġjonali, għall-ERDF u l-Fond ta’ Koeżjoni, u; L-impjiegi u l-affarijiet soċjali, għall-ESF.

27.      Il-prijorità ewlenija għall-2008 se tkun li jkun assigurat it-twettiq mingħajr xkiel u l-użu tal-fondi tal-Komunità għall-Programmi Operattivi li ntlaħaq ftehim dwarhom bi qbil ma’ l-Oqfsa ta’ Referenza Strateġika Nazzjonali ta’ l-Istati Membri li ġew adottati.

Approprjazzjonijiet ta' Impenn

28.      Għall-2008, l-approprjazzjonijiet totali għall-impenji għall-intestatura 1b jammontaw għal EUR 46 878 miljun , żieda ta’ 3,1 % fuq l-2007. Minn dawn, EUR 38 723 miljun huma għall-Fondi Strutturali (il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew), żieda ta’ 1,0 % meta mqabbla ma’ l-2007, u EUR 8 155 miljun għall-Fond ta Koeżjoni. Din l-aħħar ċifra tirrappreżenta żieda ta’ 14,4 % meta mqabbla ma’ l-2007. Ġeneralment, il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni jeżawrixxu b’mod sħiħ ir-riżorsi disponibbli fl-intestatura, u għaldaqstant m’hu se jkun hemm l-ebda marġni disponibbli fis-sotto-intestatura 1b.

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet

29.      Għall-intestatura 1b, il-baġit ġenerali għall-ħlasijiet huwa ta' EUR 40 622 miljun, żieda ta’ 7,5 % fuq l-2007. Din iċ-ċifra tiġbor fiha tliet komponenti: il-ħlasijiet bil-quddiem u l-ħlasijiet interim irrelatati ma’ l-impenji taħt il-Qafas Finanzjarju 2007 – 2013 ġdid, li huma l-ikbar komponent; ħlasijiet lura biex jitneħħa r-RAL (Self fuq Ħlas Lura Antiċipat) għall-programmi u l-proġetti ta’ l-2000 - 2006; u ammont residwu sabiex jitħallas ir-RAL li baqa’ għall-programmi ta’ qabel l-2000. Ir-RAL għall-fondi strutturali fl-2006 żdied għal EUR77,8 biljun. Għall-fond ta’ koeżjoni, ir-RAL kien ta' EUR 15,4 biljun. Dan jagħti total ta’ EUR 93,2 biljun għar-RAL għall-ħidmiet strutturali meta wieħed jinkludi kollox, li huwa iktar minn 70 % ta’ l-impenji li għad iridu jitħallsu. Ir-rapporteur tagħkom jinnota wkoll li l-approprijazzjonijiet għall-ħlasijiet li kienu kkanċellati fil-Baġit 2006 fil-qasam tal-fondi strutturali ammontaw għal total ta’ EUR 3,3 biljun meta titqies l-ittra li temenda għall-baġit li jemenda 6/2006.

30.      Ir-rapporteur tagħkom joffri żewġ kummenti ta’ l-għeluq dwar l-intestatura 1b. L-ewwel wieħed huwa li se jfittex li jikseb spjegazzjonijiet iktar ċari mill-Kummissjoni minn dawk li kienu ipprovduti s’issa dwar in-natura preċiża tar-RAL. Huwa jqis wkoll li l-Parlament għandu jqis il-fatt li l-fondi strutturali disponibbli għat-tnax-il stat membru li ngħaqdu dan l-aħħar ma’ l-UE jirrappreżentaw opportunità storika sabiex jinkiseb aċċess għal ammonti sinifikanti bies iseddqu l-potenzjal tagħhom għal tkabbir ekonomiku ogħla u l-kwalità aħjar ta’ l-infrastruttura tagħhom. Il-Parlament għandu jagħti kas iktar mill-qrib ta’ l-isforzi li jagħtu appoġġ f’din id-direzzjoni. Ir-rapporteur tagħkom jinnota wkoll li dan il-ftuħ huwa opportunità li jista’ ma jkunx disponibbli fil-perjodi ta’ l-oqfsa finanzjarji tal-ġejjieni.

Intestatura 2 - preservazzjoni u mmaniġġjar tar-riżorsi naturali

31.      L-intestatura 2 hija l-ikbar intestatura individwali fil-PDB 2008 f'termini ta' flus, jekk l-intestaturi 1a u 1b jiġu ttrattati b’mod separat. Jiġbor fih partijiet mill-oqsma tal-politika li ġejjin: 05 il-biedja u l-iżvilupp rurali, 07 l-ambjent, 11 is-sajd u l-affarijiet marittimi, 17 is-saħħa u l-affarijiet tal-konsumatur.

32.      Taħt l-intestatura 2 il-Kummissjoni tippreżenta ħames partijiet li mhux neċessarjament jikkorrispondu b’mod preċiż ma’ l-oqsma tal-politika msemmija fuq (iċ-ċifri għall-impenji):

· Infiq u għajnuniet diretti relatati mas-suq: EUR 42 498, 9 miljun

· Żvilupp rurali: EUR 12,570.7 miljun

· Sajd: EUR 895.8 miljun

· Ambjent: EUR 266.9 miljun

· Azzjonijiet u programmi oħra (inklużi l-aġenziji ddeċentralizzati): EUR 43,3 miljun.

33.                 Dan jammonta għal total ta’ EUR 56 275, 8 miljun: żieda ta’ EUR 25 miljun      mqabbla mal-Baġit 2007. Il-limitu għall-2008 fl-MMF qed jiġi ffissat għal EUR 58   800 miljun, dan iħalli marġni ta' EUR 2 524, 1 miljun. Proporzjon ta’ madwar 75,1 fil-mija ta’ dan l-infiq jikkonċerna natura obbligatorja[40], li fuqha l-Kunsill għandu s-setgħa li jieħu l-aħħar deċiżjoni fil-proċedura baġitarja annwali u jidher li jagħti kas mill-inqas tal-fehmiet tal-Parlament.

34.      F’rabta ma’ l-ewwel analiżi ta’ l-infiq ippjanat taħt din l-intestatura, ir-rapporteur tagħkom ifakkar li l-ewwel konċiljazzjoni tal-proċedura baġitarja ta' l-2008 mistennija sseħħ fit-13 ta’ Lulju 2007. Bi qbil ma’ l-Anness II tat-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 u b'referenza għall-proċedura skond il-bżonn preċedenti, din il-laqgħa se tfittex li tagħmel progress fis-suġġetti tal-biedja, tas-sajd u tal-CFSP (Politika Komuni Barranija u tas-Sigurtà).

Agrikoltura

35.      Fil-qafas finanzjarju għall-perjodu 2007 - 2013, l-ewwel u t-tieni kolonni tal-politika agrikola issa huma miġburin flimkien taħt l-intestatura 2, li toħloq il-possibiltà għal trasferimenti bejn, fuq naħa waħda, l-għajnuna diretta u l-infiq relatat mas-suq u, fuq in-naħa l-oħra, il-miżuri għall-iżvilupp rurali.

36.      Mill-1 ta’ Jannar 2007, il-Komunità stipulat kondizzjonijiet u regoli speċifiċi ġodda biex tiġi ffinanzjata n-nefqa fuq il-politika agrikola komuni (CAP) u ħolqot żewġ fondi ġodda: il-Fond Ewropew ta’ Garanzija għall-Biedja (EAGF) u l-Fond tal-Biedja għall-Iżvilupp Rurali Ewropew (EAFRD). Ir-Regolament tal-Kunsill 1290/2005 jistabbilixxi l-qafas legali waħdieni għall-iffinanzjar ta’ l-infiq tal-CAP, filwaqt li joħloq żewġ fondi ġodda taħt il-baġit ġenerali ta’ l-UE, il-EAGF u l-EAFRD.

37.      Meta tingħata ħarsa lejn iċ-ċifri fid-dettall, fil-qasam tal-politika 05, 42 216,4 miljun EUR (il-Kapitoli 05 02 - EUR 5 003,4 miljun u 05 03 - EUR 37 213,0 miljun) huma proposti għall-infiq marbut mas-suq u għall-għajnuniet diretti waqt li 12 EUR 571 miljun huma proposti għall-iżvilupp rurali (il-Kapitolu 05 04). Għall-iżvilupp rurali, kopert fil-Kapitolu 05 04, il-PDB 2008 jitlob EUR 12 571 miljun f’approprijazzjonijiet ta' impenn, kważi EUR 200 iktar mill-2007.

38.      L-2008 se tkun is-sena ta’ ‘l-eżami dwar is-saħħa’ tal-CAP[41]. Il-Parlament, u b’mod partikolari l-kumitat għall-biedja, jistenna li jkun assoċjat b’mod sħiħ ma’ dan il-proċess. Ir-rapporteur jirrikonoxxi l-impenn tal-Kummissjoni għall-ħtieġa ta’ din l-evalwazzjoni dwar it-tħaddim tal-CAP irriformata fil-PDB 2008.

Sajd

39.      Żewġ strumenti ewlenin distinti jirriflettu żewġ bażijiet legali separati. L-ewwel, il-Fond għas-Sajd Ewropew (EFF), li ilu fis-seħħ mill-4 ta’ Settembru 2006, meta ħa post dak li qabel kien l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida dwar is-Sajd (FIFG). It-tieni, l-istrument li jkopri l-ħidmiet l-oħrajn kollha rrelatati mal-Politika Komuni dwar is-Sajd (CFP), inkluż is-sajd internazzjonali u l-Liġi dwar il-Baħar, li ilhom fis-seħħ mill-4 ta’ Lulju 2006.

40.      Għall-EFF, il-Kummissjoni tipproponi EUR 588,5 miljun f’approprijazzjonijiet ta' impenn u EUR 450,8 miljun f’approprijazzjonijiet ta' ħlas, +3,1 % u –46,2 % rispettivament imqabbla ma’ l-2007. Iż-żieda fl-approprijazzjonijiet ta' impenn hija bi qbil mal-pakkett tal-EFF deċiż fil-bażi legali. Għall-istrument tal-CFP, l-approprijazzjonijiet proposti huma, b’kollox, EUR 306,6 miljun għall-impenji u EUR 288,5 miljun għall-ħlasijiet.

Ambjent

41.      L-ambjent huwa wieħed mill-prijoritajiet tal-politika tal-Kummissjoni għall-2008, kif enfasizzat fl-APS 2008. Dan huwa bi qbil ma’ l-erba’ oqsma ta’ prijorità identifikati mis-6tt Programm ta’ Ħidma Ambjentali (2002 - 2012): il-bidla fil-klima; in-natura u l-bijodiversità; l-immaniġġjar sostenibbli u l-użu tar-riżorsi; l-ambjent u s-saħħa.

42.      S’issa l-ikbar ammont mill-baġit operattiv qed ikun ikkategorizzat taħt il-Kapitolu 07 03 “Twettiq tal-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Komunità” (EUR 280,6 miljun) li minnu l-Artikolu 07 03 07, "LIFE + (strument finanzjarju għall-ambjent – 2007 - 2013)” jieħu EUR 248,1 miljun impenji. Il-Kummissjoni tinnota li l-programm LIFE + jiġbor fih differenzi sostanzjali mill-proposta oriġinali, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-metodu ta’ l-immaniġġjar (immaniġġjar ċentrali b’mod dirett mill-Kummissjoni minflok l-immaniġġjar iċċentralizzat b’mod indirett permezz ta’ l-aġenziji nazzjonali kif kien propost oriġinarjament), metodu appoġġjat ħafna mill-Kumitat għall-Baġit matul il-proċess leġiżlattiv ta’ dan l-istrument, iżda li b’mod neċessarju jiġbor fih ħtiġijiet ta’ riżorsi addizzjonali għad-DĠ għall-Ambjent.

43.      Il-PDB jistqarr li l-2008 se tkun sena deċiżiva għall-politika ta’ l-UE dwar il-bidla fil-klima. Iżda r-rapporteur tagħkom jixtieq jirċievi aktar tagħrif iddettaljat dwar kif huwa maħsub li tintuża ż-żieda mitluba fir-riżorsi minn EUR 273 miljun impenji fl-2007 għal EUR 298 miljun fl-2008 għal attivitajiet intensifikati fil-qasam tal-bidla fil-klima.

Intestatura 3a – Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

44.      Il-PDB 2008 jitlob nefqa fl-intestatura 3a “Libertà, Sigurtà u Ġustizzja” ta’ EUR 691 miljun fl-2008. Dan jirrappreżenta żieda ta’ 10.8 % fuq il-B2007. L-infiq operattiv kollu taħt din l-intestatura ta' l-MFF huwa previżt taħt it-titolu 18 – iz-zona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja – ta’ l-ABB.

45.      In-nefqa amministrattiva mitluba fil-PDB tammonta għal EUR 60,2 miljun għad-DĠ JLS li minnhom EUR 55,7 miljun huma kklassifikati taħt l-intestatura 5 ta' l-MFF u EUR 4,6 miljun (18 01 04) huma ġenwini għall-qasam tal-politika 18. Din tidher żieda tabilħaqq sinifikanti mqabbla mal-Baġit 2007, meta n-nefqa amministrattiva allokata lit-Titolu 18 kienet ta’ EUR 51,3 miljun.

46.      Il-Kummissjoni tistqarr li wara l-perjodu tal-bidu fl-2007, is-sena 2008 se tkun l-“ewwel perjodu sħiħ ta’ twettiq” għat-tliet programmi ġenerali ġodda: Is-Solidarjetà u l-Immaniġġjar ta’ l-Emigrazzjoni, Id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja, u S-Sigurtà u l-Ħarsien tal-Libertajiet. Madankollu, is-sitwazzjoni marbuta ma’ l-adozzjoni tal-bażi legali m’hijiex sodisfaċenti għal kollox, għax għad irid jintlaħaq ftehim dwar xi programmi.

47.      Hemm għadd ta’ aġenziji taħt l-intestatura 3a. Għall-FRONTEX, ir-rapporteur tagħkom jinnota li żieda oħra ta’ madwar EUR 4 miljun hija mitluba mill-2007 għall-2008, wara żieda ta’ EUR 15,3 miljun bejn l-2006 u l-2007. Dawn iż-żidiet jidhru li huma kkawżati mit-twessiegħ tal-ħidmiet tal-FRONTEX, inkluż il-fatt li l-2008 hija l-ewwel sena li fiha it-Timijiet ta’ Intervent b’Ħeffa fil-Fruntieri mistennija jsiru operattivi b’mod sħiħ. Żvilupp simili qed ikun innotat għall-aġenzija tal-EUROJUST, li tibbenefika minn żieda ta’ EUR 1 586 000 fl-2008 (EUR 20,0 miljun fil-PDB 2008) imqabbla mal-baġit 2007, wara żieda ta’ EUR 3 714 000 fil-Baġit 2006.

Intestatura 3b - Ċittadinanza

48.      Dan is-Sottotitolu jkopri wkoll is-saħħa pubblika, il-ħarsien tal-konsumatur u l-ħarsien ċivili. L-ammont globali ta’ l-approprijazzjonijiet li jiffinanzjaw din is-sotto-intestatura jirrappreżenta EUR 598,5 miljun f’approprijazzjonijiet ta' impenn, u EUR 694,4 miljun f’approprijazzjonijiet ta' ħlas. Il-marġni huwa ta’ EUR 16,5 miljun biss.

49.      Iċ-ċifri tal-PDB juru tnaqqis għall-baġit 2008 ta’ 7,6 % f’approprijazzjonijiet ta' impenn u ta’ 4,6 % f’approprijazzjonijiet ta' ħlas (imqabbel mal-B2007). Id-dokument I tal-PDB 2008 (paġna 6) jinnota madankollu li “dan it-tnaqqis fl-approprijazzjonijiet ... għandu jitqies fil-kuntest ta l-inklużjoni fil-baġit ta l-2007 ta EUR 24,4 miljun għall-Fond tas-Solidarjetà, u ta EUR 87 miljun għat-twettiq ta miżuri ta transizzjoni fil-Bulgarija u r-Rumanija”. Għaldaqstant, meta wieħed iħalli barra dawn iż-żewġ strumenti, se tkun osservata żieda fl-approprijazzjonijiet (imqabbla mal-B2007) ta’ 11,6% fl-approprijazzjonijiet ta' impenn, u ta’ 4,6 % f’approprijazzjonijiet ta' ħlas.

Skond il-PDB 2008, il-ħames punti ta’ nefqa ewlenin taħt din is-sotto-intestatura se jitqassmu kif ġej:

- Tkattir tal-kultura u d-diversità Ewropea (EUR 192,966 miljun )

- Is-soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-midja aħħarija (EUR 104,180 miljun)

- Aġenziji Ddeċentralizzati: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EUR 102,600 miljun)

- Tixrid ta’ tagħrif dwar il-politika Ewropea u rabtiet aħjar maċ-ċittadini (EUR 88,630 miljun )

- Ikun assigurat l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi bażiċi (EUR 72,500 miljun)

50.      L-għan marbut mat-Tkattir tal-kultura u d-diversità Ewropea jirċievi l-aktar benefiċċju importanti fi ħdan din l-intestatura. Tliet programmi għandhom l-għan li jagħtu appoġġ lill-għan ewlieni tat-tkattir ta’ fehim reċiproku u ta’ indentità Ewropea komuni permezz ta’ l-iżvilupp ta’ rabtiet fl-oqsma tal-kultura, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza. Youth in Action (EUR 123,40 miljun) għandu l-għan li jmexxi 'l quddiem iċ-ċittadinanza attiva fost iż-żgħażagħ u jħeġġeġ il-ħidma permezz tan-netwerks bejn dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-NGOs. Culture 2007 - 2013 (EUR 48,79 miljun) iddedikat għall-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati jsegwi tliet għanijiet speċifiċi: Il-Promozzjoni tal-mobilità għal dawk li jaħdmu fis-settur kulturali; tħeġġiġ taċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħol irrelatat ma’ l-arti; id-djalogu interkulturali.

51.      Il-programm Citizens for Europe (EUR 29,48 miljun, impenji) jinkludi appoġġ għas-soċjetà ċivili u varjetà ta’ organizzazzjonijiet li jmexxu ‘l quddiem l-interess Ewropew, kif ukoll il-ġemellaġġ ta’ l-ibliet. Il-programm Media 2007 (EUR 103,18 miljun, impenji), fil-qasam tal-politika dwar is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni u l-Midja, għandu l-għan li jħares u jsaħħaħ id-diversità Ewropea u l-patrimonju ċinematografiku u awdjoviżiv tagħha.

52.      L-għan tal-qasam tal-politika rrelatata mal-komunikazzjoni u t-tagħrif huwa t-tixrid tat-tagħrif dwar il-politika Ewropea u li tkun assigurata rabta aħjar maċ-ċittadini. Il-PDB 2008 jitlob EUR 201,16 miljun taħt din l-intestatura. L-importanza tal-politika dwar il-komunikazzjoni kienet enfasizzata minn seduta ta’ smigħ riċenti tal-Kumitat għall-Baġit li fiha l-membri ddiskutew għal perjodu konsiderevoli ta’ ħin l-importanza relattiva ta' strateġija lokali jew sopranazzjonali, u l-livell xieraq ta’ indipendenza istituzzjonali fir-rigward tal-komunikazzjoni maċ-ċittadini.

Intestatura 4 – L-UE bħala msieħba globali

53.    Approprijazzjonijiet ta' impenn huma proposti li jkunu EUR 6,9 biljun imqabblin ma’ EUR 6,8 biljun fil-B2007 (+1, 5 %). Il-ħlasijiet huma bbaġitjati li jkunu EUR 7,9 biljun, żieda ta’ 7,7 %. Marġni konsiderevoli ta’ EUR 329,9 miljun (madwar 5 % ta' l-intestatura) tħalla taħt il-limitu. Dan il-marġni huwa għoli b’mod artifiċjali minħabba li l-Kummissjoni diġà ħabbret li l-approprijazzjonijiet bħal dawk għall-Kosovo u l-Palestina jistgħu jkunu meħtieġa f’livelli ogħla minn dawk ibbaġitjati fil-PDB. Madankollu, hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni f’dan l-istadju li l-parti l-kbira tal-marġni jew il-marġni kollu jkun jista’ jintuża għal dan il-għan. Ir-rapporteur ovvjament ma jistax jaqbel ma’ kull użu tal-marġni, assenjat minn qabel f’dak is-sens.

54.    Wieħed għandu jinnota li EUR 200 miljun tal-marġni huma dispponibbli minħabba li l-Fond tal-Garanzija għas-self estern għal pajjiżi terzi m’huwiex se jeħtieġ li jkun fornut mill-baġit fl-2008. Minkejja l-fatt li dan l-ispazju addizzjonali ma jeżistix fl-2008, wieħed għandu joqgħod xi ftit attent għax punt ta’ nefqa ta’ EUR 200 miljun (nefqa obbligatorja) se jitfaċċa mill-ġdid għall-2009.

55.    Il-Kummissjoni tistqarr fil-PDB li n-nefqa amministrattiva ta' appoġġ (per eżempju “il-linji BA”) tnaqqset b’5 % minħabba twettiq inqas fis-snin li għaddew, u li EUR 23,3 miljun kienu miżjuda mal-programmi operattivi. Ir-rapporteur jixtieq iktar dejta preċiża dwar it-tnaqqis/iż-żidiet għal kull programm. F’rabta ma’ dan, huwa jista’ jenfasizza li nefqa amministrattiva oħra jidher li żdiedet f’xi oqsma.

Relazzjonijiet esterni

56.      Dan il-qasam b’mod sħiħ jirċievi EUR 3,7 biljun f’impenji (+ 3,76 %). Oqsma li jirċievu żieda ogħla mill-medja huma l-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni (CFSP) (+25,6 %) fejn il-PDB jipproponi EUR 200 miljun (160m fl-2007). Barra minn hekk, il-kapitolu xi ftit inqas magħruf (u iktar riċenti) ta’ l-Għoti ta’ l-għajnuna f’każ ta’ kriżi jew theddid globali għas-sigurtà jirċievi żieda għolja ħafna ta’ + 20 % għalkemm minn ammonti modesti (sa EUR 249,6 miljun minn EUR 209 miljun fl-2007). Żieda għolja bħal din jeħtieġ li titqies b’attenzjoni, l-iktar minħabba l-fatt li l-marġni huwa xi ftit artifiċjali u, sa fejn huwa mgħarraf ir-rapporteur, dan m’huwiex qasam ta’ ko-deċiżjoni b’pakketti fissi.

57.      Id-Demokrazija u d-Drittijiet Umani jara żieda ta’ + 4,1 % għal EUR 137 miljun. Il-qasam tal-Politika tal-Viċinanza huwa mbierek b’żieda modesta ta’ + 2,3 % meta wieħed jinkludi kollox (għal EUR 1,46 biljun) bħall-qasam tar-relazzjonijiet ma' l-Amerika Latina b'żieda ta’ + 1,1 % (EUR 342 miljun). L-Asja għandha daqsxejn ta’ tnaqqis għal EUR 807 miljun (- 2,05 %); li jista’ jirrifletti previżjonijiet baġitarji li tbiddlu għall-Iraq u/jew l-Afganistan?

Kummerċ

58.      Impenji ġenerali huma proposti għal EUR 77 miljun (+ 8 %). Ir-raġuni għal dan l-ammont żgħir huwa li, f’termini ta’ flus, l-għajnuna rrelatata mal-kummerċ hija integrata taħt l-istrumenti ġeografiċi. L-ammont preċiż ta’ l-għajnuna rrelatata mal-kummerċ previżta mill-Kummissjoni għandu jkun iffissat b’mod iktar ċar bi qbil ma’ l-impenji mogħtija f’fora multilaterali.

Żvilupp u relazzjonijiet ma’ l-istati ta’ l-ACP (l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku)

59.      Dan il-qasam jiżdied b’4,6 % għal EUR 1,3 biljun fil-PDB (1,24 biljun fil-B2007). Iż-żidiet ewlenin huma relatati ma’ l-Ambjent u l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi naturali, inkluża l-enerġija li żdiedu minn EUR 82 miljun għal EUR 101 miljun (+22,3%). Hemm ukoll żieda ta’ + 9,3 % fis-sigurtà fl-ikel li se tirċievi EUR 216-il miljun (imqabbla ma' l-EUR 198 miljun fl-2007).

60.      Atturi mhux ta’ l-istat jaraw żieda modesta ta’ 2,5 % għal EUR 213-il miljun kif jara wkoll l-Iżvilupp Uman u Soċjali għal EUR 120 miljun (+ 2,3 %).

Tkabbir

61.      Il-qasam tal-politika b’mod sħiħ jonqos kemm kemm minn EUR 1,06 biljun għal EUR 1,03 biljun (- 2,6 %). Madankollu, l-istrument ewlieni li qiegħed jitwettaq hawnhekk, l-IPA (L-Istrument għal qabel is-sħubija) qiegħed ikun propost għal EUR 1,38 biljun b’mod ġenerali bil-bqija tkun imwettqa f’oqsma oħra tal-politika. Għajnuna hija disponibbli kemm għall-pajjiżi kandidati kif ukoll għall-pajjiżi kandidati potenzjali.

62.      Elementi ewlenin huma t-tkomplija tan-negozjati tas-sħubija mal-Kroazja u t-Turkija (kandidati), it-tħejjija ta’ FYROM (dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) bħala kandidat potenzjali u, barra minn hekk, iktar koperazzjoni mal-Balkani taħt il-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ assoċjazzjoni. Ir-rapporteur jinnota li, għal darba oħra, m’huwiex faċli li jkun evalwat il-PDB għall-ewwel darba biex ikunu stabbiliti l-ammonti individwali għall-pajjiżi differenti. Għaldaqstant probabilment għandha tingħata konsiderazzjoni biex tiżdied it-trasparenza.

Intestatura 5 - Amministrazzjoni

63.      Il-PDB jippreżenta għall-2008 baġit ta’ EUR7 336 miljun , li tħalli marġni ta’ EUR 121.2 miljun meta jitqiesu l-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-pensjonijiet għall-ħaddiema (EUR 77 miljun għall-2008). Il-marġni li jifdal f’dan l-istadju tal-proċedura huwa ogħla b’7.61 % mis-sena li għaddiet fl-istess perjodu u dan minkejja ż-żieda sostanzjali fil-pensjonijiet (+ 10.2 %) u ta’ l-iskejjel Ewropej (+ 11.1 %). Il-marġni jiġi kkalkulat fuq aġġornament tekniku tal-ħames rapport tas-Segretarji Ġenerali dwar l-intestatura 5 (Mejju 2006) u fuq l-ipoteżi li l-baġit tal-Parlament kien ser jilħaq l-20% tal-limitu massimu ta’ l-intestatura 5.

64.      Il-baġit amministrattiv tal-Kummissjoni għall-2008 huwa stmat għal EUR 4 610,7 miljun bil-pensjonijiet u inkluża l-ispiża ta’ l-Iskejjel Ewropej. Dan jirrappreżenta żieda ta’ 5.62 % mqabbla mal-B2007 li taqbeż b’mod sinifikanti ż-żieda medja ta’ din l-intestatura fil-PDB (+ 3.88 % fl-2007) f’dawn l-aħħar snin. Il-biċċa l-kbira taż-żieda fil-baġit amministrattiv ġenerali hija marbuta mar-reklutaġġ għall-karigi ġodda meħtieġa għall-ħidmiet akbar marbutin mat-tkabbir.

65.      860 kariga ġdida, li minnhom 785 jirrappreżentaw żieda netta relattiva għall-pjan ta’ twaqqif tal-B2007, huma mitlubin għal dak il-għan: 610 għall-10 Stati Membri ta’ l-UE u 250 għaż-2 Stati Membri ta’ l-UE. It-talba tikkorrispondi għall-pjan multi-annwali sottomess lill-awtorità tal-baġit għall-perjodu bejn l-2003-2008 u kkonfermat fl-eżerċizzju ta’ skrining dwar “l-ippjanar u l-aħjar użu tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni sabiex jintlaħqu l-prijoritajiet ta’ l-UE”, ippubblikat fl-24 ta’ April 2007. Ir-rapporteur jinnota dan ir-rapport li huwa tweġiba għat-talba tal-Parlament li saret fil-Baġit ta’ l-2007. Madankollu, fil-fehma tar-rapporteur, dan iqajjem għadd ta’ mistoqsijiet li l-impatt tagħhom għandu jkun analizzat f’kuntest usa’ ta’ tmexxija Ewropea tajba: il-proporzjon ta' l-ispiża tat-tħaddim inklużi l-ħaddiema mhux uffiċjali; ir-rabta ma’ l-aġenziji regolatorji u eżekuttivi; l-immaniġġjar iddeċentralizzat u ddekonċentrat; l-għoti ta’ xogħol lil terzi, il-ħaddiema b’kuntratt u affarijiet bħal dawn.

66.      Barra mit-talba għall-karigi ġodda rrelatati mat-tkabbir, il-Kummissjoni tikkonferma r-rieda tagħha li tkopri b’mod esklussiv il-ħtiġijiet l-oħrajn permezz ta’ ċaqliq tal-ħaddiema li se jsir skond il-prijoritajiet iddefiniti mill-Parlament is-sena ta’ qabel u mill-Kummissjoni fil-programm leġiżlattiv u tal-ħidma tagħha. In-numru stmat taċ-ċaqliq intern tal-ħaddiema huwa ta’ 287 li jaqbel mal-mira ta’ 1% ta’ ċaqliq mill-ġdid tal-ħaddiema stabbilit mill-Kummissjoni. Il-kontroparti ta’ l-istrateġija li x-xogħlijiet mhux irrelatati mat-tkabbir ikunu koperti b’mod esklussiv permezz ta’ ċaqliq mill-ġdid tal-ħaddiema hija żieda konsiderevoli tal-ħaddiema esterni li għalihom l-approprijazzjonijiet mitluba jiżdiedu minn EUR 295,73 miljun għal EUR 315,23 miljun (jiġifieri 6.59 %).

67.      Ir-rinfurzar tas-sigurtà fil-binjiet tal-Kummissjoni fi Brussell u fid-delegazzjonijiet huwa għat-tieni sena mitlub li jikber b’9 %. Dan jaqa’ fi ħdan pjan ta’ erba’ snin li, skond il-Kummissjoni, għandu, fil-ġejjieni jiġġenera tfaddil sinifikanti mill-ispejjeż fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni u l-ħaddiema tas-sigurtà. Il-Kummissjoni għandha tikkjarifika l-pjanijiet tagħha u tikkwantifika t-tfaddil mistenni sa nofs il-perjodu.

Intestatura 6 - Kumpens

68.      Din l-intestatura tkopri żewġ faċilitajiet li ntlaħaq ftehim dwarhom mal-Bulgarija u r-Rumanija fin-negozjati tas-sħubija: Filwaqt li l-faċilità tad-Dħul u l-Ħruġ tal-Flus għandha l-għan li ttejjeb id-dħul u l-ħruġ tal-flus fil-baġit nazzjonali, il-Faċilità Schengen hija maħsuba bħala strument temporanju għall-iffinanzjar ta’ ħidmiet ta’ kontroll fil-fruntieri esterni ġodda ta’ l-Unjoni. L-ammont li għandu jkun ibbaġitjat fl-2008 huwa ta’ EUR 206,6 miljun, li jħalli marġni taħt il-MFF ta’ EUR 0,4 miljun.

Aġenziji

69.      Il-PDB 2008 jinkludi l-approprijazzjonijiet għal 25 aġenzija ddeċentralizzata għall-ammont totali ta’ EUR 524,0 miljun li hija żieda ta’ kważi 19 % mqabbla mas-sussidji ta’ l-aġenziji ta’ EUR 441,8 miljun fl-2007. Kważi żewġ terzi, jew 62 %, tat-total tas-sussidji ta’ l-aġenziji huwa allokat lit-Titoli 1 +2 – Nefqa relatata mal-ħaddiema u l-amministrazzjoni filwaqt li 38 % biss jintuża sabiex ikopri n-nefqa operattiva tagħhom (Titolu 3).

70.      L-ikbar ammont tan-nefqa fuq l-aġenziji ddeċentralizzati jaqa’ taħt l-intestatura 1 ta' l-MFF fejn huwa kkonċentrat madwar 51 % tal-baġit totali ta’ l-aġenziji għall-2008. 38 % ta' l-ammont totali huwa ppjanat għall-aġenziji taħt l-Intestura 3, filwaqt li l-Intestatura 2, b'7 % u l-Intestatura 4 b'3 % jieħdu biss ammonti minuri.

71.      Wieħed għandu jinnota li r-rati tat-tkabbir tal-baġit u l-ħaddiema ta’ l-aġenziji ddeċentralizzati jinsabu lilhinn sew mir-rati tat-tkabbir ġenerali tal-baġit ta’ l-UE: Filwaqt li ż-żieda ġenerali tal-PDB 2008 mqabbla mal-baġit ta’ l-2007 hija ta’ 2 % fl-approprijazzjonijiet ta' impenn u ta’ 3 % fl-għadd tal-ħaddiema, is-sussidji ta’ l-aġenziji jikbru b’19 % u l-ħaddiema tagħhom b’10 %.

72.      L-aġenziji eżekuttivi li twaqqfu sabiex iwettqu ċerti programmi u li huma ffinanzjati b’mod sħiħ mill-pakketti tal-programmi operattivi rispettivi, għandhom ukoll rata sostanzjali ta’ żieda għall-2008, imqabbla ma’ l-2007, ta’ 18 % għall-baġit ġenerali tagħhom u għall-għadd tal-ħaddiema tagħhom.

73.      Il-fatt li, anki fl-2008, l-infiq kollu relatat mal-ħaddiema u l-amministrazzjoni ta’ l-aġenziji ddeċentralizzati kif ukoll l-ispejjeż totali ta’ l-aġenziji eżekuttivi, li huma purament amministrattivi fin-natura tagħhom, se jkunu ffinanzjati mill-intestaturi operattivi ta' l-MFF, inaqqas il-marġni fit-Titoli 1, 2, 3 u 4 b’total ta’ EUR 385 miljun[42]. Fi kliem ieħor, jekk in-nefqa tal-ħaddiema u dik amministrattiva għall-aġenziji (iddeċentralizzati u eżekuttivi) jiġu ttrasferiti għall-intestatura 5, il-marġni disponibbli fl-2008 fl-intestatura 1a jittejjeb b’EUR 206 miljun (minn EUR 77 miljun sa EUR 283 miljun), fl-intestatura 2 b’EUR 25 miljun, fl-intestatura 3b b'EUR 86 miljun (minn EUR 17-il miljun għal EUR 103 miljun) u fl-intestatura 4 bi EUR 17-il miljun.

74.      Minħabba l-marġni tal-PDB 2008 ta’ 121 EUR miljun fl-intestatura 5, manuvra bħal din twassal biex jinqabeż il-limitu ta’ din il-kategorija ta' l-MFF b’EUR 264 miljun, iżda għallinqas tippermetti li jitwaqqaf is-sehem reali tan-nefqa amministrattiva ta’ l-UE b’mod trasparenti.

75.      Jekk it-tendenza kurrenti tal-Kummissjoni Ewropea ta’ l-għoti ta’ xogħol lil terzi ma tkunx akkumpanjata bi tnaqqis korrispondenti fl-għadd tal-ħaddiema fid-DĠ ewlieni tal-Kummissjoni stess, sehem dejjem jiżdied tal-fondi operattivi ta’ l-Unjoni se jintefaq għall-għanijiet amministrattivi f’żieda mar-rata, għalkemm modesta, tat-tkabbir li digà teżisti, tan-nefqa intitolat b’mod korrett taħt l-intestatura 5. Iċ-ċifri ta’ l-aġenziji fil-PDB 2008 jirriflettu b’mod ċar dan l-iżvilupp.

Proġetti piloti u ħidmiet ta’ tħejjija

76.      Il-livell baxx ħafna tal-marġni disponibbli, b’mod partikolari taħt l-intestaturi 1a, 3a, 3b u 4 ta' l-MFF inaqqas il-firxa għall-Parlament li jiffinanzja proġetti piloti u ħidmiet ta’ tħejjija (li huma bbaġitjati bħala "pour mémoire", jew p.m., fil-PDB 2008 b’mod li kwalunkwe impenji vvutati mill-Parlament jgħoddu kontra l-marġni).

77.      Bi qbil mad-dokument ta’ ħidma riċenti tiegħu flimkien mar-rapporteur tal-baġit ġenerali ta’ l-2007, ir-rapporteur tagħkom ippropona għadd ta’ oqsma li fihom il-Parlament jista’ jressaq l-ideat għal proġetti piloti u ħidmiet ta’ tħejjija ġodda matul il-perjodu tal-proċedura baġitarja ta' l-2008. Madankollu, huwa jfakkar fil-limitazzjonijiet li l-kalendarju intern tal-Parlament għat-tħejjija ta’ l-emendi ta’ l-ewwel qari tiegħu (bi skadenzi f’Settembru) iqiegħed fuq il-kapaċità tiegħu li jissodisfa l-iskadenza tal-15 ta’ Ġunju għall-preżentazzjoni ta’ l-ideat għall-proċedura baġitarja li jmiss fl-Anness II tal-Ftehim Interistituzzjonali IIA tas-17 ta’ Mejju 2006.

Dokument ta' ħidma dwar “Fondi Strutturali” – l-istat ta’ l-implimentazzjoni

1.        Introduzzjoni

Dan id-Dokument ta’ Ħidma jiffoka fuq l-istat ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-intervent strutturali (fosthom il-programmi bejn l-2000 u l-2006 u l-qagħda kurrenti ta’ l-implimentazzjoni fl-2007). It-tagħrif miġbur f’dan id-Dokument ta’ Ħidma se jkun ta’ interess speċjali għall-proċedura baġitarja ta’ din is-sena. Tqiegħdet enfasi speċjali fuq l-RAL ("reste à liquider") u l-implimentazzjoni minn 10 Stati Membri ta’ l-UE. Iċ-ċifri ġenerali ta’ l-interventi strutturali msemmija f’dan id-Dokument ta’ Ħidma jinkludu wkoll il-Fond Ewropew tas-Sajd (EFF) u l-iżvilupp rurali (EAFRD (Fond Ewropew tal-Biedja għall-Iżvilupp Rurali) u EAGGF (Fond Ewropew ta’ Gwida u Garanzija għall-Biedja)) taħt l-Intestatura 2 (Riżorsi Naturali)[43].

Madankollu, iktar tagħrif iddettaljat huwa pprovdut għal azzjoni strutturali taħt l-intestatura 1 b (koeżjoni).

2.        Implimentazzjoni ta’ ħlasijiet fl-2006

2.1.     Ħlasijiet b’rabta ma’ programmi għall-perjodu bejn l-2000 u l-2006

L-approprjazzjonijiet disponibbli jammontaw għal 29.2 biljun €. Il-ħlasijiet ma laħqux l-istennijiet tal-baġit li saret votazzjoni għalih bi 2.8 biljun € (wara l-Baġit li jemenda nru. 6, l-ammont li kien għadu ma tħallasx kien ta’ 0.1 biljun €).

a) Eżekuzzjoni tal-programmi tal-15-il Stat Membru ta’ l-UE

Il-ħlasijiet mill-programmi tal-15-il Stat Membru ta’ l-UE ammontaw għal 26 027 miljun € (esklużi azzjonijiet innovattivi u għajnuna teknika).

It-Tabella 1 tqabbel l-eżekuzzjoni attwali mas-suppożizzjonijiet impliċiti fil-Prospettivi Finanzjarji inizjali għall-perijodu[44]. Hija turi li d-differenza bejn l-istennijiet oriġinali għall-ħlasijiet marbutin mal-programmi bejn l-2000 u l-2006 u l-implimentazzjoni attwali żdiedet għal 4.1 biljun €, xi 1.9 biljun € iktar mill-2005. Għalkemm, wieħed għandu jinnota li, li kieku l-ħlasijiet b’rabta ma’ Spanja u mar-Renju Unit komplew b’ritmu normali fl-2006, kieku d-differenza bejn l-istennijiet fil-prospettivi finanzjarji u l-ħlasijiet attwali naqset għall-ewwel darba fil-perijodu. “L-ammont b’lura” kumulattiv b’rabta mal-ħlasijiet mis-snin 2000 sa l-2006 huwa ta’ 29.6 biljun €.

Tabella 1: Tqabbil bejn is-suppożizzjonijiet fil-prospettivi finanzjarji u l-ammont totali prodott matul perijodu speċifiku b’rabta mal-baġit, l-UE-15

b) Eżekuzzjoni tal-programmi ta’ l-10 Stati Membri ta’ l-UE

Il-ħlasijiet kollha, 2 966 miljun €, mill-programmi ta’ l-10 Stati Membri ta’ l-UE (esklużi programmi INTERREG (Programmi ta’ Koperazzjoni Interreġjonali), azzjonijiet innovattivi u għajnuna teknika) kienu jiġbru fihom rimborżi tan-nefqa. L-ammont totali prodott matul perijodu speċifiku kien ta’ madwar 0.3 biljun € taħt il-pakkett rispettiv li ntlaħaq ftehim dwaru mill-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen, iżda d-differenza kienet ħafna inqas mill-2005, meta l-eżekuzzjoni baxxa ta’ diżappunt ta’ ħlasijiet interim waslet għal differenza ta’ 1.4 biljun € bejn l-istennijiet ta’ “Kopenħagen” u l-ħlasijiet attwali. L-eżekuzzjoni attwali karkret ukoll l-istennijiet inizjali għall-programmi tal-15-il Stat Membru ta’ l-UE fil-bidu tal-perijodu bejn l-2000 u l-2006, iżda d-differenza kienet tidher ħafna iktar għall-10 Stati Membri ta’ l-UE. L-ammont b’lura kumulattiv b’rabta mal-ħlasijiet (relattiv għall-istennijiet ta’ “Kopenħagen”) mis-snin bejn l-2004 u l-2006 kien ta’ 1.8 biljun €.

Tabella 2: Tqabbil bejn is-suppożizzjonijiet fil-prospettivi finanzjarji u l-ammont totali prodott matul perijodu speċifiku b’rabta mal-baġit, l-UE-10

2.2      Ħlasijiet b’rabta ma’ programmi qodma

Il-fażi ta’ tkomplija tal-programmi ta’ qabel l-2000 bla ebda dubju għandha titlesta mill-iktar fis possibbli.

Il-biċċa l-kbira tal-ħlasijiet finali diġà twettqet, u bħala konsegwenza ta’ dan l-RAL huma sewwa sew baxxi. Il-ħlasijiet li saru huma marbutin ma’ programmi li għalihom kien meħtieġ tagħrif addizzjonali mill-awtoritajiet nazzjonali jew programmi li sar tidwim fl-għeluq tagħhom minħabba proċeduri legali li qegħdin iseħħu bħalissa. Il-ħlasijiet ta’ l-għeluq fl-2006 ammontaw għal 254 miljun €. Id-differenza bejn il-baġit inizjali ta’ 140 miljun € u l-eżekuzzjoni attwali kienet koperta minn trasferimenti mil-linji tal-baġit bejn l-2000 u l-2006.

2.3.     Trasferimenti li saru fl-2006 

Iċ-ċifri msemmijin hawn fuq huma biss parti mill-verità: barra mill-baġit li saret votazzjoni għalih u l-Baġits li jemendaw, wieħed irid iqis ukoll it-trasferimenti kollha li saru fl-2006 sabiex jikseb stampa ċara ta’ l-implimentazzjoni fl-2006. Dan jagħmel il-proċedura kollha pjuttost mhux trasparenti u jagħmilha diffiċli sabiex wieħed isegwi mill-qrib l-implimentazzjoni korretta tal-baġit.

Il- EAGGF irċieva rinforz ta’ 220.11-il miljun € f’approprjazzjonijiet għal ħlasijiet fit-Trasferiment Globali.

Żewġ talbiet għal trasferimenti ntbagħtu għal tagħrif lill-Awtorità Baġitarja. Huma kellhom x’jaqsmu ma’ trasferimenti bejn kapitoli tal-linji tal-baġit għal nefqa amministrattiva għall-ESF (Fond Soċjali Ewropew) (211.094 €, approprjazzjonijiet ta' ħlas) u għall-FIFG (Strument Finanzjarju ta’ Gwida għas-Sajd) (200.000 €, approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas).

