Proċedura : 2006/0246(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0406/2007

Testi mressqa :

A6-0406/2007

Dibattiti :

PV 14/01/2008 - 18
CRE 14/01/2008 - 18

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2008 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0005

RAPPORT     ***I
PDF 291kWORD 345k
24 t'Ottubru 2007
PE 392.247v02-00 A6-0406/2007

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

(COM(2006)0745 – C6-0439/2006 – 2006/0246(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

Rapporteur: Johannes Blokland

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta ghal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

(COM(2006)0745 – C6-0439/2006 – 2006/0246(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0745),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0439/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0406/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Text proposed by the Commission  Amendments by Parliament

Amendment 1

Recital 6

L-esportazzjonijiet ta’ kimiċi perikolużi li huma pprojbiti jew imrażżna strettament fil-Komunità għandhom ikomplu jkunu soġġetti għal proċedura ta’ notifika ta’ l-esportazzjoni komuni. Għalhekk, il-kimiċi perikolużi, kemm fil-forma ta’ sustanza waħedha jew fi preparazzjoni, li ġew ipprojbiti jew strettament imrażżna mill-Komunità bħala prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, bħala forom oħrajn ta’ pestiċidi, jew bħala kimiċi industrijali għall-użu minn utenti professjonali jew mill-pubbliku, għandhom ikunu soġġetti għal regoli dwar notifiki ta’ esportazzjoni simili għal dawk li japplikaw għal dawn il-kimiċi meta jkunu pprojbiti jew strettament imrażżna f’waħda minn, jew fiż-żewġ kategoriji ta’ użu stabbiliti fil-Konvenzjoni, jiġifieri bħala pestiċidi jew kimiċi għall-użu industrijali. Minbarra dan, il-kimiċi soġġetti għall-proċedura tal-PIC internazzjonali għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-istess regoli. Din il-proċedura tan-notifika ta’ l-esportazzjoni għandha tapplika għall-esportazzjonijiet tal-Komunità lejn il-pajjiżi terzi kollha, kemm jekk huma jew mhumiex Partijiet fil-Konvenzjoni jew jipparteċipawx fil-proċeduri tagħhom. L-Istati Membri għandhom jitħallew iżommu tariffi amministrattivi, sabiex ikopru l-ispejjeż tagħhom biex iwettqu din il-proċedura.

L-esportazzjonijiet ta’ kimiċi perikolużi li huma pprojbiti jew imrażżna strettament fil-Komunità għandhom ikomplu jkunu soġġetti għal proċedura ta’ notifika ta’ l-esportazzjoni komuni. Għalhekk, il-kimiċi perikolużi, kemm fil-forma ta’ sustanza waħedha jew fi preparazzjoni, li ġew ipprojbiti jew strettament imrażżna mill-Komunità bħala prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, bħala forom oħrajn ta’ pestiċidi, jew bħala kimiċi industrijali għall-użu minn utenti professjonali jew mill-pubbliku, għandhom ikunu soġġetti għal regoli dwar notifiki ta’ esportazzjoni simili għal dawk li japplikaw għal dawn il-kimiċi meta jkunu pprojbiti jew strettament imrażżna f’waħda minn, jew fiż-żewġ kategoriji ta’ użu stabbiliti fil-Konvenzjoni, jiġifieri bħala pestiċidi jew kimiċi għall-użu industrijali. Minbarra dan, il-kimiċi soġġetti għall-proċedura tal-PIC internazzjonali għandhom ukoll ikunu soġġetti għall-istess regoli. Din il-proċedura tan-notifika ta’ l-esportazzjoni għandha tapplika għall-esportazzjonijiet tal-Komunità lejn il-pajjiżi terzi kollha, kemm jekk huma jew mhumiex Partijiet fil-Konvenzjoni jew jipparteċipawx fil-proċeduri tagħhom. L-Istati Membri għandhom jitħallew iżommu tariffi amministrattivi, sabiex ikopru l-ispejjeż tagħhom biex iwettqu din il-proċedura.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għal 'oġġetti' hija miżjuda b'mod konformi ma' l-Artikolu 14, li jipprevedi notifika għall-esportazzjoni ta' oġġetti li jkun fihom is-sustanzi elenkati f'partijiet 2 u 3 ta' l-Anness I sabiex il-premessi jiġu konformi mal-klawsoli ta' implimentazzjoni.

Emenda 2

Premessa 21

(21) B'mod partikolari għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-miżuri sabiex jiżdiedu aktar sustanzi kimiċi ma' l-Anness I u sustanzi kimiċi soġġetti għar-Regolament(KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 għall-Anness V. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma maħsuba bħala supplement għal dan ir-Regolament permezz taż-żieda ta' elementi mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju pprovduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,

B'mod partikolari għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-miżuri sabiex jiżdiedu aktar sustanzi kimiċi ma' l-Anness I u sustanzi kimiċi soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-Anness V. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma maħsuba bħala supplement għal dan ir-Regolament permezz taż-żieda ta' elementi mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju pprovduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,

Ġustifikazzjoni

Marbuta ma' l-emenda 5 tar-rapporteur.

Il-premessa li telenka l-oqsma li tapplika għalihom il-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida teħtieġ tirrifletti l-klawsoli ta' implimentazzjoni. Kif jissuġġerixxi tajjeb ir-rapporteur, li l-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida għandha tiġi estiża fl-Artikolu 22 għal modifiki ta' l-Annessi kollha, il-premessa korrispondenti teħtieġ li tiġi modifikata kif jixraq.

Emenda 3

Artikolu 7, paragrafu 6

6. L-obbligi stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 jieqfu meta meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

6. L-obbligi stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 jieqfu meta meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-kimika tkun saret kimika soġġetta għall-proċedura PIC;

il-kimika tkun saret kimika soġġetta għall-proċedura PIC;

il-pajjiż importatur li jkun Parti fil-Konvenzjoni jkun wieġeb skond l-Artikolu 10(2) tal-Konvenzjoni lis-Segretarjat dwar l-għoti, jew le, tal-kunsens għall-importazzjoni tal-kimika;

il-pajjiż importatur li jkun Parti fil-Konvenzjoni jkun wieġeb skond l-Artikolu 10(2) tal-Konvenzjoni lis-Segretarjat dwar l-għoti, jew le, tal-kunsens għall-importazzjoni tal-kimika;

il-Kummissjoni tkun ġiet infurmata bit-tweġiba mis-Segretarjat u ressqet din l-informazzjoni lill-Istati Membri.

il-Kummissjoni tkun ġiet infurmata bit-tweġiba mis-Segretarjat u ressqet din l-informazzjoni lill-Istati Membri.

L-ewwel sottoparagrafu m'għandux japplika meta l-pajjiż importatur li jkun Parti fil-Konvenzjoni jesiġi espliċitament li jitkomplew in-notifiki dwar l-esportazzjoni mill-Partijiet li jesportaw, pereżempju permezz tad-deċiżjoni tiegħu dwar l-importazzjoni jew mod ieħor.

 

L-obbligi stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom ukoll jieqfu meta meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

l-awtorità xierqa tal-Parti li timporta jew pajjiż importatur ieħor irrinunzjat għar-rekwiżit li tiġi notifikata qabel l-esportazzjoni tal-kimika;

l-awtorità xierqa tal-Parti li timporta jew pajjiż importatur ieħor irrinunzjat għar-rekwiżit li tiġi notifikata qabel l-esportazzjoni tal-kimika;

il-Kummissjoni rċeviet dan it-tagħrif mis-Segretarjat jew mill-awtorità xierqa tal-Parti li timporta jew pajjiż importatur ieħor u għaddietu lill-Istati Membri u għamlitu disponibbli fuq l-Internet.

il-Kummissjoni rċeviet dan it-tagħrif mis-Segretarjat jew mill-awtorità xierqa tal-Parti li timporta jew pajjiż importatur ieħor u għaddietu lill-Istati Membri u għamlitu disponibbli fuq l-Internet.

