RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea, li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE

28.11.2007 - (10537/3/2007 – C6‑0353/2007 – 2005/0228(COD)) - ***II

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Jörg Leichtfried

Proċedura : 2005/0228(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0482/2007
Testi mressqa :
A6-0482/2007
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea, li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE

(10537/3/2007 – C6‑0353/2007 – 2005/0228(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (10537/3/2007 – C6‑0353/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0579),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0482/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni Komuni tal-KunsillEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 13 a (ġdida)

 

(13a) Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005* jimponi fuq l-Aġenzija d-dover li tikkomunika l-informazzjoni kollha li tista’ tkun rilevanti għall-aġġornament tal-lista Komunitarja ta' operaturi ta’ l-ajru li, għal raġunijiet ta' sikurezza, huma suġġetti għal projbizzjoni milli joperaw fil-Komunità. Jekk l-Aġenzija tirrifjuta li toħroġ awtorizzazzjoni lil operatur ta’ l-ajru skond it-termini ta’ dan ir-Regolament, għandha tgħaddi lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti li fuqha kien ibbażat dan ir-rifjut, sabiex isem l-operatur ta' l-ajru jkun jista’ jiddaħħal, jekk ikun meħtieġ, f'dik il-lista.

 

* Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji ta’ l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija ta’ l-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).

Emenda 2

Premessa 16 a (ġdida)

 

(16a) Il-Komunità għandha tingħata setgħat biex timponi penali finanzjarji fuq id-detenturi ta' ċertifikati u approvazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija sabiex tgħin biex jintlaħqu l-objettivi ta' sikurezza ta' dan ir-Regolament. B'konformità ma' l-ordni legali tal-Komunità, tali penali finanzjarji għandhom ikunu imposti mill-Kummissjoni fuq rakkomandazzjoni ta' l-Aġenzija. Għandu jkun enfasizzat li permezz ta' l-introduzzjoni ta' penali finanzjarji l-Kummissjoni se tkun tista' tirrispondi b'mod iktar varjat, flessibbli u gradwat għall-ksur tar-regoli meta mqabbel ma' l-irtirar ta' ċertifikat.

Ġustifikazzjoni

Il-premessi ġodda 16a u 16b huma meħtieġa biex jakkumpanjaw l-Artikolu 24a l-ġdid li kien miftiehem rigward il-penali finanzjarji.

Emenda 3

Premessa 16 b (ġdida)

 

(16b) Minħabba li d-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Kummissjoni skond dan ir-Regolament huma suġġetti għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja b'konformità mat-Trattat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, b'konformità ma' l-Artikolu 229 tiegħu, tingħata ġurisdizzjoni bla limiti rigward deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta' penali.

Ġustifikazzjoni

Il-premessi ġodda 16a u 16b huma meħtieġa biex jakkumpanjaw l-Artikolu 24a l-ġdid li kien miftiehem rigward il-penali finanzjarji.

Emenda 4

Premessa 24

Sabiex tkun garantita l-awtonomija sħiħa u l-indipendenza ta' l-Aġenzija, għandha tingħata baġit awtonomu li d-dħul tiegħu jkun ġej essenzjalment minn kontribuzzjoni tal-Komunità u mit-tariffi li jitħallsu minn utenti tas-sistema. Il-proċedura Komunitarja tal-baġit għandha tkun applikabbli sakemm il-kontribuzzjoni Komunitarja u kull sussidju ieħor li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea huma kkonċernati. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti ta' l-Awdituri.

Sabiex tkun garantita l-awtonomija sħiħa u l-indipendenza ta' l-Aġenzija, għandha tingħata baġit awtonomu li d-dħul tiegħu jkun ġej essenzjalment minn kontribuzzjoni tal-Komunità u mit-tariffi li jitħallsu minn utenti tas-sistema. Kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja li l-Aġenzija tirċievi mingħand l-Istati Membri, pajjiżi terzi jew entitajiet oħra m'għandiex tikkomprometti l-indipendenza u l-imparzjalità tagħha. Il-proċedura Komunitarja tal-baġit għandha tkun applikabbli sakemm il-kontribuzzjoni Komunitarja u kull sussidju ieħor li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea huma kkonċernati. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti ta' l-Awdituri.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tikkorrispondi għall-emenda tal-PE Nru 25 ta' l-ewwel qari li nkitbet mill-ġdid, u li issa hija inkluża fl-Artikolu 58, paragrafu 1.e.