Għadd kbir ta’ trasferimenti sar mill-Kummissjoni nnifisha taħt il-prerogattivi tagħha stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju. Skond il-Kummissjoni, it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet għal ħlasijiet kienu meħtieġa li jadattaw il-baġit għar-rata differenti ta’ eżekuzzjoni tal-fondi u tal-linji tal-baġit.

2.4.     Konċentrazzjoni ta’ ħlasijiet fi tmiem is-sena fl-2006

Fil-Fondi Strutturali l-parti l-kbira ta' l-impenji isiru fil-bidu tas-sena iżda l-ħlasijiet huma kkonċentrati fl-aħħar tas-sena. Ir-Regolament tal-Fondi Strutturali jistieden lill-Istati Membri sabiex jiġbru flimkien l-applikazzjonijiet ta’ ħlas tagħhom fi tliet gruppi matul is-sena filwaqt li l-aħħar wieħed jintbagħat sal-31 ta’ Ottubru. Madankollu, il-Kummissjoni tkompli tirċievi ammonti sinifikanti ta’ klejms għal ħlasijiet wara l-iskadenza regolatorja.

2.5.     Implimentazzjoni mill-Istati Membri (ara wkoll il-kapitolu 5 dwar l-RAL)

Mill-2003, l-ammont assolut ta’ impenji li għadhom ma tħallsux (RAL) għal xi Stati Membri naqas, iżda dan il-fatt m’huwiex ir-regola u huwa mfisser b’mod essenzjali mill-għeluq iktar malajr tal-programmi ta’ qabel l-2000 għal xi pajjiżi. Fl-2006, żewġ Stati Membri biss, ir-Renju Unit (€572 miljun) u l-Irlanda (€99 miljun) naqsu l-RAL, jiġifieri l-ħlasijiet qabżu l-impenji. L-ikbar ħames benefiċjarji, f’ordni ta’ prijorità, Spanja (li tagħti kont għal kważi ¼ mill-ħlasijiet totali), il-Ġermanja, l-Italja, il-Portugall u l-Greċja, jassorbu iktar minn 70% tal-ħlasijiet kollha.

Kif wieħed jista’ jistenna wara perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ tliet snin biss meta mqabbel mas-seba’ snin tal-15-il Stat Membru ta’ l-UE, ebda wieħed mill-Istati Membri ġodda ma kien fost l-ikbar benefiċjarji mill-Fondi Strutturali. B’mod ġenerali, 39% ta’ l-ammonti impenjati tħallsu lill-10 Stati Membri ta’ l-UE. L-ikbar benefiċjarju kien il-Polonja bi ħlasijiet li jirrappreżentaw iktar minn nofs il-ħlasijiet kollha li saru lill-10 Stati Membri ta’ l-UE.

Għall-2007, kemm l-impenji kif ukoll il-ħlasijiet huma previsti li jkunu kkonċentrati fl-aħħar xhur tas-sena, filwaqt li jiħqu biċ-ċar l-ogħla punt tagħhom f’Diċembru. Perijodi ta’ dewmien addizzjonali u mhux previsti, anki jekk minuri, jistgħu għaldaqstant ikollhom impatt maġġuri fuq l-implimentazzjoni ġenerali fl-2007.

3.        Rilaxx ta’ somom skond ir-regola N+2

It-Tabella 3 hawn taħt turi l-importanza relattiva tar-rilaxx ta’ somom skond ir-regola N+2 li sar fl-2006 f’termini tal-porzjon korrispondenti ta’ l-impenji ta’ l-2003 għal kull Stat Membru. Skond il-Kummissjoni, dan huwa diskutibilment indikatur aħjar ta’ l-eżekuzzjoni ta’ kull Stat Membru milli l-ammont assolut tar-rilaxx ta’ somom minħabba li l-impenji annwali jvarjaw b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri.

Il-Lussemburgu huwa l-pajjiż li tilef l-ikbar parti ta’ l-allokazzjoni tiegħu ta’ l-2003 (2.2 miljun €, jiġifieri 15% ta’ l-impenji korrispondenti li saru fl-2003), minkejja l-fatt li kienet l-ewwel sena meta sar rilaxx ta’ somom għal programmi ta’ dan l-Istat Membru. Id-Danimarka kellha wkoll rilaxx għoli ta’ somom (14%). Ir-rilaxx ta’ somom għal INTERREG (2.4%), għall-Belġju (2%), għall-Ġermanja (1.4%) u għal Franza (1.1%) huwa ta’ min iqisu wkoll. Sar rilaxx ta’ somom għal seba’ Stati Membri oħrajn, iżda f’kull każ dan kien jagħti kont għal inqas minn 1% tal-porzjonijiet ta’ l-impenji rispettivi.

Tabella 3: Rilaxx ta’ somom skond ir-regola N+2 skond kull Stat Membru fl-2006 u b’rabta ma’ l-impenji ta’ l-2003

* INTERREG is multi-country

Iktar ma tkun baxxa l-parti ta’ l-impenji li tintilef matul iż-żmien, iktar jikseb suċċess Stat Membru/Fond/Għan b’rabta ma’ l-użu reali ta’ l-allokazzjoni finanzjarja rispettiva tal-perijodu bejn l-2000 u l-2006. L-indikatur korrispondenti ta’ l-eżekuzzjoni huwa s-sehem tar-rilaxx totali akkumulat ta’ somom fi ħdan il-valur tal-porzjonijiet ta’ l-impenji kollha (mill-2000 sa l-2003) li s’issa kienu suġġetti għal rilaxx ta’ somom skond ir-regola n+2.

Skond kull Stat Membru, l-Olanda, id-Danimarka u l-Lussemburgu, Interreg (programm li jiġbor fih bosta pajjiżi), il-Belġju, l-Irlanda u l-Iżvezja kollha jiġbru fihom rilaxx ta’ somom ogħla mill-medja, li hija ta’ 0,68 %. Minkejja dan, l-Olanda tagħti iktar fil-għajn minħabba li r-rilaxx ta’ somom għal dan l-Istat Membru huwa bil-qabda ogħla mill-oħrajn[45].

Skond il-Fondi, l-ERDF (Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali) u l-EAGGF jiġbru fihom rilaxx ta’ somom inqas mill-medja. Skond l-għanijiet, dan huwa minnu għaż-żewġ għanijiet 1 u 2, filwaqt li l-għanijiet/l-inizjattivi l-oħrajn kollha jiġbru fihom rilaxx ta’ somom ogħla mill-medja.

Tabella 4: L-importanza relattiva tar-rilaxx kumulattiv ta’ somom sa tmiem l-2006, skond kull Stat Membru

* INTERREG multi-country

4.        Impenji li għadhom ma tħallsux (RAL)

4.1.     L-istatus quo ta’ l-RAL – kwistjoni ta’ tħassib

Nhar il-5 ta’ Lulju 2007, l-impenji li kienu għadhom ma tħallsux ammontaw għal 92 693 miljun € (!!). Il-biċċa l-kbira tagħhom (iktar minn 65 biljun € huma marbutin ma’ proġetti li jaqgħu fi ħdan l-1 għan). Innota li din iċ-ċifra ma tinkludix xi RAL minn qabel l-2000 (li ammontaw għal 923 miljun € fi tmiem l-2006). Skond il-Kummissjoni, l-istokk għoli b’mod relattiv ta’ impenji li għadhom ma tħallsux (RAL) huwa konsegwenza tal-qafas regolatorju. Il-Kummissjoni tqis RAL qrib sentejn ta’ impenji bħala xi ħaġa normali. Madankollu, bħalissa l-RAL diġà qegħdin joqorbu t-tliet snin ta’ impenji. Barra minn hekk, ir-rapporteurs tagħkom jistaqsu jekk RAL li jammontaw għal sentejn ta’ impenji tassew jistgħux jitqiesu bħala “normali”. Għaldaqstant, ir-rapporteurs tagħkom iħeġġu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw din il-kwistjoni.

It-Tabelli 5 u 6 juru l-evoluzzjoni ta’ l-RAL ġenerali għall-Fondi Strutturali (bil-perijodi kollha ta’ l-ipprogrammar miġburin flimkien) mill-1994. L-analiżi ta’ l-impenji li għadhom ma tħallsux tinkludi l-impenji kollha tal-Fondi Strutturali kklassifikati taħt l-oqsma tal-Politika 04 (Affarijiet ta’ l-Impjiegi u Soċjali), 05 (il-Biedja u l-Iżvilupp Rurali), 11 (is-Sajd) u 13 (il-Politika Reġjonali).

Tabella 5: Implimentazzjoni ta’ impenji u ħlasijiet u impenji li għadhom ma tħallsux fi tmiem kull sena (f’miljun €)

Tabella 6: Impenji li għadhom ma tħallsux fi tmiem is-sena f’miljun € (l-iskala tax-xellug) u r-rata taż-żieda (l-iskala tal-lemin)

Skond il-Kummissjoni, iż-żieda ta’ l-RAL fl-2006 hija kkawżata minn żewġ fatturi. Fl-ewwel lok, livelli li għadhom baxxi b’mod relattiv ta’ l-eżekuzzjoni għall-programmi ta’ l-10 Stati Membri ta’ l-UE, flimkien mal-fatt li l-ħlasijiet kollha bil-quddiem għal dawn il-programmi saru fl-2004 u fl-2005. Fit-tieni lok, ħlasijiet baxxi mhux tipiċi b’rabta ma’ Spanja.

Tabella 7: Impenji li għadhom ma tħallsux skond il-fond fi tmiem l-2006 (f’perċentwal ta’ l-ammont totali)

Fl-2006, l-Italja u Spanja kienu l-Istati Membri bl-ogħla RAL, segwiti mill-Greċja u mill-Ġermanja. L-RAL ta’ qabel l-2000 m’għadux importanti għall-ebda Stat Membru.

Jekk l-Istati Membri wettqu programmi b’veloċitajiet li bejn wieħed u ieħor jistgħu jitqabblu, l-RAL tagħhom għandhom ikunu proporzjonali għas-sehem tagħhom fl-impenji li jkunu saru. Diskrepanzi bejn iż-żewġ klassifikazzjonijiet jinħolqu minħabba li xi Stati Membri jwettqu programmi b’veloċità ogħla minn oħrajn.

F’termini relattivi, l-ogħla żieda fl-RAL kienet għall-programmi ta’ l-10 Stati Membri ta’ l-UE (‘il fuq minn 50%), filwaqt li l-RAL għall-programmi tal-15-il Stat Membru ta’ l-UE żdiedu b’inqas minn 10%. B’konsegwenza ta’ dan, l-10 Stati Membri ta’ l-UE jaqsmu b’mod komuni total ta’ żieda ta’ l-RAL għal 12% fl-2006, mit-8% fl-2005.

4.2.     Previżjoni għall-2007

Skond in-Nota ta’ Tagħrif riċenti dwar l-Avviż ta’ Tbassir tal-Baġit, il-Kummissjoni tidentifika ħlasijiet b’rabta ma’ impenji li għadhom ma tħallsux (RAL) għal interventi strutturali (il-biċċa l-kbira d-DĠ REGIO) bħala qasam wieħed ta’ tħassib.

Bħalissa l-implimentazzjoni tal-ħlasijiet għall-Interventi Strutturali hija kważi EUR 1 biljun taħt il-limiti imposti fil-previżjoni, l-iktar minħabba s-sottomissjoni tard tal-fatturi u l-ħlasijiet sospiżi. Ir-riżultat ġenerali ta’ tmiem is-sena għall-Baġit ta’ l-UE jiddependi l-iktar fuq dan il-qasam.

Il-Kummissjoni tagħti t-tagħrif iddettaljat li ġej dwar il-fondi differenti:

ERDF: L-ERDF li jaqa’ fi ħdan it-2 Għan (-250 m €) u fuq firxa inqas wiesgħa Urban (-20m €) raw inqas ħlasijiet milli mistenni minħabba Deċiżjoni tal-Kummissjoni li jiġu sospiżi ħlasijiet b’rabta ma’ l-Ingilterra. Il-progress jiddependi fuq il-ħila ta’ l-Ingilterra li tissodisfa l-ħtiġijiet. Id-DĠ REGIO f’dan l-istadju jistenna implimentazzjoni sħiħa fi tmiem is-sena.

Fond ta’ Koeżjoni: id-differenza kurrenti mill-previżjoni (-400m €) għandha titnaqqas wara klejms għal ħlasijiet li waslu dan l-aħħar mill-Greċja. B’mod ġenerali, tliet pajjiżi (il-Polonja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka) bħalissa jinsabu lura b’mod sinifikanti mill-previżjonijiet tagħhom stess. Fil-każ tal-Polonja, talbiet għal ħlasijiet għall-Fond ta’ Koeżjoni hemm it-tendenza li jiġu sottomessi lejn tmiem is-sena. Is-sena 2007 taqa’ fi ħdan dan il-mudell, u l-klejms għal ħlasijiet huma mistennija li jaslu minn Settembru ‘l quddiem. Għall-Ungerija, organizzazzjoni mill-ġdid ta’ l-istruttura implimentattiva tas-settur tat-trasport jista’ jkun li sfat f’tidwim tat-talbiet għal ħlasijiet. Fl-aħħarnett, il-Ministeru tat-Trasport tar-Repubblika Ċeka kellu problemi maġġuri sabiex jadatta ruħhu għal bidla fis-sistema tal-flussi finanzjarji fil-pajjiż, u għaldaqstant ebda talba għal ħlasijiet għadha ma ntbagħtet din is-sena għal proġetti tat-trasport għall-Fond ta’ Koeżjoni. Id-DĠ REGIO f’dan l-istadju għadu jistenna implimentazzjoni sħiħa fi tmiem is-sena.

ESF: l-implimentazzjoni ġenerali hija xi ftit jew wisq bi qbil mal-previżjoni, bil-ESF li jaqa’ fi ħdan l-1 Għan (+ 129m €) xi ftit ‘il fuq mill-previżjoni u l-ESF li jaqa’ fi ħdan it-3 Għan (-166m €) xi ftit ‘l isfel mill-previżjoni. Dan ta’ l-aħħar jirriżulta b’mod parzjali minn ħlasijiet imblukkati b’rabta ma’ l-Olanda, li qiegħda tistenna r-riżultati tal-kontrolli tal-verifiki nazzjonali wara verifika negattiva mill-Kummissjoni. Id-DĠ EMPL iqis li għadu kmieni wisq sabiex jitnisslu konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ tmiem is-sena.

Żvilupp rurali: b’rabta ma’ l-EAGGF/Gwida, il-kwistjoni ewlenija tal-ħlasijiet hija marbuta mal-programmi li jaqgħu fi ħdan l-1 Għan tal-25 Stat Membru ta’ l-UE (- 235m €). Il-linja ta’ l-EAGGF/Garanzija għall-10 Stati Membri ta’ l-UE bħalissa tinsab b’mod sinifikanti ‘l quddiem b’rabta mal-previżjoni (+485m €), l-iktar minħabba l-fatt li klejm importanti għal ħlasijiet mill-Polonja waslet qabel kien mistenni. Id-DĠ AGRI f’dan l-istadju jistenna implimentazzjoni sħiħa fi tmiem is-sena għall-approprjazzjonijiet għall-iżvilupp rurali.

5.        Implimentazzjoni mill-10 Stati Membri ta’ l-UE – L-allokazzjoni ta’ Kopenħagen

Skond il-Kummissjoni (tagħrif riċenti dwar Avviż ta’ Tbassir tal-Baġit mill-Baġit DB (Abbozz tal-Baġit)) l-avvjament tal-programmi ġodda marbutin ma’ l-interventi strutturali għadu ma ġiex implimentat b’mod sħiħ. Il-Kummissjoni dan l-aħħar għamlet xebh mal-fażi ta’ avvjament tal-programmi bejn l-2000 u l-2006.

L-avvjament tal-programmi ġodda ta’ Interventi Strutturali jiddependi b’mod essenzjali fuq is-sottomissjoni fil-ħin mill-Istati Membri ta’ programmi operattivi ta’ kwalità tajba, u l-adozzjoni sussegwenti tagħhom mill-Kummissjoni.

Għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) u l-Fond Soċjali Ewropew (ESF) taħt l-Intestatura IB (Koeżjoni), il-proċess ta’ negozjar ta’ programmi ġodda bħalissa jinsab għaddej minn fażi ta’ żvilupp intensiv.

· Diġà saru xi impenji kemm għall-ERDF kif ukoll għall-ESF bil-quddiem b’rabta ma’ l-iskeda. Il-biċċa l-kbira tal-programmi operattivi hija mistennija li tiġi adottata f’Settembru u f’Ottubru, u għaldaqstant għandu jkun hemm biżżejjed żmien sabiex isiru l-ħlasijiet korrispondenti bil-quddiem qabel tmiem is-sena kif ippjanat. Madankollu, ir-riskji huma li l-programmi ma jkunux sodisfaċenti (f’termini ta’ kontenut) u li jkunu jeħtieġu li jiġu rreveduti, u għaldaqstant dan iwassal għal dewmien.

· Kif imqabbel mas-sena 2000, l-avvjament ta’ programmi ġodda, minkejja dan, għandu jkun iktar mingħajr xkiel, minħabba li r-Regolamenti kollha kienu fis-seħħ fl-2006 (kif imqabbel l-iktar mar-Regolament b’rabta mat-2 Għan mill-2000 sa l-2006, li ġie adottat biss tard fl-2000). Barra minn hekk, il-Fond ta’ Koeżjoni issa huwa pprogrammat flimkien mal-Fondi Strutturali, hekk kif proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni jkunu inkorporati fil-programmi operattivi. Dan jippermetti għal impenji iktar bikrin (u għal ħlasijiet bil-quddiem).

B’rabta mal-Fond Rurali (EAFRD) u mal-Fond Ewropew tas-Sajd (EFF) taħt l-Intestatura 2 (Riżorsi Naturali), l-istampa hija bħalissa kif ġej:

Id-DĠ AGRI irċieva programmi għal parti mill-pakkett għall-perijodu, u l-ewwel programmi kienu mistennija li jiġu adottati f’Ġunju. Madankollu, skond l-informazzjoni li rċievew ir-rapporteurs tagħkom, mil-94 programm mistenni, żewġ programmi biss ġew approvati s'issa. Din hija prestazzjoni fqira ħafna meta wieħed jikkunsidra li l-politika għall-iżvilupp rurali hi waħda mill-prijoritajiet meta jiġu ttrattati operazzjonijiet strutturali fi ħdan il-prospettivi finanzjarji l-ġodda. Barra minn hekk, xi Stati Membri għadhom ma bagħtux il-programi tagħhom sabiex jiġu approvati. Il-mod ta’ kif huma l-affarijiet bħalissa m'humwiex aċċettabbli peress li l-perjodu ta’ l-ipprogrammar beda tmien xhur ilu (ara l-Istqarrija Konġunta tal-Kunsill u tal-parlament li kien sar qbil dwarha fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tat-13 ta’ Lulju 2007 – skond din id-dikjarazzjoni, il-PE ser jimmoniterja b’mod rigoruż l-approvazzjoni ta’ programmi operattivi).

Fil-qafas dwar ir-riforma tal-CAP, il-ħlasijiet diretti kienu mmodifikati sabiex ikun hemm aktar flus għall-iżvilupp rurali. Dan il-proġett għandu jiġi implimentat kemm jista’ jkun malajr. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni għandha responsabilità ċara sabiex l-implimentazzjoni tal-politika għall-iżvilupp rurali ssir fil-ħin u mingħajr intoppi.

· EFF: Id-DĠ FISH jirrimarka li hemm riskju li l-programmi operattivi (wieħed għal kull Stat Membru) ser jiddewmu għal xi Stati Membri. Għall-kuntrarju tal-Fondi Strutturali l-oħrajn, ir-Regolament ta’ l-EFF ma jimponix skadenzi għat-tressiq ta’ programmi operattivi. Sal-ġurnata tal-lum, xi ftit Stati Membri biss ressqu il-programmi operattivi tagħhom, għal ammonti relattivament żgħar meta mqabblin mal-pakkett kollu ta’ l-EFF. Id-DĠ FISH jistenna li programmi operattivi jkunu tressqu sa tmiem Lulju mill-iktar. Sa nofs Settembru il-qagħda kurrenti għandha tipprovdi stampa aħjar tar-riskji possibbli.

6.        6. Previżjonijiet tal-ħlasijiet ta’ l-Istati Membri għall-2008

Il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri sabiex jipprovdu l-previżjonijiet tal-ħlasijiet għall-2008 sat-30 ta’ April 2007. COBU (Kumitat għall-Baġit) talab għal dan it-tagħrif minħabba li se jkun kruċjali għall-proċedura baġitarja ta’ l-2008 b’rabta mal-livell tal-ħlasijiet. Bosta Stati Membri pprovdew it-tagħrif tard; oħrajn għad iridu jipprovdu l-previżjonijiet għal bosta programmi. Bħala konsegwenza ta’ dan, f’dan l-istadju l-Kummissjoni għadha m’hijiex f’pożizzjoni sabiex tagħti fehma kkonsolidata tal-previżjonijiet. B’mod partikolari, għadu m’huwiex possibbli li jsir sommarju tal-previżjoni għall-programmi l-ġodda bejn l-2007 u l-2013. Għall-programmi bejn l-2000 u l-2006, is-sitwazzjoni hija xi ftit aħjar minħabba l-fatt li kien ipprovdut u vverifikat 85% tal-previżjoni għall-programmi tal-Fondi Strutturali, għalkemm intbagħtu 50% biss tal-previżjonijiet għall-programmi INTERREG. Għall-proġetti ta’ qabel l-2007 tal-Fond ta’ Koeżjoni, m’hemmx tagħrif b’rabta ma’ 3 Stati Membri.

Madankollu, il-Kummissjoni setgħet tagħti fehma kkonsolidata tat-tagħrif li wasal u li ġie vverifikat s’issa, fuq il-bażi tas-suppożizzjonijiet li ġejjin:

•          Għall-programmi bejn l-2007 u l-2013, il-Kummissjoni tissoponi li l-previżjonijiet huma ekwivalenti għall-PDB (Abbozz tal-Baġit Preliminari)

•          Għall-programmi u l-proġetti tal-perijodu bejn l-2000 u l-2006, il-Kummissjoni tissoponi li l-previżjonijiet neqsin huma ekwivalenti għall-previżjonijiet ipprovduti għall-klejms għal ħlasijiet ta’ l-2006.

Skond dawn is-suppożizzjonijiet, il-Kummissjoni tippreżenta xebh tal-previżjonijiet tal-ħlasijiet ta’ l-Istati Membri għall-2008 mal-PDB ta’ l-2008 fit-tabella 20 t’hawn taħt:

Sors: Kummissjoni Ewropea

Il-previżjonijiet tal-ħlasijiet ta’ l-Istati Membri, ikkalkulati kif jidher hawnfuq, jaqbżu l-PDB bi 30% jew kważi bi EUR 13-il biljun. Sabiex dan jitqiegħed f’kuntest, wieħed għandu jinnota li l-previżjonijiet kienu b’mod tipiku ottimistiċi wisq, billi qabżu l-eżekuzzjoni attwali b’iktar minn 20%. Fl-2006, il-previżjonijiet issopravvalutaw l-eżekuzzjoni bi 33% jew EUR 9.6 biljun. Skond il-Kummissjoni, l-iżbalji ta’ l-istimi impliċiti fil-previżjonijiet ta’ l-Istati Membri dejjem kienu ‘l fuq minn EUR 6 biljun.

Għandu jkun ukoll enfasizzat il-fatt li, f’Diċembru 2006, kien hemm nuqqas f’termini ta’ approprjazzjonijiet għal ħlasijiet għall-Fondi Strutturali li ammonta għal 500 miljun.

7.        Konklużjonijiet – IŻ-ŻMIEN HUWA PREZZJUŻ!

Għandhom jitwettqu l-istadji urġenti u immedjati li ġejjin sabiex ikun evitat iktar dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi bejn l-2007 u l-2013 u sabiex tkun evitata kemm jista’ jkun possibbli t-tennija tal-problemi mġarrbin bil-programmi bejn l-2000 u l-2006:

1.)       L-iktar stadji urġenti li jmiss li jitwettqu se jkunu b’mod ċar il-finalizzazzjoni ta’ programmi operattivi. Nhar is-17 ta’ Awwissu, mhux iktar minn 61 minn 314-il programm operattiv għall-ERDF u għall-Fond ta’ Koeżjoni ma kien adottat, u l-adozzjoni tal-biċċa l-kbira tagħhom mill-Kummissjoni kienet għadha ma seħħitx (ara t-tabella 8 hawn taħt). Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-programmi ta’ żvilupp rurali peress li huwa ċar li dawn qed jibqgħu lura.

Pass importanti 'l quddiem f'din id-direzzjoni kien l-adozzjoni ta' l-ISTQARRIJA KONĠUNTA li ġejja tal-Kunsill u tal-Parlament li sar ftehim dwarha fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni nhar it-13 ta’ Lulju 2007:

Il-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni u l-programmi għall-Iżvilupp Rurali bejn l-2007 u l-2013

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jagħtu l-akbar importanza lill-approvazzjoni rapida mill-Kummissjoni tal-programmi u l-proġetti operattivi ppreżentati mill-Istati Membri frabta mal-programmi ġodda tal-Fondi Strutturali u ta Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013, kif ukoll għall-programmi ffinanzjati skond l-iżvilupp rurali. Biex tkun evitata l-esperjenza tal-passat matul il-bidu tal-perjodu ta’ l-ipprogrammar 2000-2006, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jwettqu monitorjar b’mod aktar rigoruż u fuq bażi regolari tal-proċess ta’ approvazzjoni tal-programmi u l-proġetti operattivi bil-għan li tinkiseb aktar effiċjenza u amministrazzjoni aħjar. Għan dan il-għan, il-Kummissjoni hija mitluba sabiex tkompli tipprovdi bmod regolari għodod speċifiċi ta l-immonitorjar, inkluża flow chart, matul il-proċedura baġitarja.”

Fi ħdan il-qafas tal-proċedura baġitrarja 2008, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-adozzjoni ta’ programmi u għat-tnaqqis ta’ l-RAL.

2.)       Il-ftit Oqfsa Nazzjonali Strateġiċi ta’ Referenza (NSRF) li baqa’ għandhom ikun lesti u jiġu deċiżi kemm jista’ jkun malajr b’mod urġenti ħafna.

3.)       Jeħtieġ li jsir progress sinifikanti b’rabta mal-ħlasijiet ta’ l-RAL: kif imfisser hawnfuq, l-RAL għall-Fondi Strutturali kienu kważi ta’ EUR 78 biljun (!) sa tmiem l-2006. Dan huwa sewwa sew ammont impressjonanti meta mqabbel mal-fatt li l-ħlasijiet kollha fil-PDB għall-2008 jammontaw għal 121 biljun.

Barra minn hekk, ir-rapporteurs m’humiex ta’ l-istess fehma b’rabta mas-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li l-RAL li jammontaw għal sentejn ta’ impenji jistgħu jitqiesu bħala “normali”.

4.)       Id-dewmien wera għal darba oħra li l-proċedura kurrenti tieħu wisq żmien u hija ddettaljata żżejjed. Irid jiġi eżaminat u żviluppat mod aħjar ta' eżekuzzjoni tal-politika strutturali, ibbażat fuq diviżjoni ċara tar-responsabiltajiet u fuq ir-rispett tal-kompetenzi bejn l-UE u l-Istati Membri.

Tabella 9: Impenji u ħlasijiet mill-2000 sa l-2006 skond kull Stat Membru, il-programmi kollha (f’miljun €)

Tabella 10: Impenji li għadhom ma tħallsux fi tmiem l-2006 mill-perijodu ta’ l-ipprogrammar bejn l-2000 u l-2006 skond kull Stat Membru (f’miljun €)

Tabella 11: Allokazzjoni mill-Fondi Strutturali għall-10 Stati Membri ta’ l-UE għall-perijodu bejn l-2004 u l-2006, analiżi statistika skond kull Stat Membru (esklużi INTERREG, għajnuna teknika u azzjonijiet innovattivi li ma jistgħux ikunu attribwiti lil Stat Membru individwali)

Tabella 12: Il-ħlasijiet totali fi tmiem l-2005 u l-ħlasijiet ġodda fl-2006 mill-10 Stati Membri ta’ l-UE (programmi ta’ xejra dominanti u l-Inizjattiva tal-Komunità EQUAL) imqabblin ma’ l-allokazzjoni nazzjonali disponibbli għall-perijodu bejn l-2004 u l-2006

Il-ħlasijiet kollha li saru fl-2006 għall-programmi ta’ l-UE-10 kienu ħlasijiet interim, minħabba li l-ħlasijiet kollha akkont saru bejn l-2004 u l-2005.

Dokument ta' ħidma dwar il-gruppi ta' monitorjar

Introduzzjoni

1. Matul il-proċedura baġitarja ta’ l-2007, il-kwistjoni ta’ mmonitorjar u ta’ implimentazzjoni kif suppost tal-baġit, kemm f’termini kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi, kienet il-bażi ta’ l-istrateġija adottata. Din kienet riflessa wkoll mill-adozzjoni ta’ l-Istqarrija Konġunta sabiex tkun żgurata implimentazzjoni tal-baġit kif suppost fil-Konċiljazzjoni ta’ Novembru (l-Anness 1).

2. Matul l-2007, l-approwċ tal-Kumitat għall-Baġit lejn użu aħjar tal-fondi pubbliċi u l-iskrutinju ta’ l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tal-programmi ġie integrat mingħajr ebda xkiel fil-proċedura ta’ l-2008 bħala punt fokali fuq ibbaġitjar u mmaniġġjar ċari bbażati fuq l-attività bħala element ewlieni sabiex jinkisbu riżultati aħjar.

3. Mezz wieħed importanti sabiex issir analiżi baġitarja aħjar tal-programmi ta’ l-UE, u sabiex tkun żgurata implimentazzjoni aħjar (f’koperazzjoni kemm mal-kumitati speċjalizzati kif ukoll mal-Kummissjoni), huwa l-hekk imsejħin “Gruppi għall-Immonitorjar”. Wara bosta diskussjonijiet fil-laqgħat tal-koordinaturi tal-Kumitat għall-Baġit, ġie deċiż nhar is-7 ta’ Mejju 2007 li għadd minnhom għandu jiġi organizzat fl-2007 (ara l-Anness 2 għal lista ta’ dawn id-diskussjonijiet kif ukoll għal sommarju tar-riżultati tagħhom). Ta' min ifakkar li Grupp għall-Immonitorjar, b’mod essenzjali, huwa “seduta ta’ smigħ fil-qosor dwar kwistjonijiet baġitarji” organizzata b’mod relattivament informali, li tistieden lill-kumitati speċjalizzati kkonċernati, u li tirrikorri għall-kompetenza u l-koperazzjoni tal-Kummissjoni.

4. Fl-istess laqgħa, il-koordinaturi approvaw ukoll approwċ komuni għall-metodoloġija, għall-għamla u għad-dokumentazzjoni li jistgħu jintużaw għal laqgħat bħal dawn. Dan kien jinkludi, b’mod notevoli, l-esiġenza li jkunu involuti mill-qrib kumitati speċjalizzati u, ukoll, li tittieħed l-opportunità li jiġu eżaminati (marbutin) aspetti tal-baġit li qiegħed jiġi implimentat (is-sena N) u tal-proċedura baġitarja li qiegħda sseħħ bħalissa (is-sena N+1).

5. Sabiex jingħaqdu flimkien l-aspetti kemm tal-baġit n kif ukoll tal-baġit n+1, iż-żmien għal dawn il-laqgħat normalment ikun bejn Mejju u Lulju, u possibilment jestendi għal Settembru, jiġifieri meta l-PDB (Abbozz Preliminari tal-Baġit) ikun disponibbli u qabel l-1 qari tal-PE. Bi żmien bħal dan għad-dispożizzjoni tagħhom, il-Gruppi jkunu jistgħu wkoll iqisu u jeżaminaw, jekk il-membri jkunu jixtiequ jagħmlu dan, ċerti dokumenti ta’ ħidma ppreżentati mal-PDB (jiġifieri Stqarrijiet ta’ l-Attività fi ħdan il-qafas ta’ l-ABB (Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività)) u, ukoll, elementi/oqsma inklużi fin-nota tal-BFA (Avviż ta’ Tbassir tal-Baġit) tal-Kummissjoni.

6. Is-suġġetti ġenerali u l-programmi/l-oqsma speċifiċi li għandhom jiġu eżaminati kienu suġġetti għal deċiżjoni speċifika mill-Koordinaturi. F’termini operattivi iktar iddettaljati, dawn is-suġġetti mbagħad ġew “iddelegati” lir-rapporteurs ġenerali li pproċedew bl-organizzazzjoni speċifika f’koperazzjoni mas-segretarjat.

7. S’issa (Lulju 2007), l-ewwel ħames Gruppi ġew organizzati filwaqt li fadal l-aħħar wieħed biss (il-Biedja) li għandu jseħħ f’Settembru.

8. Metodoloġija approvata mill-koordinaturi

Kull laqgħa tista’ bażikament tkopri żewġ partijiet, jiġifieri l-Implimentazzjoni ta l-2007 u l-Prospettivi għall-2008

Taħt dawk l-intestaturi, l-għan tad-diskussjonijiet jista’ jkun:

Ø L-effikaċja (l-għanijiet li qegħdin jiġu insegwiti qegħdin jinkisbu b’suċċess)?

Ø Il-Kummissjoni kif qiegħda timplimenta l-approprjazzjonijiet ta’ l-2007?

Ø X’inhu jiġi implimentat skond il-pjan?

Ø Liema huma l-oqsma problematiċi, l-iktar dawk identifikati bħala parti mill-BFA?

Ø L-effiċjenza (l-istruttura kurrenti hija l-iktar waħda effettiva f’termini ta’ valur għall-flus sabiex jinkisbu l-għanijiet politiċi stabbiliti?

Ø X’għandu jsir sabiex ikunu promossi l-komplementarjetà u s-sinerġiji ma’ programmi oħrajn għas-snin li ġejjin?

Ø Teżisti esiġenza għal koordinazzjoni aħjar ta’ l-istrumenti/tal-korpi kkonċernati?

Ø Kif jitqiesu l-prerogattivi tal-Parlament? Ukoll b’rabta ma’ kull PP/PAs u/jew rimarki adottati fil-baġit

Ø X’inhu jiġi propost fil-PDB u, l-iktar jekk issir talba sabiex isiru xi bidliet, kif dawn jiġu ġġustifikati? (orbot ma’ l-Istqarrijiet ta’ l-Attività ppreżentati mal-PDB)

Ø X’inhuma t-talbiet jew it-tħassib speċifiċi tal-kumitati speċjalizzati responsabbli?

L-esperjenzi li ġġarrbu s’issa u l-prospettivi b’rabta mal-ġejjieni:

L-eżami ta’ l-elementi kollha t’hawnfuq kien biċ-ċar ambizzjuż iżżejjed għal kwalunkwe laqgħa. Minflok, u b’mod utli ħafna, mistoqsijiet bil-miktub li jkopru xi oqsma ġew ippreżentati lill-Kummissjoni bħala “mistoqsijiet imressqin mill-PE” u servew kemm bħala gwida utli sabiex ilaħħmu d-diskussjoni kif ukoll bħala talba għal tagħrif speċifiku (bil-miktub ukoll).

Sabiex isir eżami iktar fil-fond ta’ l-oqsma t’hawnfuq, għandu jkun previst żmien itwal għat-tħejjija. Din is-sena, perijodi ta’ żminijiet estremament qosra ppermettew biss lir-rapporteurs ġenerali li jiżviluppaw is-sett ta’ mistoqsijiet tagħhom stess, billi rrikorrew għall-għajnuna teknika tas-segretarjat (inklużi wkoll segretarjati ta’ kumitati speċjalizzati).

Is-soluzzjoni forsi hi li din il-parti tat-tħejjija tibqa’ responsabiltà tar-rapporteurs ġenerali iżda, iktar importanti minn hekk, li l-gruppi jingħataw żmien itwal sabiex iħejjew il-mistoqsijiet u li jintbagħtu l-istediniet formali ħafna qabel wara li jittieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti mill-koordinaturi sabiex jiġu organizzati laqgħat bħal dawn.

Mistoqsija oħra li jixirqilha li tiġi kkunsidrata hija jekk il-laqgħat għandhomx jiżviluppaw iktar lejn eżami fil-fond ta’ l-aspetti ta’ l-ABB (ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività) u ta’ l-ABM (immaniġġjar ibbażat fuq l-attività) fuq il-bażi ta’ l-Istqarrijiet ta’ l-Attività li tipproduċi l-Kummissjoni?

Jew, b’mod alternattiv, jekk il-laqgħat għandhomx jinżammu iktar “flessibbli” u jkunu sempliċiment ibbażati fuq ċerti oqsma ta’ interess u/jew mistoqsijiet espressi mill-kumitati speċjalizzati u mill-gruppi politiċi fi ħdan il-Kumitat għall-Baġit innifsu. Dan l-approwċ, ovvjament, għandu l-vantaġġ li jkun iktar politiku u topiku iżda, mill-banda l-oħra, mhux neċessarjament jidħol ħafna fil-fond fid-dinja ta’ l-għanijiet ta’ l-ABB, ta’ indikaturi ta’ l-eżekuzzjoni, u tar-riżultati mkejlin. Xi wħud jistgħu jqisuh bħala vantaġġ iktar milli bħala żvantaġġ.

9. L-għamla approvata mill-koordinaturi

Il-laqgħat tal-gruppi għall-immonitorjar:

Ø għandhom isiru taħt il-gwida konġunta tal-rapporteurs ġenerali ta’ l-2007 u ta’ l-2008

Ø għandhom ikunu organizzati flimkien mal-kumitat speċjalizzat ikkonċernat (l-iktar billi jkun involut ir-rapporteur għal opinjoni tal-baġit).

Ø għandhom ikunu miftuħin għall-membri kollha tas-COBU (Kumitat għall-Baġit) li jinteressahom

Ø għandhom ikunu miftuħin ukoll għall-membri tas-COCOBU (Kumitat għall-Kontroll Baġitarju)

Ø għandhom idumu madwar sagħtejn

Ø għandhom normalment ikunu organizzati fi Brussell. (il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni...)

Ø m’għandhomx ikollhom is-servizzi ta’ interpretazzjoni (laqgħat informali m’humiex koperti mill-Kodiċi ta’ l-Imġiba dwar il-Multilingwiżmu). Għaldaqstant, il-proċeduri normalment isiru bl-Ingliż/bil-Franċiż.

Ø Il-Kummissjoni dejjem se tkun involuta. L-istediniet għandhom jintbagħtu kemm lid-DĠ BUDG kif ukoll lid-DĠ speċjalizzat ikkonċernat.

Ø Il-livell xieraq ta’ l-istedina jista’ jkun id-Direttur Ġenerali jew id-Direttur. Il-parteċipazzjoni fiha nnifisha titħalla f’idejn il-Kummissjoni stess hekk kif għarfien operattiv iddettaljat tal-programmi wera li hu prerekwiżit sabiex isiru laqgħat b’suċċess.

L-esperjenzi li ġġarrbu s’issa u l-prospettivi b’rabta mal-ġejjieni:

Il-proċedura kurrenti forsi kienet waħda eċċezzjonali minħabba l-fatt li għadd sinifikanti ta’ laqgħat (5) ġie organizzat fi żmien qasir ħafna. Għalkemm ir-rimarki ġenerali minn kumitati oħrajn jidhru pożittivi (apprezzament ċar tal-possibiltà li jitressqu mistoqsijiet speċifiċi ta’ interess lil ‘preżenza kkonċentrata ta’ uffiċjali ta’ livell għoli tal-Kummissjoni’ u li jkun hemm il-possibiltà li jinkiseb iktar tagħrif bil-miktub), l-affarijiet jistgħu jittejbu iktar billi jkun adottat kalendarju iktar flessibbli għas-snin li ġejjin.

Dan jista’ jippermetti wkoll li jsir titjib fil-materjal ta’ l-isfond ippreżentat ma’ kull grupp. Din is-sena, “karta tal-fatti” standardizzata ġiet ipprovduta mill-Kummissjoni Ewropea għas-suġġett ikkonċernat. Din kienet b’mod essenjali kopja ta’ Stqarrijiet ta’ l-Attività diġà eżistenti pprovduti flimkien mal-PDB.

Kellha l-mertu li l-Kummissjoni bdiet fir-realtà tgħin mill-qrib fit-tħejjija tal-materjal ta’ l-isfond għal din l-inizjattiva tal-Kumitat għall-Baġit. Kellha l-iżvantaġġ li tiġi pperċepita bħala teknika wisq (forsi kwistjoni ta’ preżentazzjoni) u, ukoll, li s-suġġett magħżul għal Grupp għall-Immonitorjar mhux neċessarjament ikun jikkorrispondi għal “Stqarrija ta’ l-Attività” ta’ l-ABB.

Il-livell ta’ parteċipazzjoni kien dak previst min-naħa tal-Kummissjoni, jiġifieri d-Direttur Ġenerali jew id-Direttur. Dan biċ-ċar ippermetta li jingħataw iktar tweġibiet rilevanti għal mistoqsijiet li minħabba n-natura tagħhom huma ta’ sikwit iktar politiċi milli tekniċi.

F’termini prattiċi u ta’ l-organizzazzjoni, siegħa jew siegħa u nofs irriżultaw bħala tul ta’ żmien xieraq għal-laqgħat sabiex id-dibattitu jinżamm iffukat.

Irriżultat bħala xi ħaġa utli ħafna li l-Kummissjoni tintroduċi kull suġġett b’tifsira ġenerali tas-“sitwazzjoni” kurrenti għalkemm, f’xi każijiet, dawn il-preżentazzjonijiet kienu xi ftit iddettaljati żżejjed u diffiċli sabiex ikunu segwiti minn “dawk li m'humiex esperti fis-suġġett”.

10. Id-dokumentazzjoni approvata mill-koordinaturi

Ø Nota ta' l-isfond (dejjem għandha titħejja tip ta' “aġenda annotata”

Ø Kif u meta neċessarju, “karti tal-fatti” tekniċi dwar programm/linja tal-baġit speċifiċi jistgħu jintużaw ukoll sabiex ikunu stabbiliti ċifri ta’ l-implimentazzjoni eċċ.

Ø Għandu jsir sommarju ta’ kull laqgħa, li jista’ jservi wkoll bħala “nota ta’ tfakkir” għal tkomplija possibbli fil-proċedura/fl-emendi bagitarji

L-esperjenzi li ġġarrbu s’issa u l-prospettivi b’rabta mal-ġejjieni:

Aġendi iktar speċifiċi/ikkonċentrati rriżultaw bħala l-iktar xierqa b'rabta ma' kull dibattitu/diskussjoni tal-Kummissjoni.

Dan jista’ jitqies sabiex jiġi żviluppat iktar il-materjal ta’ l-isfond għal gruppi bħal dawn.

Dan jista’ jsir possibilment permezz ta’ l-adattament tal-karti tal-fatti mħejjija mill-Kummissjoni. Bħalissa, m’hemmx daqstant valur miżjud fid-dokumenti mogħtija mill-Kummissjoni, għalkemm jintlaqgħu sew ħafna bħala għajnuna teknika pura.

Mod ieħor jista’ jkun sempliċiment li jingħata iktar żmien sabiex jiġu żviluppati l-mistoqsijiet.

It-tielet mod, li jista’ jiġi eżaminat mill-koordinaturi fuq bażi ta’ każ wara l-ieħor, jista’ jkun possibilment li tiġi ordnata nota ta’ tagħrif (interna jew esterna) dwar suġġett speċifiku.

L-iskeda mimlija sew s'issa ma ppermettitx li jitħejjew sommarji immedjati ta’ kull laqgħa. Xi wħud mir-riżultati ewlenin huma inklużi f’dan id-dokument ta’ ħidma għall-benefiċċju tal-membri kollha tal-kumitat. Ukoll, minħabba l-fatt li l-gruppi kollha huma mistiedna, kull parti ovvjament setgħet tqis u tieħu notamenti dwar it-tagħrif/it-tweġibiet li tikkunsidra bħala l-iktar utli.