 

L-ewwel sottoparagrafu m'għandux japplika meta l-pajjiż importatur li jkun Parti fil-Konvenzjoni jesiġi espliċitament li jitkomplew in-notifiki dwar l-esportazzjoni mill-Partijiet li jesportaw, pereżempju permezz tad-deċiżjoni tiegħu dwar l-importazzjoni jew mod ieħor.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għal "l-ewwel subparagrafu" m'hijiex kompletament ċara. Sabiex dan jiġi ċċarat l-emenda tirreferi għall-punt (a). Huwa aktar loġiku li dan it-test jitqiegħed fl-aħħar tal-paragrafu 6, sabiex is-sentenza "l-obbligi stipulati... jiġu ssodisfati" tkun tista' titħassar.

Emenda 4

Artikolu 9, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Kull esportatur ta’ sustanzi elenkati fl-Anness I jew preparazzjonijiet li fihom sustanzi tali f'konċentrazzjoni li tista' twassal għal obbligi ta' tikkettjar skond id-Direttiva 1999/45/KE, ikunux preżenti jew le kwalunkwe sustanzi oħra, għandu, fl-ewwel tliet xhur ta’ kull sena jinforma lill-Awtorità Nazzjonali Maħtura ta’ l-Istat Membru tiegħu dwar il-kwantità tal-kimika, bħala sustanza u kif tinsab fi preparazzjonijiet, mibgħuta lil kull Parti jew pajjiż ieħor matul is-sena ta’ qabel. Dan it-tagħrif għandu jingħata flimkien ma’ lista ta’ l-ismijiet u l-indirizzi ta’ kull importatur li saret konsenja lilu matul l-istess perjodu.

1. Kull esportatur ta’ sustanzi elenkati fl-Anness I jew preparazzjonijiet li fihom sustanzi tali f'konċentrazzjoni li tista' twassal għal obbligi ta' tikkettjar skond id-Direttiva 1999/45/KE, ikunux preżenti jew le kwalunkwe sustanzi oħra, għandu, fl-ewwel tliet xhur ta’ kull sena jinforma lill-Awtorità Nazzjonali Maħtura ta’ l-Istat Membru tiegħu dwar il-kwantità tal-kimika, bħala sustanza u kif tinsab fi preparazzjonijiet, mibgħuta lil kull Parti jew pajjiż ieħor matul is-sena ta’ qabel. Dan it-tagħrif għandu jingħata flimkien ma’ lista ta’ l-ismijiet u l-indirizzi ta’ kull importatur li saret konsenja lilu matul l-istess perjodu.

Ġustifikazzjoni

'Oġġetti' li jkun fihom is-sustanzi kimiċi elenkati fil-partijiet 2 u 3 ta' l-Anness I jeħtieġu notifika ta' esportazzjoni, b'mod konformi ma' l-Artikolu 14(1), bħalma hu meħtieġ għas-sustanzi u l-preparazzjonijiet. Għalhekk id-dispożizzjoni dwar l-informazzjoni fuq in-negozju tal-kimiċi teħtieġ li tkopri l-oġġetti wkoll.

Emenda 5

Artikolu 10, paragrafu 4, subparagrafu 2

Meta kimika tikkwalifika għan-notifika tal-PIC, iżda t-tagħrif mhuwiex biżżejjed biex jilħaq ir-rekwiżiti ta’ l-Anness II, l-esportaturi u/jew l-importaturi identifikati għandhom, fuq talba mill-Kummissjoni, jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom, inkluża dik minn programmi oħra nazzjonali jew internazzjonali għall-kontroll tal-kimiċi.

Meta kimika tikkwalifika għan-notifika tal-PIC, iżda t-tagħrif mhuwiex biżżejjed biex jilħaq ir-rekwiżiti ta’ l-Anness II, l-esportaturi u/jew l-importaturi identifikati għandhom, fuq talba mill-Kummissjoni, jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom, inkluża dik minn programmi oħra nazzjonali jew internazzjonali għall-kontroll tal-kimiċi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm dewmien fin-notifiki, jeħtieġ li jkun hemm skadenza għall-provvediment ta' informazzjoni biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' l-Anness II.

Emenda 6

Artikolu 13, paragrafu 7, parti introduttorja

7. L-Awtorità Nazzjonali Maħtura ta' l-esportatur tista', f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tiddeċiedi li l-esportazzjoni tista' tipproċedi, jewkk wara l-isforzi raġjonevoli kollha, l-ebda tweġiba għal talba għall-kunsens espliċitu skond il-paragrafu 6(a) ma tkun waslet fi żmien kwalunkwe wieħed minn dawn il-limiti:

7. L-Awtorità Nazzjonali Maħtura ta' l-esportatur tista', f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tiddeċiedi li l-esportazzjoni tista' tipproċedi, jewkk wara l-isforzi raġjonevoli kollha, l-ebda tweġiba għal talba għall-kunsens espliċitu skond il-paragrafu 6(a) ma tkun waslet fi żmien kwalunkwe wieħed minn dawn il-limiti:

Ġustifikazzjoni

Il-parti 2 ta' l-Anness I telenka sustanzi li għadhom m'humiex inklużi fil-proċedura PIC, iżda huma ristretti u anki pprojbiti fl-UE. Minħabba li dawn m'humiex inklużi fil-Konvenzjoni ta' Rotterdam, it-talba għal kunsens espliċitu għal dawn is-sustanzi ħafna drabi tibqa' bla tweġiba. Dan itellef ħafna ħin lill-awtoritajiet nazzjonali nominati u xxekkel b'mod serju l-kompetittività ta' l-esportaturi. Għalhekk din id-deroga tipproponi li tittratta dawn is-sustanzi b'mod iżjed flessibbli, iżda madankollu tibqa' konformi mal-Konvenzjoni ta' Rotterdam.

Emenda 7

Artikolu 13, paragrafu 8

8. Il-validità ta' kull kunsens espliċitu miksub skond il-paragrafu 6(a) jew eżenzjoni mogħtija skond il-paragrafu 7 għandha tkun soġġetta għal reviżjoni perjodika mill-Kummissjoni f'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri kkonċernati, kif ġej:

8. Il-validità ta' kull kunsens espliċitu miksub skond il-paragrafu 6(a) jew eżenzjoni mogħtija skond il-paragrafu 7 għandha tkun soġġetta għal reviżjoni perjodika mill-Kummissjoni f'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri kkonċernati, kif ġej:

għal kull kunsens espliċitu miksub skond il-paragrafu 6(a) kunsens espliċitu ġdid għandu jkun meħtieġ sa tmiem it-tielet sena kalendarja wara li jkun ingħata l-kunsens, sakemm it-termini ta' dak il-kunsens jesiġu mod ieħor; (b)

għal kull kunsens espliċitu miksub skond il-paragrafu 6(a) kunsens espliċitu ġdid għandu jkun meħtieġ sa tmiem it-tielet sena kalendarja wara li jkun ingħata l-kunsens, sakemm it-termini ta' dak il-kunsens jesiġu mod ieħor; (b)

sakemm ma tasalx risposta għal talba sadanittant, kull eżenzjoni li tingħata skond il-paragrafu 7(a) għandha tkun għal perjodu massimu ta' sentejn kalendarji, li meta jiskadu jkun meħtieġ il-kunsens espliċitu;

sakemm ma tasalx risposta għal talba sadanittant, kull eżenzjoni li tingħata skond il-paragrafu 7(a) għandha tkun għal perjodu massimu ta' sentejn kalendarji, li meta jiskadu jkun meħtieġ il-kunsens espliċitu;

sakemm ma tasalx risposta għal talba sadanittant, kull eżenzjoni li tingħata skond il-paragrafu 7(b) għandha tkun għal perjodu massimu ta' 12-il xahar, li meta jiskadu jkun meħtieġ il-kunsens espliċitu.