Emenda 5

Artikolu 3, punt (j), punt (i), inċiż 2

- b’konfigurazzjoni massima approvata ta’ passiġġieri bil-qiegħda ta’ aktar minn 9 jew;

- iċċertifikat għal konfigurazzjoni massima ta’ passiġġieri bil-qiegħda ta’ aktar minn dsatax jew,

Emenda 6

Artikolu 3, punt (j), punt (ii)

(ii) ħelikopter:

(ii) ħelikopter iċċertifikat:

- b’massa tat-tlugħ massima ċċertifikata li tisboq 3 175 kg jew;

- għal massa tat-tlugħ massima li tisboq 3 175 kg jew,

- b’konfigurazzjoni massima approvata ta’ passiġġieri bil-qiegħda ta’ aktar minn 5 jew;

- għal konfigurazzjoni massima approvata ta’ passiġġieri bil-qiegħda ta’ aktar minn disgħa jew,

- iċċertifikat biex jopera b’ekwipaġġ minimu ta’ mill-inqas 2 bdoti jew;

- biex jopera b’ekwipaġġ minimu ta’ mill-inqas żewġ bdoti jew;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija riżultat ta' kompromess mal-Kunsill. Hija formulazzjoni ġdida miftiehma ta' l-emenda 30 tal-PE.

Emenda 7

Artikolu 7, paragrafu 7, subparagrafu 1

7. Fl-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċifika li dawn jirriflettu l-aqwa u l-aktar prassi moderni fil-qasam tat-taħriġ tal-bdoti.

7. Fl-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċifika li dawn jirriflettu l-aktar għarfien modern, inklużi l-aħjar prassi u l-progress xjentifiku u tekniku, fil-qasam tat-taħriġ tal-bdoti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirrifletti test ta' kompromess miftiehem għall-emenda 8 tal-PE.

Emenda 8

Artikolu 8, paragrafu 5, punt (d a) (ġdid)

 

(da) il-kundizzjonijiet ta’ ħruġ, żamma, emenda, limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta’ l-attestazzjoni ta’ l-ekwipaġġ tal-kabina msemmija fil-paragrafu 4;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkorrispondi għall-proposta inizjali tal-Kummissjoni li kienet ikkanċellata fil-pożizzjoni komuni. Din tirriżulta mill-ftehim bejn il-PE u l-Kunsill.

Emenda 9

Artikolu 22, paragrafu 2, punt (a)

(a) l-Aġenzija għandha toħroġ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni applikabbli sabiex tiżgura konformità mal-ħtiġiet essenzjali u, skond ma jkun il-każ, ir-regoli ta' implimentazzjoni relatati;

(a) l-Aġenzija għandha toħroġ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni applikabbli sabiex tiżgura konformità mal-ħtiġiet essenzjali u, skond ma jkun il-każ, ir-regoli ta' implimentazzjoni relatati; Fil-bidu, ir-regoli ta' implimentazzjoni għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet sustantivi kollha tas-Subparti Q ta' l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 3922/1991, b'kunsiderazzjoni għall-aktar provi xjentifiċi u tekniċi reċenti;

Ġustifikazzjoni

L-emendi 9, 10, 11, 12, 13 u 14 jiffurmaw pakkett wieħed miftiehem bejn il-PE u l-Kunsill dwar limitazzjonijiet ta’ ħin tat-titjir u derogi possibbli.

Emenda 10

Artikolu 22, paragrafu 2, punt (b)

Stat Membru jista' japprova skemi ta' speċifikazzjoni ta' ħin ta' titjir individwali li jiddevjaw mill-ispeċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a). F'dan il-każ l-Istat Membru konċernat għandu mingħajr dewmien jinnotifika l-iskema individwali lill-Aġenzija u jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dan;

(b) Stat Membru jista' japprova skemi ta' speċifikazzjoni ta' ħin ta' titjir individwali li jiddevjaw mill-ispeċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a). F'dan il-każ l-Istat Membru għandu mingħajr dewmien jinnotifika lill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li għandu l-intenzjoni li jagħti l-approvazzjoni għal tali skema individwali;

Ġustifikazzjoni

L-emendi 9, 10, 11, 12, 13 u 14 jiffurmaw pakkett wieħed miftiehem bejn il-PE u l-Kunsill dwar limitazzjonijiet ta’ ħin tat-titjir u derogi possibbli.