Ukoll, f’każijiet varji, il-Kummissjoni ntalbet sabiex tissottometti tweġibiet u tagħrif bil-miktub. Dan irriżulta tassew utli u tagħrif bħal dan jiġi trasmess bil-posta wara l-laqgħat.

11. Konklużjonijiet Ġenerali:

Il-gruppi għall-immonitorjar urew li huma għodda utli ħafna matul il-proċedura baġitarja u l-approwċ iktar strutturat li ġie adottat issa, l-iktar b’rabta ma’ l-involviment miżjud tal-Kummissjoni fit-tħejjijiet, u b’rabta mal-koordinaturi f’termini li jkunu ddefiniti s-suġġetti, wera li huwa kostruttiv.

Ir-reazzjonijiet minn kumitati speċjalizzati u minn gruppi politiċi jidhru pożittivi b’mod ġenerali, bl-eċċezzjoni possibbli ta’ ppjanar strett iżżejjed u skadenzi qosra għall-istediniet.

Il-koperazzjoni ma’ kumitati oħrajn tista’ tissaħħaħ iktar iżda din hija marbuta wkoll maż-żmien disponibbli għat-tħejjija.

L-għadd ta’ laqgħat għandu jitnaqqas għal 3 jew 4 għal kull proċedura baġitarja sabiex ikun hemm iktar tħejjija u koperazzjoni fil-fond.

Ir-responsabiltà li jittieħdu deċiżjonijiet dwar is-suġġetti għandha tibqa’ marbuta mal-koordinaturi tal-gruppi politiċi, ibbażata fuq proposti mir-rapporteur(s) ġenerali. L-għażla tas-suġġetti għandha ssir kmieni matul is-sena (ix-xahar ta’ Mejju biċ-ċar kien tard wisq sabiex tittieħed deċiżjoni)

L-għamla u d-dokumentazzjoni għal-laqgħat intlaqgħu sew b’mod relattiv għalkemm, għal darb’oħra, iż-żmien qasir għat-tħejjijiet fl-2007 kien biċ-ċar ta’ żvantaġġ.

Għalkemm sezzjoni żgħira tat-“twissijiet” ta’ l-Avviż ta’ Tbassir tal-Baġit kienet dejjem inkluża fil-karta tal-fatti standardizzata, dan l-aspett/din ir-rabta jistgħu possibilment jissaħħu għas-snin li ġejjin f’dak li għandu x’jaqsam mas-sena N.

L-Anness 1.

Stqarrija konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni sabiex tkun żgurata implimentazzjoni xierqa tal-bagit (adottata fil-Konċiljazzjoni tal-Baġit ta’ Novembru 2006).

Fil-qafas tal-proċedura baġitarja, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jenfasizzaw l-esiġenza għal valur imtejjeb għall-flus fil-baġit ta’ l-UE u huma ta’ l-opinjoni li dan il-kunċett għandu jkun applikat fuq bażi permanenti. L-għan ta’ dan l-approwċ huwa li jevalwa u jeżamina l-aspetti kwantitattivi u kwalitattivi ta’ kull programm ta’ l-UE.

F’dan il-kuntest, l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ l-UE għandha ssir element maġġuri ta’ tħassib għall-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura baġitarja annwali.

Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jfakkru li Mmaniġġjar Ibbażat fuq l-Attività (ABM) ifisser li jkun ippreżentat stħarriġ integrat ta’ l-eżekuzzjoni u ta’ l-ispiża ta’ l-oqsma politiċi varji inklużi r-riżorsi kemm operattivi kif ukoll amministrattivi.

Iż-żewġ Istituzzjonijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri neċessarji b’rabta mat-titjib ta’ l-immonitorjar ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ proċess bl-użu tat-tagħrif kollu disponibbli minn Jannar 2007 li fih se jkunu involuti l-kumitati kollha tal-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew jimpenja ruħu li jagħmel użu aħjar mit-trasferimenti u mill-baġits li jemendaw bħala strumenti sabiex isir eżami bir-reqqa ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit matul is-sena b’rabta mal-prijoritajiet tal-Parlament u l-prerogattivi interistituzzjonali tiegħu.

Ir-riżultati ta’ dan il-proċess li qiegħed iseħħ bħalissa se jkunu suġġetti għal skambju ta’ opinjonijiet f’kull trijalogu previst fl-Anness II tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006.

Dan l-eżerċizzju għandu l-għan li jiżgura li l-politiki ffinanzjati mill-baġit ta’ l-UE jagħtu valur aħjar għall-flus liċ-ċittadini Ewropej u jwieġbu għall-isfidi li l-Unjoni Ewropea taffronta permezz ta’ l-aħjar allokazzjoni possibbli tal-fondi ta’ l-UE.

ANNESS 2

Il-Gruppi għall-Immonitorjar li ttieħdet deċiżjoni dwarhom għall-proċeduri ta’ l-2007/ta’ l-2008

Riċerka fil-qasam ta’ l-enerġija u tat-trasport

Politiki komuni dwar l-immigrazzjoni u l-ażil

Politika għall-Iżvilupp ta’ l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) u ta’ l-Istrument Ewropew għall-Viċinanzi

Tagħlim Tul il-Ħajja

Programm għall-Innovazzjoni (CIP – Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni)

Tħeġġiġ ta’ l-Intraprenditorija/tal-Kompetittività

Strateġija u koordinazzjoni tal-politika agrikola
L-istrumenti ta' l-Ambjent: NATURA 2000, Life +

Sommarju tar-riżfultati

Grupp għall-Immonitorjar tar-riċerka fil-qasam ta’ l-enerġija u tat-trasport

Fuq inizjattiva tal-membri preżenti, id-diskussjoni kienet għalkollox iffukata fuq il-kwistjoni ta’ aġenziji, spejjeż amministrattivi u, ukoll, Galileo.

Il-Kummissjoni kienet irrappreżentata fuq livell ta’ Diretturi.

Iż-2 Aġenziji Eżekuttivi ġodda li l-Kummissjoni tipprevedi għall-implimentazzjoni ta’ l-FP7 (il-Programm Qafas 7) kienu ta’ tħassib għall-membri. Il-Kummissjoni kellha tfisser l-għaliex ma tistax tieħu ħsieb hi stess din l-implimentazzjoni. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni ħabbru li se jkunu ppreżentati studju xieraq ta’ l-impatt u analiżi ta’ l-ispejjeż/tal-benefiċċji. Il-membri fakkru lill-Kummissjoni li l-FP6 (il-Programm Qafas 6) jista’ jiġi implimentat mill-Kummissjoni mingħajr l-għajnuna ta’ ebda Aġenzija Eżekuttiva.

Dwar Galileo, il-Kummissjoni ammettiet li ebda CA (Approprjazzjonijiet f’Impenji) ma jistgħu jintefqu għall-fażi operattiva sakemm ma tiġix adottata l-bażi legali (l-1 qari għadu pendenti fil-Kunsill). Kienet ħaġa interessanti wkoll li wieħed jisma’ li madwar 40 miljun fis-sena mill-baġit tar-riċerka (l-iktar l-FP7 (il-Programm Qafas 7)) jintefqu għall-iżvilupp ta’ Galileo.

Il-Kummissjoni kkonfermat li, wara r-riżultat tan-negozjati dwar il-prospettivi finanzjarji, li kienu jinkludu tnaqqis ta’ l-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura 1a mqabbel ma’ l-hekk imsejjaħ “il-pakkett ta’ Prodi”, l-ambitu ta’ bosta proġetti ta’ riċerka li kienu previsti kellu jitnaqqas jew inkella jista’ jitwettaq biss iktar tard.

Il-membri ssuġġerew li l-ispiża amministrattiva ġenerali tar-riċerka għandha tkun inkluża fl-istqarrija ta’ l-attività sabiex tittejjeb it-trasparenza.

Ħareġ ukoll biċ-ċar li s’issa m’hemm ebda indikazzjoni dwar l-eżekuzzjoni ta’ l-FP7 (il-Programm Qafas 7) mill-baġit ta’ l-2007. Skond il-Kummissjoni, l-implimentazzjoni/il-konklużjoni ta’ l-FP5 (il-Programm Qafas 5) kienet bi qbil mal-previżjoni. Madankollu, kien hemm dewmien (minn xahar sa xahrejn b’lura mill-iskeda) b’rabta ma’ l-FP6 (il-Programm Qafas 6) minħabba problemi interni fl-organizzazzjoni u mobiltà mhux prevista ta’ l-istaff.

Grupp għall-Immonitorjar tal-politiki ta' l-immigrazzjoni u l-ażil

Il-Kummissjoni fissret is-sitwazzjoni b’rabta mat-tliet Fondi ta’ l-UE f’dan il-qasam, kollha mmaniġġjati taħt il-prinċipju komuni ta’ l-immaniġġjar. Il-linji gwida strateġiċi kienu qegħdin jiġu żviluppati u, sussegwentement, l-Istati Membri kellhom jistabbilixxu l-proġetti fuq il-bażi ta’ programm Plurijennali.

Madankollu, dan il-proċess ma kienx lest għalkollox, u kien hemm riskju serju li jkun hemm użu mhux biżżejjed konsiderevoli tal-ħlasijiet fl-2007. Għall-Fond il-ġdid ta’ Integrazzjoni, ma kien se jsir ebda ħlas fl-2007. Il-bażi legali għal dan il-Fond kienet għadha ma twettqitx (ir-riserva tar-Renju Unit għad trid titressaq fil-Kunsill).

Wara li tressqu l-mistoqsijiet mill-MEPs (Membri tal-Parlament Ewropew) b’rabta man-Netwerk Ewropew ta’ l-Emigrazzjoni, il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib tagħha li ma teżisti ebda bażi legali u stqarret li għandha tipproponi waħda. Sfortunatament, jista’ jkun hemm distakk bejn netwerks eżistenti u ż-żmien li fih bażi legali ġdida titqiegħed fis-seħħ.

Dwar Frontex, il-Kummissjoni wieġbet li tassew identifikat “esiġenzi” ġodda għall-baġit ta’ l-2007 u li proposta għal baġit irrevedut kienet qiegħda titqies bħalissa mill-Bord għall-Immaniġġjar. Ma ħariġx għal kollox biċ-ċar kif “esiġenzi” ġodda bħal dawn setgħu jiġu tradotti f’azzjoni possibbli (emenda tal-baġit? trasferimenti?). Għall-2008, l-aġenzija Frontex xorta waħda mhux se jkollha l-ħila li tiżgura azzjonijiet permanenti għall-kontroll tal-fruntieri ta’ l-ibħra u l-President Barroso qal f’Malta li l-Kummissjoni qiegħda tqis azzjonijiet oħrajn. Il-membri stqarru li l-Kummissjoni tesiġi li tesprimi ruħha b’mod ċar ħafna dwar Frontex.

Dwar SIS II (Sistema ta’ Tagħrif ta’ Schengen II), il-Kummissjoni stqarret li l-għan kien li titwaqqaf u tibda titħaddem sa Diċembru 2008 (l-MS (l-Istati Membri) u l-Kummissjoni bħalissa qegħdin jagħmlu użu minn sistema konnettiva). Hemm tliet fażijiet: l-iżvilupp, l-istat provviżorju tat-tħaddim b’rabta ma’ l-immaniġġjar (Franza+l-Awstrija?) u l-istat finali tat-tħaddim b’rabta ma’ l-immaniġġjar.

Dwar il-VIS (Sistema ta’ Tagħrif dwar il-Viżi), l-għan kien li titlesta sa l-ewwel semestru ta’ l-2009.

Grupp għall-Immonitorjar tas-CIP u tal-kompetittività

Il-Kummissjoni kienet irrappreżentata fuq livell ta’ Diretturi mill-4 DĠs ewlenin involuti tal-Kummissjoni li huma Enterprise, Infso, Tren, Ecfin – flimkien ma’ l-uffiċjali ta’ appoġġ f’kull każ sabiex ikunu koperti kwistjonijiet iktar iddettaljati mill-membri matul id-diskussjoni.

- Il-preżentazzjoni inizjali tal-Kummissjoni tat tifsira ġenerali tajba dwar l-oqsma ewlenin tal-programm (u kienet marbuta sew mad-dokumentazzjoni mehmuża pprovduta mill-Kummissjoni):

- programm għall-intrapriżi u l-innovazzjoni u titjib ta’ l-ambjent finanzjarju għall-SMEs (Intrapriżi Żgħar u Medji);

- programm għall-enerġija użata b’mod effiċjenti;

- programm ta’ appoġġ għall-ICT (Teknoloġija ta’ l-Informatika u tal-Komunikazzjoni)

Sommarju/riżultati

- Id-diskussjonijiet mal-membri ffukaw ħafna fuq ir-riżorsi amministrattivi reali meħtieġa sabiex ikunu mmaniġġjati dawn il-programmi u b’mod partikolari l-ammonti li ma kenux viżibbli b’mod dirett fil-baġit jew fl-Intestatura 5, permezz tal-linji "01 04", jew permezz ta’ aġenziji eżekuttivi.

- B’rabta mas-self lill-SMEs li sar mill-EIF (Fond Ewropew ta’ l-Investiment) f’isem il-Kummissjoni, kien hemm diskussjoni estensiva dwar linji ta’ responsabiltà u ta’ kontabilità u dwar il-perċentwal tan-nefqa operattiva mħallsa lill-EIF. Il-Kummissjoni kellha l-ħila li tipprovdi tweġibiet orali ddettaljati dwar il-linji tal-kontabilità.

- Dwar in-nefqa operattiva użata għall-amministrazzjoni, il-Kummissjoni indikat li filwaqt li taħt il-programm MAP (Programm Plurijennali) preċedenti l-EIF ħa onorarju ta’ 9% tan-nefqa operattiva għall-attivitajiet ta’ self tiegħu, taħt il-programm tas-CIP il-perċentwal kien ta’ madwar 6%.   Dawn l-ammonti kienu madankollu addizzjonali għall-ispejjeż amministrattivi mistqarra fid-dokumentazzjoni mehmuża pprovduta mill-Kummissjoni għall-programm tas-CIP kollu. Il-Kummissjoni qalet li għandha tipprovdi tagħrif iktar preċiż bil-miktub dwar din il-kwistjoni.

- Il-membri ċċitaw ukoll tħassib dwar it-tkomplija tas-self lill-SMEs matul il-transizzjoni mill-MAP għas-CIP. Il-Kummissjoni indikat li se jkun hemm spazju ta’ żmien qasir mingħajr ebda finanzjament fis-sajf ta’ l-2007.

- Saret diskussjoni qasira dwar il-firxa li fiha l-fondi tas-CIP jistgħu jintużaw sabiex jikkontribwixxu għall-proġett ta’ l-EIT (Istitut Ewropew tat-Teknoloġija) propost mill-Kummissjoni, iżda li għadu ma mtlaħaqx ftehim dwaru mill-Kunsill u mill-Parlament. L-uffiċjali preżenti tal-Kummissjoni ħasbu li r-riżorsi previsti għall-programm tas-CIP kienu diġà kemmxejn stretti.

Grupp għall-Immonitorjar ta’ l-EIDHR, il-Politika dwar il-Viċinanzi u l-Iżvilupp

Dan il-Grupp għall-Immonitorjar ikkonċentra kważi b’mod esklussiv fuq il-lista għalkollox estensiva ta’ mistoqsijiet li ntbagħtu lill-Kummissjoni bil-quddiem u, b’dan il-mod, kien forsi xi ftit differenti mill-gruppi l-oħrajn.

Il-Kummissjoni kienet irrappreżentata fuq il-livell ta’ Direttur Ġenerali (Aidco) u ta’ Diretturi (Relex u Deve), u dan kien fattur pożittiv.

Minħabba l-ambitu wiesa’ ta’ din il-laqgħa partikolari, il-Kummissjoni ntalbet sabiex tipprovdi t-tweġibiet kollha bil-miktub ukoll sabiex ikun disponibbli reġistru ċar ta’ skambju li kien utli u interessanti ħafna. Il-biċċa l-kbira tat-tweġibiet formali bil-miktub waslu madwar xahar wara l-laqgħa. Il-Kummissjoni ħadet ħafna xogħol (u, preżumibilment, iddedikat ħafna ħsieb) fit-tħejjjija tagħhom. It-tweġibiet għal xi wħud mill-iktar mistoqsijiet sensittivi li tressqu (dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem) għadhom pendenti.

Grupp għall-Immonitorjar tal-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja

Il-Kummissjoni pprovdiet sommarju tal-programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja, ta’ l-għanijiet u tal-miri ewlenin tiegħu għall-eżerċizzju baġitarju għall-2008.

Il-PDB ta’ l-2008 ppropona total ta’ EUR 1 008 693 miljun f’impenji u EUR 1 017 092 miljun fi ħlasijiet għal dan il-Programm integrat ta’ azzjoni. Meta mqabbel mal-baġit ta’ l-2007, dan jirrappreżenta żieda ta’ 8.8% f’impenji u ta’ 19.2% fi ħlasijiet.

L-iktar strument finanzjarju sinifikanti għal intervent tal-Komunità huwa l-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja li jiġbor fih l-attivitajiet appoġġjati qabel mill-programmi Socrates, Leonardo da Vinci u tat-Tagħlim elettroniku.

L-iktar żieda sinifikanti fin-nefqa f’dan il-qasam ta’ l-attività ġiet proposta għall-programm Erasmus Mundus; bi 63, 5% f’CA (Approprjazzjonijiet għal Impenji) u b’70, 9% f’PA (Approprjazzjonijiet għal Ħlasijiet).

L-implimentazzjoni tal-programmi taqa’ taħt ir-responsabiltà tad-DĠ EAC tal-Kummissjoni u tat-3 Aġenziji:

- iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOR)

- il-Fondazzjoni Ewropea tat-Taħriġ u

- l-Istitut Ewropew propost tat-Teknoloġija.

Bħalissa, il-Kummissjoni ma setgħetx tipprovdi ħafna tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-baġit minħabba l-fatt li l-bażi legali ġiet adottata biss f’Diċembru 2006. Il-Kummissjoni fissret li, minħabba l-fatt li l-2008 hija s-sena li fiha se jintemmew programmi qodma u li fiha se jingħataw bidu programmi ġodda, jista’ jkun li jkun hemm xi diffikultajiet. L-approwċ integrat għall-azzjonijiet u l-mod imħallat ta’ l-implimentazzjoni jistgħu jipprevienu l-implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-baġit fl-2007.

Xi kawżi oħrajn ta’ dewmien potenzjali kienu identifikati mill-Kummissjoni: approvazzjoni tal-programmi ta’ ħidma, li jkun stabbilit l-inqas rekwiżit fil-programm ta’ ħidma, il-ħatra ta’ l-awtoritajiet nazzjonali għall-Aġenziji Nazzjonali, simplifikazzjoni tar-relazzjonijiet ma’ Aġenziji Nazzjonali, DAS (Stqarrija ta’ l-Assigurazzjoni), l-amalgamazzjoni ta’ ftit Aġenziji preċedenti f’Aġenzija waħda, eċċ.

Iktar minn 80% tal-baġit jiġi esegwit mill-Aġenziji Nazzjonali. Inbdiet sħubija li tiġbor fiha tliet partijiet: il-Kummissjoni – l-Aġenziji Eżekuttivi – l-Aġenziji Nazzjonali. Sabiex jinkisbu implimentazzjoni aħjar u verifika ex ante, l-Aġenziji Nazzjonali ngħataw parir dwar l-obbligu li jipprovdu d-DAS (Stqarrija ta’ l-assigurazzjoni għall-finanzjament mill-UE).

L-MEPs preżenti fil-laqgħa qajmu mistoqsijiet l-iktar dwar:

ü l-eżekuzzjoni tal-programmi u kif il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li ttejjeb l-implimentazzjoni b’mod aħjar

ü Aġenziji Eżekuttivi u Nazzjonali u l-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet tagħhom mill-Kummissjoni

ü id-DAS

ü il-benefiċjarji

Ir-rapporteur fakkar li wara l-adozzjoni ta’ l-IIA (Ftehim Interistituzzjonali) il-ġdid u l-MFF (Qafas Finanzjarju Plurijennali) 2007-2013, żieda sinifikanti ta’ approprjazzjonijiet bi EUR 800 miljun nkisbet mill-PE fuq il-proposta inizjali u talab għal spjegazzjoni iktar fil-fond dwar kif il-Kummissjoni qiegħda timmaniġġja din iż-żieda.

Il-Kummissjoni enfasizzat il-fatt li mingħajr dan l-ammont ma jkunx possibbli li jinbeda l-programm din is-sena. Barra minn hekk, finanzjament addizzjonali se jintuża sabiex ikun żgurat il-finanzjament ta’ għadd miżjud ta’ għotjiet, żieda fil-livell ta’ l-għotjiet, f’iktar pajjiżi.

6, 4% tan-nefqa tkopri l-ispejjeż amministrattivi għall-Aġenziji. Tagħrif iktar iddettaljat intalab mill-MEPs, b’mod partikolari dwar:

ü Aġenziji Eżekuttivi u Nazzjonali

ü Il-finanzjament li jirċievu (l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi)

ü Il-Konvenzjoni ffirmata mill-Kummissjoni ma’ l-Aġenziji Nazzjonali

Saret talba sabiex tagħrif iddettaljat bil-miktub dwar is-suġġetti li ġejjin ikun ipprovdut mill-Kummissjoni:

- Lista ta’ l-Aġenziji Nazzjonali inklużi l-post, il-finanzjament globali u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom;

- It-test tal-Konvenzjonijiet iffirmati mill-Aġenziji Nazzjonali

Dokument ta' ħidma dwar l-abbozz tal-baġit għall-2008 u r-riżultati tal-konċiljazzjoni tat-13 ta’ Lulju 2007

Introduzzjoni

1.     Il-Kunsill adotta l-ewwel qari tiegħu, l-abbozz tal-baġit (DB) 2008, fit-13 ta’ Lulju 2007 wara konċiljazzjoni mal-Parlament Ewropew. Dan id-dokument ta’ ħidma janalizza l-abbozz tal-baġit fi tliet taqsimiet ewlenin. L-ewwel taqsima tagħti deskrizzjoni ġenerika ta’ l-elementi ewlenin ta’ l-abbozz tal-baġit b’xi kummenti mir-rapporteur. It-tieni taqsima tagħti sommarju tar-riżultat tal-konċiljazzjoni: l-istqarrijiet konġunti miftiehma huma annessi ma’ dan id-dokument. It-tielet taqsima tagħti kummentarju dwar it-tibdiliet ewlenin fl-abbozz tal-baġit imqabbla ma’ l-Abbozz Preliminari tal-Baġit (PDB) 2008, b’aktar rimarki ddettaljati mir-rapporteur.

I – Elementi ewlenin ta’ l-abbozz tal-baġit 2008 tal-Kunsill

Tabella 1: Ċifri ewlenin fl-abbozz tal-baġit 2008 (EUR)

Intestatura

L-ewwel qari

Differenza mill-abbozz preliminari tal-baġit 2008 (ammont)

Differenza mill-baġit 2007 (%)

Marġni taħt il-Qafas Finanzjarju eżistenti

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

 

1. Tkabbir sostenibbli

 

 

 

 

 

 

 

1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

9 504 015 250

8 990 265 850

-266 413 750

-548 413 750

+7.18

+27.58

342 984 750

1b. Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi

46 877 941 445

40 124 714 507

0

-498 000 000

+3.06

+6.18

11 058 555

Totali

56 381 956 695

49 114 980 357

-266 413 750

-1 046 413 750

+3.73

+9.54

354 043 305

Fond Ewropew għall-Aġġustament Globali

500 000 000

 

 

 

 

 

 

2. Preservazzjoni u mmaniġġjar tar-riżorsi naturali

55 722 680 496

54 217 327 053

-553 151 000

-553 151 000

-0.94

-0.92

3 077 319 504

li minnhom għall-ispiża relatata għas-suq u l-għajnuniet diretti

41 948 990 000

41 897 050 500

 

 

 

 

3 005 010 000

3. Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

 

 

 

 

 

 

 

3a. Libertà, sigurtà u ġustizzja

686 735 780

478 147 780

-4 298 220

-18 298 220

+10.08

+0.89

60 264 220

3b. Ċittadinanza

583 943 000

649 833 006

-14 550 000

-44 550 000

-9.83

-10.74

31 057 000

Totali

1 270 678 780

1 127 980 786

-18 848 220

-62 848 220

-0.06

-6.15

91 321 220

4. L-UE bħala msieħba globali

6 889 796 000

7 552 525 400

+217 600 000

-125 000 000

+4.74

+2.72

112 204 000

Riżerva għall-Għajnuna fl-Emerġenzi

239 218 000

0

 

-239 218 000

+2.00

 

 

Totali

7 129 014 000

7 552 525 400

 

 

 

 

 

5.  Amministrazzjoni

7 190 244 746

7 190 804 746

-96 173 008

-96 173 008

+3.57

+3.58

266 755 254

6. Kumpens

206 636 292

206 636 292

0

0

-53.53

-53.53

363 708

TOTAL ĠENERALI

128 401 211 009

119 410 254 634

-716 985 978

-2 122 803 978

+1.44

+3.39

3 902 006 991

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, bħala % tal-GNI

 

0.95

 

 

 

 

 

Sors: Dokumenti ta’ l-Abbozz tal-Baġit tal-Kunsill

2.        Kif turi t-tabella 1, l-approprjazzjonijiet ta' impenn ġenerali (CA) fl-Abbozz tal-Baġit huma ta’ EUR 128 401 miljun. Il-Kunsill naqqas l-approprjazzjonijiet ta' impenn fl-Abbozz Preliminari Tal-Baġit b’ EUR 717-il miljun meta mqabbla ma’ l-Abbozz Preliminari Tal-Baġit 2008, li jħalli marġni aggregat taħt il-limitu tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) fil-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta’ Mejju 2006 ta’ EUR 3 902 miljuni. Is-sitwazzjoni tal-limiti taħt kull intestatura u sotto-intestatura ta' l-MFF hija eżaminata fit-taqsima III.

3.        Għall-Approprjazzjonijiet għal-Ħlasijiet (PA), iċ-ċifra ta’ l-Abbozz tal-Baġit ġenerali hija ta’ EUR 119 410 miljun minħabba t-tnaqqis mill-Kunsill ta’ EUR 2 123 miljun. Dan iħalli marġni kbir ħafna taħt il-limitu ta' l-MFF għall-ħlasijiet ta’ EUR 10 338 miljun. B’aktar minn EUR 10 biljun ta’ ħlasijiet oħra disponibbli inqas mill-limitu ta' l-MFF, il-livell tal-ħlasijiet fl-Abbozz tal-Baġit huwa biss ta’ 0,95% tad-dħul gross nazzjonali ta’ l-UE.

4.        Żewġ intestaturi ta’ interess partikulari fit-tħejjijiet tal-baġit 2008 u li huma soġġetti għal modifiki sinifikanti fid-DB huma l-intestatura 1, "kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi", u l-intestatura 4, "l-Unjoni Ewropea bħala msieħba globali"[46]. Il-Kunsill wettaq tnaqqis lineari fl-oqsma kollha li b’kollox jammonta għal EUR 266 miljun (CA) u EUR 548 miljun (PA), mingħajr ġustifikazzjoni speċifika, fil-linji kważi kollha fis-sotto-intestatura 1a (kompetittività). Dan kien jinkludi tnaqqis fi proġetti ewlenin li huma ċentrali għall-aġenda ta’ Liżbona bħal ma huma s-7 Programm ta’ Qafas għar-Riċerka (FP7) u l-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja. Il-ħlasijiet tnaqqsu b’ EUR 498 miljun fis-sotto-intestatura 1b (koeżjoni) sabiex it-tnaqqis ġenerali fil-prijoritajiet ta' “Liżbona” fl-intestatura 1 qabeż l-EUR biljun fi ħlasijiet. Fl-intestatura 4, l-Approprjazzjonijiet għall-Impenji kienu miżjuda b’ EUR 217,6 miljun, imma l-Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet kienu mnaqqsa b’ EUR 364,2 miljun.

5.        Il-prijoritajiet tal-Parlament għall-baġit 2008 kienu stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Istrateġija għall-Politika Annwali (APS) ta’ l-2008 tal-Kummissjoni, adottata b’maġġoranza kbira fl-24 ta’ April 2007. Meta wieħed ikompli jibni fuq il-metodu wżat fin-negozjati li wasslu għall-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta’ Mejju 2006 u fix-xogħol matul it-tħejjijiet għall-baġit 2007, il-kompetittività, il-koeżjoni u t-twettieq ta’ l-isfidi tal-globalizzazzjoni huma fost il-prijoritajiet ewlenin li l-Parlament stabbilixxa fi ħdan il-kuntest ġenerali tat-tfassil ta’ "baġit biex jinkisbu r-riżultati".

6.        Ir-rapporteur tagħkom isibha diffiċli biex jirrikonċilja l-impenn imtenni ta’ spiss ta’ l-UE li jinkisbu l-għanijiet ta’ l-aġenda ta’ Liżbona mat-tnaqqis mingħajr distinzjoni, ta’ total ta’ aktar minn EUR biljun fi ħlasijiet, li twettaq fil-linji tal-baġit fl-intestaturi 1a u 1b fid-DB 2008. Barra minn hekk huwa jinnota li dan it-tnaqqis jimplika postponiment ta’ programmi ta’ nfiq multiannwali deċiżi b’mod konġunt, stabbilita matul is-sena 2007 u huwa jibqa’ f’kuntatt mill-qrib mal-kumitati Parlamentari speċjalizzati responsabbli f’din il-kwistjoni. Huwa jinnota wkoll li l-Kunsill ma naqqasx l-ammonti maħsuba għall-2008 għal Galileo (linja 06 02 10) jew għall-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (15 02 11), għalkemm iż-żewġ ammonti huma mqiegħda f’riserva.

7.        Dwar l-intestatura 4, ir-rapporteur tagħkom jinnota ż-żidiet proposti mill-Kunsill fir-riżerva għall-Palestina (+EUR 80 m) u l-Kosovo (+EUR 180 miljun). Hija xhieda indikattiva oħra li l-intestatura 4, b’mod kroniku, mhix iffinanzjata biżżejjed . Ir-rapporteur tagħkom se jeżamina mill-qrib in-nomenklatura proposta mill-Kunsill għal dawn l-ammonti u jilqa’ indikazzjoni aktar ċara ta’ l-istrateġija ta’ bażi ta’ dawn iż-żidiet. Huwa mħasseb ukoll dwar it-tnaqqis fl-Abbozz tal-Baġit rigward l-Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet għar-Riżerva għall-Għajnuna fl-Emerġenzi.

II – Riżultat tal-konċiljazzjoni tat-13 ta’ Lulju 2007

8.        Il-konċiljazzjoni li saret qabel l-adozzjoni tal-Kunsill ta’ l-ewwel qari tiegħu tal-baġit seħħet kif kien mistenni fl-anness II tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta’ Mejju 2006. Id-delegazzjoni tal-Parlament innegozjat fuq il-bażi tar-rapport tal-mandat adottat fil-COBU fid-9 ta’ Lulju u b’żieda mat-trilogu ta’ tħejjija li seħħ fis-6 ta’ Lulju. Il-konċiljazzjoni ma wasslet għal ebda ftehim dwar iċ-ċifri għal linji speċifiċi tal-baġit, imma ntlaħaq ftehim dwar għadd ta’ testi.

9.        Intlaħaq ftehim fl-istqarrijiet konġunti bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar: il-fondi strutturali u ta’ koeżjoni u l-programmi għall-iżvilupp rurali 2007 – 2013; ir-reklutaġġ marbut mat-tkabbir ta’ l-2004 u ta’ l-2007; id-dħul assenjat; l-aġenziji ddeċentralizzati (fejn issieħbet il-Kummissjoni); u l-aġenziji esekuttivi. Il-Kummissjoni għamlet ukoll stqarrija bil-miktub dwar id-dħul assenjat. Dawn it-testi huma annessi ma’ dan id-dokument ta’ ħidma. L-istqarrijiet konġunti kienu r-riżultat ewlieni tal-konċiljazzjoni u jistgħu jkunu l-bażi għall-emendi tal-PE fl-ewwel qari dwar il-baġit 2008.

10.      Ir-rapporteur tagħkom jilqa’ l-istqarrijiet konġunti li jirrapreżentaw riżultat b’suċċess ta’ din il-konċiljazzjoni. Jilqa’ wkoll il-metodu kostruttiv tal-Presidenza Portugiża fil-ftehim ta' dawn l-istqarrijiet.

11.      L-elementi ewlenin tad-diskussjoni waqt il-konċiljazzjoni kienu dawn li ġejjin:

· Wara l-preżentazzjoni ta’ l-Abbozz tal-Baġit mill-Kunsill u f’konformità mat-test tar-rapport tal-mandat, id-delegazzjoni tal-Parlament ikkritikat b’mod qawwi t-tnaqqis propost mill-Kunsill fil-programmi ta’ prijorità ta’ Liżbona fl-oqsma tal-kompetittività u l-koeżjoni. Id-delegazzjoni tal-Parlament stqarret mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha dwar Galileo skond ir-riżoluzzjoni tal-PE ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 (P6-TA (2007) 0272). Id-delegazzjoni tal-Parlament innotat ukoll bi tħassib xi dewmien fl-adozzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali fl-intestatura 2 tal-baġit.

· Id-delegazzjoni tal-Parlament enfasizzat il-livell baxx tal-marġni disponibbli (EUR 112-il miljun) fl-intestatura 4 wara ż-żieda mill-Kunsill ta’ l-impenji fl-Abbozz tal-Baġit b’ EUR 217-il miljun. Id-delegazzjoni tal-Parlament innotat xi titjib fil-laqgħat regolari tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni (CFSP) mar-rappreżentanti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, imma talbet li jkun hemm proposti ċari li jagħtu ċarezza akbar dwar il-ħtiġijiet reali fl-infiq estern fl-2008 (b’mod speċjali għall-Kosovo u l-Palestina) kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Kunsill. In-natura ta’ l-infiq propost (KE jew CFSP) għandu jkun stabbilit b’mod ċar u ġġustifikat.

· Dwar l-intestatura 5, il-Kummissjoni affermat li l-proposta tal-Kunsill ta’ tnaqqis ta’ EUR 53 miljun fis-salarji tal-Kummissjoni fl-abbozz tal-budget ikollha effetti negattivi ħafna fuq ir-reklutaġġ fl-2008.

· Dwar l-aġenziji ddeċentralizzati, il-Kummissjoni nnotat is-sensittività ta’ xi tnaqqis propost mill-Kunsill għall-baġit ta’ l-2008 ta’ l-aġenziji ddeċentralizzati: f’xi każijiet dan it-tnaqqis seta’ jwassal biex l-effiċjenza operattiva tkun imxekkla. Id-delegazzjoni tal-Parlament enfasizzat l-importanza li jitjiebu t-trasparenza u l-immonitorjar ta’ l-aġenziji ddeċentralizzati, kif inhu mħaddan fl-istqarrijiet konġunti li ġew miftehma fil-laqgħa. Id-delegazzjoni tal-Parlament enfasizzat ukoll li l-aġenziji ddeċentralizzati jrid ikollhom il-fondi meħtieġa biex iwettqu l-mandati tagħhom.

●   dwar id-dħul assenjat, id-delegazzjoni tal-Parlament reġgħet enfasizzat l-importanza ta’ trasparenza mtejba, b’mod xieraq, kif stabbilit fl-istqarrija konġunta miftehma fil-laqgħa.

· Id-delegazzjoni tal-Parlament qajmet ukoll il-kwistjoni dwar kif il-Kummissjoni kienet se tiffinanzja l-ħlas lura li jista’ jkun hemm wara d-deċiżjoni ta’ dan l-aħħar tal-Qorti tal-Ġustizzja kontrieha fil-każ Schneider u talbet aktar informazzjoni mill-Kunsill dwar il-progress ta’ l-Istati Membri fl-istqarrijiet ta’ assigurazzjoni (IIA, artikolu 44) qabel l-ewwel qari mill-Parlament tal-baġit 2008.

III - Tibdiliet ewlenin fl-abbozz tal-baġit 2008

12.      It-Tabella 2 turi t-tibdiliet fl-Approprjazzjonijiet għall-Impenn (CA) u fl-Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (PA) fl-Abbozz tal-Baġit tal-Kunsill relattivi ma’ l-Abbozz Preliminari tal-Baġit(PDB) 2008[47].

Tabella 2: Sommarju tat-tibdiliet fl-Abbozz tal-Baġit 2008 relattivi ma’ l-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2008 (miljuni ta’ EUR).

 

c.a.

p.a.

INTESTATURA 1A - Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

-266.42

-548.42

marġni disponibbli

342.99

 

INTESTATURA 1B - Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi

 

-498.00

marġni disponibbli

11.06

 

INTESTATURA 2 - Preservazzjoni tar-riżorsi naturali

-553.15

-553.15

marġni disponibbli

3 077.32

 

INTESTATURA 3A - Libertà, sigurtà u ġustizzja

-4.30

-18.30

marġni disponibbli

60.27

 

INTESTATURA 3B - Ċittadinanza

-14.55

-44.55

marġni disponibbli

31.06

 

INTESTATURA 4 - L-UE bħala msieħba globali

+217.60

-364.22

marġni disponibbli

112.20

 

INTESTATURA 5 - Amministrazzjoni

-96.17

-96.17

marġni disponibbli

266.76

 

TNAQQIS TOTALI

-716.99 

-2 122.81

13.      Fl-intestatura 1a, kif kien innutat f’taqsima I, il-Kunsill naqqas l-Approprjazzjonijiet għall-Impenji b’ EUR 266 miljun permezz ta’ tnaqqis fl-oqsma kollha ta’ 3.02%. It-tnaqqis ġenerali ta’ EUR 548 miljun fl-Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet inkiseb bi tnaqqis fl-oqsma kollha ta’ 6.14%. Għadd żgħir ta’ linji kienu eżentati minn dan it-tnaqqis mhux iffukat: EUR 151 miljun previsti għal Galileo nżammu, imma tpoġġew fir-riżerva; EUR 2.9 miljun mitluba għall-EIT inżammu fir-riżerva, imma mingħajr tnaqqis fir-rigward ta’ l-Abbozz Preliminari tal-Baġit.

14.      Ir-rapporteur tagħkom jinnota li l-Kunsill jiġġustifika dan it-tnaqqis goff bħala li "iqis x-xejra ta’ l-implimentazzjoni ta’ programmi ġodda". Dan għandu jkun spjegat f’ħafna aktar dettal jekk għandu jiġi aċċettat bħala spjegazzjoni kredibbli. Ftit hemm evidenza prima facie mogħtija mill-Kunsill li tidher li tista’ tikkonvinċi lill-Parlament biex jaċċetta l-postponiment implikat fil-programmi multiannwali li ġew adottati biss dan l-aħħar b’deċiżjoni konġunta wara l-ftehim tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006.

15.      Fl-intestatura 1b, sar tnaqqis fl-oqsma kollha ta’ EUR 498 miljun fl-Approprjazzjonijiet għall-Impenji (CA) u fl-Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (PA). Għall-PA dan it-tnaqqis inqasam bejn it-tmiem tal-programmi 2000 – 2006 (EUR 298,8 miljun) u l-programmi 2007 – 2013 (EUR 199,2 miljun) bi proporzjon ta’ bejn wieħed u ieħor 60:40.

16.      Ir-rapporteur tagħkom jenfasizza t-test ta’ l-istqarrija konġunta miftiehma fil-konċiljazzjoni tat-13 ta’ Lulju (ara l-anness, punt 1). Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fil-passat ta’ dewmien fl-approvazzjoni tal-programmi u l-proġetti operattivi fil-bidu tal-perjodu ta’ l-ipprogrammar 2000 – 2006, il-Parlament u l-Kunsill se josservaw mill-qrib l-adozzjoni ta’ programmi bħal dawn bil-għan li jkun hemm titjib fl-implimentazzjoni tal-baġit. Barra minn hekk ir-rapporteur jistenna li t-twettiq imtejjeb se jgħin biex jitnaqqas il-livell għoli ħafna ta’ Self fuq Ħlas Lura Antiċipat (RAL) f’din is-sotto-intestatura u jinnota li din hija kwistjoni li l-Parlament jixtieq jeżamina mill-qrib waqt it-tħejjija għall-Baġit ta’ l-2008.

17.      Fl-intestatura 2, sar tnaqqis ta’ EUR 553.2 miljun sar fl-Approprjazzjonijiet għall-Impenji (C.A.) u fl-Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (P.A.). Parti sinifikanti ta’ dawn l-ammonti taqa’ taħt "miżuri relatati mas-suq u għajnuniet diretti", li skond l-anness III ta’ l-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 huma kklassifikati bħala nfiq obbligatorju li dwarhom il-Kunsill għandu l-aħħar kelma fit-tieni qari tiegħu. L-Abbozz tal-Baġit inaqqas l-approprjazzjonijet ta' impenn u l-approprjazzjonijiet ta' ħlas fil-likwidazzjoni tal-kontijiet bi EUR 200 miljun. Applika wkoll tnaqqis fl-oqsma kollha fil-linji kollha (nefqa obbligatorja) f’kapitolu 05 02, bl-eċċezzjoni ta’ għadd żgħir ta’ linji.

18.      Ir-rapporteur tagħkom jieħu nota tat-tibdiliet proposti mill-Kunsill. Huwa jenfasizza li b’konformità ma’ l-istqarrija konġunta miftiehma fit-13 ta’ Lulju 2007 dwar il-programmi strutturali, ta’ koeżjoni u ta l-żvilupp rurali, huwa se jkompli josserva mill-qrib l-approvazzjoni tal-programmi. Huwa mħasseb dwar il-proporzjon baxx ħafna tal-programmi operattivi li ġew approvati s'issa. Huwa mħasseb ukoll dwar il-livelli għolja ħafna ta’ dħul assenjat marbuta mal-Fond tar-Ristrutturazzjoni taz-Zokkor u jinnota l-istqarrija konġunta tat-13 ta’ Lulju li tafferma li "l-Parlament u l-Kunsill se jkomplu jagħtu attenzjoni mill-qrib lill-immaniġġjar tad-dħul assenjat waqt li jistennew titjib rapidu f’dan il-qasam". F’konformità mar-rapport tal-mandat, ir-rapporteur tagħkom jitlob ukoll preżentazzjoni aktar ċara taċ-ċifri għan-nefqa relatata mas-suq u l-ħlasijiet diretti f’dan il-baġit u f’dawk tal-ġejjieni.

19.      Fl-intestatura 3a, it-tnaqqis propost mill-Kunsill fl-Abbozz tal-Baġit huwa relattivament modest (EUR 4.3 miljun għall-CA, EUR 18.3 miljun għall-PA). Parti kbira mit-tnaqqis fil-CA hija marbuta mal-metodu ġenerali li l-Kunsill uża għall-aġenziji ddeċentralizzati (ara isfel).

20.      Ir-rapporteur tagħkom se jiddiskuti t-tibdiliet proposti taħt din is-sotto-intestatura tal-baġit mal-kumitat speċjalizzat li l-aktar għandu x’jaqsam u r-rapporteur permanenti għall-aġenziji qabel l-ewwel qari tal-Parlament.

21.      Fl-intestatura 3b. il-Kunsill għamel tnaqqis ta’ EUR 14.55 miljun fil-CA u EUR 44.55 miljun fil-PA. anke wara dan it-tnaqqis, il-marġni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn hu ta' ftit aktar minn EUR 30 miljun. It-tnaqqis laqat l-aktar lill-komunikazzjoni u l-midja, ‘niffukaw fuq il-lokal’, Kultura 2007, Midja 2007 u Żgħażagħ Attivi.