 

Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b), l-esportazzjonijiet jistgħu madankollu jkomplu wara l-iskadenza tal-perjodu rilevanti fl-istennija ta' tweġiba għal talba ġdida għall-kunsens espliċitu.

 

Fil-każ imsemmi fil-punt (c), l-esportazzjonijiet ma jistgħux ikomplu wara l-iskadenza tal-perjodu rilevanti sakemm ma jinkisibx il-kunsens espliċitu jew il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 7(a) jiġu sodisfatti wara talba ġdida għall-kunsens espliċitu.

 

It-talbiet ġodda kollha għandhom jgħaddu mill-Kummissjoni.

It-talbiet ġodda kollha għandhom jgħaddu mill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-Kunsens taċitu għal perjodu itwal m'huwiex konformi ma' l-għan ta' dan ir-Regolament, i.e. il-ħarsien ta' stati li huma anqas kapaċi jew saħansitra m'humiex kapaċi li jevalwaw dawn il-kimiċi perikolużi. Sabiex tiġi evitata l-importazzjoni bla kontroll ta' kimiċi perikolużi (li huma pprojbiti jew restritti b'mod sever fl-UE) f'pajjiżi terzi, qed jiġi propost li din id-dispożizzjoni tiġi ristretta b'mod partzjali.

Emenda 8

Artikolu 18, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, fuq talba, l-informazzjoni kollha rigward il-penali.

Ġustifikazzjoni

In-negozju tal-kimiċi li huma pprojbiti jew strettament ristretti għandu jsir biss f'ċirkustanzi trasparenti. L-informazzjoni dwar il-penali għandha ssir disponibbli għall-pubbliku.

Emenda 9

Artikolu 19, paragrafu 3, parti introduttorja

3. Fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ informazzjoni skond dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE dawn li ġejjin m’għandhomx jitqiesu bħala kunfidenzjali:

3. Fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ informazzjoni skond dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE dawn li ġejjin m’għandhomx jitqiesu bħala kunfidenzjali:

Ġustifikazzjoni

Informazzjoni barra dik elenkata fl-Artikolu 19(3) tista' wkoll titqies bħala mhux kunfidenzjali. Sabiex jiġi evitat nuqqas ta' ftehim, qed jiġi propost li jiġi ċċarat b'mod espliċitu li t-test ta' dan il-paragrafu m'huwiex lista limitattiva.

Emenda 10

Artikolu 19, paragrafu 3, punt (f a) (ġdid)

 

(fa) informazzjoni dwar l-immaniġġjar ta' l-ippakkjar wara li jkunu tneħħew il-kimiċi.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-periklu dirett għas-saħħa u l-ambjent, l-informazzjoni dwar kif l-ippakkjar għandu jkun immaniġġjat wara li jkunu tneħħew il-kimiċi hija importanti ħafna għall-utenti.

Emenda 11

Artikolu 22, paragrafu 4, subparagrafu 3

L-emendi kollha l-oħra għall-Anness I, inklużi modifiki għal entrati eżistenti, u emendi għall-Annessi II, III, IV u VI, kif ukoll modifiki għall-entrati eżistenti fl-Anness V, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).

L-emendi kollha l-oħra għall-Anness I, inklużi modifiki għal entrati eżistenti, u emendi għall-Annessi II, III, IV u VI, kif ukoll modifiki għall-entrati eżistenti fl-Anness V, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(3).

Ġustifikazzjoni

Il-bidla tagħti d-dritt ta' skrutinju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u dan huwa importanti għall-proposti futuri biex jiġu modifikati l-Annessi essenzjali.

Emenda 12

Artikolu 24, paragrafu 1

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 29 tad-Direttiva 67/548/KEE.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwzzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Kimiċi (REACH) u li jwaqqaf Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi1.

 

___________

1 ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Ikkoreġut fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.

Ġustifikazzjoni

Fl-Artikolu 24, qed jiġi propost li jinżamm il-kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 67/548/KEE. Madankollu, f'konformità mal-proposta dwar ir-regolament dwar is-Sistema Armonizzata b'Mod Globali (COM(2007)355 tas-27 ta' Ġunju 2007) dan il-kumitat se jispiċċa fl-2010. Sadanittant, diġà hemm kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 133 tar-Regolament REACH (KE) Nru 1907/2006. Sabiex jiġi antiċipat il-futur, ikun aħjar li jintuża l-istess kumitat bħal fir-Regolament REACH.

Emenda 13

Anness I, parti 1, tabella, entrati ġodda

Alachlor +

15972-60-8

240-110-8

2924 29 95

p(1)

b

 

Azinphos-ethyl

86-50-0

201-676-1

2933 99 90

p(1)

b

 

Cadusafos +

95465-99-9

n.a.

2930 90 85

p(1)

b

 

Carbaryl +*

63-25-2

200-555-0

2924 29 95

p(1)- p(2)

b-b

 

Carbofuran +

1563-66-2

216-353-0

2932 99 85

p(1)

b

 

Carbosulfan +

55285-14-8

259-565-9

2932 99 85

p(1)

b

 

Diazinon *

333-41-5

206-373-8

2933 59 10

p(1)

b

 

Dichlorvos *

62-73-7

200-547-7

2919 90 90

p(1)

b

 

Dimethenamid +

87674-68-8

n.a.

2934 99 90

p(1)

b

 

Diuron

330-54-1

006-015-00

2924 21 90

p(1)

b

 

Fenitrothion *

122-14-5

204-524-2

2920 19 00

p(1)

b

 

Haloxyfop-R + *

(Haloxyfop-P-methyl ester)

95977-29-0

(72619-32-0)

n.a.

(406-250-0)

2933 39 99

(2933 39 99)

p(1)

b

 

Malathion *

121-75-5

204-497-7

2930 90 85

p(1)

b

 

Oxydemethon-methyl +

301-12-2

206-110-7

2930 90 85

p(1)

b

 

Perfluorooctane sulfonates

(PFOS)

C8F17SO2X

(X = OH, Metal salt (O-M+), halide, amide, and other derivatives including polymers)**

1763-23-1

2795-39-3

u oħrajn

n.a.

2904 90 20

2904 90 20

u oħrajn

i(1)

sr

 

Phosalone +

2310-17-0

218-996-2

2934 99 90

p(1)

b

 

Thiodicarb +*

59669-26-0

261-848-7

2930 90 85

p(1)

b

 

Trichlorfon +*

52-68-6

200-149-3

2931 00 95

p(1)- p(2)

b-b

 

Vinclozolin

50471-44-8

256-599-6

2934 99 90

p(1)

b

 

*Din l-entrata għandha tgħodd mit-19 ta' Diċembru 2007.