Emenda 11

Artikolu 22, paragrafu 2, punt (c)

(c) meta tiġi notifikata, l-Aġenzija għandha tivvaluta l-iskema individwali abbażi ta' evalwazzjoni xjentifika u medika. Meta jkun meħtieġ, l-Aġenzija għandha tiddiskuti din l-iskema ma' l-Istat Membru kkonċernat u, fejn ikun il-każ, għandha tipproponi bidliet għaliha;

(c) meta tiġi notifikata, l-Aġenzija għandha, fi żmien xahar, tivvaluta l-iskema individwali abbażi ta' evalwazzjoni xjentifika u medika. Minn hemm 'il quddiem, l-Istat Membru kkonċernat jista' jagħti l-approvazzjoni tiegħu kif notifikat, sakemm l-Aġenzija tkun iddiskutiet l-iskema ma' dak l-Istat Membru u pproponiet bidliet għaliha. Jekk l-Istat Membru jaqbel ma' dawn il-bidliet, jista' jagħti l-approvazzjoni b'dawn il-kundizzjonijiet;

Ġustifikazzjoni

L-emendi 9, 10, 11, 12, 13 u 14 jiffurmaw pakkett wieħed miftiehem bejn il-PE u l-Kunsill dwar limitazzjonijiet ta’ ħin tat-titjir u derogi possibbli.

Emenda 12

Artikolu 22, paragrafu 2, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) fil-każ ta' ċirkustanzi operattivi mhux previsti jew ħtiġiet operattivi ta' tul limitat u li mhux se jirrepetu ruħhom, id-derogi għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni jistgħu japplikaw b'mod proviżorju sakemm l-Aġenzija tesprimi l-opinjoni tagħha;

Ġustifikazzjoni

L-emendi 9, 10, 11, 12, 13 u 14 jiffurmaw pakkett wieħed miftiehem bejn il-PE u l-Kunsill dwar limitazzjonijiet ta’ ħin tat-titjir u derogi possibbli.

Emenda 13

Artikolu 22, paragrafu 2, punt (d)

(d) jekk Stat Membru ma jaqbilx mal-konklużjonijiet ta' l-Aġenzija dwar skema individwali, l-Aġenzija għandha tirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni sabiex tiddeċiedi jekk l-iskema individwali tikkonformax ma' l-objettivi ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(3);

(d) jekk Stat Membru ma jaqbilx mal-konklużjonijiet ta' l-Aġenzija dwar skema individwali, għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni sabiex tiddeċiedi jekk dik l-iskema tikkonformax ma' l-objettivi ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(3);

Ġustifikazzjoni

L-emendi 9, 10, 11, 12, 13 u 14 jiffurmaw pakkett wieħed miftiehem bejn il-PE u l-Kunsill dwar limitazzjonijiet ta’ ħin tat-titjir u derogi possibbli.

Emenda 14

Artikolu 24a (ġdid)

 

Artikolu 24a

Multi u pagamenti perjodiċi ta' penali

 

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 20 u 54, fuq talba ta' l-Aġenzija l-Kummissjoni tista':

 

(a) timponi multi fuq il-persuni u fuq l-intrapriżi li l-Aġenzija stess tkun ħarġitilhom ċertifikat, fejn, bi ħsieb jew bi traskuraġni, ikunu nkisru d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu;

 

(b) timponi, fuq il-persuni u fuq l-intrapriżi li l-Aġenzija stess tkun ħarġitilhom ċertifikat, pagamenti perjodiċi ta' penali , ikkalkulati mid-data stabbilita fid-deċiżjoni, sabiex iġġiegħel lil dawk il-persuni u intrapriżi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu.

 

2. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta' penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati kemm mal-gravità tal-każ kif ukoll mal-kapaċità ekonomika tad-detentur taċ-ċertifikat ikkonċernat, filwaqt li jingħata kas partikolari tal-punt safejn is-sikurezza tkun ġiet kompromessa. L-ammont ta' multi m'għandux jaqbeż l-4% tad-dħul jew negozju annwali tad-detentur taċ-ċertifikat. L-ammont ta' penali perjodiċi m'għandux jaqbeż it-2,5 % tad-dħul jew negozju medju ta' kuljum tad-detentur taċ-ċertifikat.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 64(3), ir-regoli dettaljati għat-twettiq ta’ dan l-Artikolu. Meta tagħmel dan, hija għandha tispeċifika b’mod partikolari:

 

(a) kriterji dettaljati għall-istabbiliment ta' l-ammont tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta' penali; u

 

(b) proċeduri għall-inkjesti, miżuri assoċjati u rappurtar kif ukoll regoli ta' proċedura għat-teħid tad-deċiżjonijiet, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-dritt għad-difiża, l-aċċess għall-fajl, ir-rappreżentazzjoni legali, dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalità u temporalità u l-kwantifikazzjoni u l-ġbir ta' multi u pagamenti perjodiċi ta' penali.

