Proċedura : 2007/0030(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0490/2007

Testi mressqa :

A6-0490/2007

Dibattiti :

PV 19/02/2008 - 5
CRE 19/02/2008 - 5

Votazzjonijiet :

PV 21/02/2008 - 4.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0062

RAPPORT     ***I
PDF 652kDOC 762k
4 ta' Diċembru 2007
PE 391.938v04-00 A6-0490/2007

dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq

(COM(2007)0053 – C6-0067/2007 – 2007/0030(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Christel Schaldemose

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq

(COM(2007)0053 – C6-0067/2007 – 2007/0030(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2007)0053),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0067/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali(A6-0490/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha ma' test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 4

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali , id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk , id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji , id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem , id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE , id-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem , diġà jistipluaw reġim komuni u uniformi ta' kwistjonijiet koperti minn din id-Deċiżjoni u għalhekk ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Deċiżjoni, ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta'Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Minħabba n-natura leġiżlattiva tad-deċiżjoni jidher li m’huwiex xieraq li ċertu grupp ta' leġiżlazzjoni eżistenti jkun eżentat. L-għażla ta' l-istrument leġiżlattiv fil-futur xorta se ssir fuq bażi ta' kull każ għalih.

Emenda 2

Premessa 5 a (ġdida)

 

(5a) Għalkemm id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni ma jistgħux ikunu nfurzati legalment fuq atti leġiżlattivi futuri, il-koleġiżlaturi li qed jadottaw din id-Deċiżjoni iffirmaw li jieħdu impenn politiku ċar li huma għandhom jirrispettaw fi kwalunkwe att leġiżlattiv futur li jaqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Minħabba n-natura legali tagħha, din id-Deċiżjoni tista' titqies biss bħala qafas mhux vinkolanti għal leġiżlazzjoni futura: madankollu, għandu jkun enfasizzat li meta qed jaqbel magħha, il-koleġiżlatur irid jirrispetta l-impenn li jkun ħa u jimplimenta biċċiet ta’ leġiżlatura futuri skond dan l-impenn.

Emenda 3

Premessa 13 a (ġdida)

(13a) Prodotti li jitqegħdu fis-suq Komunitarju għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti applikabbli u l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza għall-konsumatur u r-rispett għall-għanijiet Komunitarji għall-ħarsien ta’ l-ambjent u sabiex tkun iggarantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq Komunitarju.

Emenda 4

Premessa 14 a (ġdida)

(14a) L-operaturi ekonomiċi kollha li jqegħdu prodotti fis-suq għandhom jitqiegħdu taħt obbligi indaqs u b’hekk għandu jkollhom l-istess responsabilità għall-konformità tal-prodotti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-operaturi ekonomiċi li jqegħdu l-prodotti fis-suq huma l-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi. Il-mod ta’ kif jissodisfaw ir-responsabilità tagħhom ivarja, iżda għandu jkun enfasizzat li huma għandhom obbligi ugwali fir-rigward tal-konformità tal-prodotti mqegħda fis-suq.

Emenda 5

Premessa 15

(15) Billi ċertu xogħol jista’ jsir mill-manifattur, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-manifattur u l-operaturi iktar ’l isfel tul il-katina ta’ distribuzzjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn l-importatur u d-distributur, peress li l-importatur idaħħal prodotti minn pajjiżi terzi fis-suq Komunitarju. Huwa, għalhekk, jassigura li dawn il-prodotti jkunu konformi mal-ħtiġijiet applikabbli tal-Komunità.

(15) Billi ċerti kompiti jistgħu jsiru biss mill-manifattur, jeħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn il-manifattur u l-operaturi iktar ’l isfel tul il-katina tad-distribuzzjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn l-importatur u d-distributur, peress li l-importatur iqiegħed prodotti minn pajjiżi terzi fis-suq Komunitarju. Huwa, għalhekk, jassigura li dawn il-prodotti jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Komunità. Għall-kuntrarju, id-distributur jagħmel il-prodott disponibbli fis-suq wara li dan ikun tqiegħed fis-suq mill-manifattur, rappreżentant awtorizzat jew mill- importatur.

Ġustifikazzjoni

Id-differenza bejn l-operaturi downstream trid tiġi ċċarata. L-importatur iqiegħed il-prodotti fis-suq għall-ewwel darba filwaqt li d-distributur jagħmel il-prodott disponibbli fis-suq wara li dan jitqiegħed fis-suq minn manifattur, rappreżentant awtorizzat jew importatur.

Emenda 6

Premessa 16

(16) Il-manifattur, li jkollu tagħrif dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura kollha ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità. Importaturi u distributuri għandhom funzjoni x’jagħmlu fil-kummerċ u ma jinfluwenzawx il-proċess tal-produzzjoni. Il-proċedura ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità għandha, għalhekk, tibqa’ l-obbligu tal-manifattur biss.

(16) Il-manifattur, li jkollu tagħrif dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura kollha tal-valutazzjoni tal-konformità. Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità għandha, għalhekk, tibqa’ l-obbligu tal-manifattur biss.

Ġustifikazzjoni

L-obbligi ta' l-importaturi u d-distributuri huma inklużi fil-Premessa 17, għalhekk mhux meħtieġ li jkunu indirizzati hawnhekk. Barra minn hekk, l-importaturi u d-distributuri, għalkemm tassew iwettqu funzjoni ta' negozjanti, jistgħu jinfluwenzaw il-proċess tal-produzzjoni (jiġifieri billi jiddikjaraw li jirrifjutaw li jimpurtaw jew jiddistribwixxu prodotti li ma jkunux konformi).

Emenda 7

Premessa 17

(17) Billi l-importaturi u d-distributuri huma operaturi 'l isfel fil-katina, huma ma jistgħux, fil-kors normali tal-ħajja, ikunu obbligati li jassiguraw huma stess li d-disinn u l-produzzjoni tal-prodott ikunu konformi mal-ħtieġa applikabbli. L-obbligi tagħhom, fir-rigward tal-konformità tal-prodott għandhom ikunu limitati għal ċerti miżuri ta’ kontroll biex ikun aċċertat jekk il-manifattur ħarisx l-obbligi tiegħu, bħalma hija l-verifika jekk il-prodott ikollux il-marka meħtieġa tal-konformità u jekk ikunux ingħataw id-dokumenti meħtieġa. Iżda, wieħed jistenna li kemm l-importaturi kif ukoll id-distributuri jaġixxu b’attenzjoni kif imiss f’dak li jkollu x’jaqsam mal-ħtiġijiet applikabbli meta huma jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli prodotti fis-suq.

(17) Kemm l-importaturi kif ukoll id-distributuri huma mistennija li jaġixxu b’mod responsabbli u f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti legali applikabbli meta huma jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli prodotti fis-suq.

Ġustifikazzjoni

Tiċċara t-test.

Emenda 8

Premessa 17 a (ġdida)

(17α) Billi l-importaturi jagħmlu prodotti minn pajjiżi terzi disponibbli fis-suq Komunitarju, huma jridu jiżguraw li dawn il-prodotti jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Komunità. Għal dan il-għan, huma jridu jiżguraw li l-manifatturieri jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti dwar il-marki tal-konformità tal-prodott u d-dokumentazzjoni teknika. Huma jridu jġorru wkoll ir-responsabilità legali li jiżguraw li l-prodotti li huma qed jagħmlu disponibbli fis-suq huma konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli, u li l-marki u d-dokumentazzjoni tal-prodott imfassla mill-manifatturieri huma disponibbli għal spezzjonijiet mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza.

Ġustifikazzjoni

Ġustifikazzjoni konġunta għal Emendi 7 (premessa 17) u 8 (premessa 17a).

Fil-verżjoni oriġinali tagħha, il-kliem tal-Premessa 17 kien inkonsistenti ma’ dak ta’ Premessa 15 minħabba li filwaqt li Premessa 15 speċifikament tgħid li l-importatur irid jiżgura li l-prodotti jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Komunità, Premessa 17 tirrikjedi biss lill-importaturi, bl-istess mod bħad-distributuri, sabiex jaġixxu bl-attenzjoni xierqa fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli tal-Komunità.

Emenda 9

Premessa 18

(18) Fejn importatur jew distributur iqiegħed prodott f’ismu jew bi trademark tiegħu jew jimmodifika prodott b'mod li dan jista' jaffettwa l-konformità mal-ħtiġijiet applikabbli, huma għandhom jitqiesu li huma manifatturi.

(18) Kull operatur ekonomiku li jew iqiegħed prodott fis-suq f’ismu jew bit-trejdmark tiegħu jew jimmodifika prodott b'mod li dan jista' jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli, għandu jitqies li jkun il-manifattur.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' 'manifattur' li tingħata fl-Artikolu 6, punt 3 tar-Regolament tiġbor fiha kwalunkwe operatur li għandu prodott iddisinjat jew immanifatturat taħt it-trejdmark tiegħu stess jew taħt ismu stess: hu għalhekk li d-definizzjoni tinkludi wkoll rappreżentanti awtorizzati. Qed ikun issuġġerit li jintuża t-terminu definit 'operaturi ekonomiċi' pjuttost milli jiżdied it-terminu 'rappreżentant awtorizzat' mal-lista, ladarba huwa ovvju li manifattur hu meqjus bħala manifattur.

Emenda 10

Premessa 18 a (ġdida)

 

(18a) L-importaturi u d-distributuri m'għandhom jimmodifikaw l-ebda element intern tad-disinn ta' prodott mingħajr ma jikkonsultaw lill-manifattur, minħabba li dan jista' jaffettwa l-evalwazzjoni tar-riskju u jinvalida d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-manifattur.

Ġustifikazzjoni

Huwa possibbli li d-distributuri jiddeċiedu li biex jiffrankaw il-ħin jew il-flus, minflok jibgħatu l-oġġett lura lill-manifattur biex jagħmel il-modifiki neċessarji, jippruvaw jagħmlu l-bidliet huma stess. Mingħajr fehim tad-disinn tal-prodott, dawn il-bidliet jistgħu jfixklu l-ħidma ta' l-apparat tas-sigurtà jew ċirkwiti ta' sikurezza; b'hekk biċċa għodda li taħdem bl-elettriku li tkun konformi u li ma tkunx perikoluża tista' tinbidel fi prodott li jippreżenta riskju serju għal min jużaha. Għalhekk id-distributur għandu jikkonsulta lill-produttur jekk għandu l-ħsieb li jagħmel dan.

Emenda 11

Premessa 21 a (ġdida)

(21a) Il-marka CE għandha tkun l-unika marka li tindika li prodott huwa konformi mal-liġi Komunitarja. Madanakollu, marki nazzjonali eżistenti jistgħu jkomplu japplikaw kemm-il darba marki bħal dawn ikunu jipprovdu tagħrif addizzjonali lill-konsumatur u ma jkunux koperti mil-liġi Komunitarja.

Emenda 12

Premessa 22 a (ġdida)

(22a) Sabiex tkun evalwata aħjar l-effikaċja tal-marka CE u biex jiġu ddefiniti strateġiji mmirati sabiex jiġi evitat l-abbuż, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni ta' l-immarkar CE u tirrapporta dwaru lill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat immarkar CE effiċjenti, jeħtieġ li tiġi evalwata u mmonitorjata s-sistema kurrentement, u huwa importanti li l-Parlament ikollu rapporti li joħorġu kurrentement mill-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni.

Emenda 13

Premessa 23

(23) Il-protezzjoni legali ta’ marka CE li tingħata mar-reġistrazzjoni bħala marka kollettiva tħalli lil awtoritajiet pubbliċi li jassiguraw li jkun hemm infurzar sewwa u li jieħdu azzjoni skond il-liġi kontra kull ksur.

(23) Il-marka CE tista’ tkun ta’ valur biss jekk it-twaħħil tagħha jkun jirrispetta l-kundizzjonijiet stipulati fil-liġi Komunitarja. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jiżguraw infurzar xieraq ta’ dawn ir-regoli u jieħdu passi legali f’każijiet ta’ ksur u abbuż tal-marka CE.

Emenda 14

Premessa 23 a (ġdida)

(23a) l-Istati Membri huma responsabbli li jiżguraw sorveljanza tas-suq b’saħħitha, effiċjenti u intelliġenti fuq it-territorju tagħhom u għandhom jallokaw setgħat u riżorsi suffiċjenti lill-awtoritajiet tagħhom tas-sorveljanza tas-suq.

Ġustifikazzjoni

Bħalma hemm miktub fir-Regolament “Li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-suq dwar it-tqegħid ta’ prodotti fis-suq” COM(2007)37 huwa strettament neċessarju li tiġi żgurata sistema ta’ sorveljanza tas-suq b’saħħitha fl-Istati Membri. Se jkollhom jiġu allokati riżorsi suffiċjenti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda 15

Premessa 23 b (ġdida)

(23b) Għall-għan li titqajjem kuxjenza rigward l-immarkar CE, il-Kummissjoni għandha tillanċja kampanja ta’ informazzjoni immirata primarjament lejn operaturi ekonomiċi, organizzazzjonijiet tal-konsumatur u tas-settur u persunal tal-bejgħ, peress li dawn huma l-aħjar mezzi biexdan it-tip ta’ informazzjoni jitwassal lill-konsumaturi.

Emenda 16

Premessa 35 a (ġdida)

(35a) Filwaqt li jirrikonoxxi li l-leġiżlazzjoni Komunitarja trid tqis is-sitwazzjoni speċifika ta’ intrapriżi tal-manifattura żgħar u ta’ daqs medju f’relazzjoni ma’ piżijiet amministrattivi, jinħtieġ li, minflok ma tipprovdi għal eċċezzjonijiet u derogi ġenerali għal dawn l-intrapriżi li jista’ jwassal biss għall-impressjoni ta’ prodotti jew operaturi ekonomiċi sekondarji jew ta’ kwalità baxxa u għal sitwazzjoni legali li tkun waħda kumplessa għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq biex jissorveljawha, il-leġiżlazzjoni Komunitarja għandha tipprovdi biex is-sitwazzjoni ta’ dawn l-intrapriżi jitqiesu fir-regoli għall-għażla u l-implimentazzjoni ta’ l-aktar proċeduri xierqa ta’ evalwazzjoni tal-konformità u fl-obbligi mqiegħda fuq il-korpi inkarigati mill-evalwazzjoni tal-konformità sabiex joperaw b’mod proporzjonat b’relazzjoni mad-daqs ta’ l-impriżi u man-natura ta’ serje żgħira jew ta’ karattru mhux serjali tal-produzzjoni kkonċernata.

 

Din id-deċiżjoni tipprovdi għall-flessibilità neċessarja li l-leġiżlatur huwa ħieles li juża sabiex jilqa’ u jittratta dan it-tip ta’ sitwazzjonijiet mingħajr ma jkollu għalfejn joħloq sub-soluzzjonijiet speċjali mhux meħtieġa u mhux xierqa għall-SMEs.

Emenda 17

Premessa 35 b (ġdida)

(35b) Fi żmien sena mill-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tippreżenta analiżi fil-fond fil-qasam tal-marki tas-sikurezza tal-konsumatur, jekk ikun hemm bżonn segwita bi proposti leġiżlattivi.

Emenda 18

Artikolu -1 (ġdid)

Artikolu -1

1. Prodotti mqiegħda fis-suq Komunitarju għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli kollha.

2. Meta jkunu qed iqiegħdu prodotti fis-suq Komunitarju, l-operaturi ekonomiċi huma responsabbli għall-konformità tal-prodott mal-leġiżlazzjoni applikabbli kollha.

Emenda 19

Artikolu 1, paragrafu 1

Din id-Deċiżjoni tistipula l-prinċipji komuni li jiddeterminaw il-kontenut ta’ leġislazzjoni Komunitarja li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti, minn hawn ’il quddiem “il-leġislazzjoni Komunitarja”, għajr il-leġiżlazzjoni li ġejja:

(a) liġi ta’ l-ikel kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(b) Liġi ta’ l-għalf kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(c) id-Direttiva 2001/37/KE;

(d) id-Direttiva 2001/82/KE;

(e) id-Direttiva 2001/83/KE;

(f) id-Direttiva 2002/98/KE;

(g) id-Direttiva 2004/23/KE;

(h) ir-Regolament (KE) Nru 726/2004.

Din id-Deċiżjoni tistipula l-prinċipji komuni li jiddeterminaw il-kontenut ta’ leġislazzjoni Komunitarja li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti, minn hawn ’il quddiem “il-leġislazzjoni Komunitarja”.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni tistabbilixxi l-istruttura ġenerali għal-leġiżlazzjoni futura u tipprovdi gwida dwar kif elementi komuni jistgħu jintużaw sabiex tkun żgurata l-akbar koerenza li tista’ tkun possibbli politikament u teknikament fil-leġiżlazzjoni futura. Minħabba n-natura leġiżlattiva tad-deċiżjoni ma jidhirx xieraq li ċertu grupp ta' liġijiet eżistenti jkun eżentat. L-għażla ta' strument u ta’ teknika leġiżlattivi fil-futur hekk jew hekk se ssir fuq bażi ta' kull każ għalih.

Emenda 20

Artikolu 3, paragrafu 1, punt (c)

(c) il-ħtieġa tal-manifattur li jkollu għażla bejn il-moduli ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ ċertifikazzjoni li jinsabu fl-Anness;

(c) fejn l-involviment ta' parti terza huwa obbligatorju, il-ħtieġa li l-manifattur ikollu għażla bejn il-moduli ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott kif stipulati fl-Anness;

Ġustifikazzjoni

F’ħafna każijiet l-involviment tal-parti terza mhux obbligatorju.

Emenda 21

Artikolu 3, paragrafu 2

2. Fejn prodott ikun suġġett għal diversi atti Komunitarji fl-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni, għandha tkun asssigurata l-koerenza mal proċeduri ta’ l-evalwzzjoni tal-konformità.