**Din l-entrata għandha tgħodd mis-27 ta' Ġunju 2008.

Ġustifikazzjoni

L-Anness I ta' dan ir-Regolament jista' jiġi emendat biex iqis l-azzjoni regolatorja fir-rigward ta' ċerti kimiċi skond id-Direttiva 76/769/KEE rigward ir-ristrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, id-Direttiva 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-ħarsien tal-pjanti, id-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali u leġiżlazzjoni komunitarja oħra. Dawn il-kimiċi għandhom jiżdiedu fir-Regolament eżistenti 404/2003 permezz ta' deċiżjoni ta' komitoloġija (li għandha tittieħed dis-sena).

Emenda 14

Anness I, parti 1, tabella, ringiela 15

Test propost mill-Kummissjoni

Komposti ta' l-arseniku

 

 

 

p(2)

sr

 

Amendment by Parliament

Arseniku u komposti ta' l-arseniku

 

 

 

p(2)

sr

 

Ġustifikazzjoni

Anki l-metal arseniku stess irid jissemma f'dan l-Anness.

Emenda 15

Anness I, parti 1, tabella, ringiela 28 a (ġdida)

Emenda tal-Parlament

Chlordecone

143-50-0

205-601-3

 

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Il-kimika chlordecone hija msemmija fl-Anness IV tar-Regolament POP (KE) Nru 850/2004 u għalhekk għandha ta' l-inqas tiġi miżjuda fl-Anness I parti 1 ta' dan ir-Regolament. Minħabba li m'hemm l-ebda evalwazzjoni ta' l-impatt tal-chlordecone, din il-kimika ma tistax tiġi miżjuda ma' l-Anness I, parti 2 (lista li tinkludi kimiċi li jikkwalifikaw għan-notifika tal-PIC).

Emenda 16

Anness I, parti 1, tabella, ringiela 68

Test propost mill-Kummissjoni

Komposti tal-merkurju, li jinkludu l-komposti inorganiċi tal-merkurju, komposti alkil tal-merkurju u komposti tal-merkurju aryl u alkyloxyalkyl#

10112-91-1, 21908-53-2 u oħrajn

233-307-5, 244-654-7 u oħrajn

28273980, 28259050 u oħrajn

p(1)- p(2)

b - sr

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Emenda tal-Parlament

Komposti tal-merkurju, li jinkludu l-komposti inorganiċi tal-merkurju, komposti alkil tal-merkurju u komposti tal-merkurju aryl u alkyloxyalkyl#

10112-91-1, 21908-53-2 u oħrajn

233-307-5, 244-654-7 u oħrajn

28273980, 28259050 u oħrajn

p(1)- p(2)

b - sr

Jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari PIC fuq www.pic.int/

Ġustifikazzjoni

Anki l-metal merkurju stess irid jissemma f'dan l-Anness.

Emenda 17

Anness I, parti 2, tabella, entrati ġodda

Alachlor

15972-60-8

240-110-8

2924 29 95

p

b

Cadusafos

95465-99-9

n.a.

2930 90 85

p

b

Carbaryl

63-25-2

200-555-0

2924 29 95

p

b

Carbofuran

1563-66-2

216-353-0

2932 99 85

p

b

Carbosulfan

55285-14-8

259-565-9

2932 99 85

p

b

Dimethenamid

87674-68-8

n.a.

2934 99 90

p

b

Haloxyfop-R

(Haloxyfop-P-methyl ester)

95977-29-0

(72619-32-0)

n.a.

(406-250-0)

2933 39 99

(2933 39 99)

p

b

Oxydemethon-methyl

301-12-2

206-110-7

2930 90 85

p

b

Perfluorooctane sulfonates

(PFOS) C8F17SO2X (X = OH, Metal salt (O-M+), halide, amide, and other derivatives including polymers)

1763-23-1

2795-39-3

u oħrajn

n.a.

2904 90 20

2904 90 20

u oħrajn

i

sr

Phosalone

2310-17-0

218-996-2

2934 99 90

p

b

Thiodicarb

59669-26-0

261-848-7

2930 90 85

p

b

Trichlorfon

52-68-6

200-149-3

2931 00 95

p

b

Ġustifikazzjoni

L-Anness I ta' dan ir-Regolament jista' jiġi emendat biex iqis l-azzjoni regolatorja fir-rigward ta' ċerti kimiċi skond id-Direttiva 76/769/KEE rigward ir-ristrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, id-Direttiva 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-ħarsien tal-pjanti, id-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali u leġiżlazzjoni komunitarja oħra. Dawn il-kimiċi għandhom jiżdiedu fir-Regolament eżistenti 404/2003 permezz ta' deċiżjoni ta' komitoloġija (li għandha tittieħed dis-sena).

Emenda 18

Anness I, parti 3, tabella, ringiela 20

Test propost mill-Kummissjoni

komposti tal-merkurju, li jinkludu l-komposti inorganiċi tal-merkurju, komposti alkalilio tal-merkurju u komposti tal-merkurju aryl u alkyloxyalkyl

 

Toxaphene*

Emenda tal-Parlament

komposti tal-merkurju, li jinkludu l-komposti inorganiċi tal-merkurju, komposti alkalilio tal-merkurju u komposti tal-merkurju aryl u alkyloxyalkyl

 

Toxaphene*

Ġustifikazzjoni

Anki l-metal merkurju stess irid jissemma f'dan l-Anness.

Emenda 19

Anness III, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Identità tas-sustanzi li għandhom jiġu esportati:

 

(a) trade name and designation of the article;

 

għal kull sustanza elenkata fl-Anness I, perċentwal u dettalji kif speċifikat taħt il-punt 1.

Ġustifikazzjoni

'Oġġetti' li jkun fihom is-sustanzi kimiċi elenkati fil-partijiet 2 u 3 ta' l-Anness I jeħtieġu notifika ta' esportazzjoni, b'mod konformi ma' l-Artikolu 14(1), bħalma hu meħtieġ għas-sustanzi u l-preparazzjonijiet. Sabiex ir-rekwiżiti ta' l-artikolu 14 ikunu ssodisfati (notifika ta' l-esportazzjoni għal ċerti artikli), l-artikli jridu jiġu inklużi fil-formula tan-notifika ta' l-esportazzjoni.

Emenda 20

Anness IV, punt 1

1. Sommarju tal-kwantitajiet tal-kimiċi (fil-forma ta' sustanzi u preparazzjonijiet) soġġetti għall-Anness I esportati matul is-sena ta' qabel.

1. Sommarju tal-kwantitajiet tal-kimiċi (fil-forma ta' sustanzi u preparazzjonijiet) soġġetti għall-Anness I esportati matul is-sena ta' qabel.

Sena li fiha saru l-esportazzjonijiet

Sena li fiha saru l-esportazzjonijiet

Tabella li turi fil-qosor il-kwantitajiet ta' kimiċi esportati (fil-forma ta' sustanzi u preparazzjonijiet) kif definiti hawn taħt.

Tabella li turi fil-qosor il-kwantitajiet ta' kimiċi esportati (fil-forma ta' sustanzi u preparazzjonijiet) kif definiti hawn taħt.

Ġustifikazzjoni

'Oġġetti' li jkun fihom is-sustanzi kimiċi elenkati fil-partijiet 2 u 3 ta' l-Anness I jeħtieġu notifika ta' esportazzjoni, b'mod konformi ma' l-Artikolu 14(1), bħalma hu meħtieġ għas-sustanzi u l-preparazzjonijiet. Biex tkun koerenti, l-awtorità nazzjonali nominata għandha għalhekk tipprovdi wkoll l-informazzjoni dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti bħal dawn lill-Kummissjoni.