 

4. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni bla limitu għar-reviżjoni ta' deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni waħħlet multa jew pagament perjodiku ta' penali. Hi tista’ tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament perjodiku ta' penali imposti.

 

5. Deċiżjonijiet meħuda skond il-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu ta’ natura ta' liġi kriminali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija riżultat ta' kompromess milħuq bejn il-PE u l-Kunsill.

Emenda 15

Artikolu 33, paragrafu 1

1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant ieħor mill-Kummissjoni. Għal dan l-iskop kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru membru tal-Bord Amministrattiv kif ukoll supplent biex jirrappreżenta l-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. It-terminu tal-mandat għandu jkun ta' ħames snin. Dan it-terminu tal-mandat għandu jkun jista' jiġġedded.

1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant ieħor mill-Kummissjoni. Il-Membri għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' l-esperjenza rikonoxxuta u l-impenn tagħhom fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili, il-kapaċitajiet maniġerjali u l-kompetenza esperta tagħhom, kwalitajiet li għandhom ikunu utilizzati biex imexxu 'l quddiem l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Il-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat bis-sħiħ kif dovut.

Kull Stat Membru għandu jaħtar membru tal-Bord Amministrattiv kif ukoll supplent biex jirrappreżenta l-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. Il-Kummissjoni għandha taħtar ukoll ir-rappreżentant tagħha u s-supplent. It-terminu tal-mandat għandu jkun ta' ħames snin. Dan it-terminu tal-mandat għandu jkun jista’ jiġġedded.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija riżultat ta' kompromess milħuq bejn il-PE u l-Kunsill.

Emenda 16

Artikolu 36, paragrafu 2

2. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta’ membru, is-supplent tiegħu jew tagħha għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tiegħu jew tagħha li jivvota. La l-osservaturi u lanqas id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija ma għandhom jivvotaw.

2. Kull membru nominat skond l-Artikolu 33(1) għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta’ membru, is-supplent tiegħu jew tagħha għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tiegħu jew tagħha li jivvota. La l-osservaturi u lanqas id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija ma għandhom jivvotaw.

Ġustifikazzjoni

Tikkorrispondi għall-emenda 21 (l-ewwel parti) ta' l-ewwel qari tal-PE.

Emenda 17

Artikolu 58, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Il-baġits regolatorji u l-ħlasijiet iffissati u miġbura għal attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni għandhom jiġu indirizzati separatament fil-baġit ta’ l-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Riżultati ta' kompromess bejn l-PE u l-Kunsill dwar l-emenda 26 ta' l-ewwel qari tal-PE.

Emenda 18

Artikolu 63, paragrafu 3

3. Il-miżuri msemmija f' paragrafu 1 għandhom jiddeterminaw b'mod partikolari l-kwistjonijiet li għalihom ħlasijiet u piżijiet skond l-Artikolu 58(1) huma dovuti, l-ammont ta' ħlasijiet u piżijiet u l-mod ta' kif għandhom jitħallsu.

3. Il-miżuri msemmija f' paragrafu 1 għandhom jiddeterminaw b'mod partikolari l- kwistjonijiet li għalihom ħlasijiet u piżijiet skond l-Artikolu 58(1)(c) u (d) huma dovuti, l-ammont ta' ħlasijiet u piżijiet u l-mod ta' kif għandhom jitħallsu.

Ġustifikazzjoni

Riżultati ta' kompromess bejn il-PE u l-Kunsill dwar l-emenda 27 (l-ewwel parti) ta' l-ewwel qari tal-PE.

NOTA SPJEGATTIVA

INTRODUZZJONI

Wara l-adozzjoni mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari fl-1.2.2007 kienet għaddejja attività intensa ta' negozjar f'attentat komuni biex jintlaħaq jew "ftehim bikri tat-tieni qari" (jiġifieri qabel il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill) jew "ftehim normali tat-tieni qari" (wara l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill) .

It-trijalogu informali fil-fatt beda diġà fi stadju bikri u ħafna problemi kienu diġà ssolvew, u l-parti l-kbira tagħhom kienu inkorporati fit-test tal-Pożizzjoni Komuni.