2. Fejn prodott ikun suġġett għal diversi atti Komunitarji fl-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni, il-koerenza fil-proċeduri ta’ l-evalwzzjoni tal-konformità għandha tkun żgurata mil-leġiżlatur.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun speċifikat bi preċiżjoni akbar min hu li jġorr ir-responsabilitajiet li jiżgura l-koerenza fl-evalwazzjoni tal-konformità.

Emenda 22

Artikolu 3, paragrafu 3 a (ġdid)

3a. Għall-prodotti maħduma skond ordni u għall-produzzjoni ta’ serji żgħar ta’ prodotti, l-aċċess għall-proċeduri ta' evalwazzjoni tal-konformità għandu jkun iffaċilitat.

Emenda 23

Artikolu 4

Fejn il-leġislazzjoni Komunitarja tesiġi dikjarazzjoni mingħand il-manifattur li turi li huwa osserva l-ħtiġijiet fir-rigward ta’ prodott, minn hawn ’il quddiem imsejħa “dikjarazzjoni KE tal-konformità”, il-leġislazzjoni għandha tipprovdi li d-dikjarazzjoni għandu jkollha l-informazzjoni rilevanti kollha biex tkun identifikata l-leġislazzjoni Komunitarja relattiva għaliha, u fejn prodott ikun suġġett għal ħtiġijiet stabbiliti f’diversi atti Komunitarji, hija għandha tipprovdi li dikjarazzjoni tkun imfassla fir-rigward ta’ dawk l-atti kollha, u ssemmi r-referenzi tal-pubblikazzjoni ta’ l-atti konċernati.

Fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja tesiġi dikjarazzjoni mingħand il-manifattur li tgħid li jkun intwera li ġew osservati r-rekwiżiti fir-rigward ta’ prodott, minn hawn ’il quddiem imsejħa “dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità”, il-leġiżlazzjoni għandha tipprovdi li d-dikjarazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha biex ikunu identifikati l-atti leġiżlattivi Komunitarja li magħha hija relatata, u ssemmi r-referenzi tal-pubblikazzjoni ta’ l-atti konċernati.

Ġustifikazzjoni

Tneħħi elementi żejda mit-test.

Emenda 24

Artikolu 6, punt 3

(3) “manifattur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika li tiddisinja jew jimmanifattura prodott jew li tara li dak il-prodott ikun disinjat u/jew manifatturat, taħt isimha jew bit-trademark tagħha;

(3) “manifattur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika li tiddisinja jew timmanifattura prodott jew li tara li dak il-prodott ikun disinjat jew manifatturat, taħt isimha jew bit-trejdmark tagħha, u li tqiegħdu fis-suq;

Ġustifikazzjoni

Tagħmel id-definizzjoni konsistenti mad-definizzjonijiet ta’ parteċipanti oħra fis-suq u mad-dispożizzjonijiet tal-propost Artikolu 7 paragrafi 1 u 7a (marbuta ma' Emendi 30 u 36).

Emenda 25

Artikolu 6, punt 4

(4) “distributur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika fil-katina ta' provvista, li tagħmel prodott disponibbli fis-suq;

(4) “distributur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika fil-katina tal-provvista, barra mill-manifattur jew l-impurtatur, li tagħmel prodott disponibbli fis-suq;

Ġustifikazzjoni

L-operatur ekonomiku "distributur" huwa użat f id-Deċiżjoni mingħajr definizzjoni ċara.

Emenda 26

Artikolu 6, punt 11 a (ġdid)

(11a) "marka CE" tfisser marka li timmaterjalizza d-dikjarazzjoni tal-manifattur li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli kollha għat-tqegħid tiegħu fis-suq;

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda ta' din id-definizzjoni hija meħtieġa biex tinftiehem aħjar it-tifsira tal-"marka CE".

Emenda 27

Artikolu 6, punt 11 b (ġdid)

(11b) "Evalwazzjoni tal-konformità” tfisser meta wieħed juri li prodott, proċess, sistema, persuna jew korp jissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-istrument jew strumenti leġiżlattivi li jkunu japplikaw għalih;

Ġustifikazzjoni

It-terminu "evalwazzjoni tal-konformità" jintuża fid-deċiżjoni mingħajr definizzjoni ċara.

Emenda 28

Artikolu 6, punt 11 c (ġdid)

 

(11c) "It-tqegħid fis-servizz" tfisser l-ewwel użu, għall-għan li għalih kien maħsub, ta' prodott fil-Komunità;

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta’ “it-tqegħid fis-servizz” hija użata ħafna f’direttivi eżistenti imma m’huwiex preżenti fil-proposta. Suppost li huwa ssostitwit bit-terminu "jitqiegħed għad-disponibilità fis-suq” iżda dan il-kunċett m’huwiex applikabbli għal installazzjonijiet kumplessi. Meta dan jirrigwarda “prodott kompost” bħala parti minn impjant industrijali l-konformità globali tal-prodott finali mad-direttivi applikabbli kollha tista’ tiġi evalwata biss meta l-faċilità tinxtegħel (tqegħid fis-servizz). Dan huwa l-istadju finali ta’ serje ta’ tqegħid fis-suq ta’ komponenti differenti u ta’ sottokomponenti differenti (koperti minn direttivi differenti) minn operaturi differenti fil-katina tal-provvista. Għandha tingħata attenzjoni kbier sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ ħofra sewda fejn ħadt ma jkun responsabbli.

Emenda 29

Artikolu 6, punt 11 d (ġdid)

 

(11d) "leġislazzjoni Komunitarja ta' armonizzazzjoni" tfisser kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq.

Ġustifikazzjoni

It-terminu "leġislazzjoni Komunitarja ta' armonizzazzjoni" jintuża fid-Deċiżjoni mingħajr definizzjoni ċara.

Emenda 30

Artikolu 7, paragrafu 1

1. Manifatturi għandhom jassiguraw li l-prodotti tagħhom ikunu disinjati u manifatturati skond il-ħtiġijiet stabbiliti fi ….. [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi].

1. Il-manifatturiera għandhom jassiguraw, meta jkunu qed ipoġġu l-prodotti tagħhom fis-suq, li huma jkunu disinjati u mmanifatturati skond il-ħtiġijiet stabbiliti fi ….. [referenza għall-parti rilevanti tal-leġiżlazzjoni].

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tagħmel id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 7 konsistenti mad-definizzjonijiet ta’ parteċipanti oħra fis-suq li jinsabu fl-Artikolu 6 u mad-dispożizzjonijiet tal-propost Artikolu 7 paragrafu 7a (marbut ma' l-emendi 24 u 36).

Emenda 31

Artikolu 7, paragrafu 3

3. Manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni KE ta’ konformita għall-perjodu ta’ …[għandu jkun speċifikat] wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq.

3. Il-manifatturiera għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformita għal perjodu massimu ta’ 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm prodotti differenti jistgħu jirrikjedu perjodi ta' ħżin differenti għad-dokumentazzjoni teknika tagħhom, perjodu massimu jista' jkun li jiġi indikat.

Emenda 32

Artikolu 7, paragrafu 4, subparagrafu 1

4. Manifatturi għandhom jaraw li jkollhom f’posthom proċeduri li jassiguraw li jkompli jkun hemm il-konformità ma’ serje ta’ produzzjoni. Tibdil fid-disinn jew il-karatteristiċi u tibdil fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li b’referenza għalihom jingħad li jkun hemm konformità ta’ prodott għandhom jitqiesu adegwatament.

4. Il-manifatturiera għandhom jaraw li jkollhom għal-lest proċeduri sabiex il-produzzjoni f’serje tibqa’ f’konformità. Tibdil fid-disinn jew il-karatteristiċi tal-prodott u tibdil fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li b’referenza għalihom jiġi ddikjarat li jkun hemm konformità ta’ prodott għandhom jitqiesu adegwatament.

Ġustifikazzjoni

L-espressjoni “konformità kontinwata” taf tagħti lok li tinftiehem ħażin. Il-manifatturiera għandhom l-obbligu li jipproduċu f’konformità mar-rekwiżiti eżistenti fil-waqt tal-produzzjoni.

Emenda 33

Artikolu 7, paragrafu 4, subparagrafu 2

Manifatturi għandhom, f’kull każ, jekk ikun xieraq, jagħmlu testijiet ta’ kampjun ta’ prodotti mqiegħda fis-suq, biex jinvestigaw, u jekk ikun il-bżonn, biex iżommu reġistru ta’ lmenti u biex iżommu lil distributuri informati b’dak il-monitoraġġ.

Il-manifatturiera għandhom, f’kull każ fejn ikun xieraq għall-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet ta’ kampjuni ta’ prodotti mqiegħda fis-suq, filwaqt li jinvestigaw, u jekk ikun il-bżonn, iżommu reġistru ta’ lmenti, prodotti mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ prodotti, u jżommu lid-distributuri infurmati b’dak il-monitoraġġ.

Emenda 34

Artikolu 7, paragrafu 6

6. Manifatturi għandhom jindikaw isimhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-prodott jew, jekk id-daqs jew in-natura tal-prodott ma tagħmilx dan possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.

6. Il-manifatturiera għandhom jindikaw l-isem kummerċjali reġistrat tagħhom jew il-marka kummerċjali reġistrata (trejdmark) tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew fuq il-prodott jew fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz għandu jindika punt waħdieni fejn ikun jista’ jiġi kuntattjat il-manifattur.

Ġustifikazzjoni

Mezzi oħra ta’ identifikazzjoni, jiġifieri l-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali, għandhom ikunu mezzi validi biex jiġi assigurat il-kuntatt.

Emenda 35

Artikolu 7, paragrafu 7

7. Importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi biex il-prodott isir konformi jew li jirtirawh mis-suq u minn utenti aħħarin, skond il-każ. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u tal-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

7. Manifatturiera li jidhrilhom jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott jinġieb konformi jew jiġi rtirat mis-suq u jiġi msejjaħ lura mingħand utenti aħħarin, jekk ikun il-każ. Huma għandhom jinfurmaw minnufih dwar dan lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u tal-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun speċifikat lill-manifattur li hemm bżonn li jittieħdu miżuri immedjati biex il-prodotti jinġiebu konformi jew biex ikunu rtirati mis-suq.

Emenda 36

Artikolu 7, paragrafu 7 a (ġdid)

7a. Dawk li jimmanifatturaw għandhom jiggarantixxu li l-informazzjoni kollha li jipprovdu dwar il-prodotti tagħhom tkun eżatta, kompluta u konformi mar-regoli applikabbli tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Tiċċara r-responsabilità tal-manifatturiera għall-kwalità tal-prodotti li huma jqiegħdu fis-suq u għall-eżattezza ta' l-informazzjoni marbuta magħhom (f'rabta ma' l-emendi 24 u 30).

Emenda 37

Artikolu 8, paragrafu 2, punt (a)

(a) iżomm id-dikjarazzjoni tal-KE ta’ konformità u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni ta' awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza għal perjodu ta' [għad irid jiġi speċifikat];

(a) iżomm id-dikjarazzjoni tal-KE ta’ konformità u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza għal perjodu massimu ta' 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq;

Emenda 38

Artikolu 9, paragrafu 1

1. Meta jqiegħdu prodott fis-suq importaturi għandhom jaġixxu b'attenzjoni kif imiss skond il-ħtiġijiet applikabbli.

1. L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq Komunitarju prodotti li huma konformi biss.

Emenda 39

Artikolu 9, paragrafu 2, subparagrafu 1

Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq importaturi għandhom jivverifikaw li tkun saret il-proċedura xierqa ta' l-evalwazzjoni tal-konformità mill-manifattur. Huma għandhom jivverifikaw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-prodott ikollu l-marka/i meħtieġa tal-konformità, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun osserva l-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu [7(5) u (6)].

Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura xierqa ta' l-evalwazzjoni tal-konformità mill-manifattur. Huma għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-prodott ikollu l-marka/i meħtieġa tal-konformità, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun osserva r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu [7(5) u (6)].

Ġustifikazzjoni

Il-livell ta' responsabilità li l-importaturi jridu jerfgħu m'huwiex biżżejjed u hemm bżonn li jiżdied.

Emenda 40

Artikolu 9, paragrafu 2, subparagrafu 2

Fejn importatur isib li l-prodott ma jkunx konformi ma’ … [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi], huwa jista' jqiegħed il-prodott fis-suq biss wara li dan ikun sar konformi mal-ħtiġijiet applikabbli stabbiliti fi ….. [referenza għall-parti rilevanti tal-leġiżlazzjoni]

Fejn importatur isib li l-prodott ma jkunx konformi ma’ … [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi], huwa ma jistax iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm ma tkunx twettqet evalwazzjoni xierqa tar-riskju u l-prodott ikun inġieb konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi … [referenza għall-parti rilevanti tal-leġiżlazzjoni].

Emenda 41

Artikolu 9, paragrafu 4 a (ġdid)

4a. L-importaturi għandhom, fil-każijiet kollha fejn ikun xieraq għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet ta’ kampjuni tal-prodotti mqiegħda fis-suq, filwaqt li jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, prodotti mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ prodotti u jżommu lid-distributuri infurmati b’dan it-tip ta’ monitoraġġ.

Emenda 42

Artikolu 9, paragrafu 3

3. Importaturi għandhom jindikaw isimhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-prodott jew, jekk id-daqs jew in-natura tal-prodott ma tagħmilx dan possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.

3. L-mportaturi għandhom jindikaw l-isem kummerċjali rreġistrat tagħhom jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew fuq il-prodott jew fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.

Ġustifikazzjoni

Mezzi oħra ta’ identifikazzjoni, jiġifieri l-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali, għandhom ikunu mezzi validi biex jiġi assigurat il-kuntatt.

Emenda 43

Artikolu 9, paragrafu 4 a (ġdid)

4a. L-importaturi għandhom jiggarantixxu li l-informazzjoni kollha li jipprovdu fir-rigward tal-prodotti li huma jimpurtaw tkun eżatta, kompluta u konformi mar-regoli applikabbli tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Tiċċara r-responsabilità ta' l-importaturi għall-kwalità tal-prodotti li huma jqiegħdu fis-suq u għall-eżattezza ta' l-informazzjoni marbuta magħhom.

Emenda 44

Artikolu 9, paragrafu 5

5. Importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi biex il-prodott isir konformi jew li jirtirawh mis-suq u minn utenti aħħarin, skond il-każ. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u tal-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

5. L-importaturi li jidhrilhom jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott jinġieb konformi jew jiġi rtirat mis-suq u jiġi msejjaħ lura mingħand utenti aħħarin, jekk ikun il-każ. Huma għandhom jinfurmaw minnufih dwar dan lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u tal-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

Ġustifikazzjoni

Tiżgura trattament ugwali bejn il-manifattur u l-importatur. Ara emenda 35.

Emenda 45

Artikolu 9, paragrafu 6

6. Importaturi għandhom, għall-perjodu …[għandu jkun speċifikat], iżommu kopja tad-dikjarazzjoni KE tal-konformità għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jassiguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

6. L-mportaturi għandhom, għal perjodu massimu ta' 10 snin, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jassiguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun tista’ titqiegħed għad-disponibilità ta’ dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha.

Ġustifikazzjoni

F'konformità ma' l-Emenda 31.

Emenda 46

Artiklu 9, paragrafu 7

7. Importaturi għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, meta jitolbuhom, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessaja biex juru l-konformità tal-prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dawk l-awtoritajiet, fuq talba ta’ dawn ta’ l-aħħar, dwar kull azzjoni biex ikun evitat riskju mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

 

7. L-importaturi għandhom, fuq talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, jagħtuhom l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tal-prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dawk l-awtoritajiet, fuq talba ta’ dawn ta’ l-aħħar, dwar kull azzjoni biex ikunu evitati r-riskji li ġejjin mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq. L-importaturi għandhom jitqiesu responsabbli b'mod konġunt, flimkien mal-manifattur barrani, għad-danni kkawżati minn prodotti perikolużi jew minn prodotti mhux konformi li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Ġustifikazzjoni

L-importaturi se jivverifikaw aktar bir-reqqa r-rispett ta' l-obbligi imposti mil-liġi fuq il-manifatturiera jekk ikunu jafu li huma se jitqiesu responsabbli b'mod konġunt magħhom għal danni kkawżati minn prodotti perikolużi jew minn prodotti li jkunu bi ksur tal-preskrizzjonijiet tal-liġi tal-Komunità.

Emenda 47

Artikolu 10, paragrafu 1

1. Meta jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, distributuri għandhom jaġixxu b'attenzjoni kif imiss fir-rigward ta’ ħtiġijiet applikabbli.

1. 1. Meta jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu b'attenzjoni kif imiss fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli, kif stipulat fil-paragrafi 2 sa 5.

Emenda 48

Artikolu 10, paragrafu 4

4. Distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi biex il-prodott isir konformi jew li jirtirawh mis-suq u minn utenti aħħarin, skond il-każ. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u tal-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

4. Distributuri li jidhrilhom jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott jitħalla jinġieb f’konformità jew jiġi rtirat mis-suq u jiġi msejjaħ lura mingħand utenti aħħarin, jekk ikun il-każ. Huma għandhom jinfurmaw minnufih dwar dan lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ l-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u tal-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

Ġustifikazzjoni

Id-distributur m'għandux jiġi awtorizzat li jintervjeni fid-disinn ta' prodott għax dan jista' jwassal biex prodott li huwa konformi jdawruh fi prodott li ma jkunx konformi. (Pereżempju, jistgħu jissostitwixxu għatu tal-plastik li jkollu problemi li joqgħod jinkiser b'wieħed alternattiv magħmul minn tip ieħor ta' plastik li huwa fiżikament aktar b'saħħtu iżda li ma jirreżistix in-nar meta hemm il-bżonn li jkun hekk. Huwa biss meta jkun magħruf għaliex ikun intgħażel komponent jew parti partikulari li jkun possibbli biex tintgħażel alternattiva aħjar, u dak jirrikjedi għarfien tad-disinn iddettaljat, li l-operaturi ta’ wara l-bejgħ jew l-operaturi 'l isfel fil-katina kummerċjali aktarx li m'għandhomx.)