Emenda 21

Anness V, ringiela - 1 a (ġdida)

Emenda tal-Parlament

Merkurju

Nru KE 231-106-7, Nru CAS 7439-97-6, Kodiċi NM 2903 59 90

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li l-ista tiġi kompletata u aġġornata. Dan ifisser iż-żieda ta' kimiċi li se jkunu soġġetti għal projbizzjoni ta' esportazzjoni ta' l-UE f'data magħrufa fil-futur. pereżempju l-merkurju. Issa diġà jidher ċar li l-esportazzjoni tal-merkurju se tiġi pprojbita fil-futur qarib (kważi żgur li qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament).


NOTA SPJEGATTIVA

1. Sfond

Il-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens minn Qabel (PIC) għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali ġiet adottata f'Settembru 1998 u daħlet fis-seħħ fl-24 ta' Frar 2004. Ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 Jannar 2003 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' kimiċi perikolużi(1) implementa l-Konvenzjoni.

Il-Kummissjoni ħassitha mġiegħla li tieħu azzjoni kontra l-Kunsill u l-Parlament Ewropew quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għax ma qablitx mal-bidla fil-bażi legali (mill-politika kummerċjali komuni għall-politika ambjentali). Fis-sentenza tagħha ta' l-10 ta' Jannar 2006, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat ir-Regolament minħabba li kellu jkun ibbażat kemm fuq l-Artikolu 133 u kif ukoll fuq l-Artikolu 175(1) tat-Trattat(2). Fl-istess ħin, il-Qorti żammet l-effetti tar-Regolament sakem jiġi adottat, f'perjodu ta' żmien raġjonevoli, regolament ġdid mibni fuq bażi legali xierqa. Għalhekk, il-Kummissjoni ppreżentat proposta ġdida għal regolament ġdid ibbażat fuq iż-żewġ bażijiet legali msemmija hawn fuq. Fl-istess ħin ipproponiet ċerti bidliet tekniċi għall-proposta fid-dawl ta' rapport dwar l-esperjenzi tal-proċeduri sal-ġurnata tal-lum.

2. Is-sustanza tal-proposta tal-Kummissjoni

Fis-sustanza, it-test huwa virtwalment identiku għar-Regolament (KE) Nru 304/2003, bl-eċċezzjoni tal-bażi legali doppja ġdida u ftit bidliet tekniċi ta' sustanza fid-dawl ta' rapport ta' implimentazzjoni (COM(2006)747).

Ir-Regolament jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam għall-Komunità Ewropea. Dan ir-Regolament huwa maħsub biex jippromwovi responsabilità konġunta bejn il-partijiet fir-rigward tal-kummerċ internazzjonali fil-kimiċi li f'postijiet oħra huma kkontrollati b'mod strett jew ipprojbiti. Permezz ta' skambji ta' informazzjoni bejn il-partijiet, u permezz ta' teħid ta' deċiżjonijiet nazzjonali obbligatorji dwar l-aċċettabilità ta' l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' dawn il-kimiċi, il-kuxjenza tal-pajjiżi konċernati għandha tiżdied. Ir-Regolament jinkludi annessi li jelenkaw sustanzi perikolużi, li l-esportazzjoni tagħhom trid tiġi rrapportata kull sena lill-pajjiżi importaturi. Għal ċerti sustanzi, trid tinkiseb awtorizzazzjoni espliċita mill-pajjiż importatur qabel ma s-sustanza tkun tista' tiġi esportata. Din tissejjaħ il-proċedura ta' kunsens informat minn qabel (PIC).

Sabiex tingħata stampa ċara tar-regolament, huwa importanti li wieħed jinnota li jeżistu erba' kategoriji ta' sustanzi:

1.      'kimika soġġetta għal notifika ta' esportazzjoni': kwalunkwe kimika li hija projbita jew ristretta b'mod sever fi ħdan il-Komunità f'kategorija jew sottokategorija waħda jew aktar, u kwalunkwe kimika li hija soġġetta għall-proċedura tal-PIC elenkata fil-Part 1 ta' l-Anness I;

2.      'kimika li tikkwalifika għal notifika tal-PIC': kwalunkwe kimika li hija projbita jew ristretta b'mod sever fi ħdan il-Komunità jew fi ħdan Stat Membru f'kategorija waħda jew aktar, elenkata fil-Parti 2 ta' l-Anness I;

3.      'kimika soġġetta għall-proċedura tal-PIC': kwalunkwe kimika elenkata fil-Parti 3 ta' l-Anness tar-Regolament (u l-Anness II għall-Konvenzjoni ta' Rotterdam) li għaliha tkun tapplika l-proċedura tal-PIC skond il-Konvenzjoni ta' Rotterdam;

4.      kimiċi u oġġetti li l-esportazzjoni tagħhom hija projbita u li huma elenkati fl-Anness V tar-Regolament.

Il-Kategorija 3 biss hija meħuda direttament mill-Konvenzjoni ta' Rotterdam. Il-kategoriji l-oħra huma meħuda minn leġiżlazzjonijiet oħra ta' l-UE oħra jew minn tentattivi oħra biex jiġu antiċipati estensjonijiet possibbli tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam. Barra minn hekk, wieħed jista' jgħid li l-Kategoriji 1 sa 4 jikkorrispondu għal regoli dejjem aktar stretti.

Hija ħaġa loġika li l-UE għandha tadotta miżuri ferm aktar wiesgħa f'dan ir-rigward minn dawk ipprovduti fil-Konvenzjoni ta' Rotterdam. Fil-preżent, hemm 39 sustanza elenkati fl-Anness III tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam, li għalihom tapplika l-proċedura PIC. Għalhekk, dan ifisser li l-pajjiżi jistgħu jirrifjutaw li jippermettu l-importazzjoni ta' dawn is-sustanzi. Sa mill-2004, ma ġewx miżjuda aktar sustanzi ma' din il-lista. Huwa probabbli li s-sena li ġejja, il-pestiċida endosulfan u l-bijoċida tributyl tin (TBD) sa jiġu miżjuda ma' din il-lista. Fi żmien sentejn, jafu jiżdiedu erba' kimiċi oħra: il-benzidin u l-imluħa tiegħu, l-endrin, il-methamidofos u l-mirex. Barra minn hekk, hemm lista ta' 160 kimika li qed jistennew li tittieħed deċiżjoni. Mandakollu, it-teħid ta' deċiżjonijiet huwa impenjattiv ħafna u bil-mod. Minkejja diversi tentattivi, għadu ma kienx possibbli li jiżdied l-asbestos abjad (tal-krisotil) mal-lista ta' sustanzi soġġetti għall-proċedura PIC.

Il-bidliet prinċipali li l-proposta tal-Kummissjoni tagħmel lir-Regolament eżistenti huma kif ġej:

1. Bidla tal-bażi legali: L-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE (ambjent) ġie sostitwit b'bażi legali doppja: l-Artikolu 133 tat-Trattat KE (politika kummerċjali komuni) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE (l-ambjent);

2. Emenda tad-definizzjoni ta' 'esportatur' biex tinkludi esportaturi li m'humiex ibbażati fl-UE u li jesportaw mill-UE;

3. Emenda għad-dispożizzjonijiet dwar kunsens espliċitu sabiex l-esportazzjonijiet isiru possibbli fin-nuqqas ta' risposta fil-pront biżżejjed għal talbiet għal awtorizzazzjoni speċifika għall-importazzjoni ta' sustanza;

4. Assenjazzjoni mill-ġdid mill-Istati Membri lill-Kummissjoni ta' responsabilità għall-kisba ta' deċiżjonijiet ta' importazzjoni minn pajjiżi terzi;

5. Introduzzjoni ta' strumenti biex tkun aktar faċli biex is-servizzi tad-dwana jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament fir-rigward ta' l-esportazzjonijiet. Dan jinkludi l-introduzzjoni ta' kodiċi uniċi ta' Nomenklatura Armonizzata (GN), il-possibilità li jitniżżlu dawn il-kodiċi fit-tariffa integrata tal-Komunitajiet Ewropej (Taric), li fiha l-miżuri kollha tal-Komunità relatati mat-tariffi tad-dwana, miżuri kummerċjali u agrikoltura li huma applikabbli fil-kummerċ, u modulu tad-dwana dwar il-websajt ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li jippermetti lill-uffiċjali tad-dwana biex jivverifikaw informazzjoni dwar konformità mar-Regolament.