22.      Ir-rapporteur tagħkom jinnota li l-marġni baxx taħt din is-sotto-intestatura jillimita l-opportunità tal-Parlament biex iressaq ‘PPs’ u ‘PAs’ ġodda u jillimita l-għażliet biex jitqawwew il-‘PPs’ u l-‘PAs’ eżistenti. Huwa jenfasizza li xi tnaqqis tal-Kunsill jolqot politiki li tradizzjonalment kienu meqjusa bħala prijoritajiet għall-Parlament.

23.      Fl-intestatura 4, iż-żidiet proposti mill-Kunsill għall-Palestina (+ EUR 80 miljun) u għall-Kosovo (+ EUR 180 miljun) huma l-aktar tibdiliet sinifikanti rigward l-impenji. Meta jitqies għadd ta’ tnaqqis żgħir ieħor fl-Approprjazzjonijiet għall-Impenji, il-marġni li jibqa’ taħt il-limitu huwa ta’ EUR 112.2 miljun biss. It-tnaqqis fil-PA taħt din l-intestatura b’total ta’ EUR 364.2 miljun huwa dovut l-aktar għat-tnaqqis ta’ EUR 239.2 miljun fil-ħlasijiet għar-Riżerva għall-Għajnuna fl-Emerġenzi.

24.      Ir-rapporteur tagħkom huwa mħasseb li ż-żieda proposta għall-Palestina tista’ ma tkunx biżżejjed minħabba li l-linja rilevanti fl-Abbozz tal-Baġit 2008 (19 08 01 02) għandha EUR 238 miljun f’approprjazzjonijiet waqt li ċ-ċifri għall-2007 huma diġà EUR 332 miljun meta jitqiesu t-trasferimenti. Dwar il-Kosovo, huwa għandu tħassib dwar in-nomenklatura tal-baġit li taħtha huma proposti ż-żidiet u dwar id-diviżjoni maħsuba bejn l-infiq tal-KE u l-CFSP. L-approċċ tal-Kunsill rigward ir-riżerva għall-Għajnuna fl-Emerġenzi ma tidhirx prudenti. Meta wieħed iqis kollox, il-marġni tal-CA li jibqa’, jidher li m’huwiex biżżejjed meta wieħed iqis l-isfidi għall-politika li qed tiffaċċja l-UE u li se tkompli tiffaċċja f’xena dinjija. Huwa jitlob lill-Kummissjoni sabiex tikkjarifika l-intenzjonijiet tagħha dwar l-użu tal-baġits li jemendaw u ta’ l-ittri li jemendaw sabiex ikun immodifikat l-iffinanzjar għall-oqsma ta' prijorità skond l-intestatura 4.

25.      Dwar l-intestatura 5, l-Abbozz tal-Baġit għamel tnaqqis ta' EUR 96, 17 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet ta' ħlas. Għaldaqstant il-marġni li jibqa għall-approprjazzjonijiet ta' impenn hu ftit iktar minn EUR 266 miljun. L-istqarrija konġunta miftiehma bejn il-Kunsill u l-Parlament dwar ir-reklutaġġ marbut mat-tkabbir ta’ l-2004 u ta’ l-2007 jenfasizza l-importanza li jibqa’ jkollu r-reklutaġġ ta’ uffiċjali minn dawn l-istati membri l-aktar ġodda.

26.      Ir-rapporteur tagħkom se jeżamina aktar kemm dan it-tnaqqis propost mill-Kunsill se jaffettwa l-intenzjoni tal-Kummissjoni, espressa fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2008, li timxi mal-pjan multiannwali 2003 – 2008 għar-reklutaġġ. F’konformità mal-fehma tiegħu ta’ baġit biex jinkisbu r-riżultati, huwa jkompli jenfasizza l-importanza ta’ linji ċari ta’ responsabbiltà u kontabilità fl-amministrazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea. Huwa jqis li segwitu effettiv għall-eżerċizzju ta’ eżaminar imwettqa mill-Kummissjoni aktar kmieni din is-sena hija element importanti fix-xogħol tal-Parlament dwar il-kwistjonijiet amministrattivi fil-kuntest tal-baġit 2008.

27.      Dwar il-proġetti pilota u ħidmiet ta’ tħejjija, il-Kunsill ma jipproponi l-ebda inizjattiva ġdida fl-Abbozz tal-Baġit.

28.      Ir-rapporteur tagħkom jilqa’ dan il-metodu. . Huwa jinnota li l-Parlament se jaġġusta l-marġini f'konformità mal-prerogattivi u l-prijoritajiet politiċi tiegħu fir-rigward ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, minkejja l-marġini relattivament baxxi disponibbli skond numru ta’ intestaturi tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali.

29.      Dwar l-aġenziji deċentralizzati, il-Kunsill uża metodu simili għal dik tal-Parlament, mill-perspettiva strutturali, fit-tħejjijiet tiegħu għall-baġit 2007. Għall-"aġenziji qodma", il-Kunsill approva żieda ta’ 2% fuq B2007 u aċċetta 25% tal-postijiet ġodda mitluba. Għall-"aġenziji li qed jiżviluppaw", il-Kunsill approva 50% taż-żieda mitluba mqabbla mal-baġit 2007 u 50% tal-postijiet ġodda mitluba. Għall-"aġenziji l-ġodda", 75% taż-żieda mitluba mqabbla mal-baġit 2007 kienu aċċettati, kif kienu 75% tal-postijiet il-ġodda.

30.      Ir-rapporteur tagħkom se jikkonsulta aktar mar-rapporteur permanenti dwar l-aġenziji fuq din il-kwistjoni. Huwa jqis li kull aġenzija għandu jkollha l-kapaċità li twettaq il-ħidmiet mogħtija lilha u li, għaldaqstant, metodu aktar iddivrenzjat minn dak użat mill-Kunsill jista’ jkun l-aktar adattat. Huwa jenfasizza li xi aġenziji deċentralizzati kienu twaqqfu b’mod speċifiku biex iwettqu elementi ta’ partijiet prinċipali tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE, imma dan m’huwiex il-każ għall-aġenziji deċentralizzati kollha. Huwa jilqa’ l-istqarrija konġunta miftiehma fit-13 ta’ Lulju dwar l-aġenziji deċentralizzati.

31.      Dwar l-aġenziji esekuttivi, l-istqarrija konġunta miftiehma bejn il-Palament u l-Kunsill fil-konċiljazzjoni tat-13 ta’ Lulju stabbiliet sett ta’ proċeduri mtejba li għandhom ikunu segwiti qabel it-twaqqif ta’ aġenzija esekuttiva ġdida jew l-estensjoni ta’ aġenzija esekuttiva eżistenti.

32.      Ir-rapporteur tagħkom jilqa’ din l-istqarrija konġunta u b’mod partikolari l-enfasi fuq analiżi dwar ir-relazzjoni bejn l-ispiża u l-benefiċċji tanġibbli miksuba qabel titwaqqaf aġenzija esekuttiva ġdida u l-ħtieġa li l-linji tal-kontabilità u r-responsabbiltà jkunu stabbiliti b’mod ċar fil-proposta.

33s.     Ir-rapporteur tagħkom fl-aħħar jixtieq jilqa’ t-titjib fir-Rapporti dwar l-Attivitajiet imħejjija mill-Kummissjoni fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2008. Kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-Istrateġija Politika Annwali (APS) 2008, Rapporti dwar l-Attivitajiet ċari u konċiżi li jiffokaw fuq il-miri u r-riżultati aktar milli jagħtu deskrizzjonijiet tal-proċess, jgħinu biex ikun assigurat kontroll effettiv ta’ l-infiq ta’ l-UE mill-Awtorità għall-Baġit. Huwa jistenna li dan it-titjib se jkun ikkonsolidat u rrafinat aktar fis-snin tal-baġit li ġejjin f’konformità mal-metodu tiegħu ta’ baġit biex jinkisbu r-riżultati.

  • [1]  Testi adottati, P6_TA(2005)0224.
  • [2]  Din il-figura hija r-riżultat tat-tisrif fi prezzijiet kurrenti tal-kopertura IIA li tammonta għal EUR 48 081 miljun skond il-prezzijiet ta’ l-2004.
  • [3]  ) Id-Deċiżjoni 1982/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-7 Programm ta' Qafas għar-Riċerka tal-Komunita' Ewropea (2007-2013), ĠU L 412 of 30 December 2006.
  • [4]  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-7 Programm Qafas ta’ l-EURATOM, ĠU L 391 tat-30 ta’ Diċembru 2006. Minħabba ċerti dispożizzjonijiet fil-EURATOM il-programm ta’ riċerka ta’ l-EURATOM ikopri biss il-perjodu sa’ l-2011. Madankollu, il-programm mistenni jitkompla u l-ammont meta wieħed jinkludi kollox għall-2007-2013 se jkun EUR 4061 miljun.
  • [5]  ) Sors: Kummissjoni Ewropea, DG Riċerka.
  • [6]  ) ĠU L11, 16 January 2003, p.1.
  • [7]  skond l-Art. 77 tar-Regolament Finanzjarju
  • [8]  Ara Opinjonijiet tas-Sinjura Xenogiannakopoulou
  • [9]  ĠU L390 tat-30 ta' Diċembru 2006, p. 19.
  • [10]  Mogħtija skond il-proċeduri respettivi tal-programmi
  • [11]  http://ec.europa.eu/commission_barroso/frattini/index_en.htm
  • [12]  http://europa.eu/pol/justice/overview_en.htm
  • [13]  Imma wieħed jista' jiltaqa' wkoll mat-taqsira “JLS”: Dokument ta’ stqarrija ta’ l-attività "18 -JLS: Zona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja"
  • [14]  Rapporti SEGELSTRÖM (COM(2005)0122), KUDRYCKA (COM(2005)0123), LA RUSSA (COM(2005)0124); L-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit ġiet minn Neena Gill, Kathelijne Buitenweg, Louis Grech, Simon Busuttil, Gerard Deprez, Yannick Vaugrenard, Ville Itälä.
  • [15]  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej kif emendat mir-regolament tal-Kunsill Nru. 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006, ĠU L 390/2006 tat-30 ta’ Diċembru 2006.
  • [16]  COM(2007)0065
  • [17]  ċifri skond id-dokument ta’ Ppjanar Finanzjarju tal-Kummissjoni Ewropea ta’ Jannar 2007
  • [18]  APS għall-2008, COM(2006)0065, punt 3.2.3., paġna 21
  • [19]  Riżoluzzjoni tal-PE tat-23 ta' Marzu 2003 dwar il-liġi Ewropea tal-kuntratti u r-reviżjoni ta' l-acquis: it-triq ’il quddiem (2005/2022(INI)), riżoluzzjoni tal-PE tat-2 ta’ Settembru 2003 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-PE u l-Kunsill - liġi kuntrattwali Ewropea aktar koerenti – Pjan t’azzjoni (COM(2003) 68 – 2003/2093(INI)),rapporteur KlausHeinerLehne; http://www.europarl.europa.eu/comparl/juri/hearings/20061121/programme_en.pdf
  • [20]  Regolament tal-Kunsill Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, ĠU L 53 of 22.2.2007
  • [21]  proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill tal-20.12.2006, COM(2006)0817
  • [22]  IIA tas-17 ta’ Mejju 2006, ĠU LC 139 p. 1 tal-14.6.2006
  • [23]  Dokument tal-Kunsill 6894/07 tat-8 ta’ Marzu 2007, punt 12
  • [24]  Regolamenti (KE) Nru 1986/2006 u Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-aċċess għat-Tieni Ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni Schengen (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikazzjoni ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi u l-istabbiliment, t-tħaddim u l-użu tat-Tieni Ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni Schengen (SIS II)
  • [25]  COM(2004)835 rapport LUDFORD
  • [26]  APS għall-2008, COM(2006)0065, punt 2.4., paġna 12
  • [27]  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006.
  • [28]  SEC(2005)0985 ta’ l-20.07.2005
  • [29]  COM(2005)0494 tat-13.10.2005
  • [30]  COM(2006)0035 ta’ l-01.02.2006
  • [31]  P6_TA(2005)0409 adottata fis-27.10.05, ara d-Dokumentazzjoni, il-punt 1
  • [32]  COM(2006)35 finali, adottata fl-01.02.2006
  • [33]  Riżoluzzjoni dwar il-White Paper adottata fis-16.11.06; P6_TA(2006)0500
  • [34]  Opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit għall-Kumitat għall-Kultura, iż-Żgħażagħ, l-Edukazzjoni, il-Medja u l-Isport dwar qafas ġdid għall-koperazzjoni f'attivitajiet li jikkonċernaw il-politika ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea tat-
  • [35]  P6_TA(2006)0500, tas-16.11.06
  • [36]  DĠ għall-Informazzjoni, Stqarrija tal-Missjoni tal-PE adottata fl-24 ta’ Ottubru 2005 mill-Burò
  • [37]  PRINCE inħoloq fl-1995 biex jiġbor mill-ġdid it-temi ta’ informazzjoni ta’ prijorità taħt il-Baġit ta’ l-UE.
  • [38]  P6_TA(2007)0099, tad-29.03.2007 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja ta' l-2008
  • [39]  P6 TA-PROV(2007)0131
  • [40]  L-Anness III – il-klassifikazzjoni ta’ l-infiq tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju fis-sod: “l-infiq kollu tal-CAP li għandu x’jaqsam mal-miżuri tas-suq u l-għajnuniet diretti, inklużi l-miżuri tas-suq għas-sajd u l-ftehim dwar is-sajd milħuq ma’ partijiet terzi.”
  • [41]  Id-Dikjarazzjoni 3 tal-Ftehim Inter-istituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006
  • [42]  312-il miljun EUR bħala ċ-ċifra totali għas-sussidji kollha għat-Titoli 1 + 2 ta’ l-aġenziji ddeċentralizzati flimkien ma’ 73 miljun EUR bħala l-ispiża totali ta’ l-aġenziji eżekuttivi kollha fl-2008.
  • [43]  ) Is-sors tat-tabelli kollha inklużi f’dan id-Dokument ta’ Ħidma huwa l-Kummissjoni Ewropea.
  • [44] ) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2002)528
  • [45]             Ir-rilaxx ta’ somom ta’ l-Olanda huwa l-iktar marbut ma’ bidu bil-mod tal-programmi ffinanzjati mill-ESF
  • [46]  Tabella 2 f’taqsima III tistabbilixxi l-bidliet fl-Abbozz tal-Baġit fl-Approprjazzjonijiet għall-Impenn , fl-Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet u fil-marġni disponibbli relattivi ma’ l-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2008 għal kull intestatura u sotto-intestatura tal-MMF.
  • [47]  Dokument ta’ ħidma nru 7 dwar l-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2008 – l-ewwel analiżi, disponibbli fil-lingwi kollha fis-sit www.europarl.europa.eu/comparl/budg/budg2008procedure/procedure­­_en.htm jinkludi tabelli simili u analiżi ta' l-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2008.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (12.9.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit


dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 (C6-0000/2007-2007/2019(BUD))Taqsima III - Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Michael Gahler

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.  Itenni li l-iżvilupp ta' zona ta' stabilità u prosperità u ta' ħbiberija mal-pajjiżi ġirien hija prijorità għall-Unjoni, u jisħaq dwar il-ħtieġa li dan l-objettiv jiġi ffinanzjat b'mod adegwat;

2.  Iqis li ser tkun jenħtieġ li l-PDB jerġa' jiġi stabbilit mill-ġdid f'ċerti oqsma u li jsir rikors għall-marġini ta' EUR 112.2 miljun fi ħdan it-titolu 4 li l-Kunsill ħalla fl-Abbozz tal-Baġit, minħabba l-ħtieġa ta' ffinanzjar xieraq tal-prijoritajiet politiċi;

3.  Jisħaq li r-reazzjoni leġittima għal diżastri imprevedibbli u kriżijiet fit-tul m'għandhiex tiġi implimentata għad-dannu ta' l-għajnuna Komunitarja għal objettivi strateġikament daqstant importanti;

4.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni fl-ewwel stadju ta' l-iskrutinju demokratiku ta' l-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għall-Viċinanza u s-Sħubija u l-Istrument għall-Istabilità; jisħaq li d-dokumenti ta' strateġija huma ta' natura ġenerali ħafna u jtenni x-xewqa tiegħu li jinżamm infurmat kompletament dwar l-implimentazzjoni ppjanata ta' l-istrumenti, inklużi l-programmi annwali; ifakkar li t-talba tal-Parlament Ewropew li jieħu sehem fil-proċess ta' komitoloġija ġiet miċħuda għall-programmi plurijennali għall-kooperazzjoni esterna; ifakkar li fin-negozjati dwar it-IIA dwar dixxiplina baġitarja u mmaniġjar finanzjarju sod kien hemm qbil dwar żewġ dikjarazzjonijiet dwar skrutinju demokratiku u djalogu politiku; jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq djalogu kontiwnu bħal dan mal-Parlament Ewropew sabiex titqies kif jixraq il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-iffinanzjar u fl-implimentazzjoni konkreta ta' strateġiji.

5.  Jinnota ż-żieda fix-xogħol minħabba s-setgħat ġodda tiegħu ta' skrutinju demokratiku fuq strumenti ta' għajnuna esterni; jisħaq li jenħtieġ li dan ix-xogħol jiġi rifless fl-approprjazzjonijiet ta' l-istaff sabiex il-Parlament ikun jista' jieħu sehem b'mod sħħiħ fi djalogu strutturat mal-Kummissjoni; għal dan il-għan jirrimarka dwar il-ħtieġa li jiżdied post ieħor ta' amministratur fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin;

6.  Itenni li, bl-eċċezzjoni ta' l-għajnuna umanitarja, għajnuna lill-gvernijiet u kooperazzjoni magħhom għandhom jitwaqqfu jekk ikun hemm provi ċari li l-gvernijiet imsemmija jkunu responsabbli għal deterjorament tas-sitwazzjoni fl-oqsma tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali;

7.  Jafferma mill-ġdid li l-promozzjoni tad-demokrazija għandha tinkludi appoġġ għal sistemi demokratiċi ta' partiti politiċi u għal parlamenti li jiffunzjonaw; itenni l-idea tiegħu li għajnuna umanitarja, għajnuna u kooperazzjoni ma' gvernijiet għandhom jikkontribwixxu għat-titjib fid-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fil-pajjiż benefiċjarju;

8.  Jesprimi dispjaċir li fl-allokazjoni ta' riżorsi għall-promozjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fil-qafas ta' l-EIDHR sar biss progress modest; jinsab konxju tad-diffikultajiet biex tiġi pprovduta għajnuna lil pajjiżi fejn l-awtoritajiet m'humiex kooperattivi bis-sħiħ, kif wera l-każ tal-Belarus; jinstab ħerqan sabiex jara titjib urġenti fl-għoti ta' għajnuna finanzjarja u teknika fejn tinħtieġ l-aktar;

9.  Jesprimi s-sodisfazzjoni tiegħu bid-djalogu mal-Presidenza Ġermaniża u l-Kunsill dwar il-prijoritajiet tas-CFSP kif imniżżla fid-dispożizzjonijiet tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod; iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jissokta bid-djaloġu reċiproku li jħalli l-frott f'dan il-qasam;

10. Jesprimi dispjaċir li, minkejja t-talbiet ripetuti, il-Parlament Ewropew għad irid jiġi involut fil-proċess ta' ħolqien ta' pożizzjonijiet ġodda ta' Rappreżentant Speċjali UE (EUSR), fl-istipular tal-mandati tagħhom u fil-ħatra ta' l-EUSRs;

11. Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiġu allokati biżżejjed riżorsi għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda ta' Tessaloniki u għall-iffaċilitar ta' l-integrazjoni gradwali tal-Pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, u jinsisti dwar l-inklużjoni fil-baġit ta' tqassim indikattivi ta' l-allokazzjonijiet għal kull pajjiż, sabiex ikun hemm ħarsa ġenerali u paragun aħjar;

12. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni ser twaqqaf l-attività tagħha sal-31 ta' Diċembru 2008; jistenna li l-iskeda għat-trasferiment tar-responsabilitajiet tiġi rispettata kif suppost u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura ż-żarmar mingħajr problemi ta' l-Aġenzija u sabiex tipprepara d-delegazzjonijiet u l-uffiċċji tagħha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom fl-immaniġġjar ta' l-IPA;

13. Jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu li l-bilanċ bejn l-allokazzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja għall-Mediterran kif ukoll għad-dimensjoni tat-Tramuntana u tal-Lvant tal-Politika Ewropea għall-Viċinanzi fil-qafas ta' l-ENPI għandu jirifletti l-ambizzjonijiet u l-objettivi ta' l-UE fir-reġjun, l-effikaċja ta' għajnuna preċedenti u d-daqs tal-popolazzjoni kkonċernata, u għandu jqis l-espansjoni riċenti ta' l-Unjoni lejn il-Lvant;

14. Jinnota bi tħassib li l-abbozz tal-baġit ġenerali ma fih ebda allokazzjoni għal involviment potenzjali ta' l-UE fl-immaniġġjar tal-kriżi tad-Darfur, u li dan ma jħallix marġini biżżejjed sabiex jinstabu riżorsi addizzjonali mingħajr ma ssir ħsara għall-għajnuna fit-tul li l-UE tagħti f'oqsma oħrajn;

15. Jenfasizza l-ħtieġa ta' ffinanzjar adegwat ta' komunikazzjoni interna u esterna, billi din tikkostitwixxi parti importanti mill-politika esterna u dik ta' tkabbir ta' l-UE.

16. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħti attenzjoni speċjali għall-isfidi speċifiċi li l-minoranzi etniċi, nazzjonali u lingwistiċi jiffaċċjaw f'pajjiżi li huma benefiċjari ta' l-għajnuna esterna ta' l-UE, u li tipprovdi r-riżorsi sabiex tiffaċilita l-ħarsien, l-inklużjoni u l-iżvilupp tagħhom.

PROĊEDURA

Titolu

L-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

Numru tal-proċedura

(C6-0000/2007 – 2007/2019(BUD))

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni ta'
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

Koperazzjoni aktar mill-qrib

 

Rapporteur:
  Data tal-ħatra

Michael Gahler
27.2.2007

Eżami fil-kumitat

16.7.2007

11.9.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

11.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+: 45

–: 3

0: 2

 

 

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Christopher Beazley, Angelika Beer, Elmar Brok, Cristian Silviu Buşoi, Marco Cappato, Véronique De Keyser, Hanna Foltyn-Kubicka, Michael Gahler, Maciej Marian Giertych, Ana Maria Gomes, Alfred Gomolka, Klaus Hänsch, Anna Ibrisagic, Jelko Kacin, Ioannis Kasoulides, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Eugen Mihăescu, Francisco José Millán Mon, Tobias Pflüger, João de Deus Pinheiro, Mirosław Mariusz Piotrowski, Hubert Pirker, Samuli Pohjamo, Michel Rocard, Raül Romeva i Rueda, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Gitte Seeberg, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Ari Vatanen, Kristian Vigenin, Josef Zieleniec

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Mariela Velichkova Baeva, Giulietto Chiesa, Alexandra Dobolyi, James Elles, Kinga Gál, Lilli Gruber, Milan Horáček, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Jaromír Kohlíček, Aloyzas Sakalas, Csaba Sándor Tabajdi, Marcello Vernola

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (disponibbli b’lingwa waħda biss)

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (3.10.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(2007/2019(BUD))Taqsima III - Il-Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Ralf Walter

SUGGERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

Il-Parlament Ewropew

1.  Jerġa' jenfsizza li l-attività ta' l-UE fil-koperazzjoni għall-iżvilupp għandha tkun ibbażata fuq il-ġlieda kontra l-faqar u l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) u għal din ir-raġuni jinsisti fuq il-mira ta' 20% għall-edukazzjoni primarja u sekondarja u s-saħħa bażika, li huma elementi kruċjali fil-ġlieda kontra l-faqar; jitlob bil-ħeġġa li dawn il-miri jiġu kkunsidrati b'mod xieraq fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF);

2.  Jenfasizza li l-objettivi ewlenin ta' l-Istrument ta' Koperazzjoni fl-Iżvilupp (DCI) huma li jinqered il-faqar u li jintlaħqu l-MDGs; jinnota bi tħassib li reviżjoni mill-qrib tad-dokumenti ta' strateġija u tal-programmi annwali ta' azzjoni sottomessi mill-Kummissjoni wrew li l-għanijiet tad-DCI ma nżammux mill-pajjiżi u mir-reġjuni kollha, iżda li fondi ġew allokati għal oqsma li m'għandhomx bażi legali fid-DCI; jixtieq li dan il-kontroll jitkompla b'mod regolari;

3.  Iqis li l-fondi tal-baġit għall-istaff u l-bini fid-delegazzjonijiet huma fil-livell rakkomandat mill-Kummissjoni, iżda jistenna li l-Kummissjoni tirrispetta l-għanijiet tad-DCI u tiddikjara b'mod sodisfaċenti għaliex hija neċessarja żieda fil-fondi, minħabba nfiq akbar ġej mill-baġit u minn sorsi oħra;

4.  Mhuwiex lest jaċċetta tnaqqis fil-fondi għall-koperazzjoni għall-iżvilupp, sabiex jiġu ffinanzjati dispożizzjonijiet għall-edukazzjoni għolja u programmi ta' skambju;

5.  Jitlob sabiex ir-relazzjonijiet politiċi ma' pajjiżi bi dħul medju, programmi mmirati lejn titjib fl-immaġni ta' l-UE f'pajjiżi bħal dawn u biex huma jifhmu aħjar lil xulxin, ma jiġux iffinanzjati minn fondi għall-koperazzjoni għall-iżvilupp, u joħloq linja tal-baġit ġdida għal dawn id-dispożizzjonijiet;

6.  Jinnota li l-Programm DCI dwar l-emigrazzjoni u l-kenn politiku ma jissodisfax ix-xewqa tiegħu, b'mod partikolari, li l-kawżi ta' l-emigrazzjoni jiġu kkumbattuti; jittrasferixxi fondi mill-programm ta' l-emigrazzjoni għall-programm "Investiment fin-nies", peress li investimenti l-edukazzjoni jibnu punt ta' tluq aħjar biex il-bnedmin jegħelbu s-sitwazzjoni ta' ħajjithom fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom stess;

7.  Jagħmel disponibbli fondi addizzjonali għall-oqsma ta' l-edukazzjoni, is-saħħa u l-ugwaljanza tal-Programm "Investiment fin-nies" u joħloq linja tal-baġit apposta għall-Fond Globali għall-ġlieda kontra l-AIDS, it-tuberkolożi u l-malarja, biex ikunu ggarantiti trasparenza u kontroll aħjar.

8.  Jenfasizza li politika ta' żvilupp li hija mmirata lejn il-ġejjieni għandha tikkunsidra l-fattur demografiku, peress li l-effetti ta' dan fuq l-istrutturi soċjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw qed jiżdiedu l-ħin kollu;

9.  Jitlob għal tisħiħ akbar tal-koperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fil-qasam tal-bidla fil-klima;

10.  Iqis li jeżisti bżonn urġenti biex il-proġett pilota ta' l-immaniġġjar ta' l-ilma jkompli jiġi żviluppat u fil-qafas ta' proġett pilota jiġi stabbilit kif l-isport jista' jintuża għall-iżvilupp għall-koperazzjoni;

11.  Jitlob li jitkomplew kemm l-attività preparatorja fl-eliminazzjoni ta' l-armi ABC u l-armi ż-żgħar, li rriżultat b'suċċess, kif ukoll il-promozzjoni tan-netwerk għall-prevenzjoni tal-konflitti bħala parti mill-istrument ta' stabilità;

12.  Jara l-ħtieġa li l-baġit ta' l-UE jagħti kontribut għat-tnaqqis tal-konsegwenzi negattivi mistennija tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, u jistenna li l-Istati Membri jagħtu assistenza simili lill-Pajjiżi ta' l-ACP mill-EDF u minn sorsi oħra.

RIZULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

3.10.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Thijs Berman, Josep Borrell Fontelles, Marie-Arlette Carlotti, Thierry Cornillet, Nirj Deva, Alain Hutchinson, Romana Jordan Cizelj, Filip Kaczmarek, Glenys Kinnock, Maria Martens, Gay Mitchell, Luisa Morgantini, Miguel Portas, Horst Posdorf, Toomas Savi, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Luis Yañez-Barnuevo García, Anna Záborská, Jan Zahradil.

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Milan Gaľa, Miguel Angel Martínez Martínez, Manolis Mavrommatis, Anne Van Lancker, Ralf Walter, Gabriele Zimmer.

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (12.9.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(C6-0000/2007 - 2007/2019(BUD))Taqsima III - Il-Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Peter Šťastný

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Ifakkar li, fl-2005, il-Parlament Ewropew talab li jkun hemm linja baġitarja ġdida bit-titolu "Aid for Trade" (AfT), li tikkorrispondi għall-assistenza marbuta mal-kummerċ, sabiex: (i) titjieb it-trasparenza ta', u b'hekk il-kontroll demokratiku fuq, baġit kbir (jiġifieri, EUR 700 miljun fis-sena); (ii) tingħata assistenza marbuta mal-kummerċ b'aktar kjarezza; u (iii) tiżdied il-flessibilità biex jiġu allokati fondi malajr u permezz ta' inizjattivi multilaterali, kif xieraq;

2.   Ifakkar li waqt il-proċedura tal-baġit ta' l-2007 ġiet adottata emenda tal-Parlament li permezz tagħha l-linja baġitarja 20 02 01 ġiet maqsuma u nħolqot linja baġitarja ġdida bit-titolu "Aid for Trade" (20 02 03), b'approprijazzjonijiet ta' EUR 4.5 miljuni, bl-użu ta' l-Istrument għall-Koperazzjoni dwar l-Iżvilupp (DCI) bħala l-bażi legali tagħha;

3.   Jinnota li l-programmi ġeografiċi tad-DCI m'għandhomx il-kopertura globali meħtieġa mill-azzjonijiet ta' l-AfT billi m'humiex miftuħa għall-pajjiżi kollha li qegħdin jiżviluppaw u ma jkoprux il-kontribuzzjonijiet għall-organizzazzjonijiet multilaterali, bħall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;

4.   Jiddeplora l-fatt li - billi m'hemmx bażi legali xierqa - s'issa għadhom ma ġewx iffinanzjati azzjonijiet taħt il-linja l-ġdida 20 02 03;

5.   Jiġbed l-attenzjoni li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tittrasferixxi EUR 4.5 miljuni mil-linja baġitarja bit-titolu "Aid for Trade" (20 02 03) għal-linja baġitarja bit-titolu "Relazzjonijiet kummerċjali esterni, inkluż l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi li m'humiex membri tal-Komunità" (20 02 01), li taħtha ġew implimentati dawn l-azzjonijiet fis-snin ta' qabel fuq il-bażi tal-prerogattivi tal-Kummissjoni fil-livell ta' l-istituzzjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex mill-aktar fis issib soluzzjoni vijabbli sabiex jiġi awtorizzat il-ħruġ ta' fondi taħt il-linja baġitarja "Aid for Trade" (20 02 03);

6.   Jikkunsidra li, billi l-għan ewlieni tal-linja baġitarja "Aid for Trade" hu li tagħti appoġġ lill-inizjattivi multilaterali, bħall-qafas integrat, fl-interessi ta' l-eżattezza u t-trasparenza l-linja għandu jingħatalha titolu ġdid "Aid for Trade - Inizjattivi Multilaterali";

7.   Jenfasizza li l-fondi l-ġodda ta' l-AfT għandhom ikunu xi ħaġa addizzjonali ma' l-għajnuna attwali għall-iżvilupp u li kull wegħda ġdida ta' l-AfT m'għandhiex twassal biex jintmessu xi riżorsi diġà destinati għal inizjattivi oħrajn ta' żvilupp, bħal proġetti tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni, li huma importanti ferm biex tinbena ekonomija b'saħħitha;

8.   Itenni t-talba li saret lill-Kummissjoni biex teżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri li ttieħdu fil-kamp ta' l-AfT u biex tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill rapport darbtejn fis-sena (mill-2008) dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati miksuba u, sakemm jista' jsir, dwar ir-riżultati u l-effetti ewlenin ta' l-assistenza ta' l-AfT;

9.   Jitlob b'mod espliċitu li r-rapport bijennali jkun fih informazzjoni speċifika dwar l-istorja tal-miżuri ffinanzjati, u li fejn xieraq juri r-riżultati ta' l-eżerċizzji ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni, l-involviment ta' l-isħab rilevanti, u l-implimentazzjoni tal-wegħdiet u ta' l-impenji u l-ħlasijiet tal-baġit, imqassmin skond il-pajjiż, ir-reġjun u l-kategorija ta' l-assistenza; jitlob li r-rapport jevalwa wkoll il-progress magħmul fl-integrazzjoni tal-kummerċ fil-programmi ta' għajnuna u r-riżultati miksuba permezz ta' l-assistenza, billi juża, sakemm ikun possibbli, indikaturi speċifiċi u li jistgħu jitkejlu dwar l-irwol ta' din l-assistenza biex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-AfT;

10. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta, qabel it-tieni qari tal-Parlament, dokument fil-qosor li jagħti ċ-ċifra totali tal-fondi kollha ta' l-"Aid for Trade" li jkunu ġejjin mill-baġit ta' l-UE, u ċ-ċifra totali mill-ammont totali ta' l-"Aid for Trade" allokat għall-"assistenza marbuta mal-kummerċ" kollha;

11. Jinnota li l-Kunsill għamel tnaqqis fin-nefqa amministrattiva marbuta ma', fost l-oħrajn, l-istaff u l-maniġment tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi, qabel it-tieni qari tal-Parlament: (i) informazzjoni fuq in-numru u n-natura ta' l-istaff li attwalment qiegħed jaħdem fuq kwistjonijiet ta' kummerċ fid-Direttorat-Ġenerali tal-Kummerċ u fid-delegazzjonijiet f'pajjiżi terzi, flimkien ma' evalwazzjoni tal-kapaċità tagħhom li jittrattaw l-isfidi dejjem jikbru tal-politika tal-kummerċ; (ii) informazzjoni fuq l-utilizzar mill-ġdid tar-riżorsi umani li jinsabu fl-uffiċċji wara li x-xogħol li kienu jagħmlu għadda għal għand id-delegazzjonijiet; u (iii) ġustifikazzjoni ċara għaż-żieda fin-nefqa marbuta ma' l-istaff (intern u estern) tad-Direttorat-Ġenerali tal-Kummerċ u tad-delegazzjonijiet tal-Kummerċ;

12. Itenni li l-Assistenza Makro Finanzjarja (MFA) għandha tiġi suġġetta għal monitoraġġ u kundizzjonijiet billi l-UE ma tikkontrollax il-mod li bih il-pajjiżi li jibbenefikaw jonfqu l-fondi ġenerali bla allokazzjoni li jidħlu fil-baġit ġenerali tagħhom; jiddispjaċih li l-MFA ma għandhiex bażi legali xierqa u qiegħda tkompli tistrieħ fuq deċiżjonijiet ad hoc tal-Kunsill għal kull operazzjoni; itenni l-ħtieġa ta' regolament ta' qafas dwar l-MFA li jsir b'kodeċiżjoni u li jtejjeb is-sistemi tat-trasparenza, tal-kontabilità, tal-monitoraġġ u tar-rappurtaġġ;

13. Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħaddi lill-Parlament fi żmien xieraq l-informazzjoni dwar il-programmi ta' l-MFA u l-iskeda mistennija għall-proposti tal-Kummissjoni dwar l-MFA; jinsisti li l-Kunsill jistieden lill-Parlament biex jagħti l-fehma tiegħu dwar il-proposti tal-Kummissjoni marbuta ma' l-MFA permezz tal-"proċedura ta' l-urġenza" biss meta jkun assolutament meħtieġ u wara ġustifikazzjoni xierqa;

14. Itenni li hu meħtieġ li jingħata appoġġ finanzjarju konkret għat-trasferiment tat-teknoloġija u l-bini ta' kapaċitajiet marbuta mal-farmaċewtiċi fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u għall-produzzjoni lokali tal-farmaċewtiċi fil-pajjiżi kollha li qegħdin jiżviluppaw, l-aktar LDCs, fit-twettiq ta' l-obbligi stabbiliti bl-Artikolu 66(2) tal-Ftehima TRIPS;

15. Jiġbed l-attenzjoni li hu meħtieġ li jiżdiedu l-fondi għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-mard tropikali, injorat u marbut mal-faqar bis-sehem ta' sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat u proġetti oħra possibbli ta' ffinanzjar, u li jingħata appoġġ lill-istituti tar-riċerka li jkunu lesti li jikkoperaw f'inizjattivi b'riżq is-saħħa pubblika mogħtija għal dawn l-isforzi u li jsegwu r-riċerka u l-iżvilupp ta' mediċini ta' rilevanza speċjali għal pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

PROĊEDURA

Titolu

L-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III - Il-Kummissjoni

Numru tal-proċedura

C6-0000/2007 - 2007/2019(BUD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

Koperazzjoni iktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Peter Šťastný
28.2.2007

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

17.7.2007

11.9.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

11.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Graham Booth, Carlos Carnero González, Daniel Caspary, Ignasi Guardans Cambó, Glyn Ford, Béla Glattfelder, Jacky Henin, Sajjad Karim, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erika Mann, Helmuth Markov, Vural Öger, Georgios Papastamkos, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Corien Wortmann-Kool, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bastiaan Belder, Małgorzata Handzlik, Pia Elda Locatelli, Carl Schlyter

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b’lingwa waħda biss)

...

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (4.10.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali preliminari ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(2007/2019 (BUD))Taqsima III - Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Salvador Gallego Polledo

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

F’din l-opinjoni, ir-rapporteur xtaq jiżgura li l-baġit ikun konformi mar-regoli adottati mill-Parlament fil-qasam ta’ l-immaniġġjar finanzjarju sod, speċjalment għall-prinċipju tan-nefqa/effettività tad-diversi politiki differenti ta’ l-UE u għat-trasparenza fl-amministrazzjoni tal-fondi ta’ l-Unjoni. L-aspetti msemmija hawn taħt joħorġu mill-eżami tat-twettiq tal-baġit wara l-kwittanza magħmula mill-Parlament, il-konklużjonijiet tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri u r-rapporti speċjali dwar l-immaniġġjar baġitarju tal-Kummissjoni.

Dikjarazzjonijiet nazzjonali ta’ immaniġġjar

1.  Ifakkar li, skond l-Artikolu 53c tar-Regolament Finanzjarju u skond paragrafu 44 ta’ l-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, l-entitajiet tal-verifika relevanti ta’ l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jagħmlu evalwazzjoni tas-sistemi tagħhom ta’ immaniġġjar u ta’ kontroll skond in-normi komunitarji, u għandhom iħejju rapport annwali, fil-livell nazzjonali xieraq, tal-verifiki disponibbli;

2.  Jinnota madankollu li s’issa, skond it-tagħrif riċevut mill-Kummissjoni Ewropea, in-numru ta’ Stati Membri li wettqu dak li kellu jsir skond id-dispożizzjonijiet msemmija tar-Regolament Finanzjarju u ta’ l-AII huwa żgħir ħafna, u jitlob li dan in-nuqqas jitqies mill-kumitat relevanti fil-proċedura baġitarja 2008;

3.  Iqis li l-Kunsill waqt il-Presidenza Portugiża għandu jibda l-azzjonijiet meħtieġa sabiex jirrimedja dan in-nuqqas;

Maniġjar baġitarju u l-prinċipju ta’ l-effettività tan-nefqa tal-kontrolli

4.  Ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-2005, il-Parlament talab lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tippreżenta lill-Parlament, kif ukoll lill-Qorti ta’ l-Awdituri, spjegazzjoni sħiħa u definizzjoni tad-diversi kunċetti inklużi fit-terminu «korrezzjonijiet finanzjarji» u li tispeċifika l-ammonti tal-korrezzjonijiet li saru verament fis-sena 2005, filwaqt li jitolbu wkoll li fil-ġejjieni, il-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali dettaljat bl-ammonti tal-korrezzjonijiet finanzjarji finali li saru verament;

5.  Jemmen, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-baġit annwali jindika l-ammont ta’ fondi mhux dovuti rkuprati mill-Istati Membri permezz tal-ħolqien ta’ intestatura baġitarja speċifika;

6.  Iqis li l-Kummissjoni Ewropea, b’konformità mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ l-effettività ta’ l-infiq (value for money) tas-sistemi ta’ kontroll, għandha tevalwa r-relazzjoni eżistenti bejn, fuq naħa r-riżorsi li għandha għal kull politika partikulari, u, fuq in-naħa l-oħra, il-proprozjon ta’ dawn ir-riżorsi li timpjega fis-sistemi ta’ kontroll għal kull qasam ta’ nfiq, kif intalab fir-Riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għall-2005;

7.  Jemmen li r-riżultat ta’ din l-evalwazzjoni, jiġifieri n-nefqa tas-sistemi ta’ kontroll għal kull politika ta’ nfiq, għandha tkun inkluża fil-baġit stabbilit għall-attivitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea;

Aġenziji eżekuttivi u entitajiet oħra diċentralizzati

8.  Jemmen li l-aġenziji kollha għandhom ikunu koperti mill-kwittanza tal-Parlament Ewropew, u li għal dan il-għan, u għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-aġenziji eżekuttivi kollha u entitajiet oħra diċentralizzati għandu jkollhom il-linji baġitarji tagħhom, speċifikati b’mod individwali fil-baġit ta’ l-Unjoni;

9.  Jinnota li fir-rapport annwali tiegħu ta’ l-2005, is-servizz ta’ verifika interna tal-Kummissjoni Ewropea inkluda riserva dwar in-nuqqas ta' riżorsi umani biżżejjed sabiex ikun jista' jwettaq l-obbligu li impona fuqu ir-Regolament finanzjarju, li jwettaq programm ta' verifika għall-aġenziji; għaldaqstant, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tqis din ir-riserva u sabiex fil-baġit ta’ l-2008, talloka r-riżorsi addizzjonali meħtieġa li jippermetti lis-servizz ta’ verifika interna iwettaq l-obbligu tiegħu ta’ verifika ta’ l-aġenziji;

10.  Iqis li bħalma talab il-Parlament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, kull ħames snin, studju tal-valur miżjud provdut minn kull aġenzija, u fejn l-evalwazzjoni tal-valur miżjud ta’ aġenzija ġdida ikun negattiv, itenni t-talba tiegħu lill-istituzzjonijiet kollha konċernati li jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jerġgħu jiddefinixxu l-mandat ta’ l-aġenzija jew, jekk ikun neċessarju, li jagħlquha;

Trasparenza

11.  Jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva ta’ trasparenza tal-Kummissjoni, u jittama li din twassal għal azzjonijiet konkreti u inizjattivi leġiżlattivi li ser iżidu t-trasparenza fl-użu u fl-immaniġġjar tal-fondi ta’ l-Unjoni;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq intestatura baġitarja ġdida bir-riżorsi meħtieġa sabiex tkopri l-ispejjeż tat-twettiq tal-miżuri maħsuba fl-inizjattiva ta’ trasparenza;

Azzjonijiet esterni

13.  Jemmen li, għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-NGOs li jirċievu fondi ta’ l-UE jeħtieġ li jkunu identifikati u speċifikati b’mod ċar; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, sabiex tinkludi d-dettalji ta’ l-NGOs konċernati fil-baġit ta’ l-Unjoni;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex bl-istess mod taħseb għar-riżorsi meħtieġa sabiex ikun possibbli għall-EuropeAid li twettaq programm ta’ verifiki “ex post” fid-diversi NGOs li tikkopera magħhom fil-baġit ta’ l-2008;

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat tal-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li ser jadotta:

1.  Jitlob li, sakemm il-Kunsill ma jitlobx lill-Istati Membri għall-informazzjoni mitluba skond l-Artikolu 53c tar-Regolament Finanzjarju u paragrafu 44 tat-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006, ċerti titoli baġitarji jitpoġġew fir-riserva fil-proċedura baġitarja ta’ l-2008;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq linja baġitarja speċifika li fiha jkun jidher b’mod annwali fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea l-ammont ta’ ħlasijiet mhux dovuti rkuprati mill-Istati Membri;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq linja baġitarja li tindika l-ispiża tas-sistemi ta’ kontroll għal kull qasam ta’ nfiq għall-politiki fil-kuntest ta’ l-ibbaġitjar bbażat fuq l-attiviatjiet ta' l-UE ("ABB jew activity-based budgeting");

4.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq linji baġitarji speċifiċi ġodda għal kull waħda mill-aġenziji eżekuttivi u entitajiet oħra diċentralizzati;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura r-riżorsi addizzjonali meħtieġa fil-baġit ta’ l-2008 sabiex is-servizz ta’ verifika interna ikun jista’ jwettaq programm annwali ta’ kontrolli ex post ta’ dawk l-aġenziji;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fl-organigramma ta' l-Uffiċċju kontra l-Frodi (OLAF) tidentifika 8 karigi għas-segretarjat tal-Kumitat tas-Sorveljanza ta' l-OLAF,

7.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq il-miżuri kollha ta’ l-inizjattiva għat-trasparenza u sabiex toħloq linja baġitarja speċifika oħra għall-fondi meħtieġa għat-twettiq u s-segwitu ta' dawn il-miżuri;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tintroduċi miżuri għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni f'oqsma sensittivi identifikati mill-OLAF;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex fil-baġit tispeċifika l-NGOs kollha li jirċievu fondi ta’ l-UE;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex fil-baġit ta’ l-UE tinkludi r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ programm ta’ kontrolli ex post fuq id-diversi NGOs li tikkopera magħhom fil-qasam tal-politika barranija.