Emenda 49

Artikolu 11, paragrafu 2

Importatur jew distributur, li jimmodifika prodott b'mod li dan jista' jippreġudika l-konformità mal-ħtiġijiet applikabbli, għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur taħt l-Artikolu [7] fir-rigward ta’ dawk il-modifiki.

Importatur jew distributur, li jimmodifika prodott b’mod tekniku b'tali mod li jista' jippreġudika l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli, għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur skond l-Artikolu [7] fir-rigward tal-konformità teknika.

Ġustifikazzjoni

Jekk prodott ikun mibdul teknikament mill-importatur jew mid-distributur, dawn għandhom ikunu kompletament responsabbli għall-aspetti kollha, mhux biss għall-bidliet li saru, minħabba li bidla teknika tista' tinfluwenza l-konformità ta' aspetti oħra tal-prodott.

Emenda 50

Artikolu 12

Operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw dawn li ġejjin:

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu, meta jiġu mitluba, jidentifikaw dawn li ġejjin lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal perjodu massimu ta' 10 snin:

(a) kull operatur ekonomiku li jkun għamillhom provvista ta’ prodott;

(a) kull operatur ekonomiku li jkun fornihom bi prodott;

(b) kull operatur ekonomiku li lilu jkunu għamlu provvista ta’ prodott.

(b) kull operatur ekonomiku li lilu jkunu fornew bi prodott.

Għal dan il-għan huma għandu jkollhom f'posthom sistemi u proċeduri xierqa li jħallu li din l-informazzjoni tkun tista' tinkiseb mill-awtoritajiet kompetenti għas-sorveljanza tas-suq meta jitolbuha, għal perjodu ta’ …. [għandu jkun speċifikat].

 

Ġustifikazzjoni

L-operaturi ekonomiċi huma meħtieġa li jkunu jistgħu jidentifikaw kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom bil-prodott jew li jkunu fornew bi prodott huma. Madankollu, għandu jitħalla għad-diskrezzjoni ta' l-operatur ekonomiku kif għandu jissodisfa dan l-obbligu.

Emenda 51

Artikolu 14, paragrafu 1

1. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li standard armonizzat ma jissodisfax għal kollox il-ħtiġijiet li jkopri u li huma stabbiliti fi …..[referenza għall-parti rilevanti tal-liġi], il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE – minn hawn 'il quddiem "il-Kumitat" – u jippreżentaw il-każ tagħhom. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

1. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li standard armonizzat ma jissodisfax għal kollox ir-rekwiżiti li jkopri u li huma stabbiliti fi ... [referenza għall-parti rilevanti tal-leġiżlazzjoni], il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandhom jikkuntattjaw lill-organizzazzjoniet ta' standardizzazzjoni Ewropej rilevanti (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“ESO”) għal opinjoni. L-ESO relevanti għandha tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li l-opinjoni ta' l-ESO ma tissodisfax it-talba għal kollox, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE – minn hawn 'il quddiem "il-Kumitat" – u jippreżentaw l-argumenti tagħhom. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

Ġustifikazzjoni

Skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-Approċċ il-Ġdid, l-istandards armonizzati jintużaw bħala għodda volontarja biex jappoġġjaw il-leġiżlazzjoni ta' l-UE. Dawn jiġu mfassla mill-organizzazzjoniet ta' standardizzazzjoni Ewropej (ESO), CEN, CENELEC u ETSI, normalment taħt l-iskrutinju ta' rappreżentanti ta' l-Istati Membri u ta' konsulent tal-Kummissjoni Ewropea. Dawn jirriflettu l-istat l-aktar avvanzat kurrenti. Peress li l-istandards armonizzati ilhom jintużaw b'suċċess bħala għodda ko-regolatorja għal aktar minn 20 sena, tidher li hija ħaġa kemm loġika kif ukoll konsistenti ma' prinċipji ta' regolazzjoni aħjar li l-ewwel tintalab opinjoni mill-ESO, qabel ma jkunu sfidati l-istandards tagħhom.

Emenda 52

Artikolu 15, paragrafu 2

2. Id-dikjarazzjoni tal-KE ta’ konformità għandha jkollha mill-inqas l-elementi speċifikati fi … [il-moduli rilevanti stipulati fl-Anness I] u f'din ... [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi] u għandha tkun dejjem aġġornata. Id-dikjarazzjoni tal-KE ta’ konformità għandħa jkollha bħala mudell l-istruttura stabbilita fi ... [Anness II].

2. Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għandha jkollha mill-inqas l-elementi speċifikati fl-Anness II u fil-moduli relevanti ta’ l-Anness I u għandha tinżamm aġġornata. Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għandha jkollha bħala mudell l-istruttura stabbilita fl-Anness II.

Ġustifikazzjoni

It-terminu 'tkun dejjem aġġornata' jista' jkun interpretat ħażin. Barra minn hekk, għandha tiddaħħal referenza dwar il-lingwa li se tintuża fid-dikjarazzjoni.

Emenda 53

Artikolu 16, paragrafu 2

2. Il-marka CE għandha tkun l-unika marka li tafferma l-konformità tal-prodott mal-ħtiġijiet applikabbli. Stati Membri għandhom iżommu milli jdaħħlu fir-regolamenti nazzjonali tagħhom jew għandhom jirtiraw kull referenza għal marka ta’ konformità li ma tkunx il-marka CE fir-rigward tal-konformità mad-dispożizzjonijiet li hemm fil-liġijiet fuq il-marka CE.

2. Il-marka CE għandha tkun l-unika marka li tagħti prova tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti applikabbli tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti li tagħmel dispożizzjoni għat-twaħħil tagħha. L-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jdaħħlu fir-regolamenti nazzjonali tagħhom kull referenza għal marka ta’ konformità li ma tkunx il-marka CE fir-rigward tal-konformità mad-dispożizzjonijiet li hemm fil-leġiżlazzjoni fuq il-marka CE.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika tispjega l-marka CE bi qbil mad-definizzjoni fl-Artikolu 6.

Emenda 54

Artikolu 16, paragrafu 3

3. It-twaħħil fuq prodott ta’ marki, sinjali u iskrizzjonijiet li aktarx iqarrqu lil partijiet terzi fir-rigward tat-tifsira jew l-għamla tal-marka CE, jew it-tnejn, huwa pprojbit. Kull marka oħra tista’ titwaħħal mal-prodott bil-kundizzjoni li l-viżibilità, il-leġġibilità u t-tifsira tal-marka CE ma ssirilhomx ħsara minħabba f’hekk.

3. It-twaħħil fuq prodott ta’ marki, sinjali u iskrizzjonijiet li aktarx iqarrqu bis-suq fir-rigward tat-tifsira jew l-għamla tal-marka CE, jew tat-tnejn li huma, huwa pprojbit. Kull marka oħra tista’ titwaħħal mal-prodott bil-kundizzjoni li l-viżibilità, il-leġġibilità u t-tifsira tal-marka CE ma ssirilhomx ħsara minħabba f’hekk.

Ġustifikazzjoni

It-terminu 'partijiet terzi' mhux preċiż, it-terminu 'is-suq' (li jinkludi l-konsumaturi, l-awtoritajiet tas-sorveljanza u l-kumpaniji) jidher aktar f'loku.

Emenda 55

Artikolu 16, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir implimentazzjoni korretta tar-reġim li jirregola l-marka CE u jieħdu azzjoni legali fil-każ ta' l-użu ħażin tagħha. L-Istati Membri għandhom wkoll jipprovdu għal pieni, li jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal infrazzjonijiet serji. Dawn il-penali għandhom ikunu proporzjonali mas-serjetà tar-reat u għandhom jikkostitwixxu deterrent effettiv kontra l-użu ħażin.

Ġustifikazzjoni

Emenda 56

Artikolu 17, paragrafu 7

7. Stati Membri għandhom jaraw li jkun hemm l-implimentazzjoni korretta tar-reġim li jirregola il-marka CE, u jekk jidhrilhom li jkun sewwa, jieħdu azzjoni legali f’każ ta’ użu li ma jkunx jixraq. L-Istati Membri għandhom ukoll jistipulaw pieni, li jistgħu jinkludu pieni kriminali għal ksur serju, li jridu jkunu proporzjonali għall-gravità ta' l-offiża u jikkostitwixxu deterrent kontra l-użu ħażin.

7. L-Istati Membri għandhom jibnu fuq mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw li ssir applikazzjoni korretta tar-reġim dwar il-marka CE, u jieħdu azzjoni legali fil-każ ta' użu ħażin. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pieni għall-infrazzjonijiet, li jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal infrazzjonijiet serji. Dawn il-pieni jridu jkunu proporzjonali għall-gravità ta’ l-offiża u għandhom jikkostitwixxu deterrent effettiv kontra l-użu ħażin.

Emenda 57

Artikolu 19, paragrafu 2

2. Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom isiru mill-korpi ta’ l-akkreditazzjoni nazzjonali tagħhom, skond it-tifsira ta’ u kif hemm imsemmi fir-Regolament (KE) Nru […].

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn korp ta’ l-akkreditazzjoni skond it-tifsira ta’ u kif hemm imsemmi fir-Regolament (KE) Nru […].

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li korpi Nnotifikati madwar iz-Zona Ekonomika Ewropea kollha kemm hi jkunu kapaċi jevalwaw il-konformità b'mod kompetenti, imparzjali u konsistenti u li jkun żgurat li jkun hemm referenza komuni u livell għoli ta' fiduċja fis-sistema li fuqha tkun ibbażata n-notifika. Peress li l-akkreditazzjoni għandha tkun irregolata mir-Regolament propost COM (2007)0037 huwa xieraq li tkun introdotta l-akkreditazzjoni tal-korpi Nnotifikati bħala obbligu kif iddefinit fl-Artikolu 3.1 tar-regolament propost.

Emenda 58

Artikolu 22, paragrafu 3

3. Il-korp ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodott li jevalwa.

3. Il-korp ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità għandu jkun indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodott li jevalwa.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tat-test.

Emenda 59

Artikolu 22, paragrafu 4, subparagrafi 1 u 2

4. Il-korp ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell ta’ maniġment tiegħu u l-istaff responsabbli biex jagħmlu xogħlijiet ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità m’għandhomx ikunu d-disinjaturi, manifatturi, fornituri, installaturi, xerrejja, sidien, utenti jew jagħmlu manutenzjoni ta’ prodott li huma jevalwaw, lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet.

4. Il-korp ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell ta’ maniġment tiegħu u l-istaff responsabbli biex jagħmlu xogħlijiet ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità m’għandhomx ikunu d-disinjaturi, manifatturi, fornituri, installaturi jew dawk li jagħmlu manutenzjoni tal-prodotti li huma jevalwaw, l-anqas m’għandhom ikunu r-rappreżentant awtorizzat ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet.

Lanqas m’għandu jkollhom x’jaqsmu direttament fid-disinn, manifattura jew kostruzzjoni, tqegħid fis-suq, installazzjoni, użu jew manutenzjoni ta’ dawk il-prodotti, lanqas jirrappreżentaw lill-partijiet li jkunu qed jagħmlu dawk l-attivitajiet.

L-anqas m’għandu jkollhom x’jaqsmu direttament fid-disinn, manifattura jew kostruzzjoni, tqegħid fis-suq, installazzjoni, użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-prodotti, l-anqas m’għandhom ikunu jirrappreżentaw lill-partijiet li jkunu qed jagħmlu dawk l-attivitajiet.

Ġustifikazzjoni

Ma tkunx ħaġa loġika - u tkun ħaġa impossibbli li tiġi implimentata - li l-istaff jiġi pprojbit milli jixtri, ikun sid jew jagħmel użu ta' numru kbir ta' prodotti għall-konsumatur.

Emenda 60

Artikolu 22, paragrafu 4, subparagrafu 4 a (ġdid)

Il-korp ta’ evalwazzjoni tal-konformità għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu billi jqis id-daqs, is-settur, l-istruttura ta’ l- impriżi involuti, il-komplessità relattiva tat-teknoloġija użata mill-prodotti u l-karattru ta’ serje tal-produzzjoni.

Emenda 61

Artikolu 22, paragrafu 7, punt (d a) (ġdid)

(da) l-obbligu li jwettqu l-attivitajiet tagħhom filwaqt li jqisu d-daqs, is-settur, l-istruttura ta’ l-impriżi involuti, il-komplessità relattiva tat-teknoloġija użata mill-prodotti u l-karattru ta’ serje tal- produzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun evitat piż bla bżonn għall-SMEs, il-persunal responsabbli għat-twettiq ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità għandu jqis id-daqs, is-settur, l-istruttura tal-kumpaniji, il-kumplessità relattiva tat-teknoloġija użata mill-prodotti u l-karattru ta’ serje tal-produzzjoni.

Emenda 62

Artikolu 25, paragrafu 1

1. Għall-finijiet tal-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-[Anness 1 – moduli A1, A2, C1 jew C2], jista’ jsir użu minn korp intern li jifforma parti separata u identifikabbli ta’ impriża li jkollha x’taqsam fid-disinn, manifattura, provvista, installazzjoni, użu jew manutenzjoni tal-prodotti li huwa jevalwa u li jkun ġie stabbilit biex jagħti servizzi ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità lill-impriża li tagħha jkun jagħmel parti.

 

1. Għall-finijiet tal-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-[Anness 1 – moduli A1, A2, C1 jew C2], jista’ jsir użu ta' korp intern akkreditat li jkun ġie stabbilit bil-għan li jipprovdi servizzi ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità lill-impriża li minnha jkun jagħmel parti u li

 

(a) jikkostitwixxi parti separata u distinta ta’ impriża, liema impriża tipparteċipa fid-disinn, il-produzzjoni, il-forniment, l-istallazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni tal-prodotti li jkun jridu jiġu evalwati minn dan il-korp,

 

(b) jappartjeni għall-organizzazzjoni kummerċjali u/jew federazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw l-impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-proviżjon, l-armar, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ prodotti li huwa jevalwa, bil-kundizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kull kunflitt ta’ interessi jkunu ggarantiti.

 

Emenda 63

Artikolu 26, paragrafu 2

2. It-talba għandha tkun akkumpanjata b'deskrizzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-evalwazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli ta' l-evalwazzjoni tal-konformità u tal-prodott jew prodotti li għalihom il-korp jistqarr lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll b'ċertifikat ta' akkreditazzjoni, jekk ikun hemm, mogħti minn korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni skond it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru […] li għadda b'suċċess mill-evalwazzjoni inter pares, li jafferma li l-korp ta' l-evalwazzjoni tal-konformità jissodisfa l-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu ...[22].

2. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-evalwazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew moduli ta' l-evalwazzjoni tal-konformità u tal-prodott jew prodotti li għalihom il-korp jiddikjara lilu nnifsu kompetenti, kif ukoll minn ċertifikat ta' akkreditazzjoni mogħti minn korp nazzjonali ta' l-akkreditazzjoni skond it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru […], li jagħti prova li l-korp ta' l-evalwazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu ...[22].

Ġustifikazzjoni

In-notifiki għandhom ikunu dejjem ibbażati fuq l-akkreditazzjoni. Jekk le, l-iskop tad-dispożizzjonijiet dwar l-akkreditazzjoni inklużi fil-proposta għal regolament jerġgħu jiġu kkanċellati permezz tad-deċiżjoni, peress li r-regoli ta’ akkreditazzjoni fil-Komunità kollha kemm hi għandhom jiżguraw li l-akkreditazzjoni minn korpi ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità tkun taqbel mal-kriterji komuni tal-kwalità fl-UE kollha. Jekk, madankollu, l-akkreditazzjoni ma tkunx rekwiżit obbligatorju għall-evalwazzjonijiet tal-konformità, dawn ir-regoli ma jibqgħux operattivi.

Emenda 64

Artikolu 27, paragrafu 4

4. Fejn notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta' akkreditazzjoni msemmi fl-Artikolu ... [26(2)], l-awtorità ta' notifika għandha tagħti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri x-xhieda dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika tal-kompetenza tal-korp ta' l-evalwazzjoni tal-konformità.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Tkompli mill-emendi għall-Artikolu 26, paragrafu 2.

Emenda 65

Artikolu 27, paragrafu 5

5. Il-korp konċernat jista' jagħmel l-attivitajiet ta' korp tan-notifiki biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri l-oħra fi żmien xahrejn minn dik in-notifika.

Dak il-korp biss għandu jitqies bħala korp notifikat għal-fini ta’ dan …[att].

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura ssuġġerita tidher li hi wisq ingombranti, minħabba li kull darba wieħed irid jistenna risposti minn 29 imsieħeb - li m'humiex f'pożizzjoni li jevalwaw il-korp ikkonċernat b'mod imparzjali.

Emenda 66

Artikolu 29, paragrafu 1

1. Fejn awtorità tan-notifiki taċċerta ruħha jew tkun mgħarrfa li korp notifikat ma jkunx għadu konformi mal-ħtiġijiet imsemmijin fl-Artikolu ...[22], jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifiki għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika skond il-każ. Hija għandha tgħarraf minnufih b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

1. 1. Fejn awtorità tan-notifiki taċċerta ruħha jew tkun ġiet mgħarrfa li korp innotifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu ...[22], jew li jkun qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifiki għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika skond il-każ, skond kemm ikun serju n-nuqqas li jkunu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti jew li jiġu rrispettati dawk l-obbligi. Hija għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun iddefinit aħjar it-terminu 'skond il-każ'.