Il-Punt 1 huwa konsegwenza inevitabbli tas-sentenza tal-Qorti; il-punti l-oħra, prinċipalment huma bidliet tekniċi li joħorġu mir-rapport ta' evalwazzjoni msemmi hawn fuq.

3. Kummenti dwar il-proposta tal-Kummissjoni

Huwa importanti li jiġu adottati regoli adegwati madwar id-dinja u fuq livell Ewropew biex jiġi pprovdut livell għoli ta' ħarsien ta' l-ambjent u tas-saħħa pubblika. Il-problemi involuti fil-kummerċ internazzjonali f'sustanzi perikolużi jeħtieġu dan. Il-proposta tal-Kummissjoni tagħti kontribuzzjoni għall-iżvilupp tal-politika ta' l-infrastruttura f'pajjiżi anqas żviluppati. Dan jista' jikkumbatti l-użu irresponsabbli ta' kimiċi li kieku jkunu ta' ħsara għall-ekoloġija, għall-ekonomija u għall-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Ir-rapporteur tagħkom jista' jaċċetta l-parti l-kbira tal-bidliet. L-emenda tad-dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni speċifika biex ikunu jistgħu jsiru esportazzjonijiet biss taffaċċja xi oġġezzjonijiet. Barra minn hekk, il-proposta ma tikkorrispondix kompletament mar-Regolament REACH.

3.1 Permess ta' trasport mingħajr awtorizzazzjoni speċifika
Mil-lat ekonomiku, is-sitwazzjoni eżistenti m'hijiex sodisfaċenti għall-esportaturi Ewropej jekk ma jircievu l-ebda risposta mill-pajjiżi importaturi dwar is-sustanzi elenkati fil-Parti 2 ta' l-Anness I. Dawn huma sustanzi li għalihom tapplika l-proċedura PIC skond il-liġi Ewropea iżda li għadhom m'humiex koperti mill-Konvenzjoni ta' Rotterdam. S'issa l-UE (jiġifieri skond ir-Regolament kif jinsab bħalissa) tirrikjedi unilateralment awrtorizzazzjoni speċifika mill-pajjiżi importaturi għal dawn is-sustanzi. Esportaturi minn pajjiżi li m'humiex fl-UE jistgħu jfornu dawn is-sustanzi mingħajr ma jiksbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-pajjiż importatur.

Il-proposta tal-Kummissjoni tippermetti li l-esportazzjonijiet ikomplu temporanjament jekk ma tasal l-ebda awtorizzazzjoni speċifika. Għaldaqstant, l-esportaturi Ewropej ta' kimiċi li huma limitati b’mod sever fl-Ewropa jistgħu jesportaw dawn is-sustanzi b'mod aktar faċli. Jekk pajjiż importatur ma jkunx kapaċi jagħti risposta rigward esportazzjoni fi żmien 90 ġurnata, l-esportazzjonijiet jistgħu jipproċedu għal 12-il xahar. Wara dan il-perjodu, għandha terġa' tintalab l-awtorizzazzjoni. L-iżvantaġġ ta' dan l-approċċ aktar flessibbli huwa li pajjiż li mhux kapaċi jirrispondi f'90 jum, mhux se jgawdi aktar mill-protezzjoni kontra l-importazzjoni ta' dawn is-sustanzi li qed jissemmew, li fl-UE huma regolati b'mod riġidu. Mil-lat ambjentali, dan mhux mixtieq u mhux ir-riżultat maħsub. Madankollu, il-punt ta' tluq għandu jkun li jitqies il-ħarsien tal-pajjiżi l-anqas żviluppati. Jeżistu żewġ kriterji sostenibbli li fuq il-bażi tagħhom l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, wara perjodu mingħajr risposta, li jippermettu l-esportazzjonijiet: l-eżistenza ta' evalwazzjoni u awtorizzazzjoni tas-sustanza fil-pajjiż ta' importazzjoni jew il-fatt li l-pajjiż li qed jimporta huwa pajjiż OECD. Madankollu, ir-Rapporteur tagħkom jista' jaċċetta l-argument li sustanzi jistgħu jkunu esportati jekk l-istess sustanzi diġà kienu ġew importati f'dak il-pajjiż mingħajr ma ttieħded azzjoni regolatorjia min-naħa ta' dak il-pajjiż. Wara kollox, l-għan tal-leġiżlazzjoni huwa biex jiġu mħeġġa miżuri amministrattivi f'pajjiżi inqas żviluppati.

3.2 Konnessjoni ma' leġiżlazzjonijiet oħra
Huwa importanti li f'dan ir-Regolament jiġu inkorporati b'mod adegwat il-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' kimiċi li jirriżultaw minn direttivi u regolamenti ġodda jew emendati. Il-lista ta' kimiċi għandha tkun kompluta. Fil-każ tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE li ġejja, b'mod partikulari, huwa importanti li jiġi aċċertat jekk għandhomx jiżdiedu kimiċi relevanti ma' l-annessi ta' dan ir-Regolament:

· ir-Regolament POP (KE) Nru 850/2004, Anness IV

· ir-Regolament REACH (KE) Nru 1907/2006, Anness XVII

· id-Direttiva 67/548/KEE, Anness I.

(1)

              ĠU L 67, 6.3.2003, p. 1.

(2)

              Każ C-178/03.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA (2.10.2007)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

(COM(2006)0745 – C6-0439/2006 – 2006/0246(COD))

Rapporteur għal opinjonin: Erika Mann

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Introduzzjoni

Din il-proposta leġiżlattiva li qed tiġi kkunsidrata hija maħsuba li tieħu post ir-Reg. 304/2003 dwar l-istess suġġett li ġie annullat fuq bażi legali minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.(1) Il-Qorti kienet tal-fehma li kellu jkun hemm bażi legali dupliċi, mhux sempliċiment waħda biss (i.e. Artikolu 175 (1)), kif adottata mill-Kunsill u mill-PE għar-Reg. 304/2003. Għaldaqstant, il-proposta li qed tiġi kkunsidrata tipproponi bażi legali dupliċi: Artikoli 133 u 175(1), kif issuġġeriet il-Qorti.

Barra minn hekk, tinkludi għadd ta' aġġustamenti tekniċi kkunsidrati meħtieġa, filwaqt li tinżamm is-sustanza tar-regolament annullat; għalhekk tipprova:

(a) li timplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura tal-Kunsens Informat minn Qabel (PIC);

(b) li tistabilixxi l-proċedura ta’ notifikazzjoni ta’ l-esportazzjoni għal dawk il-kimiċi li m'humiex taħt il-kompetenza tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam u tal-PIC iżda li huma projbiti jew restritti fl-UE;

(c) li tippromwovi r-responsabiltà konġunta u sforzi kooperattivi fil-moviment internazzjonali tal-kimiċi perikolużi;

(d) li tikkontribwixxi għall-użu tagħhom li ma jkunx ta' ħsara għall-ambjent;

(e) li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u l-ittikkettjar ta’ sustanzi kimiċi perikolużi għall-bnedmin jew għall-ambjent lil dawn is-sustanzi kimiċi meta jiġu esportati mill-Istati Membri lejn partijiet oħra jew pajjiżi oħra.