Madankollu, minħabba l-kumplessità tas-suġġett u l-interessi involuti, ftehim normali tat-tieni qari kien l-aktar qafas xieraq għaż-żewġ istituzzjonijiet biex fih tinstab soluzzjoni għall-punti ewlenin, ladarba ngħata mandat lill-Presidenza Portugiża biex tinnegozja.

Fit-13 ta' Novembru, in-negozjati komplew skond il-mandat uffiċjali ta' negozjar tal-presidenza. Intlaħaq ftehim finali li r-rapporteur jirrakkomanda li l-Kumitat TRAN u l-Plenarja jadottaw mingħajr tibdil.

IL-POŻIZZJONI KOMUNI

Fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill imħabbra fis-sessjoni plenarja tal-Parlament t'Ottubru diversi emendi adottati mill-PE fl-ewwel qari kienu jew inklużi kif adottati mill-PE fit-test tal-Pożizzjoni Komuni jew kemm kemm riformulati sabiex jirriflettu l-ftehim mal-Parlament Ewropew jew biex jikkonformaw mar-regoli ta' abbozzar leġiżlattiv tajjeb. Dawn l-emendi ta' l-ewwel qari huma n-numri 4, 8, 10, 14, 15, 16, 22, 23, 24, 25, 26 u 29.

L-emendi 9 u 11 kienu ġew irtirati.

L-EMENDI F'DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI

L-emendi li jinsabu f'din ir-rakkomandazzjoni huma kollha r-riżultat ta' negozjati mal-Kunsill bl-għajnuna tal-Kummissjoni.

L-emendi importanti jikkonċernaw:

- il-possibilità tal-Kummissjoni li timponi multi bħala alternattiva għall-irtirar totali ta' ċertifikat (emenda 14).

- l-indipendenza u l-imparzjalità ta' l-Aġenzija li tirċievi kontributi minn organizzazzjonijiet, pajjiżi, eċċ...

- id-definizzjonijiet ta' inġenji ta' l-ajru kumplessi (emendi 5 u 6). Il-PE u l-Kunsill ftiehmu biex jiżdied in-numru massimu tal-passiġġieri li jkun jista' jesa' ajruplan sabiex jitqies bħala kumpless. Dikjarazzjoni separata mill-Kummissjoni se tiġi miżjuda mat-test tar-regolament, dikjarazzjoni li, sabiex wieħed ikun aktar preċiż, se tkun dwar l-utilità tar-raba' kriterju stipulat fit-test tal-pożizzjoni komuni.

- l-emendi 9-14 jittrattaw limitazzjonijiet ta’ Ħin tat-Titjir u derogi għalihom (ara b'mod partikolari l-emenda 12). L-element importanti hawnhekk huwa li tinħoloq sistema li mhix burokratika u li fiha biżżejjed flessibilità biex tindirizza sitwazzjonijiet mhux previsti.

- il-kwistjoni tal-Bord Maniġerjali ġiet solvuta fl-emenda 15.

- il-kwistjoni ta' l-Ekwipaġġ tal-Kabina: Il-PE aċċetta li jdaħħal mill-ġdid it-test tal-proposti tal-Kummissjoni bl-emenda 8, flimkien ma' l-Artikolu 11(1) - rikonoxximent taċ-ċertifikati - u l-Artikolu 8(4) fil-Pożizzjoni Komuni.

- dwar l-emenda orali li l-PE adotta fl-ewwel qari li għandha l-għan li żżid sa 600 kilo (mill-472 kilo kurrenti) il-kategorija ta' ajruplani li mhumiex inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament, l-EASA se tintalab twettaq studju dwar l-utilità ta' din il-miżura. Hawnhekk ukoll se tiżdied mat-test tar-regolament dikjarazzjoni separata mill-Kummissjoni.

- finalment, dwar il-ħlasijiet u piżijiet, se tiżdied dikjarazzjoni oħra tal-Kummissjoni li tiddikjara li l-interessi ta' l-SMEs se jiġu kkunsidrati kif xieraq.

PROĊEDURA

Titolu

Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni

Referenzi

10537/3/2007 - C6-0353/2007 - 2005/0228(COD)

Data ta’ l-1 qari tal-PE - Numru P

14.3.2007                     T6-0067/2007

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2005)0579 - C6-0403/2005

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni

25.10.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

25.10.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Jörg Leichtfried

22.10.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

21.11.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.11.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Michael Cramer, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Emanuel Jardim Fernandes, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Willi Piecyk, Luís Queiró, Reinhard Rack, Brian Simpson, Renate Sommer, Yannick Vaugrenard, Lars Wohlin, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bradbourn, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Vural Öger

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ovidiu Victor Ganţ