Emenda 67

Artikolu 31, paragrafu 2

2. L-evalwazzjonijiet tal-konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat biex ikunu evitati diffikultajiet bla bżonn lil operaturi ekonomiċi, b’mod partikulari meta jitqies id-daqs ta’ kumpaniji u l-komplessità relattiva tat-teknoloġija użata mill-prodotti.

2. L-evalwazzjonijiet tal-konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat, filwaqt li jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi u għall-konsumaturi, b’mod partikulari meta jitqies id-daqs, is-settur, l-istruttura ta’ l-impriżi involuti, il-komplessità relattiva tat-teknoloġija użata mill-prodotti u l-karattru ta’ serje tal-produzzjoni.

Emenda 68

Artikolu 35, paragrafu 1, subparagrafu 2

Fejn, tul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jkunx konformi mal-ħtiġijiet stabbiliti b’dan[att], huma għandhom jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi kollha xierqa biex il-prodott isir konformi ma’ dawk il-ħtiġijiet jew li jirtira l-prodott mis-suq jew jieħdu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skond kif jistabbilixxu.

Fejn, tul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti b’din id-Deċiżjoni, huma għandhom jesiġu, mingħajr dewmien, li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha biex il-prodott jinġieb konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti jew li jirtira l-prodott mis-suq jew jitolbu lura sa ċertu żmien raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skond kif jistgħu jippreskrivu.

Ġustifikazzjoni

Li prodotti jissejħu lura jew jiġu rtirati tard jew bl-istess mod jekk ikun hemm dewmien biex prodott jinġieb konformi mal-liġi Komunitarja jista' jkollu impatt serju fuq l-utenti aħħarin. Huwa rrakkomandat, għalhekk, li l-importaturi li jiskopru li l-prodotti tagħhom ikunu qed jiksru l-leġiżlazzjoni jsejħu lura dawn il-prodotti fl-inqas perjodu ta' żmien possibbli.

Emenda 69

Artikolu 35, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru ieħor, huma għandhom l-ewwel jikkuntatjaw l-operatur ekonomiku kkonċernat fl-indirizz li hemm iddikjarat fuq il-prodott partikulari, fuq l-ippakkjar tiegħu jew fid-dokument li jakkumpanja l-prodott. L-operatur ekonomiku għandu jkun permess perjodu ta' żmien raġonevoli li fih jirrispondi, li għandu jkun ta' tmienja u għoxrin jum f'każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda riskju immedjat għas-saħħa u għas-sikurezza tal-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

L-operaturi ekonomiċi għandhom jingħataw l-opportunità li jirreaġixxu rigward il-pożizzjoni ta' l-awtoritajiet relevanti, partikularment meta Stati Membri oħra jkunu nvoluti wkoll b'hekk, il-proċedura jista' jkollha impatt sinjifikanti fuq in-negozju tagħhom. Il-perjodu propost ta' 28 jum jipprovdi bilanċ raġjonevoli bejn il-bżonnijiet tal-korpi ta' l-infurzar u l-operaturi ekonomiċi. L-istess skadenza diġà qed tiġi applikata peżempju fl-implimentazzjoni tad-Direttiva mir-Renju Unit dwar ir-restrizzjoni fuq l-użu ta' sustanzi perikolużi f'tagħmir elettriku u elettroniku u l-esperjeza wriet li hija xierqa.

Emenda 70

Artikolu 35, paragrafu 3

3. L-operatur ekonomiku għandu jassigura li jittieħdu azzjonijiet korrettivi fir-rigward tal-prodotti kollha li huwa jkun qiegħed biex jinkisbu mis-suq fil-Komunità kollha.

3. L-operatur ekonomiku għandu jassigura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi possibbli kollha fir-rigward tal-prodotti kollha kkonċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq madwar il-Komunità kollha.

Ġustifikazzjoni

Fil-prattika dan l-obbligu assolut ma jistax jiġi ssodisfat. Jista' jkun hemm ħafna importaturi ta' l-istess prodott li jqiegħdu l-istess prodott fis-suq (eż. f'pajjiżi differenti). Ladarba prodott ikun fis-suq fi kwalunkwe pajjiż partikulari jista' jkun hemm varjetà wiesgħa ta' distributuri, kemm kbar kif ukoll żgħar ħafna. L-esperjenza wriet li anke meta sejħiet għall-ġbir lura ta' prodotti jiġu nnotifikati fl-istampa nazzjonali, fil-punti tal-bejgħ għand il-bejjiegħa bl-imnut, eċċ., in-numru ta' oġġetti li jidħlu lura huwa anqas minn 70%.

Emenda 71

Artikolu 35, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. L-importaturi u d-distributuri m'għandhomx, mingħajr ma l-ewwel jikkonsultaw lill-produttur, jimmodifikaw prodott b'tali mod li l-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tkun tista’ tiġi milquta.

Ġustifikazzjoni

Ġeneralment l-importaturi u d-distributuri ma jkollhomx il-kompetenza teknika sabiex jagħmlu tibdiliet fl-intern ta' prodott u li kieku kellhom jagħmlu hekk kienu jkunu jistgħu serjament jiddegradaw is-sikurezza jew xi parametru ieħor tal-prodott. Barra minn hekk, aktarx li jkun hemm diversi distributuri għal prodott speċifiku u l-organizzazzjoni responsabbli li tkun qiegħdet il-prodott fis-suq ma tkunx trid varjetà ta' tibdiliet ad hoc magħmula minn dawk id-diversi distributuri.

Emenda 72

Artikolu 35, paragrafu 4, subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Fejn l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu jixtiequ jirtiraw prodott immanifatturat fi Stat Membru ieħor, huma għandhom jinfurmaw lill-operatur ekonomiku kkonċernat minnu fl-indirizz li hemm iddikjarat fuq il-prodott partikulari, fuq l-ippakkjar tiegħu jew fid-dokument li jakkumpanja l-prodotti.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-operatur ekonomiku jkun infurmat jekk Stat Membru ieħor jiddeċiedi li jirtira wieħed mill-prodotti tiegħu. Madankollu, l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri ma jistgħux ikunu mistennija li jikkuntattjaw lill-operatur ekonomiku qabel ma jibagħtu informazzjoni lill-awtoritajiet fi Stat Membru ieħor peress li dan ikun inaqqas il-ħeffa tal-proċedura b'mod konsiderevoli.

Emenda 73

Artikolu 35, paragrafu 5, parti introduttorja

5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandu jkollha d-dettalji disponibbli kollha, l-aktar dwar it-tagħrif neċessarju għall-identifikazzjoni tal-prodott mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tar-riskju li jkun hemm, in-natura u d-durata ta’ miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu. B’mod partikulari, l-awtoritajiet tas-sorvelja tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas tal-konformità jkunx dovut għal waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tipprovdi d-dettalji disponibbli kollha, b’mod partikulari dwar id-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott li mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura ta’ l-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju li jkun hemm, in-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu, kif ukoll il-fehmiet ta’ l-operatur ekonomiku kkonċernat. B’mod partikulari, l-awtoritajiet tas-sorvelja tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas tal-konformità jkunx dovut għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura ma tqisx il-każ fejn il-manifattur u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ma jaqblux dwar in-nuqqas ta' konformità jew dwar in-natura tagħha. Il-miżuri li jittieħdu mill-awtoritajiet skond l-Artikolu 35(4) huma proviżorji, fl-istennija tar-riżultati finali ta' l-evalwazzjoni. F'każijiet bħal dawn, huwa essenzjali li tinġibed l-attenzjoni ta' l-Istati Membri l-oħra u tal-Kummissjoni lejn l-opinijonijiet tal-manifattur, minħabba li n-nuqqas ta' oġġezzjoni min-naħa tagħhom se tinvolvi l-kwalifikazzjoni ta' miżura restrittiva bħala waħda ġġustifikata skond l-Artikolu 35(7).

Emenda 74

Artikolu 35, paragrafu 5 a (ġdid)

5a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-prodott ikkonċernat jiġi rtirat mis-suq tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjoni simili għal dik li hi mfissra ħafif ħafif fl-Artikolu 36(2) li tirrikjedi li jsir irtirar mill-Istati Membri kollha ta' prodotti li jkunu jippreżentaw riskju mhux aċċettabbli għandha tiddaħħal sabiex tiżgura l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd u livell wieħed ta' ħarsien tal-konsumatur fl-Istati Membri kollha.

Emenda 75

Artikolu 36, paragrafu 3

3. Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas tal-konformità tal-prodott ikun attribwit għal difetti fl-istandards armonizzati, kif imsemmi fl-Artikolu [35 (5) (b)], il-Kummissjoni jew l-Istat Membru għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat Permanenti stabbilit bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE.

3. Fejn il-miżura nazzjonali titqies li hi ġustifikata u n-nuqqas tal-konformità tal-prodott ikun attribwit għal difetti fl-istandards armonizzati kif imsemmi fl-Artikolu [35 (5) (b)], għandha titwettaq konsultazzjoni ma' l-organizzazzjoni Ewropea ta' standardizzazzjoni (ESO) relevanti, kif stipulat fl-Artikolu 14(1), qabel ma l-Kummissjoni jew l-Istat Membru jressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat Permanenti stabbilit skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 14 għandu jkun ikkumplementat b'obbligu għall-Istati Membri li l-ewwel jikkonsultaw lill-ESO(1), meta jissuspettaw li xi standard ikollu xi nuqqas li jippermetti li wieħed jaħrab mil-liġi. Dan ikun konformi ma’ proċeduri kurrenti fl-UE u jkun jippermetti l-involviment bikri ta' l-ESOs u ta' l-esperti tekniċi tagħhom. Din il-ħaġa diġà hija pprattikata b'mod informali fil-kuntest tad-Direttiva dwar il-Vultaġġ Baxx.

Emenda 76

Anness I, Modulu A, punt 4.2, paragrafu 2

Ma’ kull prodott li jkun disponibbli fuq is-suq għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità. Mandankollu, f’dawk il-każijiet fejn jiġu kkonsenjati numru kbir ta’ prodotti lil utent wieħed, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat bħala li huwa applikabbli għal grupp jew konsenja, aktar milli għal prodotti individwali.

imħassar

(L-istess emenda tapplika għall-Modulu A1, punt 5.2; Modulu A2, punt 5.2; Modulu C, punt 3.2; Modulu C1, punt 4.2; Modulu C2, punt 4.2; Modulu D, punt 5.2; Modulu D1, punt 7.2; Modulu E, punt 5.2; Modulu E1, punt 7.2; Modulu F, punt 6.2; Modulu F1, punt 7.2; Modulu G, punt 5.2; Modulu H, punt 5.2; Modulu H1, punt 6.2.)

Ġustifikazzjoni

Li jkun hemm l-obbligu li d-dikjarazzjoni ta’ konformità tkun ipprovduta ma' kull prodott bħala regola ġenerali mhux ħaġa proporzjonali u jkun ta' piż kbir fuq il-manifatturiera, filwaqt li jżid spejjeż konsiderevoli. Id-dikjarazzjoni hija intenzjonata għall-awtoritajiet tas-sorveljanza nazzjonali, mhux għall-utent aħħari!

Emenda 77

Anness I, Modulu A, punt 5 a (ġdid)

 

5a. L-Importatur

 

L-importaturi għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jassiguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

Emenda orizzontali li għandha tkun applikata fil-moduli kollha mniżżla hawn taħt:

- Anness I, Modulu A, paragrafu 5 a (ġdid)

- Anness I, Modulu A1, paragrafu 6 a (ġdid)

- Anness I, Modulu A2, paragrafu 6 a (ġdid)

- Anness I, Modulu C, paragrafu 4 a (ġdid)

- Anness I, Modulu C1, paragrafu 5 a (ġdid)

- Anness I, Modulu C2, paragrafu 5 a (ġdid)

- Anness I, Modulu D, paragrafu 8 a (ġdid)

- Anness I, Modulu D1, paragrafu 10 a (ġdid)

- Anness I, Modulu E, paragrafu 8 a (ġdid)

- Anness I, Modulu E1, paragrafu 10 a (ġdid)

- Anness I, Modulu F, paragrafu 8 a (ġdid)

- Anness I, Modulu F1, paragrafu 9 a (ġdid)

- Anness I, Modulu G, paragrafu 6 a (ġdid)

- Anness I, Modulu H, paragrafu 8 a (ġdid)

- Anness I, Modulu H1, paragrafu 8 a (ġdid)

Ġustifikazzjoni

Kull operatur ekonomiku li jqiegħed prodotti fis-suq Komunitarju għandu jkun responsabbli għall-konformità ta' dawk il-prodotti. Il-manifattur biss jista' jħejji u jżomm għaddejja d-dokumentazzjoni teknika, peress li hu għandu l-informazzjoni fuq id-disinn tal-prodott.. Madankollu, jekk il-manifattur jinsab barra l-UE mingħajr rappreżentanti fl-UE, ma hemm l-ebda mod li bih l-awtoritajiet jista' jkollhom aċċess għad-dokumentazzjoni relevanti, fattur idgħajjef l-infurzar. Għaldaqstant, f'konformità ma' l-Artikolu 7, l-importatur għandu jkun responsabbli li jiżgura li din id-dokumentazzjoni tkun għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet ta' l-infurzar.

Emenda 78

Anness 1, Modulu A2, punt 4, paragrafu 2

Il-proċedura ta’ aċċettazzjoni tat-teħid ta’ kampjuni li għandha tiġi applikata, hija maħsuba biex ikun iddeterminat jekk il-proċess ta’ manifattura tal-prodott ikkonċernat jaħdimx f’limiti aċċettabbli. It-testijiet xierqa, l-iskemi adegwati tat-teħid ta’ kampjuni u l-azzjoni korrispondenti li għandha tittieħed mill-korp u/jew mill-manifattur għandhom jiġu ddefiniti mill-istrument leġiżlattiv speċifiku.

Il-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni għall-aċċettazzjoni li għandha tiġi applikata hija maħsuba biex ikun iddeterminat jekk il-proċess ta’ manifattura tal-prodott ikkonċernat jiżgurax il-konformità tal-prodotti. It-testijiet xierqa, l-iskemi adegwati tat-teħid ta’ kampjuni u l-azzjoni korrispondenti li għandha tittieħed mill-korp u/jew mill-manifattur għandhom jiġu ddefiniti mill-istrument leġiżlattiv speċifiku.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tat-test.

Emenda 79

Anness I, Modulu B, punt 8, paragrafu 2

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE u/jew kwalunkwe żjieda għalihom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita u, fuq talba motivata, dwar ċ-ċertifikati u/jew żjidiet għalihom li jkun ħareġ.

Kull korp notifikat għandu jagħmel disponibbli għall-korpi notifikati l-oħra ċ-ċertifikati ta’ l-eżami tat-tip KE u/jew kwalunkwe żjieda magħhom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita, u, fuq talba motivata, iċ-ċertifikati u/jew żjidiet magħhom li hu jkun ħareġ.

Ġustifikazzjoni

Il-korpi nnotifikati m'għandhom l-ebda rabta legali rigward pereżempju responsabilitajiet, responsabbilità legali jew kunfidenzjalità ma’ Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni. Għalhekk informazzjoni lil dawn l-istituzzjonijiet hija possibbli biss taħt ir-responsabilità ta' l-awtorità nazzjonali tal-ħatra.

Emenda 80

Anness I, Modulu D, punt 7

7. Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema ta’ kwalità maħruġa jew irtirati, u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet notifikanti tiegħu, il-lista ta’ l-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkunu ġew irrifjutati, sospiżi jew b’xi mod ieħor limitati.

7. Kull korp notifikat għandu jinforma lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità maħruġa, sospiżi, irtirati jew b’xi mod ieħor ristretti u, perjodikament jew jekk jintalab jagħmel dan, għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet notifikanti tiegħu il-lista ta’ l-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità.

Kull korp notifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira, u, jekk jintalab jagħmel dan, bl-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun ħareġ.

Kull korp notifikat għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korpi notifikati l-oħra l-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun irrifjuta, issospenda, irtira jew b’xi mod ieħor illimita, u, jekk jintalab jagħmel dan, l-approvazzjonijiet tas-sistemi ta’ kwalità li jkun ħareġ.

Ġustifikazzjoni

L-iżvelar ta' informazzjoni għandu jkun bażikament limitat għal informazzjoni dwar każijiet ta’ nuqqas ta' konformità fir-rigward tar-rekwiżiti tad-direttivi. L-obbligu li wieħed jinforma lill-kompetituri (jew korpi nnotifikati oħra) dwar ċertifikati maħruġa jew li jipprovdilhom kopji taċ-ċertifikati m'għandu x'jaqsam xejn ma' dawn ir-rekwiżiti u għalhekk m’huwiex meħtieġ.

(1)

Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzazzjoni (CENELEC, CEN u ETSI)


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (14.9.2007)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq

(COM(2007)0053 – – C6-0067/2007 – 007/0030(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Helmuth Markov

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti tal-Kummissjoni mmirati għall-ħolqien ta' sorveljanza aktar stretta u aktar komprensiva tal-Komunità fuq it-tqegħid ta’ prodotti fis-suq. Il-kwistjoni kważi tinvolvi b'mod komplet il-kwistjonijiet dwar is-suq intern li l-Kumitat INTA m'huwiex responsabbli għalihom. Madankollu, ir-rapporteur għal opinjoni jinnota li d-deċiżjoni proposta jista' jkollha impatt sinifikanti fuq ix-xejriet tal-kummerċ barrani li għandu jiġi analizzat b'reqqa kbira b'mod separat.