Il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam

Il-proposta li qed tiġi kkunsidrata timplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdan dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel (PIC) għal certi kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali. Il-Konvenzjoni ta' Rotterdam ġiet adottata f'Settembru 1998. Daħlet fis-seħħ fl-24 ta’ Frar 2004, bil-mira li tippromwovi l-promozzjoni tar-responsabilità konġunta u l-isforzi ta’ koperazzjoni fost partijiet fil-kummerċ internazzjonali ta’ kimiċi perikolużi. L-għan hu li tnaqqas ir-riskju li s-sustanzi kimiċi perikolużi ipoġġu fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent.

Il-loġika li hija bbażata fuqha l-Konvenzjoni ta' Rotterdam hija sempliċi: “pajjiżi parteċipanti jkunu megħjuna biex isiru jafu aktar dwar il-karatteristiċi ta’ sustanzi kimiċi u formulazzjonijiet ta’ pestiċidi li jkunu potenzjalment perikolużi”. Iforni lill-pajjiżi bl-informazzjoni u bil-meżżi li jitwaqqfu l-importazzjonijiet mhux mixtieqa ta’ sustanzi kimiċi tossiċi. Il-Konvenzjoni tqiegħed fuq l-esportatur ir-rekwiżit li javża dwar l-esportazzjoni ta’ sustanzi potenzjalment perikolużi u l-piż fuq il-pajjiż esportatur biex jikkonforma mad-deċiżjonijiet tal-pajjiżi importaturi u dawk il-pajjiżi ta’ tranżitu li se jgħaddi minn ġo fihom l-iskart.

Il-proposta kkonċernata tmur ‘lil hinn mir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni. Il-memorandum tal-Kummissjoni tat sinteżi tad-differenzi:

“-Ir-regoli japplikaw għall-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi kollha, kemm jekk huma Partijiet tal-Konvenzjoni kif ukoll jekk m’humiex;

- Firxa aktar wiesgħa ta' sustanzi kimiċi hija soġġetta għan-notifika annwali dwar l-esportazzjoni.

- Sustanzi kimiċi tal-PIC u sustanzi kimiċi li huma pprojbiti jew ristretti ferm fil-Komunità f'kategorija ta' użu tal-Konvenzjoni ma jistgħux jiġu esportati mingħajr il-kunsens espliċitu tal-pajjiżi importaturi;

- Ċerti oġġetti u sustanzi kimiċi (bħal dawk is-sustanzi kimiċi li huma soġġetti wkoll għall-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Sustanzi Organiċi Persistenti Li Jniggsu) huma pprojbiti għall-esportazzjoni;

- Il-kimiċi perikolużi kollha li jiġu esportati lejn pajjiżi terzi jridu jkunu ttikkettati u ppakkjati bħallikieku jkunu fi ħdan il-Komunità.” (COM (2006) 745. paġna 3).

Aġġustamenti tekniċi proposti minn dan ir-regolament ġdid

Dawk l-aġġustamenti huma bbażati fuq l-esperjenza fl-implimentazzjoni tar-Reg. 304/2003 li ġie annullat u huma maħsuba li jtejbu l-funzjonament tal-proposta li tressqet. Ir-rapporteur għal opinjoni għandha dawn il-kummenti:

1. Id-definizzjoni ta’ l-esportatur hija korretta u tqis it-tħassib tal-PE li persuna fiżika jew legali li ssir dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni f'isimha u hija meħtieġa li tinforma lill-Awtorità Nazzjonali Maħtura ta’ Stat Membru għandha tkun stabbilita fl-Istat Membru msemmi (Artikolu 3 (15)).

2. Id-definizzjoni ta' preparazzjoni (jiġifieri taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar) hija aċċettabbli u tfisser tikkettjar obbligatorju kif meħtieġ mid-Direttiva 1999/45/KE dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u l-ittikkettjar (Artikoli 3(2) u 1(2)).

3. Il-proċedura ta’ kunsens espliċitu skond l-Artikolu 13.6 tal-proposta hija milqugħa bi pjaċir iżda ħolqot ansjetà lin-negozjanti ta’ l-UE. Il-loġika ta’ l-Artikolu 13 hija korretta għax tgħid li s-sustanzi kimiċi elenkati fil-parti 3 ta’ l-Anness I tal-proposta msemmija m’għandhomx ikunu esportati mingħajr il-kunsens espliċitu tal-pajjiż importatur. L-istess approċċ ikun applikat lil kwalunkwe sustanza kimika li hija projbita jew ristretta fil-Komunità u tikkwalifika għan-notifika tal-PIC.

Madankollu, “F'madwar nofs il-każijiet sa llum, minkejja l-isforzi li għamlu d-DNA ta' l-Istati Membri esportaturi sabiex jiksbu l-kunsens espliċitu, l-ebda tweġiba ma waslet mill-pajjiż importatur, f'ċerti każi għal bosta xhur u anke snin” (COM (2006) 745 paġna 5). Ir-regolament propost dan l-aħħar ifittex li jirrimedja din is-sitwazzjoni permezz ta’ skadenzi ta’ żmien imposti u ta’ miżuri temporanji jew interpretazzjoni aktar flessibbli.

4. It-tisħiħ tal-kontroll doganali tas-sustanzi kimiċi esportati u importati kienet ta’ tħassib kostanti kemm fl-UE kif ukoll fl-Istati Membri tagħha. L-irwol ta’ l-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri huwa importanti peress li huma responsabbli li jiżguraw il-konformità ma’ regolamenti ta’ dan it-tip. Ir-regolament li tressaq jinvolvi ħafna azzjonijiet fl-Artikolu 17, bħal ngħidu aħna l-klassifikazzjoni ta’ sustanzi kimiċi b’“numru tal-kodiċi” fid-dikkjarazzjonijiet ta’ l-esporti tagħhom u fl-iżvilupp tad-dejtabase EDEXIM tal-Kummissjoni. Iż-żewġ miżuri jgħinu jitfgħu dawl fuq ir-rekwiżiti addizzjonali maħsuba mill-UE għall-PIC. Iżda għad hemm kwistjoni mressqa: m’huwiex ċar jekk ir-regolament propost inaqqasx il-piż amministrattiv kemm għad-dwana kif ukoll għall-esportaturi.

Il-loġika ta’ l-emendi proposti

Il-loġika għall-emendi hija sempliċi ħafna: il-qafas legali propost għandu jkun appoġġjat; huma rispettati kemm il-prinċipju ta’ sussedjarjetà kif ukoll dak ta’ proporzjonalità; il-piż amministrattiv għandu jinżamm baxx kemm jista’ jkun; il-livell ta’ protezzjoni għas-Saħħa u l-Ambjent għandha tkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti ta’ l-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Artikolu 13, paragrafu 7, parti introduttorja

7. L-Awtorità Nazzjonali Maħtura ta' l-esportatur tista', f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tiddeċiedi li l-esportazzjoni tista' tipproċedi, jewkk wara l-isforzi raġjonevoli kollha, l-ebda tweġiba għal talba għall-kunsens espliċitu skond il-paragrafu 6(a) ma tkun waslet fi żmien kwalunkwe wieħed minn dawn il-limiti:

7. L-Awtorità Nazzjonali Maħtura ta' l-esportatur tista', f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tiddeċiedi li l-esportazzjoni tista' tipproċedi, jekk l-ebda tweġiba għal talba għall-kunsens espliċitu skond il-paragrafu 6(a) ma tkun waslet fi żmien kwalunkwe wieħed minn dawn il-limiti:

Ġustifikazzjoni

Il-kliem oriġinali huwa vag wisq u l-interpretazzjoni ta’ “sforzi raġunevoli” tista’ tvarja.