11.  Jinsisti li l-Kummissjoni għandha twaqqaf immedjatament it-tmiem gradwali ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni sakemm id-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni min-naħa waħda u l-gvernijiet lokali min-naħa l-oħra ma jkunux jistgħu jieħdu responsabilità għaliha b'mod sħiħ;

12.  Ifakkar fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza ta' l-2005, u jinsisti li l-Kummissjoni għandha tittrasforma l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni f'Aġenzija għall-implimentazzjoni ta' ċerti azzjonijiet esterni ta' l-UE, b'mod partikulari f'zoni li jkunu għaddew minn xi kriżi;

13.  Jissuġġerixxi li 20% ta' l-impenji u tal-pagamenti tal-linja baġitarja 19 10 03 jitpoġġew fir-riserva u jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Parlament qabel it-tieni qari, evalwazzjoni dettaljata ta' l-użu tal-fondi (fl-2006, 2007 u dawk ippjanati għall-2008) fl-Iraq, fejn tispeċifika liema proġetti ġew iffinanzjati jew ko-finanzjati fil-qafas tal-proċess ta' rikostruzzjoni ta' l-Iraq u tinkludi indikazzjonijiet preċiżi dwar il-qagħda ġeografika u l-kuntratturi għal kull proġett (fejn dawn huma diġà definiti); iqis li huwa inaċċettabli għaċ-ċittadin Ewropew li l-Kummissjoni ma riditx tagħti din l-informazzjoni qabel b'mod dettaljat, responsabli u trasparenti.

14.  Jissuġġerixxi li 20% mil-linja baġitarja 19 01 01 01 titpoġġa fir-riserva u jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Parlament, qabel it-tieni qari tal-baġit ta' l-2008, lista dettaljata tal-fondi ta' l-UE mmaniġġjati minn fondi fiduċjarji internazzjonali fl-2006 u fl-2007 li tinkludi informazzjoni preċiża dwar liema proġetti ġew ko-finanzjati għal kull fond fiduċjarju u li tispeċifika kif il-Kummissjoni tiggarantixxi l-kontroll ta' l-użu tal-fondi ta' l-UE fil-fondi fiduċjarji differenti; iqis li huwa inaċċettabli għaċ-ċittadin Ewropew li l-Kummissjoni ma riditx tagħti din l-informazzjoni qabel b'mod dettaljat, responsabli u trasparenti.

PROĊEDURA

Titolu

Abbozz ta’ baġit ta’ l-Unjoni Ewropea għall-2008

Referenzi

C6-0287/2007 - 2007/2019(BUD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni mressqa minn

       Data tat-tħabbir fil-plenarja

CONT

24.9.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Salvador Garriga Polledo

27.3.2007

Data ta' l-adozzjoni

4.10.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Paul van Buitenen, Mogens N.J. Camre, Paulo Casaca, James Elles, Szabolcs Fazakas, Ingeborg Gräßle, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Esther De Lange, Bogusław Liberadzki, Nils Lundgren, Jan Mulder, Bart Staes

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Véronique Mathieu

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (12.9.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(C6-0000/2007 - 2007/2019(BUD))Taqsima III - Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Cristobal Montoro Romero

ĠUSTIFIKAZZJONI

Dan l-abbozz ta’ opinjoni jieħu bħala l-punt ta’ referenza tiegħu l-abbozz preliminari tal-baġit (APB) għas-sena finanzjarja 2008 ppubblikat mill-Kummissjoni fit-2 ta’ Mejju 2007. Huwa biss fit-13 ta’ Lulju 2007 li l-Kunsill se jadotta l-abbozz tal-baġit (AB) ta’ l-2007 li imbagħad se jiġi mgħoddi lill-Parlament.

Rimarki ġenerali

L-abbozz preliminari tal-baġit (APB) għall-2008 huwa t-tieni wieħed mill-Qafas Finanzjarju 2007-2013, għalhekk huwa baġit ta’ konsolidazzjoni u ta’ implimentazzjoni kkontinwata. L-istruttura, fil-parti l-kbira tagħha, baqgħet kif kienet sa mill-baġit ta' l-2007.

L-ogħla limitu għall-pagamenti ta’ l-2008 ta’ EUR 129 481 miljun jammonta għal 1.04 % tad-dħul gross nazzjonali (GNI). L-APB 2008 jħalli marġini kbir enormi ta’ EUR 8 214-il miljun għall-approprjazzjonijiet tal-pagamenti. Ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek jitlob li jkun hemm livell ogħla ta’ pagamenti fil-baġit ta’ l-2008. Hemm fejn wieħed jimmanuvra biex tkun appoġġjata l-modernizzazzjoni ta’ l-ekonomija Ewropea mingħajr ma’ jitnaqqas il-baġit ta' politiki Ewropej oħra li huma l-aktar meħtieġa.

Ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek jilqa’ b’sodisfazzjon it-titjib fiċ-ċarezza tal-preżentazzjoni, il-konċentrament akbar fuq l-objettivi u l-miżuri għal riżultati. Id-dikjarazzjonijiet ta’ l-approċċ ta’ bbaġitjar ibbażat fuq l-attivitajiet jipprovdu għodda utli sabiex jiġi evalwat sa liema punt kull DĠ tal-Kummissjoni qed jimmira li jwassal riżultati permezz ta’ l-allokazzjoni tiegħu ta’ riżorsi baġitarji u riżorsi umani.

Dwar kwistjonijiet ta’ l-ECON fl-APB

Ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek għandu fehma pożittiva tax-xejra fl-approprjazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Aġenda ta’ Liżbona peress li:

- L-impenji għall-Kompetittività għat-Tkabbir u x-Xogħol (sottotitolu 1a) jiżdiedu b’ 9.6 % jew EUR 10 270.4 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 76.6 miljun. Il-pagamenti wkoll jiżdiedu b’35.4 % għal EUR 9 538.7 miljun.

Madanakollu, f’dak li hu baġit għadna 'l bogħod milli nlaħħqu ma' dak kollu li ħalliena nistennew li jseħħ is-Seba' Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku li se jkun jopera b’mod sħiħ fl-2008 u għadna rridu nsibu l-pakkett finanzjarju adattat li jkun jagħmilha possibbli li jinħoloq Istitut Ewropew tat-Teknoloġija fl-2010 fi ħdan il-Programm ta’ Kompetittività u Innovazzjoni (CIP) jekk irridu li dan nagħmluh realtà.

- Għall-Koeżjoni għat-Tkabbir u x-Xogħol (sottotitolu 1b) l-impenji huma stabbiliti għall-ammont ta’ EUR 46 877.9 miljun, li hija żjieda ta’ 3.1 % fuq l-2007. Il-pagamenti wkoll jiżdiedu, b’7.5 %, għal EUR 40 622.7 miljun.

Ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek jappoġġja l-isforzi kollha biex ikun żgurat li t-tnax-il Stat Membru ġdid jista’ jserraħ fuq somom suffiċjenti permezz tal-fondi strutturali biex jissaħħaħ il-potenzjal tagħhom għat-tkabbir, il-ħolqien ta’ l-impjiegi u l-kwalità ta’ l-infrastrutturi tagħhom.

Ir-rapporteur għal-opinjoni tiegħek jissottolinja kemm hu importanti li l-pagamenti kollha jitqassmu meta jkun il-waqt.

Il-baġit huwa organizzat skond oqsma tal-politika, li min-naħa tagħhom huma suddiviżi f’titoli u attivitajiet. Għalhekk, dawn l-impenji huma mqassma bejn 32 titolu, li fil-biċċa l-kbira tagħhom ma jaqgħux fil-kompetenza esklussiva ta’ l-ECON imma xi wħud minnhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ l-Aġenda ta’ Liżbona: Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (Titolu 01), L-Intrapriża (Titolu 02), Il-Kompetizzjoni (Titolu 03), It-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali (Titolu 14), Il-Ġlieda Kontra l-Frodi (Titolu 24) u L-Istatistika (Titolu 29). Dawn it-titoli huma jerġa’ maqsumin f’xi 230 attività.

Filwaqt li t-tkabbir fl-approprjazzjonijiet qed jimxi fid-direzzjoni t-tajba, it-tkabbir tagħhom għall-oqsma ta’ l-attivitajiet, f’xi każijiet, m’huwiex biżżejjed biex jagħti kontribut effettiv għall-ħolqien ta’ l-impjiegi u t-tkabbir, kif muri hawn isfel:

Dwar it-Titolu 1: Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek iqis bħala fatt pożittiv iż-żjieda fir-riżorsi umani fir-rigward tan-nefqa amministrattiva tal-qasam tal-politika ta’ l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (intestatura tal-baġit 01 01).

Fir-rigward ta’ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (intestatura tal-baġit 01 02), ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek jidhirlu li jeħtieġ li jkun hemm aktar riżorsi għall-analiżi tal-prestazzjoni ekonomika komparattiva ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE, l-intestatura tal-baġit 01 02 02 dwar il-koordinament ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja, b’żjieda ta’ 0.5 %, tidher b’mod ċar li hija insuffiċjenti.

Ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek jidhirlu wkoll li għandu jsir aktar fir-rigward tal-PRINCE (il-Programm ta’ informazzjoni għaċ-ċittadin Ewropew) - Il-Komunikazzjoni dwar l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, inkluża l-Ewro (intestatura tal-baġit 01 02 04). Servejs li saru dan l-aħħar urew li l-appoġġ għall-Euro miċ-ċittadini fiz-zona ta' l-Euro naqas b’mod drammatiku mill-2002 ‘l hawn; hemm il-ħtieġa ta’ politika ta’ komunikazzjoni aktar proattiva. Huwa kruċjali li nkunu nistgħu nikkomunikaw liċ-ċittadini l-benefiċċji li jġib l-Euro għall-ħajja tagħhom u għall-ekonomija ta’ l-UE. Iż-żjieda ta’ EUR 0.7 miljun tmur għall-Kampanja dwar l-10 snin ta’ l-EMU iżda tħalli fuq l-istess livell l-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija (2.1 miljuni), l-organizzazzjoni ta’ konferenzi maġġuri, seminars, wirjiet u stands (2.1 miljuni) u l-produzzjoni, it-tqassim u l-forniment ta’ materjal promozzjonali u l-iżvilupp ta' websajts, il-migrazzjoni u l-manutensjoni.

Madanakollu, l-isforzi għall-komunikazzjoni m’għandhomx jiġu msaħħa biss lejn iċ-ċittadini fiz-zona ta’ l-Euro; hemm il-ħtieġa wkoll li jiġu msaħħa l-informazzjoni u l-komunikazzjoni lejn iċ-ċittadini li jinsabu barra z-zona ta’ l-Euro kif ukoll barra l-UE. Għalhekk, ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żjieda ta' 58.1 % ta' l-intestatura tal-baġit 01 03, Ekonomija u Affarijiet Finanzjarji Internazzjonali.

Filwaqt li l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li tirrekjiedi mill-kumpaniji elenkati li japplikaw standards internazzjonali ta’ kontabilità għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tagħhom, huwa rrikonoxxut li hemm ħtieġa urġenti li tiġi ammeljorata l-governanza tal-Fondazzjoni tal-Kumitat ta’ l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASCF), inkluż il-Bord ta’ l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB). Barra minn hekk, l-istandards internazzjonali tal-kontabilità kulma jmur qed isiru aktar importanti fuq livell globali. Fuq sfond bħal dan, huwa essenzjali li l-Kummissjoni twarrab riżorsi finanzjarji suffiċjenti li jippermettu lill-UE tagħmel kontribut finanzjarju għall-istipular ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità fl-interess ta’ l-Unjoni Ewropea.

Fir-rigward ta’ Operazzjonijiet u Strumenti Finanzjarji (intestatura tal-baġit 01 04), ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek jissottolinja l-ħtieġa li jkomplu jiġu assigurati l-mezzi għall-immaniġġjar ta’ l-attivitajiet tat-teħed u ta’ l-għoti ta’ self tal-Komunità, l-immaniġġjar mit-teżor ta’ riżorsi li huma barra l-baġit u l-provvediment ta’ pariri dwar kapital, swieq u strumenti finanzjarji għall-SMEs u dwar relazzjonijiet istituzzjonali u ta’ politika mal-Bank Ewropew għall-Investiment.

Dwar it-Titolu 2: L-Intrapriża

Fir-rigward tan-nefqa amministrattiva ta' L-Intrapriża (intestatura tal-baġit 02 01), b’mod partikulari l-Istandardizzazzjoni u l-Approssimazzjoni tal-Leġiżlazzjoni - Infiq fl-Immaniġġjar Amministrattiv (intestatura tal-baġit 02 01 04 02), huwa diffiċli tara r-raġuni li tiġġustifika t-tnaqqis tal-baġit annwali minn EUR 0.500 miljun għal EUR 0.300 miljun biss għal din is-sena fl-FFP 2007-2013.

Ir-rapporteur għal opinjoni hu tal-fehma li żjieda ta’ 2.55 % fl-impenji lejn il-Kompetittività, il-Politika Industrijali, l-Innovazzjoni u l-Imprenditorija (intestatura tal-baġit 02 02) tidher li hi żgħira wisq għal kapitolu hekk wiesa’ u importanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-SMEs. Huwa importanti li jkun żgurat li l-proġetti pilota kollha li jirrigwardaw l-SMEs u li ġew konklużi b’riżultat pożittiv jiġu segwiti mill-azzjoni preparatorja korretta.

Dwar it-Titolu 3: Il-Kompetizzjoni

Ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żjieda fin-numru ta’ staff taħt in-nefqa amministrattiva tal-Qasam tal-Politika tal-Kompetizzjoni (intestatura tal-baġit 03 01) bħala rispons għad-domanda akbar għal riżorsi umani biex jittrattaw kwistjonijiet dejjem aktar numerużi u kumplessi dwar il-kompetizzjoni.

Dwar it-Titolu 14: It-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

Fir-rigward tal-Politika tat-Tassazzjoni (intestatura tal-baġit 14 05) u, b’mod partikolari, Id-Dwana 2013 (intestatura tal-baġit 14 04 02) u l-Fiscalis 2013 (intestatura tal-baġit 14 05 03), ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek jissottolinja l-importanza u l-valur miżjud ta’ programmi bħal dawn u jidhirlu li huwa essenzjali li jkun żgurat finanzjament biżżejjed għall-attivitajiet taħt programmi bħal dawn.

Dwar it-Titolu 24: Il-Ġlieda Kontra l-Frodi

Ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek jilqa’ b’sodisfazzjoni l-appoġġ baġitarju miżjud biex ikunu mħarsa l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropea kontra l-frodi u l-korruzzjoni, b’mod partikolari għall-iżvilupp u ż-żamma tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Kontra l-Frodi (AFIS) (intestatura tal-baġit 24 02 03). Jinnota, madanankollu, li m’hemm l-ebda żjieda ta’ xejn għall-Programm ‘Pericles’ (intestatura tal-baġit 24 02 02).

Dwar it-Titolu 29: L-Istatisitika

Sabiex tiġi mtejba l-kwalità ta’ l-istatistika Ewropea, ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek hu tal-fehma li ż-żjieda ta’ 4.42 % fil-baġit ta’ kompromess għal dan il-qasam hija waħda insuffiċjenti.

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jitlob li jkun hemm livell ogħla ta’ pagamenti fil-baġit ta’ l-2008 milli kien previst mill-Kummissjoni fl-ABP, sabiex ikun konformi mal-prijoritajiet politiċi tal-Parlament b’enfasi fuq “baġit għal riżultati”;

2.   Jitlob li jkun hemm aktar riżorsi għall-analiżi komparattiva tal-prestazzjoni ekonomika ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE, bħala ħaġa essenzjali biex wieħed jifhem il-funzjonament ta’ l-ekonomija ta’ l-UE u l-punti dgħajfa li jridu jiġu indirizzati;

3.   Jisħaq li r-riżorsi finanzjarji għall-komunikazzjoni esterna dwar l-Euro u l-EMU jridu jiġu msaħħa, b’mod partikulari fir-rigward ta’ l-għaxar anniversarju ta’ l-Euro; iż-żjieda ta’ 10% fl-impenji għall-PRINCE sa l-ammont ta' EUR 7.7 miljuni prevista fl-ABP 2008 tista' ma tkunx biżżejjed;

4.   Itenni li jridu jitwarrbu fondi biżżejjed għal kontribut finanzjarju għall-istipular ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità, b'mod partikolari għall-Fondazzjoni tal-Kumitat ta’ l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità, inkluż il-Bord ta’ l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità, sabiex isir kontribut lejn governanza mtejba ta’ l-IASCF/IASB fl-interessi ta’ l-UE;

5.   Jilqa’ b’sodisfazzjoni is-sottoskrizzjoni ta’ ishma ġodda tal-Fond Ewropew għall-Investiment li jilħqu s-somma ta’ EUR 100 miljun mill-2007 sa l-2010 bir-rata ta’ EUR 25 miljun fis-sena għaliex il-kapital addizzjonali għall-Fond Ewropew għall-Investiment se jikkontribwixxi b’mod pożittiv biex jintaħqu l-objettivi ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona;

6.   Japprova l-appoġġ baġitarju miżjud biex tkun żviluppata u miżmuma s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Kontra l-Frodi; jinnota, madanakollu, li m’hemm l-ebda żjieda ta’ xejn għall-Programm 'Pericles’, li huwa essenzjali għat-taħriġ, l-iskambju u l-għajnuna għall-ħarsien ta’ l-Euro kontra l-kontrafazzjoni;

7.   Jitlob li jsir sforz baġitarju akbar biex tiġi mtejba l-kwalità ta' l-istatistika Ewropea, peress li huwa biss bi statistika tajba li l-Istituzzjonijiet Ewropej u l-gvernijiet ta’ l-Istati Membri se jkunu jistgħu jimplimentaw, jimmoniterjaw u jevalwaw il-politiki tal-Komunità;

8.   Ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żjieda fin-numru ta’ staff taħt in-nefqa amministrattiva tal-Qasam tal-Politika tal-Kompetizzjoni (intestatura tal-baġit 03 01) bħala rispons għad-domanda akbar għal riżorsi umani biex jittrattaw kwistjonijiet dejjem aktar numerużi u kumplessi dwar il-kompetizzjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Abbozz tal-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III - Kummissjoni

Numru tal-proċedura

2007/2019(BUD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

Koperazzjoni aktar mill-qrib – data tat- tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Cristobal Montoro Romero

13.2.2007

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

26.6.2007

10.9.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

11.9.2007

Risultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Ieke van den Burg, Christian Ehler, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in 't Veld, Piia-Noora Kauppi, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Kurt Joachim Lauk, Gay Mitchell, Cristobal Montoro Romero, Joseph Muscat, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Olle Schmidt, Peter Skinner, Sahra Wagenknecht

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jorgo Chatzimarkakis, Harald Ettl, Ján Hudacký, Werner Langen, Thomas Mann, Maria Petre, Poul Nyrup Rasmussen, Charles Tannock

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Íñigo Méndez de Vigo

Kummenti (informazzjoni disponibbli b’lingwa waħda biss)

...

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (12.9.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali preliminari ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(C6-0000/2007 – 2007/2019(BUD))Taqsima III – Il-Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Gabriele Stauner

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.  Jiġbed l-attenzjoni li għal darb’oħra, il-Kummissjoni qed tippreżenta abbozz tal-baġit li għandu bħala xejra ewlenija tiegħu, id-determinazzjoni biex jintefqu inqas flus: bl-approprjazzjonijiet ta' impenn li jilħqu €129.2 biljun u l-approprjazzjonijiet ta' ħlas li jilħqu €121.6 biljun, l-abbozz tal-baġit reġa' b'mod ċar qiegħed taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-perspettiva finanzjarju, anke wara l-adeżjoni ta' żewġ Stati Membri ġodda;

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon b'mod speċjali l-isforzi tal-Kummissjoni biex tappoġġja l-għanijiet ta' l-Istrateġija ta' Liżbona, billi issa 44.2% (57.1 biljun €) tal-baġit għandhom jintefqu għat-tkabbir u l-impiegi u għalhekk il-linji tal-baġit relattivi żdiedu bi 2.3 biljun € għall-2008;

3.  Jinnota li l-baġit 2008 għandu jiġi mfassal fil-kuntest ta' aktar ħidma dwar ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja li tikkonċerna kemm l-ispiża u d-dħul, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-2008 hija t-tieni sena tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali 2007-2013 (MFF) u s-sena ta' qabel ta' l-aħħar tas-sitt leġiżlatura tal-Parlament u tal-Kummissjoni Barroso;

4.  Ifakkar li l-maġġoranza kbira tal-linji tal-baġit hija ffissata mill-pakkett finanzjarju plurijennali obbligatorju; jilqa' b'sodisfazzjon, b'mod partikolari, għalhekk, il-possibilità li jiġu ffinanzjati proġetti pilota ġodda f'oqsma ewlenin speċifiċi tas-settur ta' l-impiegi u l-affarijiet soċjali, sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet f'oqsma problematiċi;

5.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni sabiex tagħmel kull sforz sabiex tiżgura li d-diversi intestaturi fis-sotto-kategorija 1b (koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi) jiġu implimentati u jenfasizza l-irwol tal-Fond Soċjali Ewropew f'dan il-kuntest u l-kontribuzzjoni tiegħu għall-koeżjoni ekonomika u soċjali, partikolarment fl-oqsma żvantaġġjati;

6.  Jemmen li, fil-kunsiderazzjoni tal-linji tal-baġit dwar in-nefqa amministrattiva u l-linji tal-baġit dwar l-aġenziji, kull tibdil għandhom jaqblu fuqu l-kumitati kollha kkonċernati;

7.  Iqis neċessarju, barra minn hekk, li s-sħubija soċjali tiġi kkonsolidata fl-Istati Membri ġodda u li l-istrutturi tagħha jittejbu; Jikkunsidra wkoll li dan jista' jkun mod kif id-drittijiet ta' parteċipazzjoni tal-ħaddiema jiġu implimentati aħjar, kif intalab mill-Parlament Ewropew (0403);

8.  Jiddispjaċih li wara li tiskadi l-Azzjoni Preparatorja ENEA għall-promozzjoni ta' l-età attiva u tal-mobilità ta' l-anzjani u l-proġett pilota dwar mainstreaming ta' azzjonijiet ta' diżabilità, ma ġie propost l-ebda programm relatat min-naħa tal-Kummissjoni; għaldaqstant, jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa bażijiet legali korrispondenti, sabiex tkompli ttejjeb is-sitwazzjoni taċ-ċittadini b'diżabilità, u kif ukoll tippromwovi l-età attiva;

9.  Jistenna li, kif kien il-każ din is-sena, applikazzjonijiet għal għajnuna finanzjarja bbażati fuq il-linji gwida tal-Fond għall-Globalizzazzjoni se jkunu ppreżentati s-sena d-dieħla għal darba oħra lill-Kummissjoni; jappoġġja, għalhekk, l-entrata ta' € 500 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex il-pagamenti jkunu aċċessibbli skond il-ftehimiet;

10. Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni biex tneħħi l-obbligi eżistenti mill-aħħar perjodu ta' finanzjament tal-Fond Soċjali; jitlob, għalhekk, lill-Istati Membri biex iħaffu jtemmu l-miżuri implimentati sabiex fi żmien is-sentejn li ġejjin l-obbligi ta' ħlas ikunu tneħħew kompletament; jinnota li ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn hija marbuta mas-sħubija tar-Rumanija u l-Bulgarija;

11. Iressaq il-proġett pilota "Pontijiet għall-integrazzjoni soċjali ta' l-immigranti" li jimmira biex jissimplifika l-integrazzjoni ta' immigranti fis-suq tax-xogħol u biex jikkumbatti ix-xogħol mhux dikjarat; il-proġett pilota għandu jidentifika l-aħjar prattiki u sħubiji bejn l-awtoritajiet u kumpaniji reġjonali/lokali u jippromwovi azzjonijiet pożittivi kontra xogħol mhux dikjarat;

12. Jipproponi proġett pilota bl-isem "Sitwazzjonijiet ġodda ta' impjieg fis-settur tas-saħħa: L-aħjar prattiki sabiex jitjieb it-taħriġ professjonali u l-kwalifiki tal-ħaddiema fis-settur tal-kura tas-saħħa" hekk kif l-Ewropa qed tiffaċċja bidla demografika bla preċedent u t-tul mistenni tal-ħajja u l-età medja tal-popolazzjoni għadhom qed jogħlew - sitwazzjonijiet li jpoġġu pressjoni finanzjarja fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri kollha; jenfasizza li t-tendenzi tal-mard qed jinbidlu, pereżempju numru ikbar ta' persuni qed jiġu affettwati mid-dimenzja; josserva li, bħala riżultat, mhux biss in-numru ta' persuni li qed jiġu impjegati fis-settur tas-saħħa qed jiżdied, iżda wkoll qed jitwaqqfu kategoriji ġodda ta' impjieg fl-UE sabiex jintlaħqu dawn l-isfidi ġodda; jenfasizza li dan huwa partikolarment reali f'dak li għandu x'jaqsam mal-kura ta' l-anzjani; jenfasizza li l-ħaddiema jista' jkollhom kuntratti ta' xogħol kemm standard u kemm mhux standard jew ikunu f'impjieg kemm għal tul ta' żmien twil kif ukoll qasir u jkunu meħtieġa jiksbu tipi ġodda ta' kwalifiki; jemmen għalhekk, li l-ħolqien ta' proġett pilota huwa ta' importanza massima jekk l-aħjar prattiki u l-bażi ta' riferenza se jinqasmu b'relazzjoni ma' l-impatt u l-konsegwenzi ta' sitwazzjonijiet ġodda ta' impjieg fis-settur tas-saħħa, partikolarment b'relazzjoni mal-kwalifiki professjonali u x-xogħol li jsir mill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, mill-assistenti tal-kura tas-saħħa u mill-infermiera inqas imħarrġa;

13. Jipproponi proġett pilota bl-isem “Nakkumpanjaw lill-ħaddiema matul il-bidla industrijali” sabiex ikunu kkumplimentati l-attivitajiet iffinanzjati mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u jkunu appoġġjati miżuri u l-aħjar prattiki li jgħinu lill-ħaddiema u lill-kumpaniji jadattaw għall-bidla industrijali;

14. Jinnota li l-Kumitat għall-Impiegi u l-Affarijiet Soċjali huwa responsabbli għall-aġenziji: il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Thessaloniki) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (Turin); jiffavorixxi, wara li eżamina l-programmi annwali tagħhom, il-proposti tal-Kummissjoni għall-baġit għal dawn l-aġenziji, li għandhom jirċievu żieda ta' 2% fil-finanzi bħala bilanċ għar-rata ta' inflazzjoni;

15. Jilqa' b'sodisfazzjon żieda li jista' jkun hemm fil-linji tal-baġit għall-Fondazzjoni ta' Dublin li għandha tintuża għall-ħolqien ta' osservatorju fuq il-miżuri tal-politika soċjali fil-qasam tal-politiki favur il-familja fuq il-post tax-xogħol li jilqgħu u jieħdu ħsieb it-tfal (bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja). Il-Fondazzjoni tista' tagħżel numru ta' pajjiżi li wettqu b'suċċess numru ta' studji ta' każijiet individwali, tista' tagħmel riċerka u tipprovdi studji u ħarsa ġenerali fir-rapport globali;

16. Wara ż-żieda ta' € 2 miljun fil-baġit 2007, jipproponi aktar żieda għas-Servizz ta' l-Impjiegi ta' l-Ewropa (EURES) minħabba l-adeżjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija; jenfasizza li din iż-żieda tikkorrispondi wkoll għas-suċċess tas-Sena Ewropea tal-Mobilità tal-Ħaddiema 2006 (EYWM) li wasslet għal żieda sinifikanti fil-konsultazzjoni tal-Portal tal-Mobilità ta' l-Impjiegi tal-EURES u mal-bżonn li titjieb il-kwalità tas-servizzi tal-Eures u li tiġi provduta informazzjoni addizzjonali relatata ma' l-ivvjaġġar transkonfinali bejn Stati Membri "qodma" u "ġodda".

17. Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fil-linja tal-baġit ta' l-Istrument ta' Għajnuna għal qabel l-Adeżjoni (IPA) proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit (PDB) tagħha; jenfasizza l-importanza ta' dan l-istrument ġdid bħala għajnuna lill-pajjiżi kandidati (it-Turkija, il-Kroazja u l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja) fil-preparazzjoni tagħhom għall-immaniġġjar futur tal-Fond Soċjali Ewropew (ESF);

18. Iqis li huwa neċessarju li, fl-isfond tas-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd 2007 u skond l-impenn li ħadet il-Kummissjoni Ewropea fil-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Diżabilità 2003-2010, id-diżabilità se tkun sistematikament inkluża bħala kwistjoni kruċjali fil-baġit ta' l-UE u li l-aħjar mod kif jintlaħaq dan l-objettiv huwa li tkun żgurata konsistenza bejn il-lingwa tal-qafas regolatorju eżistenti ta' l-UE u r-rimarki tal-baġit.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

12.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Alexandru Athanasiu, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Harald Ettl, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Joel Hasse Ferreira, Stephen Hughes, Karin Jöns, Jan Jerzy Kułakowski, Jean Lambert, Bernard Lehideux, Mary Lou McDonald, Thomas Mann, Jan Tadeusz Masiel, Elisabeth Morin, Csaba Őry, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Jacek Protasiewicz, Bilyana Ilieva Raeva, José Albino Silva Peneda, Gabriele Stauner, Ewa Tomaszewska, Anne Van Lancker

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Françoise Castex, Rumiana Jeleva, Sepp Kusstatscher, Agnes Schierhuber

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TA' L-IKEL (28.6.2007)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(C6-0000/2007 - 2007/2019(BUD))Taqsima III - Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkludi s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jiġbed l-attenzzjoni lejn l-irwol tal-politika ambjentali ta' l-UE fl-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Liżbona u fil-kisba ta' l-objettiv globali ta' żvilupp sostenibbli; jistieden sabiex ikun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli għall-implimentazzjoni, il-kontroll u għal aktar żvilupp ta' politika ambjentali ta' l-UE;

2.  Jenfasizza l-irwol prinċipali ta' l-UE f'ħafna ftehimiet internazzjonali, bħall-Konvenzjoni ta' Qafas tan-NU dwar il-Bdil fil-Klima (UNFCCC) u Protokol ta' Kyoto relatat magħha, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) u l-Prtokoll ta' Kartagena relatat magħha dwar l-organiżmi ħajjin modifikati jew konvenzjonijiet globali dwar il-kimiċi u l-iskart; jistieden sabiex ikun hemm aktar riżorsi għal attivitajiet ambjentali internazzjonali sabiex l-UE tkun tista' żżomm il-pożizzjoni prinċipali tagħha fil-politika ambjentali internazzjonali u sabiex tistipula l-aġenda għall-koperazzjoni internazzjonali;

3.  Jenfasizza li t-trattament tal-bidla fil-klima huwa l-objettiv prinċipali għas-snin li ġejjin; jistieden sabiex ikun hemm inizjattivi politiċi konkreti dwar din il-kwistjoni sabiex l-UE tkun tista' twettaq l-obbligi interni u internazzjonali tagħha; ifakkar lill-Kummissjoni ta' l-impenn tagħha ddikjarat fl-Istrateġija ta' Politika Annwali ta' l-2008 fejn "il-bidla fil-klima mxiet fuq quddiem u se tkun parti integrali tal-prijoritajiet tal-Kummissjoni fl-2008 sabiex tiżgura prosperità għall-Ewropa";

4.  Jilqa' l-adozzjoni tal-Programm LIFE+, li jirrappreżenta strument koerenti u uniku għal approċċ imtejjeb u simplifikat biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika dwar l-ambjent u l-iżvilupp, billi jissostitwixxi ħafna programmi separati li kienu jeżistu qabel; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel l-għalmu tagħha biex tilħaq l-obbligi kollha fl-impenji u fil-ħalsijiet speċjalment peress li l-programm se jibda' tard fl-2007;

5.  Jinnota b'sodisfazzjoni l-ftehima bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar l-iffinanzjar tat-tieni Programm dwar is-Saħħa (2008-2013), li jirrispetta l-limiti massimi stipulati mill-Qafas Finanzjarju għat-Titolu 3b, sabiex il-Programm ikun jista' jibda mill-1 ta' Jannar 2008; madankollu juri li, l-approprazzjonijiet disponibbli se jkunu iżgħar minn dawk imbassra oriġinarjament għall-programm tal-Parlament u tal-Kummissjoni; ifakkar l-impenn tat-tliet istituzzjonijiet sabiex jesploraw u jagħmlu użu mill-possibilitajiet kollha provduti fmill-Ftehima Internazzjonali (IIA) matul il-proċedura tal-baġit annwali sabiex tkun żgurata implimentazzjoni sħiħa tal-Programm għas-Saħħa; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet disponibbli li tkun ta' benefiċċju f'termini ta' spejjeż; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta fil-ħin evalwazzjoni ta' nofs perjodu tal-Programm għas-Saħħa ta' l-2003-2008;

6.  Jenfasizza l-bżonn li titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-effetti ħżiena tal-konsum tat-tabakk, inkluż it-tipjip passiv; jilqa' t-tressiq ta' Green Paper - Lejn Ewropa ħielsa mid-duħħan tat-tabakk; madankollu jinsab imħasseb li l-Fond Komunitarju għat-Tabakk, li joffri appoġġ finanzjarju lill-proġetti li jtejbu l-kuxjenza pubblika dwar l-effetti ħżiena tal-konsum tat-tabakk, partikolarment permezz ta' informazzjoni u edukazzjoni, se jintemm; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta inizjattivi ta' segwitu;

7.  Jara b'mod pożittiv l-approċċ orizzontali dwar l-aġenziji fil-proċedura tal-baġit għall-2007 (it-tnaqqis ta' ammont mir-riserva wara li jintlaħqu ċertu kondizzjonijiet); jinnota b'sodisfazzjoni l-prestazjoni ta' l-aġenziji li jaqgħu fil-kompetenza ta' dan il-kumitat f'dan il-kuntest f'termini ta' stabbilizzazzjoni ta' pjanijiet għal politiki dwar l-istaff (SPP) u ta' preżentazzjoni ta' programm ta' ħidma ddettaljat li jelenka l-kariġi mogħtija mill-leġiżlatur; iħeġġeġ lill-erbgħa aġenziji (EMEA, EEA, EFSA u ECDC) sabiex jiffinalizzaw ir-regoli ta' mplimentazzjoni għall-SPP sabiex jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli;

8.  Jenfasizza għal darba oħra li hemm bżonn li l-aġenziji jkollhom finanzjament xieraq sabiex iwettqu l-inkarigi tagħhom, imma mingħajr ma jonqsu l-fondi disponibbli għal attivitajiet Komunitarji oħra; jistieden sabiex ikun hemm skrutinju bir-reqq ta' l-aġenziji, l-attivitajiet mwettqa mill-Kummissjoni u l-attivitajiet iffinanzjati mill-programmi multi-annwali, sabiex ikunu evitati kwalunkwe konċidenzi u jkun żgurat li l-kompiti meħtieġa jsiru fl-aktar mod ta' benefiċċju u effiċċjenti u razzjonali;

9.  Juri li leġiżlazzjoni adottata ġdida u leġiżlazzjoni imminenti se żżid it-tagħbija tax-xogħol u l-inkarigi ta' l-aġenziji rilevanti, bħall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (mediċini pedjatriċi u prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata); jenfasizza li l-aġenziji għandhom ikunu provduti b'mezzi finanzjarji xierqa sabiex ikun possibbli għalihom li jimmaniġġjaw l-inkarigi l-ġodda f'termini amministrattivi u ta' operat;

Ġustifikazzjoni qasira

Sfond Ġenerali

Il-programmi kollha taħt il-qafas finanzjarju ta' seba' snin li fuqu ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament Ewopew u l-Kunsill f'April 2006 se jkunu fis-seħħ fl-2008. Uħud se jaħdmu diġà mit-tieni sena, filwaqt li oħrajn se jkunu għadhom fil-bidu tagħhom.

L-Abozz ta' Baġit Preliminari (PDB) għall-2008 jammonta għal EUR 129.2 biljuni f'approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan jirrappreżenta 1.03% tad-Dħul Gross Nazzjonali (GNI), u huwa żieda ta' 2.0% fuq il-baġit tas-sena 2007. Jibqa' disponibbli marġinu ta' EUR 3.1 biljuni taħt il-limitu massimu tal-qafas finanzjarju. Huma proposti appropprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 121.6 biluni, jew 0.97% tad-Dħul Gross Nazzjonali. Dan jirrappreżenta żieda ta' 5.3% fuq l-2007.

IL-PDB 2008 jirrappreżenta bidla storika fl-istruttura. Għall-ewwel darba, in-nefqa fuq żvilupp sostenibbli biż-żieda tal-kompetittività u bi sforz għal aktar koeżjoni għandha l-akbar sehem fil-baġit minflok in-nefqa relatata mal-Politika Agrikola Komuni. Għalehkk, minn total ta' EUR 129.2 biljuni f'impenji, EUR 57.1 biljun (44.2%) għandhom imorru direttament għal attivitajiet vitali għall-Istrateġija ta' Liżbona.

PDB 2008 skond l-Intestatura

Approprjazzjonijiet ta' impenn skond l-intestatura

EUR

biljuni

% tal-baġit totali

% tal-Bidla

mill-2007

1. Żvilupp sostenibbli:

57,2

44,2%

+4,2%

Kompetittività

10,3

8,0%

+9,6%

Koeżjoni

46,9

36,2%

+3,1%

2. Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali:

56,3

43,6%

+0,0%

Għajnuniet diretti u nefqa relatata mas-suq

42,5

32,9%

-0,5%

Żvilupp rurali, ambjent

13,8

10,7%

+1,8%

3. Ċittadinanza, Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

1,3

1,0%

+11,1%

4. L-Unjoni Ewropea bħala attur globali

6,9

5,4%

+4,5%

5. Amministrazzjoni

7,3

5,7%

+5,7%

ta' liema l-Kummissjoni

3,4

2,6%

+1,4%

6. Kumpensi lill-Bulgarija u lir-Romanija

0,2

0,1%

-53,5%

Impenji totali

129,2

100,0%

+2,0%

F'% ta' GNI ta' l-UE-27

1,03%

 

 

Il-programmi prinċipali huma msaħħa fit-tieni sena tal-qafas

finanzjarju b'aktar impenji bħal fir-Riċerka + 11 %, fin-Netwerks Trans-Ewropew għall-enerġija u t-trasport + 14 %, fit-Tagħlim tul il-ħajja kollha +9%, fil-Fond ta' Koeżjoni +14% u fis-Solidarjetà u l-immaniġġjar tal-Migrazzjoni +24.

L-abbozz ta' baġit preliminari (PDB) jenfasizza l-irwol ta' l-UE bħala msieħba globali, li tippromwovi s-sigurtà u l-prosperità madwar id-dinja. Għalhekk għandhom ikunu żviluppati strumenti speċifiċi biex ikunu implimentati dawn il-miri, jiġifieri l-appropjazzjonijiet ta' impenn għall-Politika Komuni ta' l-Affarijiet Barranini u tas-Sigurtà jiżdiedu b' 25.8%.

Jidher li l-baġit amministrattiv ta' l-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE se jiżdied b'5.7%. Fl-2008 huma mitluba l-aħħar parti ta' postijiet relatati mat-tkabbir ta' l-2004, kif ukoll il-parti ta' qabel ta' l-aħħar tal-postijiet għat-tkabbir ta' l-2007 bid-dħul tal-Bulgarija

u r-Romanija. Bżonnijiet oħra se jkunu koperti permezz ta' tqassim mill-ġdid. Dwar dan, il-Kummissjoni għamlet testijiet tar-Riżorsi Umani li jaqdu bl-aħjar mod il-prijoritajiet ta' l-UE li kienu ġew preżentati fit-2 ta' Mejju 2007.

Baġits individwali (PDB 2008) kompetenza ta' dan il-kumitat

Il-PDB 2008 dwar l-ambjent ibassar żieda ta' 10.3% fir-riżorsi finanzjarji taħt l-istrumenti prinċipali fl-intestatura 07 (EUR 320, 726 Miljun) meta paraġunat ma' l-2007 (EUR 290, 720 Miljun).

L-aktar qafas finanzjarju importanti fil-qasam tal-politika ambjentali, LIFE+, jiġbor numru ta' strumenti u inizjattivi preċedenti (LIFE, fondi ta' l-NGO, Forest Focus, linji tal-baġit dwar l-appoġġ ta' l-implimentazzjoni u l-iżvilupp) fi programm wieħed. Il-PDB jipproponi żieda ta' 11% fir-riżorsi finanzjarji meta mqabbla ma' l-2007 (minn 239, 620 Miljuni ta' EUR fl-2007 sa 265, 944 miljuni ta' EUR fl-2008). Mit-total ta' l-approprjazzjonijiet (inkluża l-assisstenza teknika), 'l fuq minn 78% (jiġifieri madwar 208 miljuni ta' EUR) suppost huma ddedikati lill-iffinanzjar ta' proġetti b'valur miżjud Ewropew permezz ta' sejħa għal proposti li għandha tkun organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, li minnha mill-anqas 104 miljuni ta' EUR se jkunu ddedikati għal proġetti ta' Natura u Bijodiversità. Il-fondi dedikati għan-Natura u l-Bijodiversità jirrappreżentaw żieda ta' aktar minn 40% fuq il-fondi disponibbli taħt LIFE III Nature fl-2006.

Għalkemm ir-riżultat finali tal-proġetti appoġġati se jiddependi fuq ir-riżultati tas-sejħa għall-proposti li għandha tkun organizzata fl-2008/2009, il-Kummissjoni tistenna li, barra n-Natura u l-Bijodiverstià, l-oqsma kollha ta' politika koperti bis-Seba' Programm ta' Azzjoni dwar l-Ambjent se jibbenefikaw minn proġetti taħt il-LIFE+: Partikularment, żieda fil-proġetti relatati ma' approċċi strateġiċi lejn l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki fl-oqsma tal-bdil fil-klima (eżempju approċċi innovattivi lejn il-politiki, teknoloġiji jew modi kif jitnaqqas il-GHG), ta' l-ambjent u s-saħħa (eżempju l-kwalità ta' l-arja, l-ilma u l-protezzjoni mill-ħsejjes) u tal-produzzjoni u l-konsum sostenibbli (eżempju politka integrata dwar il-prodotti u mmaniġġjar u prevenzjoni ta' l-iskart). Iż-żieda fil-livell ta' nefqa ta' appoġġ (intestatura 07 01 04 01) hija parzjalment relatata mad-deċiżjoni finali ta' l-awtorità leġiżlattiva f'dak li jirrgwarda l-immaniġġjar ċentralizzat tal-LIFE+. L-immaniġġjar ċentralizzat jinvolvi żieda fil-ħtiġijiet tal-Kummissjoni għal assisstenza teknika, partikolarment relatata ma' proposti, immonitorjar, evalwazzjonijiet u kontabilità għal proġetti magħżula.