Id-deċiżjoni proposta timponi l-istess obbligi li huma attribwiti lill-manifattur fuq importaturi li jqiegħdu prodott fis-suq taħt isimhom jew taħt it-trejdmark tagħhom jew li jimmodifikaw prodott b'mod li l-konformità taf tiġi affettwata. Inkella, jekk importatur ma jagħtix isem ġdid lil prodott jew ma jimmodifikahx, huwa jkun suġġett għal obbligi inqas stretti. Fil-qasir, hu mhux talli jkun mitlub jivverifika jekk il-proċedura ta' evalwazzjoni tal-konformità ġietx imwettqa jew le mill-manifattur. Madankollu, il-verifika formali ma tiggarantix li l-proċedura ta' evalwazzjoni stess, imwettqa barra mill-Komunità, twettqet b'mod konsistenti mal-liġijiet u l-proċeduri stretti u attwali tal-Komunità u ta' l-Istati Membri.

Trattament preferenzjali bħal dan jista' jkollu implikazzjonijiet serji fuq it-tħaddim tajjeb tas-sistema ta' akkreditar u sorveljanza tas-suq fil-Komunità u kif ukoll fuq il-qafas komuni propost għat-tqegħid ta' prodotti fis-suq.

Għalkemm ma jkunx ġust li wieħed jargumenta li l-evalwazzjonijiet ta' konformità mwettqa barra mill-Komunità huma b'definizzjoni inqas affidabbli minn dawk imwettqa fit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea, hemm riskju serju li l-prodotti li jew ikunu perikolużi jew li jkunu fi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità jiġu ttrasportati lejn il-Komunità. It-traċċabilità ta' prodotti manifatturati barra l-Unjoni Ewropea ta' sikwiet hija diffiċli jekk mhux impossibbli.

Minkejja l-isforżi sostanzjali tagħhom, is-servizzi tad-dwana Ewropej mhux dejjem ikunu f'pożizzjoni li jindividwaw il-prodotti kollha li jkunu perikolużi jew li jkunu fi ksur tal-liġi tal-Komunità u lanqas ma jkunu f'pożizzjoni li jevitaw it-tqegħid tagħhom fis-suq. L-esperjenza preċedenti stabbiliet ukoll li prattiki abbużivi ta' spiss jinkludu prodotti importati li jistgħu jaħarbu b'mod faċli mis-sistema tal-verifiki rregolata mill-Komunità u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, ladarba jkunu daħlu fil-Komunità.

Għalhekk huwa neċessarju li l-importaturi jassumu aktar obbligi minn dawk li ġew attribwiti lilhom permezz ta' l-abbozz ippreparat mill-Kummissjoni eżekuttiva. Approċċ possibbli jista' jkun dak segwit mid-Direttiva 85/374/KEE, mingħajr ħsara għar-responsabilità tal-manifattur, li inter alia tistipula li kwalunkwe persuna li timporta fil-Komunità, prodott għall-bejgħ, għall-kiri, għal 'leasing' jew għal kwalunkwe forma ta' distribuzzjoni fit-twettiq tan-negozju tagħha, għandha titqies bħala produttur u għandha tinżamm responsabbli bħala produttur.

Ir-rapporteur għal opinjoni għalhekk jikkunsidra xieraq li, fi ħdan it-tifsira ta' din id-deċiżjoni, l-importaturi fil-prinċipju huma meqjusa bħala responsabbli b'mod konġunt għad-danni kkawżati minn prodotti perikolużi jew minn prodotti li ma jkunux konformi mas-sistema ta' akkreditar tal-Komunità. Dan is-suġġeriment għandu l-għan li jtejjeb l-effiċjenza u li jiggarantixxi l-interess pubbliku tal-Komunità u kif ukoll id-dritt bażiku taċ-ċittadini biex jiġu mħarsa minn prattiki abbużivi u perikolużi.

Finalment, sabiex tiżdied il-velocità u l-affidabilità tal-verifiki mwettqa mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, ġie propost ukoll li l-importaturi jżommu fil-bini tagħhom kopja tad-dokumentazzjoni teknika rilevanti relatata ma' kwalunkwe prodott importat, u mhux biss kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill- Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni(1)  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Artikolu 6, paragrafu 1, punt (3)

(3) “manifattur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika li tiddisinja jew jimmanifattura prodott jew li tara li dak il-prodott ikun disinjat u/jew manifatturat, taħt isimha jew bit-trademark tagħha;

(3) “manifattur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika li tiddisinja jew timmanifattura prodott jew li tara li dak il-prodott ikun disinjat u/jew manifatturat, taħt isimha jew bit-trademark tagħha, u li tqiegħed dak il-prodott fis-suq;

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda għandha l-għan li tintroduċi konsistenza mal-bqija tad-dispożizzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 9.1 u 10.1 b'mod ċar jindikaw ir-responsabilità ta' l-importaturi u tad-distributuri. Fil-fatt: Id-definizzjoni ta’ distributur (inċiż 4) tindika b’mod ċar li “distributur” huwa l-persuna li “tagħmel prodott disponibbli fis-suq”. Id-definizzjoni ta’ importatur (inċiż 5) tindika b’mod ċar li l-“importatur” huwa l-persuna li “tqiegħed il-prodott fis-suq Komunitarju”. Għall-kuntrarju ta’ dan, m’hemm l-ebda indikazzjoni dwar liema operatur huwa responsabbli għat-tqegħid fis-suq fejn l-importaturi ma jkunux konċernati. Madankollu, fl-Artikolu 7 inċiż 7 donnu li l-manifattur huwa l-persuna li “tkun qiegħdet prodott fis-suq”. Għal skopijiet ta’ ċertezza legali, jeħtieġ li jingħataw indikazzjonijiet ċari dwar l-operatur responsabbli għat-tqegħid fis-suq, jekk dan l-operatur ikun differenti mill-importatur.

Emenda 2

Artikolu 7, paragrafu 1

1. Manifatturi għandhom jassiguraw li l-prodotti tagħhom ikunu disinjati u manifatturati skond il-ħtiġijiet stabbiliti fi … [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi].

1. Il-manifatturi għandhom jassiguraw, meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, li dawn ikunu disinjati u manifatturati skond il-ħtiġijiet stabbiliti fi ….. [referenza għall-parti rilevanti tal-leġiżlazzjoni].

Ġustifikazzjoni

B’konformità mal-modifika proposta fl-artikolu 6, u b’konsistenza ma' dak li hu stabbilit fl-artikolu 7.7, il-modifika t’hawn fuq għandha tiġi introdotta fl-artikolu 7.1. Għandu jkun speċifikat li l-manifatturi huma responsabbli għat-tqegħid tal-prodotti tagħhom fis-suq, kif indikat aktar 'il quddiem.

Emenda 3

Artikolu 7, paragrafu 7 a (gdid)

 

7a. Dawk li jimmanifatturaw għandhom jiggarantixxu li l-informazzjoni kollha li jipprovdu dwar il-prodotti tagħhom tkun eżatta, kompluta u konformi mar-regoli applikabbli tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija ġustifikata għax il-manifattur huwa l-operatur li jaf l-aktar dwar il-prodotti u l-karatteristiċi tagħhom. Huwa wkoll il-manifattur li jżomm id-dokumentazzjoni teknika tal-prodotti, kif previst fl-artikolu 7.3. Minħabba li huwa l-unika persuna li għandha din l-informazzjoni disponibbli, dan jagħmlu responsabbli għall-preżenza ta’ l-informazzjoni mitluba, u għall-eżattezza tagħha. Barra minn hekk, l-informazzjoni mogħtija għandha wkoll tkun konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, bħal, pereżempju, id-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Inġusti jew id-Direttiva dwar reklamar qarrieqi.

Emenda 4

Artikolu 9, paragrafu 2, subparagrafu 1

Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq importaturi għandhom jivverifikaw li tkun saret il-proċedura xierqa ta' l-evalwazzjoni tal-konformità mill-manifattur. Huma għandhom jivverifikaw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-prodott ikollu l-marka/i meħtieġa tal-konformità, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun osserva l-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu [7(5) u (6)].

Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura xierqa ta' l-evalwazzjoni tal-konformità mill-manifattur. Huma għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-prodott ikollu l-marka/i meħtieġa tal-konformità, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun osserva l-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu [7(5) u (6)].

Ġustifikazzjoni

Il-livell ta' responsabilità li l-importaturi jridu jerfgħu m'huwiex biżżejjed u hemm bżonn li jiżdied.

Emenda 5

Artikolu 9, paragrafu 2, subparagrafu 2

Fejn importatur isib li l-prodott ma jkunx konformi ma’ … [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi], huwa jista' jqiegħed il-prodott fis-suq biss wara li dan ikun sar konformi mal-ħtiġijiet applikabbli stabbiliti fi ... [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi]

Fejn importatur isib li l-prodott ma jkunx konformi ma’ … [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi], huwa ma jistax iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm ma titwettaqx evalwazzjoni tar-riskju xierqa u l-prodott ikun sar konformi mal-ħtiġijiet applikabbli stabbiliti fi … [referenza għall-parti rilevanti tal-leġiżlazzjoni].

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs bejn il-manifatturi u l-importaturi ta’ l-UE ta’ prodotti li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, huwa kruċjali li jiġu provduti obbligi indaqs fost l-operaturi ekonomiċi li jpoġġu l-prodotti fis-suq tal-Komunità. Livell indaqs ta’ obbligi jiżgura l-istess livell ta’ responsabilità f’każ ta’ prodotti mhux konformi. Dan jinkiseb billi jinħtieġu jiddikjaraw li jerfgħu r-responsabilità għall-prodotti li huma jqiegħdu fis-suq.

Emenda 6

Artikolu 9, paragrafu 3 a (gdid)

 

3a. L-importaturi għandhom, fil-każijiet kollha fejn ikun xieraq għall-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, iwettqu testijiet ta’ kampjuni ta’ prodotti mqiegħda fis-suq, biex jinvestigaw, u jekk ikun hemm bżonn, biex iżommu reġistru ta’ l-ilmenti, u biex iżommu lid-distributuri informati b’dan it-tip ta'monitoraġġ.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-importaturi, f’xi każijiet, jagħmlu testijiet ta’ kampjuni tal-prodotti mqiegħda fis-suq.

Emenda 7

Artikolu 9, paragrafu 4 a (gdid)

 

4a. L-importaturi għandhom jiggarantixxu li l-informazzjoni kollha li jipprovdu dwar il-prodotti li jimpurtaw tkun eżatta u kompluta kif mitlub mir-regoli tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Rigward il-manifatturi, din l-emenda hija ġustifikata għax l-importatur huwa l-operatur li huwa f’pożizzjoni li jkun jaf aħjar dwar il-prodotti u l-karatteristiċi tagħhom. Barra minn hekk, kif stabbilit fl-Artikolu 9.7, l-importaturi għandhom ir-responsabilità li jżommu d-dokumentazzjoni teknika tal-prodotti. Minħabba li huwa l-unika persuna li għandha din l-informazzjoni disponibbli, dan jagħmlu responsabbli għall-preżenza ta’ l-informazzjoni mitluba, u għall-eżattezza tagħha. Barra minn hekk, l-informazzjoni mogħtija għandha wkoll tkun konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, bħal, pereżempju, id-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Inġusti jew id-Direttiva dwar reklamar qarrieqi.

Emenda 8

Artikolu 9, paragrafu 5

5. Importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi jew li jirtirawh mis-suq u minn utenti aħħarin, skond il-każ. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u tal-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

5. Importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi jew li jirtirawh mis-suq u minn utenti aħħarin mingħajr dewmien, skond il-każ. Għal dan il-għan, huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-Istati Membri dwar fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli, filwaqt li jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u tal-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

Ġustifikazzjoni

Irtirar tard ta' prodotti jew dewmien biex il-prodott isir konformi mal-liġi Komunitarja jista' jkollu impatt serju fuq l-utenti finali. Għalhekk wieħed jirrakkomanda li l-importaturi li jiskopru li l-prodotti tagħhom ikunu fi ksur tal-leġiżlazzjoni, jirtiraw dawn il-prodotti fl-inqas perjodu ta' żmien possibbli.

Emenda 9

Artikolu 9, paragrafu 6

6. Importaturi għandhom, għall-perjodu …[għandu jkun speċifikat], iżommu kopja tad-dikjarazzjoni KE tal-konformità għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jassiguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

6. L-importaturi għandhom, għall-perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet manifatturata l-aħħar unità ta' prodott, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni KE ta' konformità imħejjija mill-manifattur u tad-dokumentazzjoni teknika rilevanti għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet tas-sorveljanza nazzjonali.

 

L-importaturi għandhom jiddikjaraw, f’dokument separat li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta’ konformità ta’ l-UE, li jkunu vverifikaw li l-proċedura ta' evalwazzjoni ta' konformità xierqa tkun twettqet, u li jerfgħu r-responsabilità legali għall-prodotti li huma jqiegħdu fis-suq tal-Komunità. L-importaturi għandhom iżommu din l-istqarrija għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għal perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet manifatturata l-aħħar unità tal-prodott.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għall-paragrafu 6 tikkonsisti fiż-żieda tar-rekwiżit li l-importaturi jiddikjaraw f’dokument li jakkumpanja d-Dikjarazzjoni ta’ Konformità li jkunu vverifikaw li l-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-konformità tkun saret u li jieħdu responsabilità legali għall-prodotti li jkunu poġġew fis-suq tal-Komunità. Dan huwa l-uniku mod ta’ kif jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs bejn il-manifatturi u l-importaturi.

Emenda 10

Artikolu 9, paragrafu 6 a (gdid)

 

6a. L-importaturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għal perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet manifatturata l-aħħar unità tal-prodott. Huma għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tibqa' attwali. L-importaturi jistgħu jagħżlu jew li jżommu huma stess kopja tad-dokumentazzjoni teknika fi ħdan il-Komunità, jew li jiżguraw li l-manifattur iżomm din it-tip ta’ kopja.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu għandu l-għan li jemenda l-paragrafu 6 tat-test oriġinali tal-Kummissjoni, li jitlob lill-importaturi sabiex jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun tista’ titpoġġa fid-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet jekk dawn jitolbu għaliha. Din l-emenda tissuġġerixxi li l-importaturi jintalbu li jżommu d-dokumentazzjoni teknika. Jekk il-manifattur ikun barra mill-UE u ma jkollux rappreżentant awtorizzat fi ħdan l-UE, huwa diffiċli għall-awtoritajiet li jkollhom aċċess għall-fajl tekniku. Aħna nissuġġerixxu wkoll li l-perjodu jkun wieħed ta’ għaxar snin.

Emenda 11

Artiklu 9 paragrafu 7

7. Importaturi għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, meta jitolbuhom, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessaja biex juru l-konformità tal-prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dawk l-awtoritajiet, fuq talba ta’ dawn ta’ l-aħħar, dwar kull azzjoni biex ikun evitat riskju mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

 

7. L-importaturi għandhom, fuq talba ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jipprovdulhom l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tal-prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dawk l-awtoritajiet, fuq talba ta’ dawn ta’ l-aħħar, fuq kull azzjoni biex ikunu evitati r-riskji tal-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq. L-importaturi se jitqiesu responsabbli b'mod konġunt, flimkien mal-manifattur barrani, għad-danni kkawżati minn prodotti perikolużi jew minn prodotti mhux konformi, li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Ġustifikazzjoni

L-importaturi se jivverifikaw aktar bir-reqqa r-rispett ta' l-obbligi imposti mil-liġi fuq il-manifatturi jekk ikunu jafu li huma se jitqiesu responsabbli b'mod konġunt magħhom għal danni kkawżati minn prodotti perikolużi jew prodotti li jkunu fi ksur tal-preskrizzjonijiet tal-liġi tal-Komunità.

Emenda 12

Artikolu 10, paragrafu 1

1. Meta jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, distributuri għandhom jaġixxu b'attenzjoni kif imiss fir-rigward ta’ ħtiġijiet applikabbli.

1. Meta jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu b'attenzjoni xierqa fir-rigward tal-ħtiġijiet applikabbli, kif definit fil-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika hija maħsuba sabiex taċċerta li d-distributuri ma jkunux suġġetti għal kwalunkwe tip ta’ rekwiżit ħlief għal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni kif indikat fil-paragrafu 2.

Emenda 13

Artikolu 35, paragrafu 1, subparagrafu 2

Fejn, tul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jkunx konformi mal-ħtiġijiet stabbiliti b’dan …[att], huma għandhom jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi kollha xierqa biex il-prodott isir konformi ma’ dawk il-ħtiġijiet jew li jirtira l-prodott mis-suq jew jieħdu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skond kif jistabbilixxu.

Fejn, tul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jkunx konformi mal-ħtiġijiet stabbiliti b’dan …[att], huma għandhom jesiġu, mingħajr dewmien, li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi kollha xierqa biex il-prodott isir konformi ma’ dawk il-ħtiġijiet jew li jirtira l-prodott mis-suq jew jieħdu lura fi żmien raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skond kif jistabbilixxu.

Ġustifikazzjoni

Irtirar tard ta' prodotti jew dewmien biex il-prodott isir konformi mal-liġi Komunitarja jista' jkollu impatt serju fuq l-utenti finali. Għalhekk wieħed jirrakkomanda li l-importaturi li jiskopru li l-prodotti tagħhom ikunu fi ksur tal-leġiżlazzjoni, jirtiraw dawn il-prodotti fl-inqas perjodu ta' żmien possibbli.

Emenda 14

Anness I, Modulu A, paragrafu 4.2, subparagrafu 2

Ma’ kull prodott li jkun disponibbli fuq is-suq għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità. Mandankollu, f’dawk il-każijiet fejn jiġu kkonsenjati numru kbir ta’ prodotti lil utent wieħed, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat bħala li huwa applikabbli għal grupp jew konsenja, aktar milli għal prodotti individwali.

Għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtoritajiet rilevanti, fuq talba tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-obbligu li tingħata kopja tad-Dikjarazzjoni tal-Konformità ma' kull unità li tinbiegħ hija biċċa xogħol kbira u sproporzjonata għall-operaturi ekonomiċi. Il-kwalifika ta’ l-interpretazzjoni tagħha tapplika biss għall-bejgħ bl-ingrossa. Dan it-tip ta’ rekwiżit m'huwiex fattibbli għall-prodotti tal-massa mibjugħa b’mod individwali, u dispożizzjoni ta’ dan it-tip fl-artikolu 4.2 għandha titħassar.

Emenda 15

Anness I, Modulu A, paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a. L-importatur

 

L-importaturi għandhom, għall-perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet manifatturata l-aħħar unità ta' prodott, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità KE mħejjija mill-manifattur għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet tas-sorveljanza nazzjonali.

 

L-importaturi għandhom jiddikjaraw, f’dokument separat li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta’ konformità KE, li jkunu vverifikaw li l-proċedura ta' evalwazzjoni ta' konformità xierqa tkun twettqet, u li jerfgħu r-responsabilità legali għall-prodotti li huma jqiegħdu fis-suq tal-Komunità. L-importaturi għandhom iżommu din l-istqarrija għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għal perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet manifatturata l-aħħar unità tal-prodott.

 

L-importaturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għal perjodu ta’ għaxar snin wara li tkun ġiet manifatturata l-aħħar unità tal-prodott. Huma għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tibqa' attwali. L-importaturi jistgħu jagħżlu jew li jżommu huma stess kopja tad-dokumentazzjoni teknika fi ħdan il-Komunità, jew li jiżguraw li l-manifattur iżomm din it-tip ta’ kopja.

(Din l-emenda tapplika wkoll għall-moduli li ġejjin: il-Modulu A1, il-Modulu A2, il-Modulu C, il-Modulu C1, il-Modulu C2, il-Modulu D, il-Modulu D1, il-Modulu E, il-Modulu E1, il-Modulu F, il-Modulu F1, il-Modulu G, il-Modulu H, il-Modulu H1. L-adozzjoni tagħha toħloq il-ħtieġa ta' bidliet korrispondenti f'dawn il-moduli.)

Ġustifikazzjoni

L-importaturi huma mitluba: li jżommu kopja tad-Dikjarazzjoni ta’ Konformità; li jiddikjaraw, f’dokument li jakkumpanja d-Dikjarazzjoni ta’ Konformità, li jkunu vverifikaw li l-proċedura ta’ evalwazzjoni ta' konformità tkun saret u li jerfgħu r-responsabilità legali għall-prodotti li jqiegħdu fis-suq; u li jżommu d-dokumentazzjoni teknika.

Emenda 16

Anness I, Modulu A1, paragrafu 5.2.

5.2. Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal mudell ta’ prodott u jżommha mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun ġie manifatturat. Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-prodott li tkun saret għalih.

Ma’ kull prodott li jkun disponibbli fuq is-suq għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità. Mandankollu, f’dawk il-każijiet fejn jiġu kkonsenjati numru kbir ta’ prodotti lil utent wieħed, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat bħala li huwa applikabbli għal grupp jew konsenja, aktar milli għal prodotti individwali.

imħassar

(Din l-emenda tapplika wkoll għall-Modulu A1 - punt 5.2; il-Modulu A2 - punt 5.2; il-Modulu C- punt 3.2; il-Modulu C1- punt 4.2; il-Modulu C2- punt 4.2; il-Modulu D- punt 5.2; il-Modulu D1- punt 7.2; il-Modulu E - punt 5.2; il-Modulu E1 - punt 7.2; il-Modulu F- punt 6.2; il-Modulu F1- punt 7.2; il-Modulu G - punt 5.2; il-Modulu H - punt 5.2; il-Modulu H1 - punt 6.2. L-adozzjoni tagħha toħloq il-ħtieġa ta' bidliet korrispondenti f'dawn il-moduli.)

 

1 L-istrumenti leġiżlattivi speċifiċi jistgħu jbiddlu dan il-perjodu.

 

Ġustifikazzjoni

Rigward is-sistema ta’ mmaniġġjar u assikurazzjoni tal-kwalità, irridu nivverifikaw li jkun fiha r-rekwiżit CA tal-prodott, bħal fil-Modulu H1 punt 4 – L-eżami tad-disinn, milli jidher dan mhux il-każ fil-Modulu H. Fil-fatt, jekk iċ-ċertifikazzjoni tal-maniġment tkun inqas preskrittiva mill-assessjar tal-prodott, manifatturi li jesportaw li jkunu bla skruplu jistgħu jiċċertifikaw is-sistema tagħhom minn Parti Terza lokali u jistgħu jimmanifatturaw kwalunkwe prodott fi ħdanha għall-esportazzjoni ta’ prodotti rħas u ħżiena li jkollhom preżunzjoni ta’ konformità.

PROĊEDURA

Titolu

Qafas komuni għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq

Referenzi

COM(2007)0053 - C6-0067/2007 - 2007/0030(COD)

Kumitat responsabbli

IMCO

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

13.3.2007

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Helmuth Markov

21.3.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

7.5.2007

28.6.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

12.9.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kader Arif, Graham Booth, Daniel Caspary, Françoise Castex, Glyn Ford, Eduard Raul Hellvig, Jacky Henin, Syed Kamall, Sajjad Karim, Alain Lipietz, Marusya Ivanova Lyubcheva, Helmuth Markov, Cristiana Muscardini, Vural Öger, Georgios Papastamkos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Corien Wortmann-Kool, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Harlem Désir, Vasco Graça Moura, Małgorzata Handzlik, Pia Elda Locatelli, Eugenijus Maldeikis, Javier Moreno Sánchez, Jan Marinus Wiersma

(1)

Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (22.11.2007)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għat-tqegħid ta' prodotti fis-suq

(COM(2007)0053 – –C6-0067/2007 –2007/0030 (COD))

Rapporteur għal opinjoni: Karin Scheele

rej

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Il-proposta għal deċiżjoni dwar qafas legali komuni għandha tiġi rifjutata. Mhijiex adattata biex tarmonizza r-rekwiżiti għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq intern. Il-proposta għandha l-għan li torbot l-istituzzjonijiet Komunitarji, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni futura, mal-qasam ta' l-hekk imsejjaħ "old and new approach". Iżda dan ma jistax jorbot legalment. L-istituzzjonijiet ta' l-UE jistgħu sempliċiment joħorġu dispożizzjonijiet ġodda li jiddevjaw minn din id-deċiżjoni billi jirrevedu regolamenti tas-suq intern li huma validi attwalment jew billi jintroduċu regolamenti ġodda. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, jekk id-deċiżjoni ma timplikax validità legali għal-leġiżlatur Komunitarju, għandha tiġi evitata l-impressjoni ta' validità legali. Barra minn hekk, jista' jkun hemm problemi kunsiderevoli rigward l-implimentazzjoni.

F'dan il-kuntest wieħed jista' jqis li l-proposta għal deċiżjoni ma żżid l-ebda valur lis-sitwazzjoni legali attwali. Rigward il-kontenut, din il-proposta fil-fatt ma tistax tmur lil hinn milli tagħmel rakkomandazzjonijiet lil-leġiżlatur biex jirregola r-rekwiżiti tas-suq intern b'mod speċifiku fil-ġejjieni. Rakkomandazzjonijiet bħal dawn sa issa ġew reġistrati fil-"Gwida għall-implimenatzzjoni tad-direttivi bbażati fuq il-kunċett il-ġdid u fuq il-kunċett globali" (Kummissjoni Ewropea, Brussell 2000).

Jidher sproporzjonat li, għal dan l-abbozz ta' deċiżjoni, wieħed jinvolvi l-leġiżlaturi fi proċedura ta' kodeċiżjoni li tieħu ħafna ħin. Jekk l-għan tal-pakkett dwar is-suq intern ippreżentat fl-14 ta' Frar 2007 huwa li tinkiseb armonizzazzjoni orizzontali kemm jista' jkun wiesgħa ta' l-oqsma kollha rilevanti għas-suq intern, allura għandha tiġi implimentata armonizzazzjoni korrespondenti ta' l-oqsma rilevanti kollha b'mod immedjat u dirett. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni fl-abbozz intern tagħha tas-6 ta' Settembru 2006, bit-titolu "A horizontal legislative approach to the harmonisation of legislation on industrial products" (N 560 - 1 EN) kienet ippjanat biss proposta leġiżlattiva li għandha taffettwa l-liġi li tinsab fis-seħħ direttament.

Din il-proposta għal deċizjoni tikkuntradixxi l-isforzi ta' l-entitajiet Komunitarji favur leġiżlazzjoni mtejba u simplifikata. L-inizjattiva li ġiet imressqa tagħti l-impresssjoni li l-leġiżlaturi għandhom jiffaċċjaw proposta għal deċiżjoni li, f'din il-forma, mhijiex meħtieġa u mhijiex ċara. Pereżempju, il-kamp ta' applikazzjoni mhuwiex ċar u jidher li d-definizzjonijiet ta' l-eċċezzjonijiet saru b'mod arbitrarju (Artikolu 1).

Għal dawn ir-raġunijiet, l-abbozz ta' deċiżjoni għandu jiġi rifjutat. Xi elementi tal-proposta għal deċiżjoni għandhom jiġu inkorporati fil-"Proposta għal regolament dwar ir-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u għas-sorveljanza tas-suq marbuta mat-tqegħid ta' prodotti fis-suq" (COM(2007)0037)

******

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproponi ċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu:

Qafas komuni għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq

Riferenzi

COM(2007)0053 - C6-0067/2007 - 2007/0030(COD)

Kumitat responsabbli

IMCO

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.3.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Karin Scheele

10.5.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

26.6.2007

8.10.2007

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.11.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

15

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Johannes Blokland, Frieda Brepoels, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Jill Evans, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Marie-Noëlle Lienemann, Peter Liese, Alexandru-Ioan Morţun, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Miroslav Ouzký, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Karin Scheele, Carl Schlyter, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alfonso Andria, Kathalijne Maria Buitenweg, Duarte Freitas, Alojz Peterle


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (5.10.2007)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq

(COM(2007)0053 – C6-0067/2007 – 2007/0030(COD))

Rapporteur għal opinjoni: John Purvis

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur għal opinjoni jilqa' l-proposta għal regolament dwar l-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-suq tal-prodotti fil-Komunità, u l-proposta għal deċiżjoni dwar qafas komuni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li takkumpanjaha. Dawn huma mfassla biex jiffaċilitaw l-operat tas-suq intern tal-prodotti waqt li jiżguraw li l-prodotti li ddaħħlu u kienu ċċirkolati fis-suq intern huma sikuri.

Id-Deċiżjoni se tkun għodda komuni għal-leġiżlazzjoni settorjali futura. Hija tistipula qafas legali komuni biex jinħolqu definizzjonijiet koerenti u sempliċi għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti industrijali, u tiċċara l-irwol u t-tifsira tal-marka CE.

Għalkemm ir-rapporteur għal opinjoni, kif intqal hawn fuq, jilqa' l-proposti, huwa tal-fehma li għad hemm lok għal aktar titjib u għalhekk jipproponi emendi tat-tip ta' dawn li ġejjin:

§ Definizzjonijiet ġodda ta' "ITT" (Testijiet Inizzjali tat-Tip - Initial Type Testing), "riżultati ta' l-ITT maqsuma" (shared ITT ) u "ITT ittrasferit" (cascading ITT) iridu jkunu introdotti; il-koerenza bejn id-definizjonijiet fir-Regolament u fid-Deċiżjoni trid tkun żgurata. Għalhekk, l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (dwar id-definizzjonijiet) issa jirreferi għall-Artikolu 2 tar-Regolament, b'dawn id-definizzjonijiet addizzjonali biss;

§ Għal dak li għandu x'jaqsam mal-proċeduri: sabiex ikunu evitati piżijiet burokratiċi żejda, fatturi oħra bħad-daqs ta' kumpanija, il-kumplessità relattiva tat-teknoloġija użata, u jekk prodott huwiex jew le riżultat ta' produzzjoni ta' prodott individwali jew ta' produzzjoni ta' serje ta' prodotti għandhom jitqiesu meta jsiru proċeduri ta' konformità. L-Artikoli 3, 9, 22 u 31 tad-Deċiżjoni huma emendati f'dan is-sens. L-operaturi ekonomiċi għandu jkollhom id-dritt li jirrispondu għad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet dwar il-prodotti tagħhom qabel dawn jinfurmaw lil Stati Membri oħra, iżda għandhom ikunu obbligati li jiżguraw li l-miżuri kollha possibbli jittieħdu biex ikunu rtirati prodotti li ma jkunux konformi. Dawn il-punti huma koperti mill-emendi għall-Artikolu 35;

§ Il-leġiżlazzjoni li għandha x'taqsam ma' lakuni possibbli fl-istandards armonizzati (Artikolu 14) kienet emendata biex tinkorpora referenzi għall-Organizzazzjoni Ewropea ta’ l-Istandards (ESO), li għandha tkun ikkonsultata mill-bidu. Dan inaqqas burokrazija żejda, u jikkostitwixxi l-prassi preżenti fil-kuntest tad-Direttiva dwar il-Vultaġġ Baxx;

§ L-Artikolu 16, paragrafu 1 u l-Artikolu 34 tar-Regolament, kif ukoll l-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni huma emendati sabiex ikun żgurat aktar involviment tal-partijiet interessati u ta' l-organizzazzjonijiet professjonali. Emenda għall-Artikolu 25 tippermetti l-akkreditazzjoni ta' korpi ta' l-evalwazzjoni tal-konformità mmexxija mill-industrija;

§ Sabiex ikunu evitati "kriterji doppji" (jiġifieri sett ta' rekwiżiti introdott mid-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (GPSD), u sett ieħor introdott mill-proposta attwali) u biex ikun żgurat il-livell ogħla ta' ħarsien introdott minn din il-proposta, l-eżenzjoni stipulata fl-Artikolu 13 (2) tar-Regolament għandha titneħħa. L-eċċezzjonijiet elenkati fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni wkoll għandhom jitneħħew għaliex din hija deċiżjoni sui generis diretta lejn il-leġiżlatur u għalhekk mhix applikabbli b'mod dirett;

§ Il-marka CE teħtieġ protezzjoni aħjar. It-tifsira tagħha ta' konformità ma' standards regolatorji ta' l-UE mhux dejjem tinftiehem tajjeb. Bħala riżultat, numru dejjem jikber ta' prodotti bil-marka CE fil-fatt ma jikkonformax mal-leġiżlazzjoni rilevanti. Huwa fl-interess komuni tal-manifatturi, tan-negozjanti u tal-konsumaturi li jkun hemm regoli ċari dwar il-marka CE. Sabiex dawn ir-regoli jkunu applikati immedjatament u mhux ikunu suġġetti għal leġiżlazzjoni nazzjonali futura, l-Artikoli 16-17 tad-Deċiżjoni għandhom jiddaħħlu fir-Regolament;

§ Irid jinstab bilanċ rigward l-obbligi u r-responsabilitajiet ta' l-operaturi ekonomiċi (manifatturi, importaturi, distributuri) sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għal kullħadd waqt li fl-istess ħin ikun żgurat li l-prodotti kollha fis-suq ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti. Għalhekk l-Artikoli 9-10 tad-Deċiżjoni u l-premessi li jikkorrispondu għalihom (Premessi 15, 16, 17 u 18a) huma emendati konsegwentement;

§ Emenda għall-Artikolu 7 tiċċara li din id-Deċiżjoni u dawn l-istandards għandhom japplikaw għall-prodotti maħsuba għas-suq Komunitarju, u mhux għal dawk maħsuba għas-suq ta' pajjiż terz u li huma jew prodotti fl-UE jew ittrasportati vija l-UE;

§ Saru diversi riferenzi għall-importanza li l-manifatturi jżommu d-dokumentazzjoni teknika marbuta ma' prodott għal ta' l-inqas 10 snin, u li din tkun disponibbli għall-awtoritajiet fuq talba tagħhom, minħabba li ħafna prodotti jservu 15-il sena jew aktar. Dawn jinsabu fl-Artikoli 7, 8 u 9 ta' din id-Deċiżjoni;

Tressqu emendi għall-Artikolu 10 li jirrikjedu li d-dokumentazzjoni għall-utent li tkun inkluża ma' prodott tkun fil-lingwa uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn jinbiegħ dan il-prodott.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill- Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni(1)  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 10

(10) Il-moduli għall-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni tal-konformita li għandhom jintużaw fil-liġijiet ta’ armonizzazzjoni teknika kienu fil-bidu stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta’ Lulju 1993 dwar il-moduli għad-diversi fażijiet tal-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità u tar-regoli dwar it-twaħħil u l-użu tal-marka tal-konformità CE, li huma maħsubin li jintużaw fid-direttivi ta’ armonizzazzjoni. Din id-Deċiżjoni tissostittwixxi dik id-Deċiżjoni.

(10) Il-moduli għall-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni tal-konformita li għandhom jintużaw fil-liġijiet ta’ armonizzazzjoni teknika kienu fil-bidu stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta’ Lulju 1993 dwar il-moduli għad-diversi fażijiet tal-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità u tar-regoli dwar it-twaħħil u l-użu tal-marka tal-konformità CE, li huma maħsubin li jintużaw fid-direttivi ta’ armonizzazzjoni. Din id-Deċiżjoni u r-Regolament (KE) Nru... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ l-akkreditazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq]1 jieħdu post dik id-Deċiżjoni.

________________

1 ĠU L...