Emenda 2

Artikolu 13, paragrafu 7, punti (a) u (b)

(a) 60 jum, fejn teżisti evidenza minn sorsi uffiċjali fil-Parti li timporta jew pajjiż ieħor importatur li s-sustanza kimika, fil-ħin ta' l-importazzjoni, hija lliċenzjata, irreġistrata jew awtorizzata jew intużat reċentement jew ġiet importata f'dik il-Parti li timporta jew pajjiż importatur ieħor u l-ebda azzjoni regolatorja ma tkun ittieħdet għall-projbizzjoni ta' l-użu tagħha;

 

(a) 30 jum wara d-data tat-talba oriġinali, fejn teżisti evidenza minn sorsi uffiċjali fil-Parti li timporta jew pajjiż ieħor importatur li s-sustanza kimika, fil-ħin ta' l-importazzjoni, hija lliċenzjata, irreġistrata jew awtorizzata jew intużat reċentement jew ġiet importata f'dik il-Parti li timporta jew pajjiż importatur ieħor u l-ebda azzjoni regolatorja ma tkun ittieħdet għall-projbizzjoni ta' l-użu tagħha;

(b) 90 jum fil-każijiet l-oħra kollha.

(b) 60 jum wara d-data tat-talba oriġinali, fil-każijiet l-oħra kollha.

Ġustifikazzjoni

M’huwiex ċar b'liem azzjoni tnediet l-iskadenza taż-żmien. Skadenzi ta’ żmien aktar qosra jiffaċilitaw in-negozju u jgħinu li jipprevjenu li l-kumpaniji Ewropej jitqegħdu fi żvantaġġ kompetittiv meta mqabbel ma’ l-industrija mhux Ewropea.

Emenda 3

Artikolu 13, Paragrafu 8, subparagrafu 1, punti (a), (b) u (c)

(a) għal kull kunsens espliċitu miksub skond il-paragrafu 6(a) kunsens espliċitu ġdid għandu jkun meħtieġ sa tmiem it-tielet sena kalendarja wara li jkun ingħata l-kunsens, sakemm it-termini ta' dak il-kunsens jesiġu mod ieħor;

(a) għal kull kunsens espliċitu miksub skond il-paragrafu 6(a) kunsens espliċitu ġdid (tħassir) ikun meħtieġ sa tmiem il-ħames sena kalendarja wara li jkun ingħata l-kunsens, sakemm it-termini ta' dak il-kunsens ma jesiġux mod ieħor;

(b) sakemm ma tasalx risposta għal talba sadanittant, kull eżenzjoni li tingħata skond il-paragrafu 7(a) għandha tkun għal perjodu massimu ta' sentejn kalendarji, li meta jiskadu jkun meħtieġ il-kunsens espliċitu;

(b) sakemm sadanittant ma tasalx risposta għal talba , kull eżenzjoni li tingħata skond il-paragrafu 7(a) għandha tkun għal perjodu massimu ta' erba’ snin kalendarji, li meta jiskadu jkun meħtieġ il-kunsens espliċitu;

(c) sakemm ma tasalx risposta għal talba sadanittant, kull eżenzjoni li tingħata skond il-paragrafu 7(b) għandha tkun għal perjodu massimu ta' 12-il xahar, li meta jiskadu jkun meħtieġ il-kunsens espliċitu.

(c) sakemm sadanittant ma tasalx risposta għal talba , kull eżenzjoni li tingħata skond il-paragrafu 7(b) għandha tkun għal perjodu massimu ta' sentejn, li meta jiskadu jkun meħtieġ il-kunsens espliċitu.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni ta’ reviżjoni perjodika twassal għal inċertezza legali u piż amministrattiv. Ladarba jkun inkiseb kunsens espliċitu, il-validità tiegħu m’għandiex tiskadi malajr wisq.

Emenda 4

Artikolu 13, paragrafu 8, subparagrafu 3

Fil-każ imsemmi fil-punt (c), l-esportazzjonijiet ma jistgħux ikomplu wara l-iskadenza tal-perjodu rilevanti sakemm ma jinkisibx il-kunsens espliċitu jew il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 7(a) jiġu sodisfatti wara talba ġdida għall-kunsens espliċitu.

Fil-każ imsemmi fil-punt (c), l-esportazzjonijiet ma jistgħux ikomplu wara l-iskadenza tal-perjodu rilevanti sakemm ma jinkisibx il-kunsens espliċitu jew kwalunkwe mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7(a) tiġi sodisfatta wara talba ġdida għall-kunsens espliċitu jew il-Parti li timporta ma tkunx wieġbet għal talba ġdida ta’ kunsens espliċitu fi żmien 30 jum.

Ġustifikazzjoni

Fi stennija ta’ risposta għal talba, għandhom jitkomplew l-esportazzjonijiet. Inkella l-esportaturi Ewropej ikunu penalizzati għan-nuqqas ta’ azzjoni ta’ ċerti pajjiżi.

PROĊEDURA

Titolu

L-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

Referenzi

COM(2006)0745 - C6-0439/2006 - 2006/0246(COD)

Kumitat responsabbli

ENVI

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.12.2006

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

       Data tal-ħatra

Erika Mann

12.4.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

7.6.2007

17.7.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

2.10.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Renato Brunetta, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Silvia Ciornei, Pilar del Castillo Vera, Lena Ek, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Umberto Guidoni, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Rebecca Harms, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Anne Laperrouze, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Radu Ţîrle, Patrizia Toia, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras, Dominique Vlasto

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Manuel António dos Santos, Avril Doyle, Robert Goebbels, Françoise Grossetête, Erika Mann, John Purvis, Bernhard Rapkay, Silvia-Adriana Ţicău, Vladimir Urutchev, Lambert van Nistelrooij

PROĊEDURA

Title

Export and import of dangerous chemicals

Referenzi

COM(2006)0745 - C6-0439/2006 - 2006/0246(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.11.2006

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.12.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

12.12.2006

EMPL

12.12.2006

ITRE

12.12.2006

IMCO

12.12.2006

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

21.3.2007

EMPL

13.12.2006

IMCO

1.3.2007

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Johannes Blokland

27.2.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

8.10.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

26

3

0

Membri preżenti għall-vot finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Dorette Corbey, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Satu Hassi, Marie Anne Isler Béguin, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Aldis Kušķis, Jules Maaten, Miroslav Ouzký, Vittorio Prodi, Dagmar Roth-Behrendt, Kathy Sinnott, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Iles Braghetto, Christofer Fjellner, Radu Ţîrle

Data tat-tressiq

24.10.2007

(1)

Wieħed għandu jinnota li “f'sentenza parallela, il-Qorti annullat, għall-istess raġunijiet, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni dan l-aħħar ressqet proposta separata għal dik ir-raġuni, u din ġiet adottata mill-Kunsill fil-25 ta' Settembru 2006 (Deċiżjoni 2006/730/KE)” (COM(2006)0745, p.3).

Aġġornata l-aħħar: 31 t'Ottubru 2007Avviż legali