Minħabba l-iskadenza tal-bażi legali preċedeni fl-aħħar ta' l-2006 u l-aħħar adozzjoni tal-bażi legali l-ġdida fir-Rebbiegħa ta' l-2007, inħoloq vojt leġiżlattiv fl-iffinanzjar ta' l-attivitajiet taħt dan il-programm. Fuq il-bazi ta' dikjarazzjoni konġunta dwar il-LIFE+ mehmuża mar-riżoluzzjoni dwar il-Baġit Ġenerali ta' l-2007 adottat fl-14 ta' Diċembru 2006, tpoġġew għad-dispożizzjoni EUR 15-il miljun sabiex ikopru l-ħtiġijiet immedjati fl-2007 qabel l-adozzjoni tal-bażi legali l-ġdida. Peress li dan jirrappreżenta biss proporzjon żgħir ta' l-ammont globali disponibbli għas-sena finanzjarja 2007, jeżisti periklu li parti kbira ta' l-approprjazzjonijiet disponibbli ma jintużawx qabel Diċembru 2007.

Il-PDB 2008 jipproponi żieda ta' 20.5% fil-qasam tal-Protezzjoni Ċivili (minn 20,400 miljun EUR fl-2007 għal 24,590 miljun EUR fl-2008). L-Istrument Finanzjarju tal-Protezzjoni Ċivili kien adottat f'Marzu 2007. Wieħed mill-fatturi prinċipali l-ġodda ta' l-istrument huwa l-possibilità li l-Komunità tindirizza b'mod aktar effettiv il-kwistjoni tat-trasport ta' l-assisstenza offruta mill-Istati Membri. Fuq il-bażi ta' l-Istrument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili, għandhom jittpoġġew fis-seħħ u implimentati servizzi u faċilitajiet biex jiżguraw li l-assistenza mitluba u offruta permezz tal-Mekkaniżmu Komunitarju fil-każ ta' emerġenzja jkun trasportat effettivament u bil-ħeffa fil-pajjiż affetwat, kemm fl-UE (taħt l-intestatura tal-baġit 07 04 01) jew barra l-UE (taħt l-intestatura tal-baġit 19 06 05).

Is-Saħħa u l-Ikel jitpoġġew taħt l-intestatura 3 b, Ċittadinanza. Il-linji prinċipali tal-baġit huma dawk tal-Programm tas-Saħħa, iż-żewġ aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel) u l-Fond tat-Tabakk.

Il-Programm il-Ġdid dwar is-Saħħa (2008-2013) se jissostitwixxi l-ewel Programm dwar is-Saħħa Pubblika (2003-2008) mill-1 ta' Jannar 2008. Il-krediti totali għall-programm il-ġdid jammontaw għal EUR 321,5 miljuni, li huma konsiderevolment anqas minn dak maħsub oriġinarjament, meta l-Kummissjoni preżentat il-proposta tagħha u l-Parlament adotta il-pożizzjoni tiegħu ta' l-ewwel qari. Il-pakkett finanzjarju miftiehem fit-tieni qari fl-Lulju 2007 jikkorrispondi għal-livell attwali ta' ffinanzjar, peress li wħud mill-attivtajiet rigward theddidiet relatati mas-saħħa (sorveljanza ta' mard li jittieħed) li kienu jiġu ffinanzjati mill-Programm issa huma ffinanzjati miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. Madnakollu, l-ammont finali jirrifletti l-44 miljun EUR li diġà ġew trasferiti għal azzjonijiet matul l-2007.

Qed issir evalwazzjoni ta' nofs perjodu tal-Programm dwar is-Saħħa Pubblika 2003 - 2008, ir-riżultati għadhom mhux disponibbli.

Il-pagamenti diretti mill-fond tat-tabakk għal kampanji ta' informazzjoni u sabiex titqajjem kuxjenza fost il-pubbliku dwar l-effetti ħżiena tal-konsum tat-tabakk suppost se jiżdiedu minn EUR 13,500 miljun (2007) għal EUR 14,250 miljun skond il-PDB ta' l-2008. Madankollu, is-sitwazzjoni hija waħda preokkupanti peress li l-appoġġ finanzjarju mill-Fond tat-Tabakk suppost se jitwaqqaf fl-2009. Trid tkun evitata politika li b'mod ċar hija f'kontradizzjoni mal-kampanji varji ta' l-UE kontra t-tabakk. It-tabakk huwa l-ikbar kawża waħdanija ta' mewt fl-Unjoni Ewropea li tista' tiġi evitata, peress li takkonta għal aktar minn nofs miljun imwiet kull sena u 'l fuq minn miljun imwiet fl-Ewropa kollha. Huwa stmat li 25% ta' l-imwiet kollha bil-kanċer u 15% ta' l-imwiet kollha fl-Unjoni jistgħu ikunu attribwiti għat-tipjip.

L-Aġenziji: EMEA, EEA, EFSA u ECDC

Il-PDB 2008 jinkludi approprjazzjonijiet għal 25 aġenzija deċentralizzata għal ammont totali ta' EUR 524,0 miljun li huwa żieda ta' kważi 19% meta mqabbel mas-sussidji ta' l-aġenziji ta' EUR 441,8 miljun fl-2007. L-akbar biċċa tan-nefqa fuq l-aġenziji taqa' taħt l-Intestatura 1 tal-qafas ta' seba' snin fejn jinsab ikkonċentrat madwar 51% tal-baġit totali ta' l-aġenziji għall-2008. 38 % ta' l-ammont totali huwa ppjanat għall-aġenziji taħt l-Intestura 3, filwaqt li l-Intestatura 2, b'7 % u l-Intestatura 4 b'3 % jieħdu biss ammonti minuri. It-tkabbir ta' l-aġenziji huwa rifless ukoll fin-numru ta' l-istaff tagħhom. Fl-1995 anqas minn ħames mitt ruħ kienu jaħdmu fl-aġenziji imma l-PDB 2008 imbassar 3835,5 postijiet fil-pjanijiet ta' stabbilizzazzjoni ta' l-aġenziji.

Għall-Aġenzija Ewropea tal-Mediċina (EMEA) il-PDB 2008 jantiċipa kontribut Ewropew ta' EUR 32 miljun li jirrappreżenta tnaqqis ta' EUR 3 miljuni meta mqabbel mal-baġit 2007. Fl-abbozz ta' programm għall-2008, l-aġenzija turi l-responsabbilitajiet prinċipali tagħha, jiġifieri l-parir xjentifiku, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta' prodotti mediċinali. L-aġenzija se tiffoka aktar fuq it-titjib tas-sikurezza tal-mediċini għall-użu tal-bniedem u għall-użu veterinarju; tikkontribwixxi lejn disponibbilità aktar kmieni ta' mediċini kemm għall-bniedem u kemm fil-qasam veterinarju; tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' ambjent li jistimola l-innovazzjoni; trawwem il-ftuħ, il-komunikazzjoni u t-twassil ta' informazzjoni; issaħħaħ in-netwerk Ewropea tal-Mediċini u żżid il-kontribut ta' l-aġenziji fl-attivitajiet għar-regolamentazzjoni tal-mediċini fuq il-livell internazzjonali. Il-PDB 2008 ibassar l-istess ammont bħal dak ta' l-2007 għal-linja "kontribut speċjali għal prodotti mediċinali għal mard rari".

Il-PDB 2008 ibassar żieda sinjifikanti ta' EUR 2 miljuni għall-Aġenzija Ewropew għall-Ambjent, barra miż-żieda ta' 2% għall-inflazzjoni. Il-baġit prinċipali propost huwa ta' EUR 36,4 miljuni għall-appoġġ ta' l-iżvilupp sostenibbli u għal għajnuna fil-kisba ta' titjib sinifikanti u li jista' jitkejjel fl-ambjent Ewropew, permezz ta' informazzjoni fil-ħin, immirata, rilevanti provduta lill-aġenti li jfasslu l-politiki u lill-pubbliku wkoll sabiex ikunu trattati oqsma ta' ħdima oħra bħall-bdil fil-klima, l-enerġija, il-kwalità ta' l-arja, il-bijodiversità, it-trasport, it-teknoloġija u l-innovazzjoni, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli u l-iżvilupp ta' Sistema ta' Informazzjoni dwar Ambjent Kondiviż.

Fl-2008, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) kif ukoll ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) mhux se jkunu għaddejjin bir-ritmu massimu. Madankollu, flimkien jassorbu kważi 25% tal-fondi disponibbli taħt l-Intestatura 3B/ċittadinanza. B'konformità mal-limiti massimi tal-qafas finanzjarju, l-istabbiliment ta' pjan ta' l-EFSA għandu jiżdied minn 300 impjegat fl-2007 għal 335 impjegat fl-2008 jew żieda ta' 12%. Din iż-żieda għandha twettaq il-kompiti prinċipali ta' l-awtorità kif ukoll timplimenta kompiti oħra mogħtija mill-leġiżlatur fil-qasam ta' l-attivitajiet xjentifiċi, l-evalwazzjoni tar-riskju u l-ġbir tad-dejta. Iż-żieda fl-istaff hija konformi mal-fondi (EUR 63,5 miljun) kif stipulat fil-PDB - żieda ta' EUR 6,5 miljuni meta mqabbla mal-baġit tas-sena 2007. Is-sena tal-baġit 2008 għall-ECDC (EUR 39,1 miljun) se tkun it-tielet sena sħiħa ta' operat, u hemm l-intenzjoni li tkun iffukata fuq il-konsolidazzjoni ta' diversi attivitajiet, speċjalment fl-oqsma tas-Sorveljanza u l-Preparazzjoni. Il-programm ta' ħidma għall-2008 taċ-Ċentru se jiddefinixxi l-oqsma fejn se jinbdew attivitajiet ġodda jew diġà eżistenti bil-għan li jiġu żviluppati l-kapaċitajiet għaċ-Ċentru biex ikun jista' jkopri l-oqsma kif meħtieġ mir-regolament li jwaqqaf l-ECDC.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

11.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:41

–:0

0:0

 

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Liam Aylward, John Bowis, Frieda Brepoels, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Satu Hassi, Jutta Haug, Jens Holm, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Marios Matsakis, Alexandru-Ioan Morţun, Roberto Musacchio, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer, Marcello Vernola, Anja Weisgerber, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kathalijne Maria Buitenweg, Christofer Fjellner

Sostituti(i) preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2)

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (18.9.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(2007/2019(BUD)) ––Taqsima III - Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Angelika Niebler

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jiġbed l-attenzjoni lejn l-isfidi li qiegħda tiffaċċja l-Unjoni Ewropea, u lejn il-miri ta' Liżbona u jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijet taħt diversi intestaturi fl-abbozz preliminari tal-baġit ta' l-2008, partikolarment dawk għar-riċerka, il-kompetittività u l-innovazzjoni, għall-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u ta’ l-enerġija u għall-edukazzjoni u t-taħriġ.

2.   Jilqa' speċjalment ix-xogħol tal-Kummissjoni fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni bil-għan li jinkisbu l-miri ta' l-Istrateġija ta' Liżbona; jenfasizza l-importanza tal-Kunsill tar-Riċerka Ewropew (ERC) li, mill-2008 'il quddiem, se jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm 'Ideas' fi ħdan is-Seba' Programm ta' Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet dimostrattivi (2007-2013) (FP7), u li se jiġi megħjun mill-aġenzija eżekuttiva, li tippermettilu li jkollu rwol sħiħ bħala aġenzija pan-Ewropea għall-fondi tar-riċerka fuq il-fruntieri;

3.   Japoġġja l-ħolqien ta' Istitut Ewropew għat-Teknoloġija (EIT) li jistimula l-innovazzjoni u li d-direzzjoni tiegħu tkun marbuta mill-qrib ma' politiki ta' riċerka, ta' intraprenditorija u ta' edukazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiċċara kif l-EIT se tiġi ffinanzjata u jistenna approprjazzjonijiet finanzjari addizzjonali aktar milli xi tnaqqis tar-riżorsi finanzjarji li jsostnu l-FP7;

4.   Ifakkar dwar l-importanza tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fi ħdan it-trijangolu ta' l-għerf fl-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni u tat-tisħiħ tar-rabtiet ta' bejniethom; jappoġġja bis-sħiħ il-kisbiet tas-soċjetà ta' informazzjoni Ewropea inklussiva li tipprovdi tkabbir u impjiegi kif ukoll servizzi u kwalità ta' ħajja aħjar.

5.   Jemmen li l-potenzjal ta' l-impjiegi ta' intrapriżi innovattivi jista' jgħin lill-UE tegħleb uħud mid-diffikultajiet li jinħolqu mill-globalizzazzjoni; jappoġġja l-ħolqien ta' ambjent amministrattiv li jiffavorixxi l-intrapriżi, u jnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-SMEs permezz ta' leġiżlazzjoni ta' kwalità aħjar u aktar sempliċi.

6.   Jirrikonoxxi l-importanza tas-sostenibiltà, il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija kif ukoll ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija fl-ekonomija ta' l-UE; jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza ta' l-iżvilupp ta' politika ġdida ta' l-enerġija ta' l-UE, bil-għan li tikkumbatti l-bidla fil-klima u ssaħħaħ is-sigurtà u l-kompetittività ta' l-enerġija ta' l-UE.

7.    Iqis li, skond il-prijorità mogħtija fil-Politika Strateġika Annwali biex tikkumbatti l-bidla fil-klima u fil-politika ġdida ta' l-UE dwar l-enerġija, jeħtieġ aktar staff tal-Kummissjoni biex jaħdmu fil-qasam ta' l-enerġija, fost affarijiet oħra sabiex l-osservatorju dwar is-suq il-ġdid ta' l-enerġija u x-xogħol li qed isir f'konnessjoni mat-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija jkollhom ħaddiema biżżejjed.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Abbozz Preliminari tal-Baġit għall-2008 hu t-tieni wieħed tal-qafas finanzjarju plurijennali l-ġdid, li se jiggwida l-finanzi ta' l-UE sa l-2013. Ħafna mill-programmi plurijennali l-ġodda ġew imnedija fil-bidu ta' l-2007, u għal dawn, l-2008 se tkun sena ta' konsolidazzjoni u ta' implimentazzjoni kontinwa.

Is-subintestatura 1a hi l-"essenza" ta' l-istrateġija ta' Liżbona. L-approprjazzjonijiet ta' impenji (CA) taħt din is-subintestatura huma ta' EUR 10,270.4 miljuni fil-PDB ta' l-2008 u l-approprjazzjonijiet ta' ħlas (PA) huma ta' EUR 9,538.7 miljuni. Il-programmi ewlenin msemmija hawn huma s-Seba' Programm ta' Qafas (7FP), il-Programm ta' Tagħlim Matul il-Ħajja, il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP), in-Netwerks Trans-Ewropej (TENs), Marco Polo II u GALILEO kif ukoll il-programm PROGRESS.

TITOLU 01: AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI

Operazzjonijiet u strumenti finanzjarji (Kapitolu 04)

Il-baġit globali ta' dan il-kapitolu niżel minn EUR 367.16-il miljun għal EUR 169 miljun. Fl-2008 il-Kummissjoni se timplimenta aktar strumenti finanzjarji fil-qafas ta' inizjattiva ta' tkabbir u fil-Qafas finanzjarju l-ġdid (Programm ta' Kompetittività u Innovazzjoni). Strument ġdid għal SMEs u għal muniċipalitajiet tal-pajjiżi kandidati se jinkludi partikolarment l-introduzzjoni ta' Programm ġdid għall-Effiċjenza fl-Enerġija .

TITOLU 02: L-INTRAPRIŻA

Kompetittività, politika industrijali, innovazzjoni u imprenditorjat (Kapitolu 02)

Il-baġit globali ta' dan il-kapitolu żdied minn EUR 127.16-il miljun għal EUR 130.40 miljun (żieda ta' 2.55%). Din l-attività hi appoġġjata mill-Programm ta' Qafas CIP u fi ħdanu permezz tal-Programm ta' Imprenditorjat u Innovazzjoni.

Koperazzjoni - Spazju u Sigurtà (Kapitolu 04)

Il-baġit globali ta' dan il-kapitolu żdied b'16.34 % minn EUR 171.72 miljun għal EUR 199.78 miljun. Is-Seba' Programm ta' Qafas ta' RTD jipprovdi riżorsi, partikolarment ma' applikazzjoni ta' attivitajiet ta' riċerka fi ħdan l-Aġenzija Spazjali Ewropea, bil-għan li jinkisbu l-benefiċċji tas-sistemi satellitari.

TITOLU 06: ENERĠIJA U TRASPORT

Trasport ta' l-art, ta' l-ajru u tal-baħar (Kapitolu 02)

Din l-attività hi ta' importanza kbira għall-Kumitat ITRE partikolarment fir-rigward tal-Programm Galileo. Il-baġit globali ta' dan il-kapitolu żdied minn EUR 270.40-il miljun għal EUR 328.18 miljun. (żieda ta' 21.37 %).

Netwerks Trans-Ewropej (Kapitolu 03)

Il-baġit globali ta' dan il-kapitolu juri żieda ta' 14.14 % fil-PDB ta' l-2008 meta mqabbel mal-baġit 2007. Din l-attività prinċipalment se tiffoka fuq l-iżvilupp ta' trasport trans-Ewropew u ta' netwerks ta' l-enerġija.

Enerġiji konvenzjonali u rinovabbli (Kapitolu 04)

Il-baġit globali ta' dan il-kapitolu kellu tnaqqis żgħir ta' -0.86 % minn EUR 64.92 miljun għal EUR 64.37 miljun. Il-Programm bl-isem L-Enerġija Intelliġenti Europe II, li issa qed jitmexxa mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (li qabel kienet l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti), hi parti mill-ħidma biex tippromwovi l-iffrankar ta' l-enerġija u l-enerġiji rinovabbli.

L-enerġija nukleari (Kapitolu 05)

Il-baġit globali ta' dan il-kapitolu żdied minn EUR 264.30 miljun għal EUR 270.70 miljun.(żieda ta' 2.42 %). Il-prijoritajiet se jiffukaw fuq żvilupp sostenibbli (is-sikurezza ta' impjanti nukleari u l-immaniġġjar effiċjenti u mingħajr perikolu ta' skart nukleari) u l-ħarsien tal-pubbliku in ġenerali (sikurezza nukleari u ħarsien mir-radjazzjoni).

Riċerka konnessa ma’ l-enerġija u t-trasport (Kapitolu 06)

Il-baġit globali ta' dan il-kapitolu żdied b'8.50 % minn EUR 234.42 miljun għal EUR 254.35 miljun. Din l-attività hi parti mill-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Qafas RTD. Il-Prijoritajiet (sezzjoni Aeronawtika) qegħdin biex jgħinu lill-industrija Ewropea fil-qasam ta' l-aeronawtika (teknoloġiji għall-implimentazzjoni Single Sky/Sesar, li 50% tagħha hi ffinanzjata mill-programm RTD) u ta' l-ispazju (Galileo: riċerka u attivitajiet dimostrattivi kontinwi, flimkien mal-programm Galileo għall-finanzjament dirett għall-fażijiet organizzattivi).

TITOLU 08: RIĊERKA

Għas-Seba' Programm ta' Qafas (EC 7FP) għall-2008, il-Kummissjoni qed tipproponi baġit ta' EUR 5,579 miljun mqassam fuq erba' objettivi, kull wieħed appoġġjat mill-programm tiegħu stess:

Programm Speċifiku - Koperazzjoni

Din il-parti tal-programm tkopri l-firxa kollha ta' l-attivitajiet ta' riċerka magħmula f'koperazzjoni trans-nazzjonali.

Programm Speċifiku - Idejat

Hemm żieda sinifikanti fil-baġit għal dan il-Programm Speċifiku: ta' 96.48 %, minn EUR 260.84 miljun għal EUR 512.50 miljun. Din il-parti tas-Seba' Programm ta' Qafas hi dedikata biex tintroduċi dinamika ġdida fir-riċerka billi tippromwovi l-eċċellenza permezz tal-kompetizzjoni. L-ERC se tkun appoġġjata biex tiffinanzja proġetti mmexxija mir-riċerkaturi fl-oqsma kollha xjentifiċi u teknoloġiċi.

Programm Speċifiku - Nies

Iż-żieda fil-baġit għal dan il-Programm Speċifiku hi ta' 9.70 %, minn EUR 430.18-il miljun għal EUR 471.89 miljun. Dan il-Programm Speċifiku hu dedikat biex jappoġġja ir-riċerkaturi, iżid il-mobilità bejn l-universitajiet u l-industrija u jsaħħaħ ir-rabtiet mas-sistemi nazzjonali.

Programm Speċifiku - Kapaċitajiet

It-total parzjali għall-baġit Kapaċitajiet għall-2008 hu ta' EUR 399.345 miljun (tabella 4 fl-anness). Din il-parti tas-Seba' Programm ta' Qafas hi dedikata għall-infrastrutturi tar-Riċerka, għar-Riċerka favur l-SMEs, għax-Xjenza u s-soċjetà u għal attivitajiet ta' koperazzjoni internazzjonali.

TITOLU 09: SOĊJETÀ TA' L-INFORMATIKA U L-MIDJA

Għall-2008, il-miri tad-DG INFSO huma meħuda direttament mill-inizjattiva strateġika ta' l-i2010 li hi ffukata sew fuq l-assi prinċipali ta' l-istrateġija mġedda ta' Liżbona. L-attivitajiet 02 u 06 (i2010 - politika tal-komunikazzjoni Elettronika u tas-sigurtà tan-netwerk u ta' l-i2010 - politika Awdjoviżiva u programm tal-Midja) huma marbuta ma' l-ewwel pilastru. L-attivitajiet 04 u 05 (i2010 - Koperazzjoni - Teknoloġiji ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni u l-i2010 - Kapaċitajiet - infrastrutturi ta' Riċerka) jikkontribwixxu għat-tieni pilastru u l-attività 03 (i2010 - ICT Take-up) tagħmel parti mit-tielet pilastru.

TITOLU 10: RIĊERKA DIRETTA

Il-baġit globali għat-titolu 10 kellu żieda żgħira minn EUR 348.47 miljun għal EUR 361.42 miljun. (żieda ta' 3.72 %). Fl-2008, it-tieni sena tas-Seba' Programm ta' Qafas, ix-xogħol tal-JRCs se jkompli b'konformità mal-linji gwida stabiliti fil-programmi speċifiċi nukleari u mhux nukleari.

PROĊEDURA

Titolu

Abbozz ta' baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 - Taqsima III - Kummissjoni

Numru tal-proċedura

2007/2019(BUD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni mressqa minn
  Data mħabbra fis-seduta plenarja

ITRE

Koperazzjoni msaħħa - data mħabbra fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Angelika Niebler

27.2.2007

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

26.6.2007

13.9.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

13.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Philippe Busquin, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Silvia Ciornei, Den Dover, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Erna Hennicot-Schoepges, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Romano Maria La Russa, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Paul Rübig, Andres Tarand, Radu Ţîrle, Claude Turmes, Alejo Vidal-Quadras, Dominique Vlasto,

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Ivo Belet, Danutė Budreikaitė, Joan Calabuig Rull, Manuel António dos Santos, Neena Gill, Edit Herczog, Vittorio Prodi, Esko Seppänen, Silvia-Adriana Ţicău,

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178 (2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti ( disponibbli f'lingwa waħda biss)

 

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (12.9.2007)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(C6-0000/2007 – 2007/2019(BUD))–Taqsima III - Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Luisa Fernanda Rudi Ubeda

SUGGERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li r-responsabbiltà tal-Kumitat IMCO fil-proċedura baġitarja hija limitata għat-Titoli 12 (Is-Suq Intern), 14 (It-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali), u 17 (Is-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur);

2.  Jikkunsidra li, ġeneralment, id-dokument imressaq mill-Kummissjoni jkun tajjeb biex jikseb l-għanijiet stabbiliti u jimplimenta l-programmi previsti;

3.  Jinnota li l-estimi tal-PDB jipprovdu għal żieda ta' 8.28% u ta' 10.94% fil-kapitoli 12 01 u 12 02 rispettivament, u jinnota li, meta jitqies il-volum sostanzjali ta' leġiżlazzjonijiet adottati fl-2007 u dawk mistennija li jiġu adottati fl-2008, huwa essenzjali li jseħħ monitoraġġ effettiv tat-traspożizzjoni u l-infurzar tagħhom min-naħa ta' l-Istati Membri; għalhekk jilqa' t-tnedija ta' sistema ta' informazzjoni ġdida tas-suq waħdieni, li se tħaffef din il-ħidma;

4.  Jemmen, meta jitqies li SOLVIT wera li kien l-aktar mekkaniżmu effettiv għas-soluzzjoni ta' tilwim barra l-qorti, li jkun ideali li jissaħħu l-miżuri maħsuba biex jiffinanzjaw l-attivitajiet ta' taħriġ u promozzjoni tiegħu, u għalhekk jitlob għal €200 000 addizzjonali;

5.  Jinnota li l-miżuri ta' politika doganali previsti għandhom jiġu implimentati taħt il-programm Customs 2013 u jqis li ż-żieda ta' 19.78% f'dan il-qasam hija ġġustifikata għaliex, fost l-affarijiet l-oħra, għandu jinħoloq ambjent doganali elettroniku panEwropew, irid jiġi stabbilit Kodiċi Doganali modernizzat, u l-ammont ta' xogħol żdied biż-żewġ Stati Membri ġodda, il-Bulgarija u r-Rumanija;

6.  Iħeġġeġ li, minkejja ż-żieda ta' 17.9% fl-approprjazzjonijiet impenjati għall-kapitolu rilevanti (17-02), is-settur tal-politika tal-konsumatur għandu jissaħħaħ aktar biex tinħoloq il-kunfidenza tal-konsumatur meħtieġa għas-suq waħdieni; tikkunsidra li s-salvagwardja tad-drittijiet tagħhom huwa wieħed mill-aktar vantaġġi pożittivi u viżibbli li l-UE għandha x'toffri liċ-ċittadini tagħha, jikkunsidra li r-regolamenti tal-ħarsien tal-konsumatur għandhom jiġu infurzati kif xieraq, b'mod partikolari permezz tal-koperazzjoni ta' l-assoċjazzjonijiet nazzjonali varji u l-ħidma ta' l-assoċjazzjonijiet li joperaw fuq livell Ewropew.

7.  Fid-dawl tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar il-kunfidenza tal-konsumatur fl-ambjnet diġitali[1], jistieden lill-awtorità baġitarja biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sostanzjali għat-tħaddim pan Ewropew ta' l-informazzjoni tal-konsumatur u l-miżuri ta' protezzjoni li jkopru bosta oqsma tas-suq diġitali Ewropew.

RIŻULTAT TAL-VOT FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

12.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Charlotte Cederschiöld, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Małgorzata Handzlik, Daniel Hannan, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Edit Herczog, Iliana Malinova Iotova, Lasse Lehtinen, Arlene McCarthy, Toine Manders, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Luisa Fernanda Rudi Ubeda, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Alexander Stubb, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Horia-Victor Toma, Bernadette Vergnaud

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

André Brie, Wolfgang Bulfon, Ieke van den Burg, Olle Schmidt

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178 (2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (12.9.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(C6-0000/2007 - 2007/2019(BUD))Taqsima III - Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Roberts Zīle

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Introduzzjoni

Din is-sena baġitarja hija t-tieni fil-perjodu l-ġdid (2007-2013) tal-Qafas Finanzjarju. L-għamla ta' l-Abbozz Preliminari tal-Baġit (PDB), l-aktar dwar in-Netwerks Trans Ewropej-Trasport (TEN-T) tfasslet bl-adozzjoni tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fuq id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja serja[1]. Hemm għadd ta' kwistjonijiet pendenti li jeħtieġ li jiġu trattati fi ħdan il-kuntest tal-proċedura baġitarja ta' l-2008, fosthom it-TEN-T, l-iffinanzjar adegwat għall-aġenziji relatati mat-trasport, il-progress tal-proġetti pilota tas-sikurezza tat-trasport fit-toroq u, billi jista' jkollha x'taqsam mal-fondi tat-TEN-T, is-sitwazzjoni li qiegħda tiżviluppa fl-iffinanzjar tal-Galileo.

Hu ppjanat li l-Kunsill jadotta l-Abbozz tal-Baġit f'Lulju, u huwa fuq dan id-dokument li r-Rapporteur għal opinjoni tagħkom se jibbaża l-emendi li se jipproponi. Sakemm ma jkunx hemm xi każ indiskutibbli kontra dan, ir-Rapporteur għal opinjoni tagħkom se jdaħħal emendi biex jiddaħħlu mill-ġdid l-ammonti proposti fil-PDB, jekk ikun hemm każ qawwi biex dan isir. Hu se jikkunsidra wkoll li jiddaħħlu emendi oħra bbażati fuq l-analiżi tiegħu tal-PDB t'hawn taħt u fuq id-diskussjonijiet tiegħu ma' partijiet oħra, inklużi l-Aġenziji tat-trasport.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (06 02 01)

Il-PDB qiegħed jipproponi żieda ta' 46.1% fl-approprijazzjonijiet għall-pagamenti u għall- impenji fit-Titoli 1 (nefqa għall-istaff u għal affarijiet relatati miegħu) u 2 (nefqa għall-infrastruttura u għall-amministrazzjoni) biex jiġu għal total ta' EUR 20.75 miljun għal kull tip ta' approprijazzjoni. Fl-istess ħin qiegħed jiġi propost tnaqqis ta' 10.5% fit-Titolu 3 (iċ-ċertifikazzjoni u attivitajiet oħra ta' l-operat). It-total għat-Titoli kollha hu ta' EUR 30 miljun f'approprijazzjonijiet għall-impenji u l-pagamenti.

L-EASA se tkompli testendi l-attivitajiet tagħha fil-qasam ta' l-Operazzjonijiet ta' l-Ajru, il-Liċenzjar ta' Ekwipaġġi fuq Titjiriet, u l-Valutazzjoni tas-Sikurezza ta' Ajruplani Barranin. L-argument li qiegħed jitressaq bħala appoġġ għaż-żieda fit-Titoli 2 u 3 hu li l-EASA għadha qiegħda żżid l-istaff sakemm jintlaħaq il-pjan ta' komplement sħiħ. Huwa veru wkoll li ż-żieda fl-2008 tirrifletti wkoll il-fatt li ddaħħal staff ġdid matul l-2007, imma li għalih l-2008 se tkun l-ewwel sena sħiħa ma' l-Aġenzija. Saru mistoqsijiet mill-midja dwar jekk l-EASA għandhiex ir-riżorsi xierqa biex taqdi d-doveri tagħha. Ir-Rapporteur tagħkom se jikkunsidra jekk hemmx bżonn ta' xi emenda hawnhekk fid-dawl ta' diskussjonijiet oħra li kellu ma' l-EASA u dwar l-ammonti proposti fl-Abbozz ta' Baġit tal-Kunsill.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima (06 02 02)

L-EMSA għandha żieda fl-iffinanzjar amministrattiv ta' 7.0% fil-PDB imma għan-nefqa ta' l-operat hemm żieda ta' 41.3%. L-approprijazzjonijiet għall-miżuri kontra t-tniġġis se jonqsu bi 28%. L-approprijazzjonijiet għall-impenji u għall-pagamenti jlaħħqu EUR 44.3 miljun u EUR 46.9 miljun rispettivament, li minnhom EUR 18-il miljun u EUR 20.25 miljun huma għall-miżuri kontra t-tniġġis. L-EMSA hija ffinanzjata għal kollox mill-UE. It-tnaqqis fin-nefqa għal konra t-tniġġis jiġi mill-abbozz ta' l-impenji u l-pagamenti għal bastimenti ta' kontra t-tniġġis imma dan ma jfissirx li se tonqos l-attività fuq il-baħar. Iż-żieda proposta fin-nefqa ta' l-operat tirrifletti s-sehem u r-responsabilità akbar ta' l-EMSA biex tikxef u ssegwi l-ksur tal-liġijiet ta' l-UE u tan-normi internazzjonali. Ir-Rapporteur tagħkom se jikkunsidra jekk hemmx il-ħtieġa ta' xi emenda biex jingħataw fondi żejda lill-EMSA għaċ-Ċentru tad-Dejta ta' l-UE għall-Identifikazzjoni u l-Ittraċċar mit-Tul wara li tittieħed id-deċiżjoni finali dwar it-twaqqif ta' dan iċ-ċentru tad-dejta.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u l-Interoperabilità tal-Ferroviji (06 02 08)

L-approprijazzjonijiet amministrattivi fit-Titoli 1 u 2 żdiedu bi 7.2% għal EUR 13.29 miljun, għall-impenji u l-pagamenti, waqt li l-approprijazzjonijiet ta' l-operat fit-Titolu 3, kemm għall-impenji kif ukoll għall-pagamenti, żdiedu bi 11.0% għal EUR 4.71 miljuni.

Dawn iż-żidiet jirriflettu ż-żieda fl-attivitajiet ta' l-Aġenzija fl-oqsma taċ-ċertifikazzjoni tal-vetturi u tal-miżuri tas-sikurezza. L-Aġenzija għadha qiegħda wkoll fil-fażi tal-bidu tagħha.

Għat-tliet Aġenziji msemmija hawn fuq, iż-żidiet fl-approprijazzjonijiet fit-Titoli 1 u 2 għandhom x'jaqsmu mal-ħidma biex tiżdied is-sikurezza fis-setturi rispettivi tagħhom.

In-Netwerks Trans Ewropej – l-Aġenzija Eżekuttiva (06 01 04 31)

S'issa m'hemm l-ebda bażi legali għal din l-aġenzija. Għandha tibda taħdem fl-2007. Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi EUR 10.2 miljuni f'approprijazzjonijiet mhux differenzjati għall-2008, żieda ta' 15%. L-Aġenzija hija aġenzija eżekuttiva li hi responsabbli għall-ġestjoni ta' fondi Komunitarji differenti fil-qasam tat-trasport u b'mod partikulari tan-netwerks tat-trasport Trans Ewropej.

Is-Sikurezza fit-Trasport (06 02 03)

Hawn qiegħda tiġi proposta żieda ta' 5% fl-approprijazzjonijiet għall-impenji filwaqt li l-approprijazzjonijiet għall-pagamenti se jibqgħu l-istess (minn EUR 10.0 miljuni għal EUR 10.5 miljuni f'impenji u EUR 14.5 miljun għall-pagamenti). L-istorja ta' din il-linja hija waħda li ftit tagħmel użu mill-approprijazzjonijiet. Il-Kummissjoni ssostni li ħafna mid-doveri tagħha issa qed jitwettqu mill-aġenziji varji u li ftit proġetti Ewropej ġew proposti li għalihom jistgħu jintefqu l-fondi tagħha.

Marco Polo II (06 02 06)

Din hi t-tieni sena mit-tnedija ta' programm ġdid fi ħdan il-kwadru tal-Qafas Finanzjarju għall-2007-2013. Il-proposta hija ta' EUR 57.422 miljun f'impenji u ta' EUR 15.7 miljun għall-pagamenti fl-2008. L-għan hu li jitħaffef it-trasferiment tat-traffiku mit-toroq għal mezzi oħra u li jiġu żviluppati r-"rotot tal-baħar". Meta jiżdiedu l-approprijazzjonijiet għall-pagamenti tal-Marco Polo II ma' dawk tal-Marco Polo I fl-2008, l-ispiża tal-pagamenti tiżdied b'50% fl-2008. Il-Kummissjoni ssostni li din iż-żieda hija meħtieġa biex jingħata appoġġ lil proġetti oħra li jħajru biex it-trasport tal-merkanzija għal distanzi qosra jsir bil-ferrovija, bil-baħar u bil-kanali interni. Huwa previst li jsiru 35 proġett fl-2008.

Is-Suq Intern u l-Ottimizzazzjoni tan-Netwerks tat-Trasport (06 02 04 01)

Din il-linja qiegħda għall-ġbir tad-dejta u l-istatistika biex jgħinu fl-interoperabilità u fl-iżvilupp tas-sistemi intelliġenti tat-trasport. L-approprijazzjonijiet għall-pagamenti juru tnaqqis ta' 26.7% minn EUR 7.5 miljuni għal EUR 5.0 miljuni.

L-Awtorità ta' Superviżjoni Galileo (06 02 09 01)

Iddaħħlet żieda ta' 9.7% fil-PDB fl-approprijazzjonijiet għall-impenji u l-pagamenti għall-amministrazzjoni fit-Titoli 1 u 2. It-tnejn se jiżdiedu minn EUR 6.8 miljuni fl-2007 għal EUR 7.46 miljuni fl-2008. Iż-żieda fl-approprijazzjonijiet ta' Titolu 3 hi minn EUR 2.625 miljuni għal EUR 3.1 miljuni, jew 18.1%. L-Awtorità hija ffinanzjata għal kollox mill-Komunità. Iż-żidiet fl-approprijazzjonijiet huma ġejjin l-aktar miż-żieda kontinwa fl-impjegati ta' l-awtorità l-ġdida, xi drabi permezz ta' trasferimenti ta' postijiet tax-xogħol mill-Kummissjoni.

Il-Programm Galileo (06 02 10)

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jibqa' interessat mill-qrib fl-iżvilupp tal-Proġett Galileo, minħabba l-effett li jista' jkollu fuq it-trasport intelliġenti u l-loġistika. Is-sena finanzjarja 2008 hija t-tieni waħda li fiha qiegħda tidher in-nefqa f'din il-linja. L-approprijazzjonijiet għall-impenji huma ta' EUR 151 miljun, żieda ta' 51%. L-approprijazzjonijiet għall-pagamenti jibqgħu l-istess: EUR 100 miljun. Il-Kummissjoni tiddeskrivi din in-nefqa bħala parti mill-fażi ta' l-iżvilupp. Fl-2008 hu ttamat li jidħlu fis-servizz l-ewwel erba' satelliti operazzjonali. It-titolu m'huwiex eżatt billi qegħdin jintlaħqu żewġ programmi, il-Galileo u l-EGNOS. Dan il-programm se jkun iffinanzjat minn sorsi pubbliċi u privati. Madankollu, sakemm kien qiegħed isir dan ir-rapport, il-bilanċ bejn dawn it-tnejn kien qiegħed jiġi rivedut b'mod attiv minħabba d-diffikultajiet li nqalgħu fin-negozjati mas-settur privat. Ir-Rapporteur tagħkom se jibqa' jeżamina l-iżviluppi f'dan il-qasam. Tista' ssir proposta għal fondi addizzjonali imma mhux għas-spejjeż ta' l-investiment fl-infrastruttura tat-trasport.

In-Netwerks Trans Ewropej tat-Trasport (06 03 01 u 06 03 03)

L-ewwel linja, 06 03 01, tikkonċerna l-proġetti ffinanzjati bir-regolamenti eżistenti fi ħdan il-perjodu 1999-2006 tal-Perspettiva Finanzjarja. M'hemmx aktar proposti għal approprijazzjonijiet għall-impenji fl-2008 u l-approprijazzjonijiet għall-pagamenti qegħdin jitnaqqsu bi 13.8% għal EUR 300 miljun.

Fil-linja l-ġdida, 06 03 03, l-ammont propost għall-approprijazzjonijiet għall-impenji fl-2008 huwa ta' EUR 935.937 miljun. L-approprijazzjonijiet għall-pagamenti qegħdin jidhru għall-ewwel darba f'din il-linja u jammontaw għal EUR 370 miljun fil-PDB. Jekk jittieħdu ż-żewġ linji flimkien, hemm żieda fl-approprijazzjonijiet għall-impenji ta' 14.5% waqt li l-approprijazzjonijiet għall-pagamenti rduppjaw. Dawn l-ammonti qegħdin fil-limitu globali stabbilit mill-Qafas Finanzjarju 2007-2013, li tnaqqas sew minn dak propost oriġinarjament mill-Kummissjoni u mill-preferenza tal-Parlament. Hemm il-ħsieb li bejn 80% u 85% tar-riżorsi jmorru għal proġetti ta' prijorità li jsiru fuq medda ta' snin. Għalkemm id-dettalji tal-programm se jiġu determinati parzjalment minn fondi disponibbli mill-Istati Membri u minn sorsi oħra, 75% tal-baġit se jkun iffukat fuq is-setturi transkonfinali ta' proġetti ta' prijorità u ta' tneħħija ta' ostakli.

Billi l-biċċa l-kbira sew mis-sehem ta' l-investiment jiġi mill-baġits nazzjonali, tibqa' l-mistoqsija, għal dak li għandu x'jaqsam man-nefqa għat-TEN-T mill-baġit ta' l-UE, dwar x'inhuma l-prijoritajiet veri ta' l-Istati Membri dwar l-investiment fit-TEN-T. It-tieni aspett huwa l-ħtieġa ta' xejra sensibbli u prattika dwar l-iffinanzjar ta' proġetti kemm mis-sorsi tat-TEN kif ukoll minn dawk tal-Fond ta' Koeżjoni. Għalkemm l-iffinanzjar doppju għandu jiġi evitat, l-iffinanzjar konġunt għandu jitħalla jsir, fejn ikunu ġew sodisfatti l-kriterji xierqa.

Fl-aħħar, u minħabba t-tnaqqis sostanzjali fl-appoġġ mill-baġit ta' l-UE għat-TEN-T fil-kuntest tal-Perspettiva Finanzjarja, ma jistgħux jintużaw fondi minn dawn il-linji biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' fondi privati għall-Galileo.

Is-Sikurezza fit-Trasport (06 02 03)

L-impenji żdiedu minn EUR 10 miljuni għal EUR 10.5 miljuni u l-approprijazzjonijiet għall-pagamenti baqgħu ta' EUR 14.5 miljun. Din il-linja tkopri l-ġbir u l-analiżi tad-dejta fuq il-valuri kollha biex jgħinu fl-iżvilupp u l-applikazzjoni tar-regoli tas-sikurezza.

Is-Sigurtà fit-Trasport (06 07 01)

Din il-linja tiffinanzja l-attività ta' l-ispettorat marittimu u ta' l-avjazzjoni fil-kuntest internazzjonali u bilaterali. L-approprijazzjoniet għall-pagamenti baqgħu l-istess ta' EUR 3.5 miljuni għalkemm l-approprijazzjonijiet għall-impenji naqsu minn EUR 4 miljuni għal EUR 3.5 miljuni. L-għadd ta' missjonijiet ta' spettorat għandu jibqa' l-istess.

Il-proġett pilota dwar is-sigurtà fit-toroq fin-Netwerk Trans Ewropew (06 07 02)

Din il-linja ddaħħlet permezz ta' emenda Parlamentari. M'hemmx impenji proposti għall-2008 u l-pagamenti qegħdin jitnaqqsu għal EUR 1.4 miljun minn EUR 3.6 miljuni. Il-Kummissjoni ssostni li r-raġuni għal dan hi li l-proġett pilota se jintemm fl-2007. Ir-Rapporteur tagħkom qiegħed jistenna bil-ħerqa r-riżultati tal-proġett pilota u l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwaru, kif ukoll il-proposti dwar x'għandu jsir. Jinnota li jeħtieġ li fl-2008 jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett pilota dwar is-sikurezza fin-netwerk Trans Ewropew tat-trasport bit-toroq billi jinħolqu parkeġġi sikuri għat-trakkijiet f'postijiet transkonfinali fuq il-fruntiera esterna ta' l-UE. It-trakkijiet jinqabdu fi kjuwijiet ta' għexieren ta' kilometri fit-toroq ewlenin minħabba dewmien li ma jkollhomx kontroll fuqu. Din is-sitwazzjoni ma ġġibx magħha biss theddida għas-sikurezza fit-toroq imma wkoll toħloq problemi li jikkawżaw ħsara ambjentali u soċjali fil-postijiet transkonfinali. Għal din ir-raġuni r-Rapporteur tagħkom qiegħed jipproponi li l-proġett pilota jikber biex ikopri dan ukoll.