Ġustifikazzjoni

Il-marka CE teħtieġ protezzjoni aħjar. Peress li s-sinifikat tal-marka CE mhux mifhum sew, qed jiżdiedu l-prodotti li jkollhom il-marka CE imma ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni. Għalhekk huwa fl-interess komuni tal-produtturi, tan-negozjanti u tal-konsumaturi li jkun hemm regoli ċar dwar il-marka CE. Sabiex dawn ir-regoli jiġu applikati minnufih u ma jkunux suġġetti għal leġiżlazzjoni fil-ġejjieni, l-Artikoli 16 u 17 u l-premessi li jikkorrispondu ta' din id-Deċiżjoni għandhom jitpoġġew fir-Regolament u din il-premessa trid tkun emendata kif xieraq.

Emenda 2

Premessa 15

(15) Billi ċertu xogħol jista’ jsir mill-manifattur, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-manifattur u l-operaturi iktar ’l isfel tul il-katina ta’ distribuzzjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn l-importatur u d-distributur, peress li l-importatur idaħħal prodotti minn pajjiżi terzi fis-suq Komunitarju. Huwa, għalhekk, jassigura li dawn il-prodotti jkunu konformi mal-ħtiġijiet applikabbli tal-Komunità.

(15) Billi ċertu xogħol jista’ jsir biss mill-manifattur, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-manifattur u l-operaturi iktar ’l isfel tul il-katina ta’ distribuzzjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn l-importatur u d-distributur, peress li l-importatur iqiegħed prodotti minn pajjiżi terzi fis-suq Komunitarju. Huwa, għalhekk, irid jivverifika li dawn il-prodotti jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Biex tkun konformi mat-test fil-Premessa 14, kif ukoll mad-definizzjoni ta' "importatur" fl-Artikolu 2 tar-Regolament (COM(2007)037).

Emenda 3

Premessa 16

(16) Il-manifattur, li jkollu tagħrif dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura kollha ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità. Importaturi u distributuri għandhom funzjoni x’jagħmlu fil-kummerċ u ma jinfluwenzawx il-proċess tal-produzzjoni. Il-proċedura ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità għandha, għalhekk, tibqa’ l-obbligu tal-manifattur biss.

Il-manifattur, minħabba li jkollu tagħrif dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jwettaq il-proċedura kollha ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità. Il-proċedura ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità għandha, għalhekk, tibqa’ l-obbligu tal-manifattur biss.

Ġustifikazzjoni

L-obbligi ta' l-importaturi u d-distributuri huma inklużi fil-Premessa 17, għalhekk mhux meħtieġ li jkunu indirizzati hawnhekk. Barra minn hekk, l-importaturi u d-distributuri, għalkemm għandhom funzjoni ta' negozjanti, jistgħu jinfluwenzaw il-proċess tal-produzzjoni (jiġifieri billi jiddikjaraw li jirrifjutaw li jimpurtaw jew jiddistribwixxu prodotti li ma jkunux konformi).

Emenda 4

Premessa 17

(17) Billi l-importaturi u d-distributuri huma operaturi 'l isfel fil-katina, huma ma jistgħux, fil-kors normali tal-ħajja, ikunu obbligati li jassiguraw huma stess li d-disinn u l-produzzjoni tal-prodott ikunu konformi mal-ħtieġa applikabbli. L-obbligi tagħhom, fir-rigward tal-konformità tal-prodott għandhom ikunu limitati għal ċerti miżuri ta’ kontroll biex ikun aċċertat jekk il-manifattur ħarisx l-obbligi tiegħu, bħalma hija l-verifika jekk il-prodott ikollux il-marka meħtieġa tal-konformità u jekk ikunux ingħataw id-dokumenti meħtieġa. Iżda, wieħed jistenna li kemm l-importaturi kif ukoll id-distributuri jaġixxu b’attenzjoni kif imiss f’dak li jkollu x’jaqsam mal-ħtiġijiet applikabbli meta huma jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli prodotti fis-suq.

(17) Billi l-importaturi u d-distributuri huma operaturi 'l isfel fil-katina, huma ma jistgħux, fil-kors normali tal-ħajja, ikunu obbligati li jassiguraw huma stess li d-disinn u l-produzzjoni tal-prodott ikunu konformi mal-ħtieġijiet applikabbli. L-obbligi tagħhom, fir-rigward tal-konformità tal-prodott għandhom ikunu limitati għal ċerti miżuri ta’ kontroll biex ikun aċċertat jekk il-manifattur ħarisx l-obbligi tiegħu, bħalma hija l-verifika jekk il-prodott ikollux il-marka meħtieġa tal-konformità u jekk id-dokumentazzjoni għall-utent meħtieġa tkunx ingħatat fil-lingwa uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn il-prodott jitqiegħed jew jitpoġġa fis-suq. Madankollu, l-importaturi kif ukoll id-distributuri għandhom jiżguraw li l-prodotti li huma jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq Komunitarju jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Għall-konformità mat-test tal-Premessa 14. Barra minn hekk, huwa importanti li d-dokumentazzjoni għall-utent tinftiehem minn dawk li jridu jsegwuha u għaldaqstant jeħtieġ li tkun miktuba fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-pajjiżi fejn tintuża.

Emenda 5

Premessa 18

(18) Fejn importatur jew distributur iqiegħed prodott f’ismu jew bi trademark tiegħu jew jimmodifika prodott b'mod li dan jista' jaffettwa l-konformità mal-ħtiġijiet applikabbli, huma għandhom jitqiesu li huma manifatturi.

(18) Kull operatur ekonomiku li jew iqiegħed prodott f’ismu jew bit-trejdmark tiegħu jew jimmodifika prodott b'mod li dan jista' jaffettwa l-konformità mal-ħtiġijiet applikabbli, għandu jitqies li jkun il-manifattur.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' 'manifattur' li tingħata fl-Artikolu 2, paragrafu 3 tar-Regolament tinkludi kwalunkwe operatur li għandu prodott iddisinjat jew manifatturat, taħt ismu jew bit-trejdmark tiegħu: hu għalhekk li d-definizzjoni tinkludi wkoll rappreżentanti awtorizzati. Qed ikun issuġġerit li jintuża t-terminu definit 'operaturi ekonomiċi' pjuttost milli jiżdied it-terminu 'rappreżentant awtorizzat' mal-lista, ladarba huwa ovvju li manifattur hu meqjus bħala manifattur.

Emenda 6

Premessa 18 a (ġdida)

 

(18a) L-importaturi u d-distributuri m'għandhom jimmodifikaw l-ebda element intern tad-disinn ta' prodott mingħajr ma jikkonsultaw lill-manifattur, minħabba li dan jista' jaffettwa l-evalwazzjoni tar-riskju u jinvalida d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-manifattur.

Ġustifikazzjoni

Huwa possibbli li d-distributuri jiddeċiedu li biex jiffrankaw il-ħin jew il-flus, minflok jibgħatu l-oġġett lura lill-manifattur biex jagħmel il-modifiki neċessarji, jippruvaw jagħmlu l-bidliet huma stess. Mingħajr fehim tad-disinn tal-prodott, dawn il-bidliet jistgħu jfixklu l-ħidma ta' l-apparat tas-sigurtà jew ċirkwiti ta' sikurezza; b'hekk biċċa għodda li taħdem bl-elettriku li tkun konformi u li ma tkunx perikoluża tista' tinbidel fi prodott li jippreżenta riskju serju għal min jużaha. Għalhekk id-distributur għandu jikkuntattja lill-manifattur jekk bi ħsiebu jagħmel dan.

Emenda 7

Premessa 21

(21) Il-marka CE, li timmaterjalizza konformità ta’ prodott, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-evalwazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Prinċipji ġenerali li jirregolaw l-użu tal-marka CE, u regoli għat-twaħħil tagħha, li għandhom ikunu applikati f’liġijiet Komunitarji dwar l-armonizzazzjoni li jipprovdu għal użu ta’ dik il-marka għandhom ikunu stabbiliti b’din id-Deċiżjoni.

(21) Il-marka CE, li timmaterjalizza konformità ta’ prodott, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-evalwazzjoni tal-konformità f’sens wiesa' u tiċċertifika li l-manifattur għadda l-prodott mill-proċeduri meħtieġa ta' evalwazzjoni. Huwa kruċjali li kemm il-manifatturi u kemm l-utenti jkunu jafu b’mod ċar li bit-twaħħil tal-marka CE mal-prodott il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mal-ħtiġijiet kollha applikabbli u jieħu r-responsabbiltà kollha tal-prodott. Din id-Deċiżjoni u r-Regolament (KE) Nru... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ l-akkreditazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-kummerċjalizzazjoni ta’ prodotti]1 jistipulaw it-tifsira ewlenija tal-marka KE u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-użu tagħha, kif ukoll ir-regoli ddettaljati għat-twaħħil tagħha, li għandhom ikunu applikati f’liġijiet Komunitarji dwar l-armonizzazzjoni.

 

Il-protezzjoni legali tal-marka CE li tingħata mar-reġistrazzjoni bħala marka kollettiva tħalli lil awtoritajiet pubbliċi li jassiguraw li jkun hemm infurzar sewwa u li jieħdu azzjoni skond il-liġi kontra kull ksur.

---------------------------------------------

1ĠU L...

Ġustifikazzjoni

Il-marka CE teħtieġ protezzjoni aħjar. Peress li s-sinifikat tal-marka CE mhix mifhuma sew, qed jiżdiedu l-prodotti li jkollhom il-marka CE imma ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni relevanti. Għalhekk huwa fl-interess komuni tal-produtturi, tan-negozjanti u tal-konsumaturi li jkun hemm regoli ċar dwar il-marka CE. Sabiex dawn ir-regoli jiġu applikati mal-ewwel u biex ma jiġux suġġetti għal leġiżlazzjoni futura, l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni (COM(2007)0053) għandhom jiġu inklużi f'dan ir-Regolament, flimkien mal-premessi korrispondenti.

Emenda 8

Premessa 22

(22) Huwa kruċjali li kemm il-manifatturi u kemm l-utenti jkunu jafu b’mod ċar li bit-twaħħil tal-marka CE mal-prodott il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mal-ħtiġijiet kollha applikabbli u jieħu r-responsabbiltà kollha tal-prodott.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Il-marka CE teħtieġ protezzjoni aħjar. Peress li s-sinifikat tal-marka CE mhux mifhum sew, qed jiżdiedu l-prodotti li jkollhom il-marka CE imma ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni. Għalhekk huwa fl-interess komuni tal-produtturi, tan-negozjanti u tal-konsumaturi li jkun hemm regoli ċar dwar il-marka CE. Sabiex dawn ir-regoli jiġu applikati minnufih u ma jkunux suġġetti għal leġiżlazzjoni fil-ġejjieni, l-Artikoli 16 u 17 u l-premessi li jikkorrispondu ta' din id-Deċiżjoni għandhom jitpoġġew fir-Regolament u din il-premessa trid tkun emendata kif xieraq.

Emenda 9

Premessa 23

(23) Il-protezzjoni legali ta’ marka CE li tingħata mar-reġistrazzjoni bħala marka kollettiva tħalli lil awtoritajiet pubbliċi li jassiguraw li jkun hemm infurzar sewwa u li jieħdu azzjoni skond il-liġi kontra kull ksur.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Il-marka CE teħtieġ protezzjoni aħjar. Peress li s-sinifikat tal-marka CE mhux mifhum sew, qed jiżdiedu l-prodotti li jkollhom il-marka CE imma ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni. Għalhekk huwa fl-interess komuni tal-produtturi, tan-negozjanti u tal-konsumaturi li jkun hemm regoli ċar dwar il-marka CE. Sabiex dawn ir-regoli jiġu applikati minnufih u ma jkunux suġġetti għal leġiżlazzjoni fil-ġejjieni, l-Artikoli 16 u 17 u l-premessi li jikkorrispondu ta' din id-Deċiżjoni għandhom jitpoġġew fir-Regolament u din il-premessa trid tkun emendata kif xieraq.

Emenda 10

Premessa 28 a (ġdida)

 

(28a) Filwaqt li l-leġiżlazzjoni Komunitarja għandha tirrikonoxxi s-sitwazzjoni partikulari ta' l-intrapriżi ta' manifattura żgħar u ta' daqs medju fir-rigward tal-piżijiet amministrattivi, minflok tipprovdi għal eċezzjonijiet u derogi ġenerali biex tindirizza din is-sitwazzjoni, li tista' biss twassal sabiex tagħti l-impressjoni ta' prodotti jew operaturi inferjuri jew għal sitwazzjoni legali kumplessa għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq, il-leġiżlazzjoni Komunitarja għandha tipprovdi sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rikonoxxuta fir-regoli għall-għażla u l-implimentazzjoni ta' l-aktar entitajiet ta' evalwazzjoni tal-konformità adegwati biex jaħdmu b'mod ipproporzjonat fir-rigward tad-daqs tal-kumpaniji u tan-natura tal-produzzjoni ta' serje jew ta' junits, tal-prodott ikkonċernat.

 

Id-deċiżjoni attwali tagħti lill-Istati Membri il-flessibilità meħtieġa għal azzjoni f'sitwazzjonijiet bħal dawn, mingħajr ma toħloq soluzzjonijiet speċjali u possibilment mhux xierqa għall-SMEs.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, il-leġiżlazzjoni futura għandha tqis il-bżonnijiet speċifiċi ta' l-SMEs.

Emenda 11

Artikolu 1, paragrafu 1

Din id-Deċiżjoni tistipula l-prinċipji komuni li jiddeterminaw il-kontenut ta’ leġislazzjoni Komunitarja li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti, minn hawn ’il quddiem “il-leġislazzjoni Komunitarja”, għajr il-leġiżlazzjoni li ġejja:

Din id-Deċiżjoni tistipula l-prinċipji komuni li jiddeterminaw il-kontenut ta’ leġislazzjoni Komunitarja li tarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti, minn hawn ’il quddiem “il-leġislazzjoni Komunitarja”.

(a) liġi ta’ l-ikel kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

 

(b) Liġi ta’ l-għalf kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

 

(c) id-Direttiva 2001/37/KE;

 

(d) id-Direttiva 2001/82/KE;

 

(e) id-Direttiva 2001/83/KE;

 

(f) id-Direttiva 2002/98/KE;

 

(g) id-Direttiva 2004/23/KE;

 

(h) ir-Regolament (KE) Nru 726/2004.

 

Ġustifikazzjoni

L-eċċezzjonijet ma jagħmlux sens għaliex din hija deċiżjoni sui generis diretta lejn il-leġiżlatur u għalhekk mhix applikabbli b'mod dirett.

Emenda 12

Artikolu 1, paragrafu 3

Il-leġislazzjoni Komunitarja għandha tirreferi għall-prinċipji ġenerali tat-Titolu I u għad-dispożizzjonijiet ta’ referenza rilevanti tat-Titolu II u ta’ l-Annessi I u II, filwaqt li, skond il-ħtieġa, jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-leġislazzjoni konċernata.

Il-leġislazzjoni Komunitarja għandha tirreferi għall-prinċipji ġenerali tat-Titolu I u għad-dispożizzjonijiet ta’ referenza rilevanti tat-Titolu II u ta’ l-Annessi I u II, filwaqt li, skond il-ħtieġa, jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-leġislazzjoni konċernata u l-ispeċifiċitajiet tas-settur ikkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, il-leġiżlazzjoni futura għandha tqis il-bżonnijiet speċifiċi ta' l-SMEs.

Emenda 13

Artikolu 3, paragrafu 3 a (gdid)

 

3a. Il-produzzjoni individwali jew ta' serje żgħira ta' prodotti, b'mod partikulari prodotti magħmula fuq il-qies, m'għandiex tkun suġġetta għal proċeduri ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità sakemm m'għandiex konsegwenzi sinifikanti għas-saħħa u s-sikurezza, f'liema każ il-produttur għandu joħroġ dikjarazzjoni KE tal-konformità.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-ispiża għall-evalwazzjoni tal-konformità hija għolja ħafna u jista' jkollha prezz li jista' jintlaħaq biss meta tkun immanifatturata serje kbira, produzzjoni li mhix tas-serje jew ta' serje żgħira għandha tkun eżenti meta l-prodott m'għandux impatt sinifikattiv fuq is-saħħa u s-sikurezza. Meta produzzjoni li mhix tas-serje jew ta' serje żgħira hija sottomessa għall-marka CE, dikjarazzjoni tal-konformità għandha tkun biżżejjed.

Emenda 14

Artikolu 6

Għall-finijiet ta’ dan … [tip ta’ strument] għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni id-definizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru ... li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ l-akkreditazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq għandhom japplikaw flimkien mad-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “isir disponibbli fis-suq” tfisser kull provvista ta’ prodott għal distribuzzjoni, konsum jew użu fis-suq Komunitarju waqt attività kummerċjali, kemm bi ħlas u kemm mingħajr ħlas;

 

(2) “tqegħid fis-suq” tfisser prodott isir disponibbli għall-ewwel darba mis-suq Komunitarju.

 

(3) “manifattur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika li tiddisinja jew jimmanifattura prodott jew li tara li dak il-prodott ikun disinjat u/jew manifatturat, taħt isimha jew bit-trademark tagħha;

 

(4) “distributur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika fil-katina ta' provvista, li tagħmel prodott disponibbli fis-suq;

 

(5) “importatur” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika stabbilita fil-Komunità, li tagħmel prodott minn pajjiż terz disponibbli fis-suq Komunitarju;

 

(6) “operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, l-importatur, id-distributur u r-rappreżentant awtorizzat;

 

(7) “speċifikazzjoni teknika”, “standard nazzjonali”, “standard internazzjonali” u “Standard Ewropew” għandu jkollhom it-tifsiriet mogħtija lilhom mid-Direttiva 98/34/KE;

 

(8) “standard armonizzat” tfisser standards adottati minn wieħed mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropea elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 98/34/KE skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/34/KE;

 

(9) “akkreditazzjoni” għandu jkollha t-tifsira mogħtija lilha mir-Regolament (KE) Nru […];

 

(10) “irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix li prodott isir disponibbli fis-suq fil-katina ta’ provvista;

 

(11) “teħid lura” tfisser kull miżura maħsuba biex jittieħed lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari.