Id-Drittijiet tal-Passiġġieri (06 02 04 02)

Għalkemm l-approprijazzjonijiet għall-impenji f'din il-linja se jiżdiedu għal EUR 400,000, l-approprijazzjonijiet għall-pagamenti se jonqsu b'65% għal EUR 350,000. Ir-Rapporteur tagħkom iqis li, wara li ġiet adottata l-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji fil-qafas tat-Tielet Pakkett Ferrovjarju, din l-aħħar ċifra għandha mnejn ma tkunx biżżejjed biex tkopri l-istudji meħtieġa u l-kampanja ta' informazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji. Ir-Rapporteur tagħkom se jkompli jagħfas għal kjarifika mill-Kummissjoni dwar dan il-punt.

PROĊEDURA

Titolu

Abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 Taqsima III - Kummissjoni

Numru tal-proċedura

2007/2019(BUD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

Koperazzjoni aktar mill-qrib – data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Roberts Zīle
6.3.2007

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

5.6.2007

26.6.2007

10.9.2007

 

 

Data ta' l-adozzjoni

11.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cramer, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Stanisław Jałowiecki, Georg Jarzembowski, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Sepp Kusstatscher, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Robert Navarro, Josu Ortuondo Larrea, Paweł Bartłomiej Piskorski, Reinhard Rack, Gilles Savary, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Silvia-Adriana Ţicău, Yannick Vaugrenard, Lars Wohlin, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zsolt László Becsey, Johannes Blokland, Jeanine Hennis-Plasschaert, Elisabeth Jeggle, Anne E. Jensen, Antonio López-Istúriz White, Helmuth Markov, Willem Schuth, Catherine Stihler

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ralf Walter

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

  • [1]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (18.7.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(C6-0000/2007 - 2007/2019(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Wojciech Roszkowski

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1    Huwa tal-fehma li l-ammonti għall-politika reġjonali mdaħħla fl-abbozz preliminari tal-baġit jikkorrispondu mal-bżonnijiet ta' l-Unjoni fl-isforzi tagħha biex gradwalment jitnaqqsu d-differenzi fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni u jintlaħqu l-objettivi ta' Liżbona u ta' Göteborg; għalhekk jitlob li l-linji baġitarji PDB kollha jinżammu jew, fejn ikun hemm bżonn, jiġu inklużi mill-ġdid;

2    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi livell xieraq fin-nefqa tal-ħlasijiet taħt l-intestatura 1b u toħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għal implimentazzjoni u użu sħaħ tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni;

3.   Jenfasizza l-objettiv tal-Parlament li jissimplifika u jikkjarifika l-prattiki politiċi u l-amministrazzjoni reġjonali kemm fl-UE kif ukoll fl-Istati Membri, sabiex l-approprijazzjonijiet kollha mwarrba għall-iżvilupp reġjonali jkunu jistgħu jintużaw fl-Istati Membri b'mod aktar effettiv u b'mod aktar orjentat lejn ir-riżultati, sabiex jitnaqqsu d-differenzi reġjonali u jinkisbu l-objettivi ta' Liżbona u ta' Göteborg;

4.   Jitlob li jkun hemm żieda fl-approprijazzjonijiet ta' ħlas taħt l-intestatura 1b (Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi);

5.   Jenfasizza l-bżonn li tingħata attenzjoni speċjali fl-abbozz tal-baġit għall-2008 lill-mikro-intrapriżi, lill-intrapriżi żgħar u medji, lin-negozji tradizzjonali ta' daqs żgħir, u lill-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp, b'kunsiderazzjoni għall-irwol tagħhom fl-iżvilupp reġjonali;

6.   Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jieħdu vantaġġ mill-inizjattivi Jeremie u Jessica sabiex jiġi żgurat l-użu sħiħ ta' l-iffinanzjar strutturali mill-Istati Membri u mir-reġjuni;

7.   Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-possibilità li l-iffinanzjar żejjed għal proġetti bħall-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija jitħallas mill-parti mhux allokata tal-baġit tal-koeżjoni u li dan jiġi deċiż fuq bażi intergovernattiva; jistieden lill-Istati Membri biex jinvolvuh fi kwalunkwe deċiżjoni f'dan ir-rigward;

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Minkejja n-negozjati mtawla dwar il-perspettiva finanzjarja u t-IIA, il-Kummissjoni Ewropea tittama li se tkun tista' tapprova l-Programmi ta' Strateġija Nazzjonali kollha sa Lulju 2007 u b'hekk tevita dewmien bla bżonn bħal dak li kien hemm fil-bidu tal-perjodu preċedenti ta' programmazzjoni. Għandu jkun innutat f'dan il-waqt li bil-maqlub ta' xi oqsma oħra tal-politika, filwaqt li l-prijoritajiet ġenerali huma stabbiliti fir-regolamentazzjoni rilevanti, l-allokazzjoni preċiża ta' l-iffinanzjar għal proġetti differenti tiddependi mill-qafas strateġiku ta' referenza ta' l-Istati Membri, li bħalissa qiegħed ikun imfassal u approvat b'koperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u mill-użu ta' fondi tal-Komunità għall-programmi miftiehma ta' l-operat.

Fir-Rapport ta' l-Estimi għall-2008[1], il-Kummissjoni tfakkarna li "Iċ-ċifri kollha għall-Fondi Strutturali u l-Fondi ta' Koeżjoni ġejjin mill-pakkett miftiehem fil-bażi legali u huma konsistenti b'mod sħiħ ma' l-ammonti massimi tat-IIA". Għalhekk, fil-preparazzjoni tagħha tad-dispożizzjonijiet baġitarji, il-Kummissjoni Ewropea evalwat il-bżonnijiet baġitarji b'kunsiderazzjoni għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' l-2005, id-dispożizzjonijiet tal-perspettiva finanzjarja 2007-2013 u l-IAA, l-ammonti dovuti taħt il-proġetti attwali mibdija fil-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006 u t-talbiet eventwali għal ħlas bil-quddiem għall-perjodu attwali. Għalhekk, l-impenji għall-2008 tal-Fondi Strutturali se jiżdiedu b'0.9%2 u l-ħlasijiet3 bi 3.2% filwaqt li l-Fond ta' Koeżjoni għandu impenji4 ta' 14.4% u ħlasijiet5 ta' 36%. Wieħed għandu jinnota li l-linja baġitarja ta' l-intestatura 1b toħroġ 'il barra mill-iskop tal-qasam tal-politika strutturali/ta' koeżjoni. Din hija l-linja baġitarja għall-Istrument Ewropew tal-Viċinanza u s-Sħubija (ENPI), li tikkonsisti f'kontribuzzjoni b'koperazzjoni transkonfinali minn din l-intestatura. Din tmur mal-qasam tal-politika tar-Relazzjonijiet Esterni.

Il-bżonn għat-tkomplija tad-dixxiplina baġitarja u t-tnaqqis ta' l-investiment pubbliku ma' l-Ewropa kollha dawru l-enfasi fuq il-ħtieġa li jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għal

Ø L-iskemi netti għall-ħolqien ta' l-impjiegi;

Ø L-indirizzar ta' l-esklużjoni soċjali;

Ø L-iżvilupp ta' l-ekonomija bbażata fuq l-għerf.

Huwa dan l-approċċ, adattat b'dan il-mod għall-kundizzjonijiet ġodda ta' l-Ewropa tas-27, li se jkun l-istrument għall-kejl tas-suċċess tal-Politika Reġjonali matul ir-reviżjoni importanti ta' nofs il-perjodu li se ssir fl-2008/9. Matul l-2008, il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib il-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006 u l-għeluq tal-programmi u tal-proġetti filwaqt li tevalwa wkoll l-effett li kellha l-politika matul dak il-perjodu. Fl-istess ħin hija għandha tiżgura li l-programmi jikkunsidraw b'mod sħiħ il-prijoritajiet ta' l-aġenda għat-Tkabbir u l-Impjiegi.

Il-Kummissjoni tinfurmana[2] li bħal fl-2007, il-parti ta' l-approprijazzjonijiet ta' impenn hija proviżorja u bbażata fuq id-dejta storika tal-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006. Minkejja dan, il-Kummissjoni Ewropea b'mod ċar hija l-unika istituzzjoni li għandha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa dwar il-ħtiġijiet baġitarji kollha u huwa propju għal din ir-raġuni li r-rapporteur tagħkom għal opinjoni qiegħed jipproponi li kwalunkwe bidla mhux iġġustifikata mdaħħla mill-Kunsill fl-abbozz tiegħu tal-Baġit għandha tiġi rettifikata minufih mill-Parlament.

Il-Kummissjoni tinfurmana wkoll li t-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-aktar f'ċerti reġjuni u wkoll f'xi Stati Membri, minħabba t-tnaqqis fir-rati ta' twelid, sar wieħed mill-akbar sfidi għall-futur ta' l-Ewropa. Għalhekk huwa essenzjali li jiġu promossi l-valuri tal-familja u li familji żgħażagħ jiġu megħjuna biex jgħaqqdu d-dmirijiet professjonali ma' dawk tal-familja.

LINJA BAĠITARJA U TITOLU

Baġit 2007

Baġit 2008

Differenza

1.2: Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 12

Kontribuzzjoni Komunitarja għall-Fond Internazzjonali għall-Irlanda

p.m.

15.000.000

15.000.000

15.000.000

15.000.000

 

 

04 02 02

It-tkomplija tal-Programm Speċjali għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni fl-Irlanda ta’ Fuq u l-kontej mal-fruntiera ta’ l-Irlanda (l-2000 sa l-2006)

p.m.

32.000.000

0

8.973.140

 

-23.026.860

04 02 08

It-tlestija tal-programm EQUAL (mill-2000 sa l-2006)

p.m.

606.350.733

0

300.000.000

 

-306.350.733

04 02 09

It-tlestija tal-programmi Komunitarji preċedenti ta' inizjattiva (qabel l-2000)

p.m.

6.000.000

0

2.000.000

 

-4.000.000

04 02 10

It-tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew (ESF) - Għajnuna teknika u miżuri innovattivi (mill-2000 sa l-2006)

p.m.

25.000.000

0

18.000.000

 

-7.000.000

1: Tkabbir Sostenibbli

04 02 11

It-tlestija tal-Fond Soċjali Ewropew (ESF) - Għajnuna teknika u miżuri innovattivi (qabel l-2000)

p.m.

1.000.000

0

p.m.

 

-1.000.000

04 02 17

Il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) – Konverġenza

7.403.471.207

1.089.889.685

7.614.779.048

3.823.198.181

211.307.841

2.733.308.496

04 49 04 01

Il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) – It-tneħħija tan-nefqa għat-tmexxija amministrattiva

p.m.

p.m.

 

 

13 01 04 01

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) — In-nefqa għat-tmexxija amministrattiva

13.100.000

13.100.000

13.100.000

13.100.000

 

 

13 01 04 03

Il-Fond ta' Koeżjoni (CF) — In-nefqa għat-tmexxija amministrattiva

4.950.000

4.950.000

4.950.000

4.950.000

 

 

13 03 01

It-tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Objettiv 1 (mill-2006 sa l-2006)

p.m.

12.726.229.309

p.m.

6.920.101.302

 

-5.806.128.007

13 03 02

It-tlestija tal-Programm Speċjali għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni fl-Irlanda ta’ Fuq u l-kontej mal-fruntiera ta’ l-Irlanda (mill-2000 sa l-2006)

p.m.

50.000.000

p.m.

32.900.225

 

-17.099.775

13 03 03

It-tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Objettiv 1 (qabel l-2000)

p.m.

35.000.000

p.m.

20.000.000

 

-15.000.000

13 03 04

It-tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Objettiv 2 (mill-2000 sa l-2006)

p.m.

3.620.643.555

p.m.

1.380.677.865

 

-2.239.965.690

13 03 05

It-tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Objettiv 2 (qabel l-2000)

p.m.

6.000.000

p.m.

5.000.000

 

-1.000.000

13 03 06

It-tlestija tal-programm Urban (mill-2000 sa l-2006)

p.m.

131.241.283

p.m.

50.659.160

 

-80.582.123

13 03 07

It-tlestija tal-programmi preċedenti — Inizjattivi Komunitarji (qabel l-2000)

p.m.

5.000.000

p.m.

1.000.000

 

-4.000.000

LINJA BAĠITARJA U TITOLU

Baġit 2007

Baġit 2008

Differenza

1: Tkabbir Sostenibbli

13 03 08

It-tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Għajnuna teknika u miżuri innovattivi (mill-2000 sa l-2006)

p.m.

70.000.000

p.m.

35.000.000

 

-35.000.000

13 03 09

It-tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) — Għajnuna teknika u miżuri innovattivi (qabel l-2000)

p.m.

500.000

p.m.

p.m.

 

-500.000

13 03 10

It-tlestija ta’ miżuri oħra reġjonali

0

0

 

 

13 03 11

It-tlestija tal-Programm għall-immodernizzar ta’ l-industrija tat-tessuti u tal-ħwejjeġ fil-Portugall

0

0

 

 

13 03 13

It-tlestija ta' l-inizjattiva Komunitarja Interreg III (mill-2000 sa l-2006)

p.m.

966.618.983

p.m.

750.000.000

 

-216.618.983

13 03 14

Appoġġ għar-reġjuni mal-fruntiera ta' pajjiżi kandidati — It-tlestija tal-programmi preċedenti (mill-2000 sa l-2006)

p.m.

p.m.

p.m.

 

 

13 03 15

Għajnuna finanzjarja biex tinħoloq organizzazzjoni ta' l-SMEs li ttejjeb il-ħiliet fin-netwerking

p.m.

p.m.

0

0

 

 

13 03 16

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) – Konverġenza

20.676.478.574

3.043.946.283

21.267.270.155

10.677.786.977

590.791.581

7.633.840.694

13 03 17

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) – il-programm PEACE

30.244.428

4.496.913

30.849.316

13.437.020

604.888

8.940.107

13 03 18

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) — Il-kompetittività reġjonali u l-impjiegi

5.381.768.585

633.338.124

5.108.692.167

2.540.832.078

-273.076.418

1.907.493.954

13 03 19

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) – Koperazzjoni Territorjali Ewropea

1.055.259.758

158.130.591

1.004.703.240

559.011.239

-50.556.518

400.880.648

13 03 20

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) – Għajnuna teknika għall-operat

54.869.515

20.756.728

45.000.000

20.091.462

-9.869.515

-665.266

13 04 01

Fond ta' Koeżjoni — It-tlestija ta' proġetti preċedenti (qabel l-2007)

p.m.

3.250.000.000

p.m.

1.936.747.200

 

-1.313.252.800

13 04 02

Fond ta’ Koeżjoni

7.121.426.147

1.693.079.985

8.150.101.978

4.786.634.804

1.028.675.831

3.093.554.819

13 05 03 01

Koperazzjoni transkonfinali (CBC) — Kontribuzzjoni mill-Intestatura 1b

p.m.

p.m.

45.387.077

25.000.000

45.387.077

25.000.000

19 08 02 02

Koperazzjoni transkonfinali (CBC) — Kontribuzzjoni mill-Intestatura 1b (Politika Reġjonali)

47.579.371

12.753.208

81.289.362

45.000.000

33.709.991

32.246.792

Total Subkategorija 1.2:

... bħala % tal-baġit totali

45.486.784.504

35,94%

37.790.265.808

32,72%

46.877.941.445

36,29%

40.622.714.507

33,41%

1.391.156.941

 

2.832.448.699

 

Total Kategorija 1:

... bħala % tal-baġit totali

54.854.332.015

43,34%

44.837.060.205

38,82%

57.148.370.445

44,24%

50.161.394.107

41,26%

2.294.038.430

5.324.333.902

Abbozz Preliminari tal-Baġit 2008 Imħejji mill-Unità ta' l-Appoġġ Baġitarju minn dejta provduta mill-Kummissjoni

PROĊEDURA

Titolu

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

Numru tal-proċedura

C6-0000/2007- 2007/2019(BUD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI
0.0.0000

Koperazzjoni aktar mill-qrib – data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur ta' opinjoni     
  Data tal-ħatra

Wojciech Roszkowski
26.2.2007

Rapporteur ta' opinjoni preċedenti

 

Diskussjoni fil-kumitat

25.6.2007

 

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

17.7.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+: 43

–: 0

0: 3

 

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfonso Andria, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Tiberiu Bărbuleţiu, Jean Marie Beaupuy, Rolf Berend, Jana Bobošíková, Pierre Pribetich, Wolfgang Bulfon, Bairbre de Brún, Vasile Dîncu, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Pedro Guerreiro, Zita Gurmai, Marian Harkin, Jim Higgins, Filiz Hyusmenova, Mieczysław Edmund Janowski, Rumiana Jeleva, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Mario Mantovani, Sérgio Marques, James Nicholson, Lambert van Nistelrooij, Jan Olbrycht, Maria Petre, Markus Pieper, Pierre Pribetich, Wojciech Roszkowski, Elisabeth Schroedter, Grażyna Staniszewska, Kyriacos Triantaphyllides, Oldřich Vlasák

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Den Dover, Jill Evans, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Emanuel Jardim Fernandes, Samuli Pohjamo, Christa Prets, Károly Ferenc Szabó

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2)

Daniel Caspary, Péter Olajos, Thomas Ulmer

Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

  • [1]  SEC(2007)0500.
  • [2]  SEC(2007)0500.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (9.10.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(2007/2019(BUD))––Taqsima III - Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Jan Mulder

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.       Jenfasizza li s-sena 2008 hija sena deċiżiva għall-futur tal-Politika Agrikola Komuni (CAP) billi hija s-sena tal-konklużjonijiet dwar il-“kontroll tas-saħħa” (HC); madanakollu jirrimarka, li l-HC ma' għandu ebda effett immedjat fuq l-eżerċizzju tal-baġit 2008; jisħaq li l-HC jeħtieġ li jipprevedi aktar immodernizzar tal-CAP bil-għan li l-livelli potenzjali ta’ nfiq mill-UE wara l-2013 jkunu ġustifikati u jeħtieġ li jdaħħal il-CAP fir-Reviżjoni ta’ Nofs iż-Żmien tal-baġit ta’ l-UE fl-2009 ;

2.       Jinnota li l-agrikultura hija responsabbli għal anqas minn terz ta’ l-infiq ta’ l-UE; jinnota wkoll li l-Intestatura 2: Preservazzjoni u Mmaniġġjar ta’ Riżorsi Naturali hija l-akbar intestatura unika fl-abbozz preliminari tal-baġit għall-2008 (PDB 2008) f'sens ta' flus, jekk wieħed iqis l-intestaturi 1a u 1b bħala separati; madankollu, jirrimarka li din tinkludi partijiet mill-oqsma ta’ politika li ġejjin: 05 il-biedja u l-iżvilupp rurali, 07 l-ambjent, 11 is-sajd u l-affarijiet marittimi, 17 is-saħħa u l-affarijiet tal-konsumatur.

3.   Jinnota li r-rekwiżiti baġitarji ta’ l-UE, skond il-Kunsill, għall-CAP fl-Abbozz tal-Baġit 2008 (DB 2008) huma ta’ EUR 3 077.32 miljun, li EUR 3 005.01 miljun minnhom huma relatati ma’ Infiq ta’ Kummerċjalizzar u Għajnuniet Diretti, li huwa ammont konsiderevolment inqas mill-massimi li dwarhom qablu l-mexxejja ta’ l-UE fil-Perspettiva Finanzjarja 2007-2013,

4.   Jirrimarka li l-Intestatura 2 tammonta għal EUR 55 722.7 miljun, li tfisser tnaqqis ta’ EUR 527,5 miljun meta mqabbel ma’ l-istess total fil-baġit ta’ l-2007; jinnota li l-Kunsill għamel tnaqqis fil-PDB 2008 biss fl-Intestatura 2; jinsab diżappuntat b’din l-atitudini negattiva tal-Kunsill fil-konfront ta’ l-Intestatura 2 u b’mod aktar speċifiku fil-konfront tal-CAP;

5.   Għalhekk, jiddeplora t-tnaqqis drastiku u mifrux bla distinzjoni tal-Kunsill f’approprijazzjonijiet ta’ impenji u ta’ pagamenti mill-PDB 2008 fi spejjeż ta’ kummerċjalizzar u d-deċiżjoni tiegħu li juża biss kriterji ta' kontabilità, mingħajr ma jqis b'mod serju l-proposti tal-Kummissjoni u l-prijoritajiet tal-Parlament;

6.   Isibha sorprendenti li l-Kunsill ma għamel l-ebda tibdil fl-approprijazzjonijiet ta' ħlas għall-Iżvilupp Rurali; jirrimarka li r-rati ta' implimentazzjoni għall-2007 diġà wrew li l-implimentazzjoni wagħqet lura; jenfasizza li l-bidu ta' perjodi ta' pprogrammar fir-rigward ta' l-Iżvilupp Rurali wrew rati baxxi ta' implimentazzjoni fil-passat; jirrimarka li sal-lum għad hemm 76 minn 94 Programmi għall-Iżvilupp Ruruali li għad iridu jiġu approvati; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiġġustifika dan il-livell għoli ta' approprijazzjonijiet ta' ħlas;

7.   Jinnota li għall-baġit 2008 hemm ammont sostanzjali ta' marġini disponibbli minkejja ż-żieda ta' 5% ipprogrammata għall-għajnuniet diretti tal-CAP fl-10 Stati Membri l-ġodda (b'10% tal-livell għall-UE-15) u l-ewwel pagamenti ta’ għajnuna diretta lir-Rumanija u lill-Bulgarija (b’25% tal-livell għall-UE-15); jenfassizza, madankollu, li skond il-Kummissjoni dan il-marġini huwa mistenni li jonqos mill-2010 ‘l quddiem

8.   Huwa kuntent li għall-baġit 2008 m'hemm bżonn ta' ebda dixxiplina finanzjarja; jirrimakra, madanakollu, li l-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja li fi ħdanu jkun hemm tnaqqis ta' għajnuniet diretti japplika meta l-marġini disponibbli taħt l-Intestatura 2 jonqos;

9.   Jinnota li fl-2008, għal darb’oħra, ser tiġi applikata r-rata sħiħa ta’ 5% ta’ modulazzjoni obbligatorja (wara 3% fl-2005, 4% fl-2006 u 5% fl-2007), li hija mistennija li tirriżulta fi trasferiment ta' bejn wieħed u ieħor EUR 1.241 biljun għall-Iżvilupp Rurali;

10. Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-prinċipji baġitarji ta’ l-unità, l-eżattezza, l-universalità, l-ispeċifiċità u t-trasparenza, sabiex tinkorpora l-eċċezzjonijiet għall-iskema ta’ modulazzjoni obbligatorja, li jirriżultaw minn anomalija fil-ftehima tal-Konferenza Intergovernattiva ta’ Diċembru 2005 sa 2013, fiċ-ċifri għall-Intestatura/i 2 (jew għas-sottointestatura/i 2);

11. Jirrimarka li l-bidliet li jridu jsiru minħabba l-ispiża assenjata, i.e. dħul fl-2008, għal elementi bħal ikklerjar ta’ kontijiet, irkupri u taxxi fuq il-ħalib, fir-rigward tal-PDB 2008;

12. Jitlob sabiex tittieħed azzjoni preparatorja fir-rigward tal-ħolqien ta’ fond ta' investiment, xi ftit jew wisq fuq il-linji tal-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF), għall-enerġija li tiġġedded u għall-bijoraffinar, billi tekniki promettenti (bħall-iffissar tal-karbonju permezz tal-produzzjoni ta’ l-alka, il-produzzjoni ta’ bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni u l-bijoraffinerija) spiss huma neqsin mid-disponibilità ta’ investimenti xierqa għal implimentazzjoni fuq skala wiesgħa;

13. Jemmen li, bħala kwistjoni ta' koerenza u konsistenza mal-kampanji dwar is-saħħa u, b'mod partikolari, l-azzjoni kontra l-obeżità, hemm bżonn li jsir sforz partikolari għall-promozzjoni ġenwina tal-konsum ta' frott u ħxejjex, speċjalment fost it-tfal; jipproponi, f'dan id-dawl, linja baġitarja ġdida għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel; barra minn hekk jappoġġja żieda ta' 50 % fil-linja baġitarja relatata mad-distribuzzjoni b'xejn ta' frott u ħxejjex kif propost mill-Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali;

14. Jitlob, għal darb’ oħra mil-lat ta’ konsistenza mal-politika tas-saħħa, għal sforzi akbar fil-promozzjoni tal-konsum ta’ podotti tal-ħalib tajbin għas-saħħa, speċjalment fost it-tfal ta' l-iskola; għalhekk jipproponi li tikber il-gamma ta’ prodotti, li jiżdiedu l-approprijazzjonijiet għall-iskema ta’ ħalib fl-iskejjel u li jinħoloq fond ġdid għar-ristrutturar tas-settur tal-ħalib (fuq l-istess linja tat-talba tal-Parlament għall-pakkett żgħir dwar ir-riformi fis-suq tal-ħalib);

15. Jitlobli li jitnieda proġett pilota dwar il-benesseri ta’ l-annimali, sabiex jiġu żviluppati metodi imtejba ta’ trasportazzjoni u ta’ produzzjoni ta’ l-annimali, li jiffukaw pereżempju fuq waqfiet ta' mistrieħ waqt it-trasportazzjoni u alternattivi għall-kastrazzjoni tal-majjali u l-qtugħ tal-qrejjen tal-baqar;

16. Jitlob għal aktar approprijazzjonijiet għall-iżvilupp ta’ tilqim li jimmarka u testijiet sabiex issir distinzjoni bejn annimali morda u dawk imlaqqma, u sabiex jiġu ffinanzjati kampanji u programmi ta’ informazzjoni sabiex il-pubbliku jiġi infurmat dwar il-fatt li l-konsum ta’ laħam minn annimali mlaqqma ma jagħmilx ħsara, kif ukoll kampanji u programmi ta’ informazzjoni li jenfasizzaw l-aspetti umanitarji ta’ l-istrateġiji ta’ tilqim fil-ġlieda kontra l-mard ta’ l-annimali li jittieħed;

17. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni fid-dawl ta’ dan kollu, sabiex tippreżenta proposti fir-rigward tat-tifqigħat ta’ mard fost il-bhejjem fuq il-bażi tar-riżultati miksuba permezz ta’ studju tal-fattibilità minn qabel dwar skemi ta’ kondiviżjoni ta’ l-ispejjeż (il-proġett pilota, Mudell ta’ Ffinanzjar tar-Riskju għall-Epidemiji fost il-Bhejjem, fl-Unjoni Ewropea) li jipprovdi possibilitajiet ta’ ffinanzjar għall-mard epidemiku forst il-bhejjem;

18. Jiddubita jekk l-ammont taħt l-Intestatura 2 relatat ma’ l-ambjent (EUR 298 miljun) jixraqx għall-ambizzjonijiet deskritti; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiċċara għaliex tħoss li tista’ tikseb l-ambizzjonijiet kollha tagħha kif deskritti fil-PDB 2008 jew sabiex tipproponi aktar iffinanzjar ta’ miżuri ambjentali, possibilment billi jintuża l-marġini disponibbli taħt l-Intestaura 2 permezz ta’ trasferimenti fi ħdan l-istess Intestatura;

19. Jinnota li l-inklużjoni ta’ Interessi Mhux Kummerċjali bħala kriterji ta’ importazzjoni fi ftehima ġdid possibbli fi ħdan id-WTO jista’ jirriżulta f’iffrankar konsiderevoli fil-baġit għall-agrikultura fil-futur, billi ħlas b’kumpens fir-rigward ta’ ċerti leġiżlazzjonijiet Komunitarji jiġi superfluwu; għalhekk, jesprimi dispjaċir li l-kummissjoni s’issa ma’ kenitx kapaċi tagħmel progress sostanzjali fir-rigward ta’ l-aċċettazzjoni ta’ Interessi Mhux Kummerċjali fi ħdan il-qafas multilaterali tal-kummerċ kif mitlub mill-manadat mogħti lill-Kummissjoni mill-Kunsill;

20. Jitlob li jkun hemm żieda fil-kontrolli Komunitarji fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli minn pajjiżi terzi, sabiex ir-rekwiżiti Ewropej fil-qasam tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-ġid ta' l-annimali jkunu infurzati b'mod aktar effettiv;

21. Jiddeplora t-tnaqqis ta’ l-intestaturi baġitarji għall-promozzjoni, u l-ftit riżorsi disponibbli għat-tisħiħ ta’ l-għarfien pubbliku dwar l-istandards ta’ kwalità ta’ l-UE; għalhekk jitlob għall-ammonti allokati għal dawk l-intestaturi sabiex jiżdiedu;

22. Bħala miżura ġenerali, jipproponi li l-intestaturi fil-PDB 2008 għandhom jinżammu għad-DB 2008; huwa ta’ l-opinjoni li l-ammonti mdaħħlin fil-PDB 2008 għall-agrikultura, waqt l-istennija ta' l-ittra ta’ emenda f’Ottubru, bilkemm jirrispettaw il-minimu u għalhekk jipproponi li l-PDB 2008 jinżamm fir-rigward tal-linji baġitarji kollha.

RIZULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

9.10.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

-

-

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bernadette Bourzai, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Michl Ebner, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Esther Herranz García, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Jean-Claude Martinez, Véronique Mathieu, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, Neil Parish, Radu Podgorean, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Janusz Wojciechowski, Andrzej Tomasz Zapałowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Esther De Lange, Ilda Figueiredo, Gábor Harangozó, Jan Mulder, Catherine Neris, Markus Pieper

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

-

OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (3.10.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(2007/2019(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Emanuel Jardim Fernandes

SUĠĠERIMENTI

Kummenti tar-rapporteur għal opinjoni

L-ammonti totali allokati għas-sajd fil-proġett preliminari ta' l-2008 jimplikaw żieda modesta ħafna meta mqabbla mas-sena finanzjarja ta' qabel. Din is-sitwazzjoni hija negattiva ferm, billi jeħtieġ li niftakru li l-baġits ta' qabel diġà kienu joffru biss il-minimu biex ikunu jistgħu jitwettqu l-miżuri rikjesti mill-Amministrazzjonijiet Pubbliċi fil-qafas ta' l-iżvilupp ta' politika Komunitarja għas-sajd li tkun koerenti u bir-riżorsi meħtieġa biex tista' tkun effiċjenti.

Dan in-nuqqas ta' koerenza bejn għanijiet ambizzjużi u nuqqas ta' riżorsi umani u finanzjarji jidher jekk nanalizzaw fid-dettal il-kontenut tal-punti baġitarji fejn hemm l-akbar tnaqqis perċentwali fil-proġett preliminari ppreżentat mill-Kummissjoni, jiġifieri:

Is-sajd sostenibbli ma jistax jitwettaq jekk ma teżistix sistema ta' kontroll effikaċi ta' l-attività tal-flotot u tas-suq tal-prodotti tas-sajd li jilħqu s-suq Komunitarju.

L-attivitajiet ta' kontroll fil-qasam tas-sajd huma kompetenza prijoritarja ta' l-Istati membri. Huwa fatt rikonoxxut bosta drabi li r-riżorsi u l-persunal allokati għal din l-attività fl-UE mhumiex biżżejjed biex issir fiskalizzazzjoni korretta.

Il-proġett preliminari tal-Kummissjoni fil-punt li għandu l-għan li jiffinanzja b'mod konġunt il-mezzi ta' kontroll li jikkorrispondi ma' l-Istati Membri sofra tnaqqis ta' 11.7% minħabba l-fatt li fis-sena ta' qabel, il-mezzi allokati għal dan il-punt ma ntefqux kollha.

Madankollu dan it-tnaqqis jikkonforma mal-prattika tajba baġitarja billi r-riżorsi offruti lill-Istati Membri ma ntużawx b'mod adegwat, sa ċertu punt fil-ġejjieni dan jista' jservi biex ikopri l-ġestjoni ħażina ta' dawn l-Istati li ma jiddedikawx riżorsi suffiċjenti biex isaħħu l-kontroll, attività li għaliha huma għajjurin ferm rigward il-kompetenzi iżda ma tantx joqogħdu attenti li jwettquha b'mod sodisfaċenti, avolja dan huwa obbligu legali tagħhom.

L-istess osservazzjonijiet jistgħu jsiru rigward il-fondi destinati għall-ġbir tad-dejta mill-Istati Membri. Fondi li ma jintużawx jimplikaw ġestjoni baġitarja ħażina jew nuqqas ta' rieda għall-koperazzjoni favur l-effiċjenza tal-Politika tas-Sajd.

Huwa ovvju li mingħajr ma wieħed ikun midħla sew ta' l-istat tar-riżorsi, l-iżbarki, il-kapaċità u l-potenzjal tal-flotta eċċ., huwa impossibli li jiġu adottati miżuri adegwati biex isiru pjanijiet ta' ġestjoni jew ta' rikostituzzjoni ta' xi zoni tas-sajd li spiss ħafna jinsabu fi stat ta' kollass.

Fid-diskussjonijiet reċenti tal-Parlament dwar ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-adattament tal-flotot ta' l-Istati għar-riżorsi disponibbli dehret in-negliġenza u n-nuqqas ta' koperazzjoni bejn l-Istati fit-twettiq ta' l-obbligi tagħhom li jipprovdu d-dejta. Ittardjaw bosta drabi u sikwit, kien hemm nuqqas ta' omologazzjoni u anke xi Stati naqsu milli sempliċiment jibgħatu r-rapporti, li huwa obbligu legali tagħhom.

Għal dawn ir-raġunijiet inqisu li l-punti tal-baġit Komunitarju li għandhom l-għan li jiġbru dejta u li għadhom ma ġewx użati għandhom jinżammu sabiex jiġi enfasizzat il-fatt li l-Istati Membri naqsu milli jirrispettaw dawn l-attivitajiet li huma meħtieġa sabiex politika Komunitarja komuni tkun tista' taħdem b'responsabiltà u b'koerenza.

Għalkemm fil-punti dwar is-sajd dan mhuwiex evidenti, ma nistgħux ma nsemmux il-fondi baġitarji mmirati għar-riċerka fil-qasam tagħna.

Ir-riċerka dwar l-ambjent tal-baħar, l-istat taz-zoni tas-sajd u l-qagħda soċjoekonomika tar-reġjoni u tal-popolazzjonijiet li jiddependu fuq is-sajd huma prijorità għall-Politika Komuni għas-Sajd. Huma l-bażi ta' l-istruttura.

Fir-IV u l-V Programm ta' Qafas hemm programmi speċifiċi tas-sajd u ta' l-akkwakultura (FAIR) għall-qasam tar-riċerka tal-baħar applikata, b'kopertura finanzjarja ta' EUR 130 miljun u ta' EUR 150 miljun rispettivament. Fis-VI Programm ta' Qafas dan l-ammont jonqos b'mod drastiku għal EUR 60 miljun.

Fi żmien meta jidher li jistgħu jiġu introdotti pjanijiet plurijennali ta' ġestjoni jew ta' rkupru għal bosta speċijiet kummerċjali, jeħtieġ li wieħed jagħraf l-implikazzjonijiet li d-diversi xenarji ta' tnaqqis fil-qbid u ta' fissazzjoni tal-livell tal-bijomassa jista' jkollhom fuq l-ekonomija lokali u reġjonali, fuq l-impjieg u fuq l-istrutturar tat-territorju, b'mod li ma jiġix imxekkel l-iżvilupp integrali taz-zoni tax-xatt li jiddependu ħafna mis-sajd. Informazzjoni xjentifika ta' kwalità tista' biss tgħin biex l-Istituzzjonijiet Komunitarji jieħdu deċiżjonijiet meħtieġa u li kultant ikunu ta' detriment għall-komunitajiet tax-xtut.

Il-fatt li l-fondi destinati għar-riċerka ġew trasferiti għas-VII Programm ta' Qafas ta' riċerka u l-ġestjoni ċentralizzata tagħhom qed issir mid-DG tar-Riċerka minflok mid-DG tas-Sajd huwa sors ta' tħassib, billi kif diġà għidna, hemm riskji serji li l-fondi destinati għas-settur tagħna jitnaqqsu billi ma jikkostitwixxux prijorità fit-totalità tar-Riċerka Komunitarja.

Fl-aħħarnett nesprimu l-ferħ tagħna rigward il-punt baġitarju ġdid immirat għall-Politika Komunitarja Marittima li, filwaqt li wieħed jistenna definizzjoni tal-bażi ġuridika, jippermetti li proġetti inizjali ta' azzjonijiet Komunitarji b'natura globali jibqgħu jiġu ffinanzjati favur il-ġestjoni sostenibbli ta' l-ibħra u ta' l-oċeani tal-Komunità.

Il-politika marittima hija wieħed mill-għanijiet strateġiċi ta' l-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2005-2009. L-għan huwa li jingħaqdu d-diversi inizjattivi fil-qasam tat-trasport marittimu, tat-turiżmu, tas-sajd, ta' l-ambjent, tal-konservazzjoni tar-riżorsi naturali u tar-riċerka u l-iżvilupp. Wieħed jittama wkoll li dawn ikollhom effett ta' multiplikatur għall-iżvilupp ta' politika marittima ta' l-Unjoni Ewropea.

Id-diskussjoni li nfetħet fil-Green Book tal-Kummissjoni wasslet għal bosta kontributi min-naħa ta' l-aġenti ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili; u fis-snin li ġejjin se twassal għal proposti tal-Kummissjoni li jikkonformaw ma' l-isfidi ppjanati.

Sakemm dawn il-proposti jsiru konkreti, jaqbel li titħejja t-triq, u għalhekk jeħtieġ li minn issa wieħed ikun jista' jorbot fuq ir-riżorsi finanzjari meħtieġa għat-tnedija ta' inizjattivi ta' tħejjija. Għalhekk huwa xieraq li fil-baġit ta' l-2008 jiddaħħal punt baġitarju korrispondenti li jevita li dawn l-inizjattivi jiġu paralizzati matul din is-sena.

Konklużjonijiet

1.  L-ammonti totali allokati għas-sajd fil-proġett preliminari ta' l-2008 jimplikaw kontinwità meta mqabbla mas-sena finanzjarja ta' qabel. Din is-sitwazzjoni hija negattiva ferm, billi jeħtieġ li niftakru li l-baġits ta' qabel diġà kienu joffru biss il-minimu biex ikunu jistgħu jitwettqu l-miżuri rikjesti mill-Amministrazzjonijiet Pubbliċi fil-qafas ta' l-iżvilupp ta' politika Komunitarja għas-sajd li tkun koerenti u bir-riżorsi meħtieġa biex tista' tkun effiċjenti.

2.  Il-proġett preliminari tal-Kummissjoni fil-punt li għandu l-għan li jiffinanzja b'mod konġunt il-mezzi ta' kontroll li jikkorrispondi ma' l-Istati Membri sofra tnaqqis ta' 11.7% minħabba l-fatt li fis-sena ta' qabel, il-mezzi allokati għal dan il-punt ma ntefqux kollha.

     Madankollu dan it-tnaqqis jikkonforma mal-prattika tajba baġitarja billi r-riżorsi offruti lill-Istati Membri ma ntużawx b'mod adegwat, sa ċertu punt fil-ġejjieni dan jista' jservi biex ikopri l-ġestjoni ħażina ta' dawn l-Istati li ma jiddedikawx riżorsi suffiċjenti biex isaħħu l-kontroll, attività li għaliha huma għajjurin ferm rigward il-kompetenzi iżda ma tantx joqogħdu attenti li jwettquha b'mod sodisfaċenti, avolja dan huwa obbligu legali tagħhom.

3.  Il-punt baġitarju mmirat biex jiffinanzja l-operat ta' l-Aġenzija ġdida tal-Kontroll tas-Sajd, li huwa maħsub li tibda topera s-sena d-dieħla fil-post definittiv tagħha, huwa limitu minimu li jrid jinżamm biex l-aġenzija tkun tista' tibda taħdem f'kundizzjonijiet ta' effiċjenza. Għal din ir-raġuni, nitolbu li tiġi restawrata mill-ġdid iċ-ċifra prevista fil-proġett preliminari tal-Kummissjoni.

4.  Ir-riċerka dwar l-ambjent tal-baħar, l-istat taz-zoni tas-sajd u l-qagħda soċjoekonomika tar-reġjoni u tal-popolazzjonijiet li jiddependu fuq is-sajd huma prijorità għall-Politika Komuni għas-Sajd. L-għarfien u r-riċerka permanenti u regulari ta' l-ambjent tal-baħar huma l-bażi meħtieġa għall-ħarsien ta' l-ispeċijiet, ta' l-ekosistemi u ta' l-esplotazzjoni razzjonali tar-riżorsi b'konformità mal-prinċipji ta' bilanċ bejn l-interessi ekonomiċi u r-rispett tan-natura.

5.  Il-fatt li l-fondi destinati għar-riċerka ġew trasferiti għas-VII Programm ta' Qafas ta' riċerka u l-ġestjoni ċentralizzata tagħhom qed issir minn din id-DG minflok mid-DG tas-Sajd huwa sors ta' tħassib, billi kif diġà għidna, hemm riskji serji li l-fondi destinati għas-settur tas-sajd jitnaqqsu billi ma jikkostitwixxux prijorità fit-totalità tar-Riċerka Komunitarja. Fil-ġejjieni, se jkun hemm bżonn li tiżdied, jew għallinqas tibqa' l-istess, il-parti li fil-baġit attwali hija allokata għar-riċerka ddedikata għas-sajd.

6.  Minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi tagħhom, ir-reġjuni mbegħda jeħtieġu attenzjoni speċjali biex ipattu għall-iżvantaġġi minħabba l-qagħda iżolata tagħhom u l-kundizzjonijiet ta' l-ambjent naturali tagħhom.

     Il-Kunsill għadu kif approva mekkaniżmu finanzjarju ta' appoġġ għall-perjodu 2007-2013 li jiġi tradott f'ammount ta' EUR 15-il miljun kull sena. Ovvjament, minħabba t-tul tal-perjodu, dan l-ammount irid jiġi indiċiżżat bi 2% kull sena, bħal fil-każ ta' fondi oħra, biex ma jitlifx l-effikaċja reali tiegħu.

7.  Filwaqt li għandha tiġi meqjusa l-kriżi li taffettwa lill-industrija tas-sajd, il-programm tas-sajd għar-reġjuni mbegħda għandu jissaħħaħ b'aktar mezzi xierqa. Għal din ir-raġuni, qed tiġi proposta żieda ta' EUR 2 miljuni f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament, b'konformita mal-pożizzjoni tal-Parlament tas-26 ta' April 2007[1] dwar skema li tikkumpensa għall-ispejjeż żejda fil-promozzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd mir-reġjuni mbegħda.

8.  Il-politika marittima hija wieħed mill-għanijiet strateġiċi ta' l-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2005-2009. L-għan huwa li jingħaqdu d-diversi inizjattivi fil-qasam tat-trasport marittimu, tat-turiżmu, tas-sajd, ta' l-ambjent, tal-konservazzjoni tar-riżorsi naturali u tar-riċerka u l-iżvilupp. Wieħed jittama wkoll li dawn ikollhom effett ta' multiplikatur għall-iżvilupp ta' politika marittima ta' l-Unjoni Ewropea.

     Sabiex titwettaq din il-politika integrali ġdida għall-ambjent tal-baħar, jaqbel li titħejja t-triq, u għalhekk jeħtieġ li minn issa wieħed ikun jista' jorbot fuq ir-riżorsi finanzjari meħtieġa għat-tnedija ta' inizjattivi ta' tħejjija. Għalhekk huwa xieraq li fil-baġit ta' l-2008 jiddaħħal punt baġitarju korrispondenti li jevita li dawn l-inizjattivi jiġu paralizzati matul din is-sena.

PROCEDURA

Titolu

Baġit 2008 Taqsima III, Kummissjoni

Numru tal-proċedura

2007/2019(BUD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni mressqa minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH
24.9.2007

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Emanuel Jardim Fernandes
14.3.2007

Rapporteur għal opinjoni preċedenti:

 

Cristobal Montoro Romero

27.8.2007

 

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

3.10.2007

Eżami fil-kumitat

+:

−:

0:

18

1

0

Data ta’ l-adozzjoni Risultat tal-votazzjoni finali

Elspeth Attwooll, Iles Braghetto, Luis Manuel Capoulas Santos, David Casa, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Emanuel Jardim Fernandes, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Alfred Gomolka, Pedro Guerreiro, Heinz Kindermann, Willy Meyer Pleite, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Margie Sudre

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thomas Wise

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali Íñigo Méndez de Vigo

 

Kummenti (disponibbli f'lingwa waħda biss)

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (13.9.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(2007/2019(BUD))Taqsima III - Il-Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Helga Trüpel

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jilqa' t-titjib fid-Dikjarazzjonijiet ta’ l-Attivitajiet, b'miri dettaljati u baġits li jippermettu paragun siewi, u jieħdu nota ta' l-allokazzjonijiet baġitarji għad-diversi programmi;

2.   Jappoġġja l-isforzi kollha sabiex jiġu simplifikati u mħaffa l-proċeduri ta’ l-applikazzjonijiet u l-għotjiet, bħat-tnedija ta’ sejħa għall-proposti fit-tielet kwart tas-sena N-1, użu akbar ta’ għotjiet ta’ rata fissa u somma waħda, sħubiji multi-annwali, proċeduri b’żewġ passi, deċiżjonijiet unilaterali dwar għotjiet, l-armonizzazzjoni tal-formoli ta’ l-applikazzjoni u dawk on-line, u jħeġġeġ lill-Aġenzija Eżekuttiva sabiex testendi dan it-tip ta’ innovazzjonijiet fejn huwa possibbli; jistieden lid-diversi Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni sabiex jikkoperaw sabiex jeżaminaw it-twaqqif ta’ bażi tad-dejta – preferibbilment waħda ċentrali – għall-applikanti, fejn l-informazzjoni standard tkun tista’ tiġi maħżuna u aġġornata;

3.   Għandu l-intenzjoni li jeżamina, fi żmien tar-reviżjoni ta' nofs iż-żmien tal-programmi plurijennali, għal liema partijiet tal-programmi kodeċiżi huwa neċessarju li jinżammu l-proċeduri tal-komitoliġija, filwaqt li jitqiesu s-somom tal-proġetti involuti u l-fatt li normalment l-għażliet tal-kumitat ta’ l-għażla ma jiġux kontestati mill-kumitat tal-programm jew mill-Parlament; ser ikompli jikkopera b’mod flessibbli mal-Kummissjoni fir-rigward tad-‘droit de regard’ tal-Parlament; għandu mistoqsijiet dwar il-ħtieġa għal konsultazzjoni tal-kumitat tal-programm u dwar id-‘droit de regard’ fi programmi bħall-‘Youth in Action’ li l-bażi legali tagħhom ma tipprovdix għal dik il-forma ta’ konsultazzjoni;

4.   Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-problemi relatati mar-regola ta’ mingħajr qligħ s’issa għadhom mhumiex solvuti, iżda għandu l-intenzjoni li jkompli jaħdem aktar fuq dawn il-kwistjonijiet, fiż-żmien tar-reviżjoni ta’ nofs iż-żmien tal-programmi, jekk ir-Regolament Finanzjarju jew ir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu jibqgħu ma jinbidlux sa dak iż-żmien;

5.   Jilob lid-Direttorat Ġenerali EAC sabiex jevalwa aktar sa liema punt jistgħu jinstabu mezzi oħra ta' kif jiġi evitat it-tnaqqis tal-kapital għall-benefiċjarji b'riżultat tar-regola ta' mingħajr qligħ;

6.   Jipproponi t-tkomplija tal-proġetti pilota tal-Parlament li ġew introdotti s-sena l-oħra; jipproponi wkoll l-introduzzjoni ta’ proġett pilota ġdid għall-ħolqien ta’ arkivji diġitali li ser jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-kontenuti tal-mużewijiet reġjonali kif ukoll tixrid usa’ tal-kultura u ta’ l-istorja tal-popli ta’ l-Unjoni Ewropea permezz ta’ skambji ta’ dan it-tip ta’ materjal diġitali; jipproponi t-twaqqif ta’ proġett ġdid li jkun bħall-Erasmus għall-mobilità ta’ operaturi kulturali; jipproponi li l-proġett pilota dwar is-sisien politiċi Ewropej jiġu finanzjati taħt intestatura 5 ‘amministrazzjoni’.

7.   Jappoġġja ż-żieda ta’ l-approprjazzjonijiet għal intestatura baġitarja (15 06 66) bl-isem ‘Ewropa għaċ-Ċittadini’ jekk din iż-żieda tintuża sabiex tappoġġja avvenimenti speċjali li jgħinu sabiex jippromwovu d-diversità kulturali fost il-pubbliku u fost iż-żgħażagħ;

8.   Jipproponi antiċipazzjoni tan-nefqa għal ċerti partijiet tal-programm taż-Żgħażagħ u tal-programm Ewropa għaċ-Ċittadini (Azzjonijiet 1.1, 1.3 u 4.1, u Azzjonijiet 1 u 2 rispettivament) bil-għan li jintensifikaw id-dibattitu dwar it-Trattat ta’ Riforma u r-ratifika tiegħu fl-Istati Membri;

9.   Iqis li l-Unjoni Ewropea għandu jkollha kuntatt aktar mill-qrib maċ-ċittadini tagħha; huwa tal-fehma li l-iffinanzjar xieraq biss ser jagħmilha possibbli li tinkiseb politika effettiva ta’ komunikazzjoni u informazzjoni li tkun tinvolvi lill-pubbliku b’mod aktar attiv; iqis li tnaqqis fl-approprjazzjonijiet baġitarji maħsuba għall-politika ta’ komunikazzjoni ser tibgħat sinjal li jkun negattiv ħafna għall-pubbliku Ewropew;

10. Jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal Unjoni Ewropea aktar demokratika, aktar aċċessibbli u aktar trasparenti għall-ġid taċ-ċittadin; iqis li mhux se jkun possibbli li jkun żgurat involviment pubbliku aktar attiv fl-indirizzar ta’ l-isfidi l-kbar li ġejjin għall-Unjoni Ewropea mingħajr finanzjar adegwat għal strutturi lokali bħal postijiet li jipprovdu l-informazzjoni u d-Djar ta’ l-Ewropa; isemmi li flimkien mal-fatt li l-ħolqien ta’ strutturi ġodda m’għandux ikun ta’ ħsara għall-istrutturi lokali li jeżistu diġà, li jridu jkomplu jirċievu approprjazzjonijiet ekwivalenti għal dawk ta' snin preċedenti;

11. Isemmi li l-impenn ta’ € 5 000 000 għall-iffinanzjar ta’ servizz ġdid bl-ilsien Għarbi li jkun jipprovdi informazzjoni newtrali, kredibbli u eżawrjenti fil-forma ta’ kanali ta’ aħbarijiet imxandra bit-televixin, analiżijiet u magazines li jagħtu l-fehma Ewropea dwar ġrajjiet kurrenti internazzjonali, li jinkludu l-Ewropa, il-Lvant Qarib, il-Lvant Nofsani u l-pajjiżi tal-Magħreb mill-intestatura baġitarja 16 02 02 jista’ jkun realizzat biss permezz ta’ sejħa għall-offerti (kif speċifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 750 tat-8 ta’ Marzu 2007) billi jiġi avviċinat stazzjon li l-kredenzjali Ewropej tiegħu (jiġifieri, il-produzzjoni u x-xandir simultanju u multilingwi ta’ programmi ta’ l-aħbarijiet bit-televixin dwar l-Unjoni Ewropea) ikunu rikonoxxuti b’mod formali;

12. Jistiden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel studju dwar il-kundizzjoni u n-nefqa stmata tar-restawrar tal-wirt kulturali tal-parti tat-Tramentana ta’ Ċipru, skond id-Dikjarazzjoni bil-Miktub tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Settembru 2006 dwar il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-wirt reliġjuż tal-parti tat-tramuntana ta’ Ċipru (P6_TA(2006)0335) u kif mitlub f’paragrafu 34 tar-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006 dwar il-baġit ġenerali budget ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (P6_TA(2006)0570).

13. Jistieden b’mod partikulari lid-DG Komunikazzjoni, kemm għall-attivitajiet ċentrali kif ukoll għal dawk nazzjonali tiegħu, sabiex iżid il-koperazzjoni ma’ NGOs fuq l-azzjonijiet ewlenin tiegħu ta’ komunikazzjoni, għax l-azzjonijiet tagħhom sikwit jipprovdu benefiċċju kbir meta mqabbel man-nefqa (żgħira) u riżultati aktar sostenibbli minn attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li jsiru darba biss.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jirrigwarda linji baġitarji taħt l-intestatura 1a "Il-Kompetittività għall-iżvilupp u l-impjiegi", 3b "Ċittadinanza" and 5 "Amministrazzjoni". Fl-Abbozz Preliminari tal-Baġit (PDB) preżentat mill-Kummissjoni dawn huma t-titoli 9, 15, 16, 25 u 26.

Kumment ieħor għandu jsir dwar ir-relevanza tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-attivitajiet. Dawn id-dokumenti fiż-żmien riċenti jikkostitwixxu l-element ġustifikattiv ewlieni ta’ l-approprazzjonijiet mitluba mill-Kummissjoni u għaldaqstant jixraqilhom attenzjoni speċjali.

Approprazzjonijiet ta’ impenn f’Titolu 15 huma proposti mill-Kummissjoni fil-PDB fil-livell ta’ EUR 1.320,7 miljun meta mqabbla ma’ EUR 1 222,66 miljun fl-2007, żieda ta’ 8.02%. Riżorsi Umani żdiedu minn 598 għal 602 post (żieda ta’ 8 postijiet ta’ stabbiliment meta mqabbla ma’ tnaqqis ta’ 4 postijiet fl-istaff estern )

Il-programmi operattivi ewlenin f’dan il-Kapitolu huma Tagħlim tul il-Ħajja Kollha b’EUR 873.3 miljun f’nefqa operattiva (EUR 823.8 miljun fl-2007), Erasmus Mundus b’EUR 90.9 miljun (EUR 55.6 miljun fl-2007), Kultura b’EUR 44.6 miljun ( EUR 43.6 miljun fl-2007), Żgħażagħ EUR 119.5 miljun (EUR 114.8 miljun fl-2007) u Ewropa għaċ-Ċittadini EUR 26.4 miljun (EUR 21.3 miljun fl-2007). Il-kontribut propost ta’ l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni Kultura u Awdjoviżiv hu ta’ EUR 29.8 miljun. L-ammonti li ġejjin iċekknu l-envelopp operattiv tal-programmi minn fejn huma finanzjati. EUR 19.982 miljun rigward intestatura 1A, EUR 9.327 milljun rigward programmi taħt intestatura 3b (kultura, żgħażagħ u ċittadini) u EUR 0.520 miljun għal azzjoni taħt intestatura 4. Il-programm tal-Midja jikkontribwixxi wkoll EUR 8.250 miljun għall-iffinanzjar ta' l-aġenzija.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ l-attivitajiet għal titolu 15 fihom kapitolu dwar l-informazzjoni dwar prestazzjoni u l-approprazzjonijiet proposti. Rigward It-Tagħlim Matul il-Ħajja Kollha, il-linja baġitarja 15 02 22, hemm tliet objettivi speċifiċi, filwaqt li l-objettiv 2 ( Appoġġ lid-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-immodernizzar tas-sistemi u l-prattiki nazzjonali permezz ta’ l-implimentazzjoni tal-programm LLL) jassorbi l-parti l-kbira: EUR 838.536 miljun, maqsuma bejn Comenius (EUR 136.5 miljun), Erasmus (EUR 395.4 miljun), Leonardo da Vinci (EUR 233.9 milljun), Grundtvig (EUR 40 miljun) azzjoni Jean Monnet (EUR 17.08 miljun) u parti żgħira għal azzjonijiet transversali (EUR 2.8 miljun) . Minħabba t-tiċkin tal-baġits b'riżultat ta' ammonti iżgħar adottati fil-perspettivi finanzjarji meta mqabbel mal-proposti inizjali, uħud mill-miri f’numri ta’ sħubiji u mobilità għal Comenius, Leonardo da Vinci u Grundtvig huma inqas mill-aktar riżultati riċenti magħrufa ta’ l-2006, anke jekk il-baġits għal Comenius u Grundtvig huma ogħla minn dawk ta’ l-2006. Il-miri għall-Erasmus huma ogħla għall-2008 mir-riżultati ta’ l-2006 (200,000 għotja għall-mobilità ta’ l-istudenti u 25,000 għotja ta’ mibilità għall-persunal għal dawk li jgħallmu lill-persunal meta mqabbla ma’ 155,000 u 23,500 fl-2006) u Erasmus Mundus jaraw l-aktar żieda sinjifikanti (1,890 għotja għal studenti minn pajjiżi terzi u 420 għotja għal studjużi minn pajjiżi terzi meta mqabbla ma’ 741 student u 191 studjuż fl-2006).

Rigward il-Programm ta’ Tagħlim Matul il-Ħajja Kollha (LLL), aktar minn 80% tal-baġit propost jirrigwarda fondi diċentralizzati maniġjati minn aġenziji nazzjonali. L-ammonti ta’ fondi diċentralizzati diġà jinkludu l-għotja operattiva magħmula lil aġenziji nazzjonali. Il-pjan ta’ ħidma tad-DG EAC għall-2007 jippjana pereżempju li EUR 695.557 miljun sabiex ikunu allokati permezz ta’ fondi diċentralizzati għall-programm LLL li minnu EUR 29.979 miljun (4%) huwa maħsub bħala l-kontribut ta’ l-UE għan-nefqa tal-maniġment.

Meta wieħed jgħodd flimkien l-ispiża amministrattiva għall-programm LLL għall-2008, wieħed jasal għal total ta’ EUR 57,9 miljun, li jikkonsisti f’EUR 8,670 miljun għall-ispiża amministrattiva taħt il-linja baġitarja 15 01 04 22, EUR 17,104 miljun taħt il-linja baġitarja 15 01 04 30 aġenzija eżekuttiva, (parti oħra mill-fondi għall-aġenzija taħt intestatura 1A tiġi mill-envelopp ta’ l-Erasmus Mundus) u EUR 32,1 miljun allokati lil aġenziji nazzjonali. Dan hu ammont sinjifikanti, li jirrappreżenta 6.4% ta’ l-ammont totali maħsub għat-Tagħlim Matul il-Ħajja Kollha.

Linja baġitarja 15 02 11 tittratta dwar il-propost Istitut Ewropew tat-Teknoloġija. L-ammont maħsub għall-bidu fl-2008 hu ta’ EUR 2.9 miljun.

Sakemm issir l-adozzjoni tal-bażi legali għal dan il-programm, ir-rapporteur jipproponi li l-fondi għandhom jitpoġġew f’riżerva skond il-prattika standard.

Rigward il-programm Kultura, (linja baġitarja 15 04 44) in-numru ta’ proġetti u baġits għall-komponenti differenti tal-programm ma jiddevjawx b’mod sinjifikanti mill-2007. Is-Sena ta’ djalogu interkulturali (linja baġitarja 15 04 47) rat żieda fil-baġit minn EUR 3 għal 7 miljuni. Azzjonijiet komunitarji huma multiplikati b’fattur ta’ 9 (9 proġetti għal valur ta’ EUR 2.7 miljun minflok 1 għal EUR 0.3 miljun) u hemm 20 azzjoni nazzjonali maħsuba għal ammont ta’ EUR 2.250 miljun meta mqabbla ma’ 7 fl-2007 għal valur ta’ EUR 0.75 miljun. Il-komunikazzjoni u l-istudji għadhom bejn wieħed u ieħor stabbli f’termini baġitarji (EUR 2.05 miljun)

Ir-rapporteur bħalissa qed jeżamina proposta għal proġett pilota dwar il-mobilità għall-operaturi Kulturali Ewropej. L-ammont propost mill-inizjaturi huwa EUR 3 miljun, iżda dan ma jqisx l-ispiża amministrattiva.

Rigward il-programm Żgħażagħ f’Azzjoni (linja baġitarja 15 05 55), il-miri jinkludu dawk kwantitattivi (numru ta’ żgħażagħ involuti) u oħrajn kwalitattivi (iħossuhom aktar Ewropej, tolleranti, eċċ.). Il-baġit żdied b’4% meta mqabbel mas-sena l-oħra. Iż-Żgħażagħ għall-Ewropa u s-Servizz Voluntarju Ewropew isegwu, bejn wieħed u ieħor, din ix-xejra ta’ l-output u żieda fil-baġit, iżda rigward Iż-Żgħażagħ fid-Dinja in-numru ta’ proġetti ser jonqos minn 230 għal 180 (baġit ta’ EUR 5.537 miljun minflok dak ta’ EUR 6.823 miljun is-sena l-oħra) u rigward l-istruttura ta’ appoġġ hemm żieda kbira fl-azzjonijiet ta’ informazzjoni (minn 11 għal 80) minkejja li l-baġit maħsub jibqa’ modest (EUR 0.970 miljun meta mqabbel ma’ l-EUR 0.134 miljun is-sena li għaddiet). Id-Dikjarazzjoni ta’ Attività barraminnhekk tagħti attenzjoni lill-immaniġġjar ta’ aġenziji nazzjonali fid-dawl tar-rimarki tal-Qorti ta’ l-Awdituri u ssemmi li l-Kummissjoni, barra li tipprovdi assistenza permezz ta’ gwidi u sessjonijiet ta’ taħriġ li jirrikjedu dikjarazzjoni ex-ante kif ukoll dikjarazzjoni annwali ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tas-sistemi u l-proċeduri eżistenti u l-użu xieraq ta’ l-approprjazzjonijiet.

Ir-rapporteur iqis li l-antiċipazzjoni ta’ l-ispejjeż sabiex jintensifika d-dibattitu dwar il-proċess ta’ ratifika tat-Trattat ta’ Riforma jista’ jkun ta’ għajnuna, u li l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jista’ jkollhom irwol importanti sabiex jitrawwem id-dibattitu. L-antiċipazzjoni tkun immirata lejn azzjoni 1.1, 1.3, 4.1.

Kapitolu 15 06, Trawwim taċ-Ċittadinanza Ewropea, ra tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-2008 għal 28.504 miljun (EUR 32.199 miljun fl-2007). Dan it-tnaqqis huwa dovut għall-fatt li mhuwiex maħsub aktar finanzjament għall-organizzazzjoni ta’ 'perjodi ta’ prattika' (intestatura 5 nefqa EUR 6.3 miljun fl-2007) u l-fatt li l-Kummissjoni għadha ma poġġiet ebda ammont għal avvenimenti annwali speċjali (EUR 1.5 miljun fl-2007, issa integrat bħala Azzjoni 3 tal-programm Ewropa għaċ-Ċittadin) jew il- proġett pilota għas-sisien politiċi Ewropew (EUR 1 miljun, intestatura 3b). Il-programm Ewropa għaċ-Ċittadini (linja baġitarja 15 06 66), madankollu, kellu żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ 23.8 %. Id-Dikjarazzjoni ta’ Attività għall-programm taċ-Ċittadinanza tinkludi wkoll miri kwantitattivi u kwalitattivi. B’mod speċjali rigward il-ġemellaġġ ta’ l-ibliet (EUR 13.010 miljun) hemm bidla sinjifikanti fil-tqassim ta’ l-approprjazzjonijiet favur netwerking tematiku ta’ bliet ġemellati meta mqabbel ma’ l-2007. Imma b’mod ġenerali, in-numru ta’ azzjonijiet, il-livell u d-diviżjoni tal-fondi tagħhom joqrob aktar lejn is-sitwazzjoni ta’ l-2006. Rigward l-appoġġ strutturali għal gruppi ta’ riflessjoni u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il- baġit huwa kemmxejn aktar mill-baġit ta’ l-2006, wara tnaqqis fl-2007. Huwa sinjifikanti ħafna li n-numru ta’ proġetti tas-soċjetà ċivili li se jkunu appoġġjati hu maħsub li jiżdied minn 93 fl-2006 għal 115 fl-2007 u 144 fl-2008.

Ir-rapporteur iqis li l-antiċipazzjoni ta’ l-ispejjeż għall-programm taċ-Ċittadini sabiex jintensifika d-dibattitu dwar il-proċess ta’ ratifika tat-Trattat ta’ Riforma jista’ jkun ta’ għajnuna, u li l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jista’ jkollhom irwol importanti sabiex jitrawwem id-dibattitu. L-antiċipazzjoni tan-nefqa jikkonċerna azzjoni 1 u 2.

Ir-rapporteur iqis li l-proġett pilota dwar is-sisien politiċi Ewropej jeħtieġ ikompli tul l-istennija ta’ l-adozzjoni ta’ bażi legali mal-proposta għal emenda tar-regolament għall-iffinanzjar tal-partiti politiċi Ewropej. Il-Kummissjoni tipproponi li s-sisien politiċi jkunu finanzjati mill-baġit tal-Parlament Ewropew (nefqa amministrattiva). Għaldaqstant ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-finanzjament għall-proġett pilota dwar is-sisien politiċi Ewropej jista’ wkoll jitpoġġa taħt intestatura 5 tal-qafas finanzjarju. Ir-rapportuer jipproponi wkoll linja p.m. fil-baġit ta’ l-2008 tal-P.E.

In-nefqa amministrattiva totali għall-programmi Kultura, Żgħażagħ u Ċittadinanza hi ta’ EUR 22.663 miljun: EUR 9.327 miljun għall-Aġenzija Eżekuttiva (linja baġitarja 15 01 04 32), EUR 0.670 miljun għall-programm tal-kultura (linja 15 01 04 44), EUR 0.780 miljun għall-programm taż-żgħażagħ (linja 15 01 04 55), EUR 0.350 miljun (linja 15 01 04 66); EUR 1.236 miljun għall-aġenziji nazzjonali tal-punti ta’ kuntatt tal-kultura (pjan ta’ ħidma DG EAC 2007), EUR 8.9 miljun għall- " Eurodesks" taż-żgħażagħ (pjan ta’ ħidma DG EAC 2007), EUR 1.4 miljun għas-"centres de resources" (pjan ta’ ħidma DG EAC 2007). Minn total ta’ nefqa operattiva ta’ EUR 190.5 miljun għat-tliet programmi konċernati, dan l-ammonti jirrappreżenta madwar 12%. Madankollu, għandu jkun rikonoxxut li n-natura ta’ l-infiq relatat mal-“punti tal-kultura", il-“Eurodesks” u s-“Centres de ressources” jista’ jmur lil hinn minn sempliċi nefqa amministrattiva.

Titolu 16, Komunikazzjoni jammonta għal EUR 201.2 miljun, prattikament l-istess bħall- 2007, għalkemm huma mqassma b'mod differenti: żieda f’kapitolu 16 02 "Kommunikazzjoni u Midja" minn EUR 27.7 milju għal EUR 30.9 miljun, kumpensata bi tnaqqis għal “Fuq livell lokali” ta’ minn EUR 39.5 milljun għal EUR 38.5 miljun u fin-nefqa amministrattiva li niżlet għal EUR 107.5 miljun meta mqabbla ma’ EUR 109.5 miljun fl-2007.

It-tnaqqis fil-Kapitolu 16 03 Going Local huwa madankollu dovut għan-nuqqas ta’ baġitjar għal żewġ proġetti pilota: "EuroGlobe" EUR 1.5 miljun u "Netwerks Pilota ta’ Informazzjoni", EUR 5 miljun), kif ukoll tnaqqis għal-linja baġitarja 16 03 01 "uffiċċji ta’ informazzjoni" (żieda fiċ-ċentri ta’ l-Ewropa Diretta minn 430 għal 460 u ċ-Ċentri ta’ Dokumentazzjoni Ewropej minn 380 għal 375, imħallsa permezz ta’ l-għeluq tat-tliet " Grands Centres"). Il-Kummissjoni qed taħseb għal aktar approprjazzjonijiet għal azzjonijiet lokali (EUR 10.4 miljuni minflok 8.393 miljun fl-2007). Dan ikopri wkoll il-koperazzjoni bejn ir-rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Parlament fl-Istati Membri. Għal azzjonijiet speċifiċi dwar temi prijoritarji PRINCE irċieva EUR 12.830 miljun minflok EUR 7.868 miljun fl-2007 (parzjalment allokati għall-koperazzjoni bejn il-ir-rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-Istati Membri). Riżorsi Umani għal DG COMM, skond id-Dikjarazzjoni ta’ Attività, għandhom 1011 post tax-xogħol, żieda ta’ 10 postijiet aktar mill-2007 (żieda ta’ 28 post ta’ persunal ieħor ta’ appoġġ għamlet tajjeb għal tnaqqis ta’ 15-il persuna fil-pjan tal-persunal u 3 postijiet ta’ persunal ta’ appoġġ għad-delegazzjonijiet).

Ir-rapporteur iqis li l-azzjonijiet pilota msemmija fil-baġit 2007 jeħtieġ li jitkomplew, u ser jeżamina l-ammonti xierqa għall-2008. Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-ħtieġa għal tisħiħ tal-komunikazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod speċjali waqt il-Konferenza Intergovernattiva u l-proċess tar-ratifika, ir-rapporteur huwa lest li jkollu jibda djalogu mal-Kummissjoni dwar iż-żieda eventwali ta' l-approprjazzjonijiet għal-linja 16 03 04.

Kważi l-outputs kollha msemmija taħt l-objettivi ta’ Kapitolu 16 02 Kommunikazzjoni u l-Midja jibqgħu l-istess bħal fl-2007; iż-żidiet fil-baġit jirriżultaw prinċipalment minn żieda fin-nefqa marbuta mat-twaqqif ta’ tieni stazzjon EBS u żieda fin-nefqa għal ko-produzzjonijiet awdjoviżivi, minħabba li se jkun hemm aktar ko-produzzjonijiet tat-televiżjoni milli tar-radju (5,712 siegħa ta’ materjal fl-2008). L-Istazzjon Euronews, skond id-Dikjarazzjoni ta’ l-Attività, jirċievi appoġġ finanzjarju ta’ EUR 5.2 miljun kemm fl-2007 kif ukoll fl-2008, li huwa rifless f’1,000 siegħa ta’ programmi fis-sena. Dan ma jinkludix it-tnedija ta’ kuntratt ġdid għall-estensjoni ta’ l-istazzjoni Euronews f’lingwi ġodda, inkluż l-Għarbi, li huwa maħsub fil-pjan ta' ħidma annwali tad-Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni għall-2007, skond il-vot tal-Parlament ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006 dwar it-tieni qari tal-baġit 2007.

Approprjazzjonijiet taħt il-Kapitolu 16 04 Għodda ta’ Analiżi u Komunikazzjoni, baqgħu prattikament l-istess.

Rigward Titolu 09, Soċjetà ta’ l-Informatika u Midja, il-kumitat huwa responsabbli għal linji baġitarji 09 02 01, komunikazzjoni elettronika (tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta’ minn EUR 3.320 miljun fl-2007 għal EUR 2.5 miljun fl-2008 (tnaqqis fin-numru ta’ studji), linja baġitarja 09 03 03 "azzjoni preparatorja għall-ħolqien ta’ sistema bbażata fuq l-internet għal leġiżlazzjoni u parteċipazzjoni pubblika aħjar", EUR 1.5 miljun minflok EUR 5 miljun fl-2007 (dan jippermetti l-iffinanzjar ta’ 5 kuntratti biss aktar mit-12-il kuntratt maħsuba għall-2007 u mis-6 proġetti mnedija fl-2006), u Kapitolu 09 06 " i2010-Politika awdjoviżiva u l-programm MEDIA"( EUR 93.794 miljun fl-2008 meta mqabbel ma’ EUR 74.862 miljun fl-2007 u EUR 90.755 miljun fl-2006).

Progress fis-simplifikar tal-proċeduri ta’ applikazzjoni għall-programmi kulturali

Bħala segwitu għall-preżentazzjoni ta’ l-Aġenzija Eżekuttiva tal-programm ta’ ħidma tagħha fil-kumitat fit-8 ta’ Mejju 2007, ir-rapporteur iqajjem numru ta’ mistoqsijiet lill-aġenzija fil-forma ta' ittra. L-ittra ġiet imwieġba mid-Direttur ta’ l-Aġenzija, u l-ispjegazzjonijiet orali ngħataw f’laqgħa fit-22 ta’ Ġunju 2007.

Skond l-Aġenzija, il-proċess ta’ selezzjoni kollu jieħu medja ta’ bejn 6 u 7 xhur, inkulża l-komitoloġija, li ttawwal medja ta’ xahrejn (għalkemm il-parir tal-kumitat tas-selezzjoni s’issa dejjem kien segwit). Innovazzjoni importanti għall-2008 kienet li s-sejħiet għall-proposti annwali ser jitnedew qabel, jiġifieri tul it-tielet kwart tas-sena ta’ qabel, bil-għan li l-proċedura ta’ selezzjoni tiġi finalizzata qabel l-aħħar ta’ l-ewwel kwart tas-sena N. Qed isiru attentati kontinwi sabiex ikunu simplifikati u armonizzati l-proċeduri, pereżempju fir-rigward tas-Socrates u Leonardo da Vinci jew il-possibilità li jkun hemm deċiżjonijiet unilaterali dwar għotjiet (mill-Kummissjoni) minflok konvenzjonijiet/kuntratti li jeħtieġ li jkunu ffirmati mi—żewġ naħat. Simplifikazzjoni oħra hija l-użu ta’ finanzjament b’rata fissa li diġà jintuża għall-proġetti taċ-ċittadinanza u taż-żgħażagħ, filwaqt li qed tiġi studjata l-possibilità li dan it-tip ta’ finanzjament ikun estiż għal programmi oħra u għall-għoti operattivi. Barra minn hekk, ser tintuża selezzjoni ta’ proċedura f’żewġ stadji għal ċerti partijiet ta’ daqs sinjifikanti minn diversi programmi li għandhom perċentwal għoli ta’ ċaħdiet, sabiex jonqos il-piż amministrattiv fuq l-applikanti, u wkoll b’analiżi ulterjuri sabiex wieħed jara jekk din it-tip ta’ sistema tistax tiġi estiża wkoll għal għotjiet żgħar jew ta’ daws medju. Ser ikunu proposti wkoll sħubijiet plurijennali. Ser jiġi ttestjat l-użu ta’ preżentazzjonijiet on-line, li ser jgħin sabiex jissimplifika aktar għalkemm mhux daqs is-simplifikazzjonijiet li jistgħu jinkisbu permezz ta’ bażi ċentrali tad-dejta fejn l-applikanti jkunu jistgħu jaġġornaw l-informazzjoni standard li s’issa jkollhom jagħtu darba wara oħra ma’ kull applikazzjoni. Ir-regola ta' mingħajr qligħ li ma tippermettix lill-organizzazzjonijiet jibnu r-riżervi hija aktar problematika. Madankollu l-Aġenzija ftit għandha lok li tegħleb din il-problema għax hija marbuta mar-Regolament Finanzjarju u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

PROĊEDURA

Titolu

L-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 Section III - Commission

Numru tal-proċedura

C6-0000/2007 - 2007/2019(BUD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni ta'
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

Koperazzjoni iktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Helga Trüpel
29.1.2007

Rapporteur preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

17.7.2007

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

10.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Giovanni Berlinguer, Marie-Hélène Descamps, Milan Gaľa, Ovidiu Victor Ganţ, Vasco Graça Moura, Luis Herrero-Tejedor, Ruth Hieronymi, Manolis Mavrommatis, Ljudmila Novak, Doris Pack, Pál Schmitt, Hannu Takkula, Helga Trüpel, Henri Weber, Thomas Wise, Tomáš Zatloukal

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Erna Hennicot-Schoepges, Elisabeth Morin, Christel Schaldemose

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b’lingwa waħda biss)

 

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (12.9.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(C6-0000/2007 - 2007/2019(BUD))Taqsima III - Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Bárbara Dührkop Dührkop

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni:

1.  Jinnota b'sodisfazzjon iż-żieda sostanzjali fil-baġit għat-Titolu 18 "Zona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja" għas-sena finanzjarja 2008 bħala sinjal ta' rikonoxximent li din iz-zona hija ta' importanza kbira għaċ-ċittadini Ewropej;

2.  Itenni l-ħtieġa biex l-Unjoni Ewropea taqbel ma' standards u proċeduri komuni għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li qed jgħixu b'mod illegali fl-Unjoni Ewropea; iqis li, mingħajr din id-Direttiva, il-Fond ta' Ritorn m'għandux ikun implimentat; għalhekk jistabbilixxi f'riserva l-ammont previst għal dan il-Fond;

3.  Jinsisti li l-Europol għandha tkun integrata fil-qafas tal-Komunità biex tkun aktar responsabbli, trasparenti u bit-tama li tkun aktar effettiva;

4.  Iqis li l-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġġjar ta' Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (Frontex) għandha l-irwol importanti x'teżerċita fl-immaniġġjar integrat ta' fruntieri esterni; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkontribwixxu għar-Reġistri Ċentralizzati ta' l-Apparat Tekniku Disponibbli (CRATE) u biex iwettqu l-impenji tagħhom f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jirriflettu, flimkien mal-Parlament, dwar il-mandat ta' l-Aġenzija; iqis li l-Aġenzija għandha tkun aktar responsabbli għall-awtorità tal-baġit fl-implimentazzjoni tal-baġit, u b'mod aktar speċifiku fil-missjonijiet organizzati mill-Frontex; jitlob lill-Aġenzija biex tirrapporta b'mod regolari dwar l-attivitajiet tagħha lill-kumitat responsabbli.

5.   Jemmen li miżuri ta' emerġenza fuq perjodu ta' żmien qasir huma wkoll meħtieġa għall-ħarsien tat-tfal, anke pereżempju bħal twaqqif ta' sistema ta' twissija immedjata f'każ ta' serq jew ħtif ta' minuri, sabiex tinbeda mingħajr dewmien ħidma għat-tfittxija ta' minuri nieqsa bl-għajnuna ta' l-Istati Membri kollha f'ħidma flimkien.

PROĊEDURA

Titolu

L-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

Numru tal-proċedura

(2007/2019(BUD))Taqsima III - Kummissjoni

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni ta'
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Bárbara Dührkop Dührkop

20.3.2006

Rapporteur preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

14.6.2007

5.7.2007

17/07/2007

30.8.2007

11.9.2007

Data ta' l-adozzjoni

11.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Roberta Angelilli, Philip Bradbourn, Kathalijne Maria Buitenweg, Giuseppe Castiglione, Fausto Correia, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Bárbara Dührkop Dührkop, Claudio Fava, Kinga Gál, Elly de Groen-Kouwenhoven, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Esther De Lange, Henrik Lax, Kartika Tamara Liotard, Sarah Ludford, Martine Roure, Luciana Sbarbati, Inger Segelström, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Simon Busuttil, Gérard Deprez, Maria da Assunção Esteves, Genowefa Grabowska, Ignasi Guardans Cambó, Herbert Reul

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Vincenzo Aita, Miguel Angel Martínez Martínez, Raimon Obiols i Germà, Antolín Sánchez Presedo.

Kummenti (informazzjoni disponibbli b’lingwa waħda biss)

 

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (11.9.2007)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(C6-0000/2007 - 2007/2019(BUD))Taqsima III - Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Lissy Gröner

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkludi s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Ifakkar li l-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi hija objettiv fundamentali tal-Komunità; għalhekk itenni l-istedina għall-użu ta' l-approċċ ta' baġitjar tas-sessi fil-baġit ta' l-UE, u l-ħtieġa li tkun inkluża perspettiva ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha fil-livelli kollha tal-proċess baġitarju permezz ta' l-ibbaġitjar tas-sessi;

2.   Jinnota li l-baġit ta' l-UE mhux newtrali mis-sessi u għandu effetti differenti fuq in-nisa u l-irġiel; għalhekk isostni mill-ġdid l-istedina biex tkun inkluża analiżi ta' l-impatt fuq is-sessi fl-analiżi ta' l-impatt kollha;

3.   Jilqa' ż-żieda tal-baġit għall-programm dwar il-Ġlieda kontra l-Vjolenza - Daphne III;

4.   Ifakkar li t-Taqsima 5 tal-Programm Komunitarju għall-Impjiegi u s-Solidarjetà Soċjali - PROGRESS rigward "l-Ugwaljanza tas-Sessi" kien taħt b'mod konsiderevoli t-12% tal-baġit totali għall-programm fl-2007; jinnota li huwa għadu ma laħaqx it-12% sħaħ tal-baġit totali għall-programm fl-2008; għalhekk jitlob żieda fil-baġit għat-Taqsima 5;

5.   Jenfasizza l-importanza ta' appoġġ għal netwerks ta' livell Ewropew fi ħdan l-iskop tat-Taqsima 5 tal-programm Progress, b'mod partikulari l-Lobby Ewropew tan-Nisa, meta titqies l-istorja ta' prestazzjoni ta' suċċess fis-snin preċedenti;

6.   Jenfasizza l-importanza ta' ffinanzjar xieraq biex jippermetti l-bidu b'suċċess u l-operazzjoni ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

7.   Jenfasizza l-importanza tal-garanzija li l-ispiża għas-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali (2008) tkun bilanċjata bejn is-sessi.

PROĊEDURA

Titolu

L-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

Numru tal-proċedura

2007/2019(BUD)

Kumitat responsabbli

BUDG

Opinjoni ta'
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

Koperazzjoni iktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Lissy Gröner
23.3.2007

Rapporteur preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

16.7.2007

11.9.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

11.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Emine Bozkurt, Hiltrud Breyer, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Lissy Gröner, Zita Gurmai, Esther Herranz García, Lívia Járóka, Urszula Krupa, Esther De Lange, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Zita Pleštinská, Karin Resetarits, Teresa Riera Madurell, Raül Romeva i Rueda, Amalia Sartori, Eva-Britt Svensson, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Anne Van Lancker, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriela Creţu, Anna Hedh, Christa Klaß, Marusya Ivanova Lyubcheva, Maria Petre

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Javier Pomés Ruiz, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra

Kummenti (informazzjoni disponibbli b’lingwa waħda biss)

...

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (11.9.2007)

għall-Kumitat għall-Baġit

dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
(C6-0000/2007 - 2007/2019(BUD))Taqsima III - Kummissjoni

Rapporteur għal opinjoni: Rihards Pīks

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

A.   billi l-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2007 ddeċieda li jlaqqa' Konferenza Intergovernattiva li xogħolha se jkun li jfassal Trattat ta' emenda skond kif speċifikat mill-Kunsill Ewropew,

B.    billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar il-pjan direzzjonali għall-proċess kostituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea, il-Parlament enfasizza li "t-titjib tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja politika ta' l-Unjoni Ewropea" u "l-assoċjazzjoni tas-soċjetà ċivili" huma prinċipji gwida għall-evoluzzjoni ulterjuri ta' l-Unjoni Ewropea[1],

C.   billi l-programm "Europe for Citizens" għandu bħala l-għanijiet tiegħu l-promozzjoni ta' ċittadinanza Ewropea attiva, l-appoġġ ta' attivitajiet u istituzzjonijiet li jagħtu liċ-ċittadini l-opportunità li jinteraġixxu u jipparteċipaw fil-bini ta' Ewropa dejjem aktar mill-qrib, u t-tiswir ta' identità Ewropea[2],

1.    Ifakkar li l-programmi ta' komunikazzjoni u edukattivi huma ta' importanza kbira biex jiżdiedu l-interess u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini Ewropej fis-sistema politika ta' l-Unjoni Ewropea u li t-Trattat ta' emenda li x'aktarx se jkun adottat mill-Konferenza Intergovernattiva li ġejja se jirrikjedi ħafna attivitajiet li jiffokaw fuq il-komunikazzjoni maċ-ċittadini Ewropej sabiex ikunu ċċarati l-avvanzi istituzzjonali u politiċi li hu ttamat li se jġib fis-seħħ;

2.    Itenni li l-attivitajiet tal-programmi ta' komunikazzjoni u edukattivi jiddependu fuq struttura istituzzjonali b'appoġġ finanzjarju sostenibbli biex tkopri l-ispejjeż operattivi ta' ċertu istituzzjonijiet akkademiċi, fondazzjonijiet (inklużi dawk tal-partiti politiċi), sħab soċjali, u partijiet oħra tas-soċjetà ċivili li jintgħażlu;

3.    Jinnota li, għalkemm l-Abbozz tal-Baġit ġenerali 2008 (impenji) hu miżjud b'1.5% mqabbel mal-baġit 2007, l-intestatura 3b ta' l-Abbozz tal-Baġit 2008 (Ċittadinanza Ewropea) hija l-unika intestatura b'ammont sinifikatament imnaqqas ta' ffinanzjar (madwar 10% inqas f'impenji mill-baġit 2007); jikkunsidra li fi żminijiet ta' trasformazzjonijiet importanti fl-istruttura istituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea, dawn l-ammonti, inklużi l-uffiċċji ta' informazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, huma insuffiċjenti u għandhom jiżdiedu sostanzjalment;

4.    Jintrabat li jiżviluppa sistema trasparenti u ġusta għall-iffinanzjar ta' fondazzjonijiet politiċi Ewropej, ibbażata fuq il-proposta mressqa mill-Kummisjoni fis-27 ta' Ġunju 2007[3] dwar reviżjoni tar-regolament dwar l-iffinanzjar tal-partiti politiċi Ewropej, u biex jipprovdi lil din l-attività bil-fondi meħtieġa biex tilħaq l-għanijiet politiċi maħsuba;

5.    Jintrabat li jżid l-isforzi tiegħu biex jinħoloq spazju pubbliku Ewropew ta' vera, inklużi l-ħolqien u l-iffinanzjar adegwat taċ-ċentru l-ġdid tiegħu għall-viżitaturi u tal-programm televiżiv tiegħu fuq l-internet, u jistieden lill-Kunsill biex jagħmel l-istess fl-oqsma tiegħu tal-politika tal-komunikazzjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

Numru tal-proċedura

2007/2019(BUD)

Kumitat responsabbli:

BUDG

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Rihards Pīks
1.3.2007

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Diskussa fil-kumitat

26.6.2007

11.9.2007

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

11.9.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

9

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Barón Crespo, Andrew Duff, Ingo Friedrich, Jo Leinen, Íñigo Méndez de Vigo, Adrian Severin, Dushana Zdravkova

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Carnero González, György Schöpflin

Sostitut/i skond ir-Regola 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (disponibbli f'lingwa waħda biss)

 

  • [1]  Testi Adottati, P6_TA(2007)0234 (paragrafi 9 u 13).
  • [2]  Deċiżjoni Nru. 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-l2 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-programm Europe for Citizens għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32).
  • [3]  COM(2007)0364.

PROĊEDURA

 

Abbozz ta' baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 - Taqsima III - Kummissjoni

Referenzi

(C6-0287/2007 – 2007/2019(BUD))

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
24.9.2007

Referenza għal opinjoni - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ALL

24.9.2007

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Kyösti Virrankoski
13.12.2006

Rapporteur(s) preċedenti

James Elles

Data tat-tħejjija ta' l-abbozz tal-baġit ġenerali mill-Kunsill

13.07.2007

Data meta l-Kunsill bagħat l-abbozz tal-baġit ġenerali

10.09.2007

Ittra/i ta' emenda

1/2008

 

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.10.2007

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

11.10.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

 

 

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Paulo Casaca, Gérard Deprez, Brigitte Douay, James Elles, Göran Färm, Szabolcs Fazakas, Salvador Garriga Polledo, Louis Grech, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Monica Maria Iacob-Ridzi, Ville Itälä, Anne E. Jensen, Janusz Lewandowski, Nils Lundgren, Vladimír Maňka, Jan Mulder, Gérard Onesta, Esko Seppänen, László Surján, Helga Trüpel, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Bárbara Dührkop Dührkop, Marusya Ivanova Lyubcheva, Peter Šťastný

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq 

17.10.2007

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

ITTRA TA' EMENDA

Numru

Referenzi

Data meta ntbagħtet/ntbagħtu

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

1/2008

13659/2007 - C6-0341/2007

10.10.2007

0.0.0000