 

Ġustifikazzjoni

Dawn id-definizzjonijiet huma inklużi fir-Regolament (COM(2007)037). Il-leġiżlazzjoni futura bbażata fuq din id-Deċiżjoni għandha sempliċiment tirreferi għar-Regolament għal dawn id-definizzjonijiet komuni. Madankollu, kunċetti ġodda, bħal ITT, riżultati ta' l-ITT maqsuma (shared ITT ) u ITT ittrasferit (cascading ITT), li huma tekniċi wisq u m'humiex użati fir-Regolament, iridu jkunu introdotti hawnhekk.

Emenda 15

Artikolu 6, punt 11 a (ġdid)

 

(11a) "ittestjar inizjali tat-tip (ITT)" tfisser is-sett sħiħ ta' testijiet jew proċeduri oħra (eż. kalkolu) deskritt fi speċifikazzjoni teknika, biex jiddetermina l-prestazzjoni ta' kampjuni ta' prodotti rappreżentattivi ta' tip ta' prodott, għal karatteristiċi obbligatorji.

Ġustifikazzjoni

Peress li parti kbira mill-ispiża għall-evalwazzjoni tal-konformità tirriżulta minn testijiet, il-qsim tar-riżultati ta' l-ITT ('shared ITT') u l-ITT ittrasferit minn operatur għall-ieħor (cascading ITT) għandhom ikunu aċċettati mill-entitajiet taċ-ċertifikazzjoni ta' partijiet terzi u għalhekk id-definizzjonijiet t'hawn fuq għandhom ikunu inkorporati.

Emenda 16

Artikolu 6, punt 11 b (ġdid)

 

(11b) "riżultati ta' l-ITT maqsuma" (shared ITT) tfisser riżultati trasferibbli tat-testijiet li diġà jeżistu li jinqasmu bejn il-manifatturi li jipproduċu prodotti funzjonalment identiċi.

Ġustifikazzjoni

Peress li parti kbira mill-ispiża għall-evalwazzjoni tal-konformità tirriżulta minn testijiet, il-qsim tar-riżultati ta' l-ITT ('shared ITT') u l-ITT ittrasferit minn operatur għall-ieħor (cascading ITT) għandhom ikunu aċċettati mill-entitajiet taċ-ċertifikazzjoni ta' partijiet terzi u għalhekk id-definizzjonijiet t'hawn fuq għandhom ikunu inkorporati.

Emenda 17

Artikolu 6, punt 11 c (ġdid)

 

(11c) "ITT ittrasferit" (cascading ITT) tfisser it-trasferiment tar-riżultati ta' l-ITT minn disinjatur ta' l-assemblaġġ (li jista' jkun jew manifattur tal-komponenti, disinjatur, “system house” jew entità li tipprovdi servizz komuni lill-manifatturi) lill-manifattur tal-prodott li tqiegħed jew sar disponibbli fis-suq.

Ġustifikazzjoni

Peress li parti kbira mill-ispiża għall-evalwazzjoni tal-konformità tirriżulta minn testijiet, il-qsim tar-riżultati ta' l-ITT ('shared ITT') u l-ITT ittrasferit minn operatur għall-ieħor (cascading ITT) għandhom ikunu aċċettati mill-entitajiet taċ-ċertifikazzjoni ta' partijiet terzi u għalhekk id-definizzjonijiet t'hawn fuq għandhom ikunu inkorporati.

Emenda 18

Artikolu 7, parti introduttorja qabel paragrafu 1 (ġdida)

 

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw biss għall-prodotti li huma maħsuba biex jitqiegħdu jew li saru disponibbli fis-suq Komunitarju:

Ġustifikazzjoni

Il-manifatturi, kemm ġewwa u kemm barra l-UE, jagħmlu varjetà ta' prodotti għal varjetà ta' swieq ġeografiċi. Dispożizzjonijiet fid-Direttivi mfassla skond din id-Deċiżjoni jridu japplikaw biss għall-prodotti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità.

Emenda 19

Artikolu 7, paragrafu 1

1. Manifatturi għandhom jassiguraw li l-prodotti tagħhom ikunu disinjati u manifatturati skond il-ħtiġijiet stabbiliti fi ….. [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi].

1. Meta jqegħdu l-prodotti tagħhom fuq is-suq, il-manifatturi għandhom jassiguraw li dawn ikunu disinjati u manifatturati skond il-ħtiġijiet stabbiliti fi ….. [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi].

Ġustifikazzjoni

Biex id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 jsiru konsistenti mad-definizzjonijiet ta' atturi oħra fis-suq fl-Artikolu 6 u mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(1) u (7) proposti (marbuta ma' l-Emendi 1 u 3).

Emenda 20

Artikolu 7, paragrafu 3

3. Manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni KE ta’ konformita għall-perjodu ta’ …[għandu jkun speċifikat] wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq.

3. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni KE ta’ konformita għall-perjodu ta’ għaxar snin wara li jkun magħmul l-aħħar junit tal-prodott .

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ta' għaxar snin jinsab fid-Direttiva dwar il-Vultaġġ Baxx (Direttiva 2006/95/KE). Xi prodotti għandhom ħajja ta' 15-il sena jew aktar. Għaldaqstant huwa importanti li l-manifattur iżomm u jmantni dokumentazzjoni teknika għal perjodu raġonevoli ta' żmien.

Emenda 21

Artikolu 7, paragrafu 7 a (gdid)

 

7a. Il-manifatturi għandhom jiggarantixxu li l-informazzjoni kollha li jipprovdu dwar il-prodotti tagħhom tkun preċiża, kompluta u konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Ġustifikazzjoni

Tiċċara r-responsabilità tal-manifatturi għall-kwalità tal-prodotti li jpoġġu fis-suq u għall-preċiżjoni ta' l-informazzjoni dwarhom (marbuta mal-Emendi 1 u 2).

Emenda 22

Artikolu 8, paragrafu 2, punt (a)

(a) iżomm id-dikjarazzjoni tal-KE ta’ konformità u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni ta' awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza għal perjodu ta' [għad irid jiġi speċifikat];

(a) iżomm id-dikjarazzjoni tal-KE ta’ konformità u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni ta' awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza għal perjodu ta' [għad irid jiġi speċifikat] wara li jkun ġie mmanifatturat l-aħħar junit tal-prodott;

Emenda 23

Artikolu 9, paragrafu 1

1. Meta jqiegħdu prodott fis-suq importaturi għandhom jaġixxu b'attenzjoni kif imiss skond il-ħtiġijiet applikabbli.

1. L-impurtaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun konformi mat-test tal-Premessi 14-17. L-obbligu ta' l-impurtaturi li fis-suq ta' l-UE jqiegħdu biss prodotti li huma konformi għandu jkun enfasizzat aktar; il-kliem 'b'attenzjoni kif imiss' huma vagi wisq sabiex jesprimu l-obbligu ta' l-impurtatur li jivverifika li l-produttur barra l-UE wettaq evalwazzjoni vera tar-riskju.

Emenda 24

Artikolu 9, paragrafu 2, subparagrafu 2

Fejn importatur isib li l-prodott ma jkunx konformi ma’ … [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi], huwa jista' jqiegħed il-prodott fis-suq biss wara li dan ikun sar konformi mal-ħtiġijiet applikabbli stabbiliti fi ….. [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi]

Fejn importatur isib li l-prodott ma jkunx konformi ma’ … [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi], huwa ma jistax iqiegħed il-prodott fis-suq qabel ma titwettaq l-evalwazzjoni adegwata tar-riskju u l-prodott jinġieb konformi mal-ħtiġijiet applikabbli stabbiliti fi ….. [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi]

Emenda 25

Artikolu 9, paragrafu 3

3. Importaturi għandhom jindikaw isimhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-prodott jew, jekk id-daqs jew in-natura tal-prodott ma tagħmilx dan possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.

3. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-prodott jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.

Ġustifikazzjoni

Sabiex fuq l-importaturi jitpoġġew biss obbligi li huma raġonevolment meħtieġa, id-dettalji għall-kuntatt għandhom ikunu indikati biss fuq il-prodott jew fuq id-dokumenti li jiġu miegħu u mhux fuq l-ippakkjar tiegħu.

Emenda 26

Artikolu 9, paragrafu 3 a (gdid)

 

3a. L-importaturi għandhom, fejn ikun xieraq għall-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, iwettqu testijiet ta’ kampjuni ta’ prodotti mqiegħda fis-suq, biex jinvestigaw, u jekk ikun hemm bżonn, biex iżommu reġistru ta’ l-ilmenti, u biex iżommu lid-distributuri informati b’dan it-tip ta'monitoraġġ.

Ġustifikazzjoni

Fil-paragrafu 3, qed jintalab li jiżdied it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 7(4) tat-test oriġinali tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, qed jintalab ukoll li jiżdied il-kliem "għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur" ma' "f'kull każ, jekk ikun xieraq".

Emenda 27

Artikolu 9, paragrafu 4 a (gdid)

 

4a. L-importaturi għandhom jiggarantixxu li l-informazzjoni kollha li jipprovdu dwar il-prodotti li jimportaw tkun preċiża, kompluta u konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Ġustifikazzjoni

Tiċċara r-responsabilità ta' l-importaturi għall-kwalità tal-prodotti li jpoġġu fis-suq u għall-preċiżjoni ta' l-informazzjoni dwarhom.

Emenda 28

Artikolu 9, paragrafu 6

6. Importaturi għandhom, għall-perjodu …[għandu jkun speċifikat], iżommu kopja tad-dikjarazzjoni KE tal-konformità għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jassiguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

6. L-importaturi għandhom, għall-perjodu ta' għaxar snin, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni KE tal-konformità għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jassiguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

Ġustifikazzjoni

Sabiex l-obbligi ta' l-importaturi jkunu ċċarati, il-perjodu li matulu l-importaturi huma obbligati li jżommu d-dokumentazzjoni għandu jkun iddefinit fid-deċiżjoni.

Emenda 29

Artikolu 10, paragrafu 1

1. Meta jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, distributuri għandhom jaġixxu b'attenzjoni kif imiss fir-rigward ta’ ħtiġijiet applikabbli.

1. Meta jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu b'attenzjoni xierqa fir-rigward ta’ ħtiġijiet applikabbli, partikolarment kif stipulat fil-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Tiċċara li r-rekwiżiti msemmija f'dan il-paragrafu huma dawk li tipprovdi għalihom il-leġiżlazzjoni ta' l-UE.

Emenda 30

Artikolu 10, paragrafu 2, subparagrafu 1

1. Qabel ma jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodotti jkollhom il-marka/i meħtieġa tal-konformità u jkunu akkumpanjati mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur u l-importatur ikunu osservaw il-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu [7 (5) u (6)] u [l-Artikolu 9 (3)].

1. Qabel ma jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodotti jkollhom il-marka/i meħtieġa tal-konformità u jkunu akkumpanjati mid-dokumentazzjoni ta' l-utent fil-lingwa uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn il-prodott se jkun se jitqiegħed fis-suq u li l-manifattur u l-importatur ikunu osservaw il-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu [7 (5) u (6)] u [l-Artikolu 9 (3)].

Ġustifikazzjoni

Għad-distribuzzjoni għall-utent finali, id-dokumentazzjoni għall-utent biss hija meħtieġa. Huwa importanti li d-dokumentazzjoni għall-utent teħtieġ li tinftiehem minn dawk li jridu jsegwuha u għaldaqstant jeħtieġ li tkun miktuba fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-pajjiżi fejn tintuża.

Emenda 31

Artikolu 10, paragrafu 4

4. Distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi jew li jirtirawh mis-suq u minn utenti aħħarin, skond il-każ. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u tal-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

4. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott jinġieb konformi jew li jirtirawh mis-suq u minn utenti aħħarin, skond il-każ. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u tal-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

Ġustifikazzjoni

Id-distributur m'għandux jiġi awtorizzat li jintervieni fid-disinn ta' prodott għax jista' jwassal biex prodott li huwa konformi ma jibqax konformi. (Pereżempju, jistgħu jissostitwixxu għatu tal-plastik li spiss jinkiser b'wieħed alternattiv magħmul minn tip ieħor ta' plastik li huwa aktar fiżikament b'saħħtu iżda li ma jirreżistix in-nar meta fil-fatt għandu jkun tali. Tista' biss tintgħażel alternattiva aħjar meta jkun magħruf għaliex ikun intgħażel komponent jew parti partikulari, u dan jirrikjedi għarfien tad-disinn dettaljat, li l-bejjiegħa jew l-operaturi 'l isfel fil-katina kummerċjali aktarx li m'għandhomx.)

Emenda 32

Artikolu 14, paragrafu 1

1. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li standard armonizzat ma jissodisfax għal kollox il-ħtiġijiet li jkopri u li huma stabbiliti fi …..[referenza għall-parti rilevanti tal-liġi], il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE – minn hawn 'il quddiem "il-Kumitat" – u jippreżentaw il-każ tagħhom. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

1. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li standard armonizzat ma jissodisfax għal kollox il-ħtiġijiet li jkopri u li huma stabbiliti fi …..[referenza għall-parti rilevanti tal-liġi], il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandhom jitolbu spjegazzjoni u ġustifikazzjoni mill-entità Ewropea ta' standardizzazzjoni relevanti jew mill-kumitat nazzjonali ta' standardizzazzjoni fi ħdan dik l-entità. L-entità Ewropea ta' standardizzazzjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 14 għandu jkun akkumpanjat minn obbligu għall-Istati Membri li l-ewwel jikkonsultaw lill-ESO(2), jekk jissuspettaw li xi standard ikollu xi nuqqas li jippermetti li wieħed jaħrab mil-liġi. Dan ikunu konformi mal-proċeduri attwali fl-UE u jippermettu l-involviment minn kmieni ta' l-ESOs u ta' l-esperti tekniċi tagħhom. Din diġà hija pprattikata b'mod informali fil-kuntest tad-Direttiva dwar il-Vultaġġ Baxx.

Emenda 33

Artikolu 14, paragrafu 1 a (gdid)

 

1a. Meta l-Istat Membru li jagħmel it-talba jew il-Kummissjoni jqisu li l-ispjegazzjoni mogħtija mill-entità Ewropea ta' l-istandardizzazzjoni jew mill-kumitat nazzjonali ta' l-istandardizzazzjoni mhix sodisfaċenti sa l-aħħar, l-Istat Membru jew il-Kummissjoni għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat Permanenti mwaqqaf skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, minn hawn imsejjaħ il-"Kumitat", u jippreżenta/tippreżenta l-argumenti tiegħu/tagħha. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

Ġustifikazzjoni

B'konsegwenza ta' l-emenda lill-Artikolu 14, paragrafu 1, din l-emenda tagħti konsistenza lill-proċedura u ddaħħal ir-referenza għall-kumitat tal-Kummissjoni li kienet tneħħiet mill-Artikolu 14, paragrafu 1.

Emenda 34

Artikolu 14, paragrafu 3

3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-korp Ewropew ta' standardizzazzjoni kkonċernat u, jekk ikun meħtieġ, titlob li jkunu riveduti l-istandards armonizzati in kwistjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-korp Ewropew ta' standardizzazzjoni kkonċernat u, jekk ikun meħtieġ, titlob li jkunu riveduti l-istandards armonizzati in kwistjoni. Meta tintalab din ir-reviżjoni, l-entità Ewropea ta' standardizzazzjoni għandha tissottometti lill-Kummissjoni deskrizzjoni tan-nuqqas flimkien ma' pjan ta' azzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din tiċċara l-proċedura li trid tkun segwita mill-ESOs.

Emenda 35

Artikolu 17

Artikolu 17

imħassar

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE

 

1. Il-marka CE għandha tkun magħmula mill-inizjali “CE” bil-forma li ġejja:

 

 

2. Jekk il-marka CE tkun imnaqqsa jew imkabbra, l-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn gradwat fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq għandhom ikunu rrispettati.

 

3. Fejn liġi speċifika ma timponix qisien speċifiċi, il-marka CE għandha jkollha tul ta' mill-anqas 5 mm.

 

4. Il-marka CE għandha titwaħħal fuq il-prodott jew fuq it-tikketta tiegħu ta' informazzjoni b'mod li tkun tidher, tkun tista' tinqara u ma titħassarx. Fejn dan ma jistax isir jew ma jkunx permess minħabba n-natura tal-prodott, hija għandha titwaħħal fuq l-ippakkjar, u mad-dokumenti li jakkumpanjawha, fejn il-liġi in kwistjoni tipprovdi għal dawk id-dokumenti.

 

5. Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq. Jista' jkollha warajha piktogramma jew kull marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.

 

6. Il-marka CE għandha jkollha warajha n-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat fejn dak il-korp ikollu x'jaqsam fil-fażi ta' kontroll tal-produzzjoni.

 

In-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew fuq struzzjonijiet tiegħu, u mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbiliti fil-Komunità.

 

7. Stati Membri għandhom jaraw li jkun hemm l-implimentazzjoni korretta tar-reġim li jirregola il-marka CE, u jekk jidhrilhom li jkun sewwa, jieħdu azzjoni legali f’każ ta’ użu li ma jkunx jixraq. Stati Membri għandhom jistabbilixxu pieni, inklużi sanzjonijiet kriminali meta jkun hemm ksur gravi, li jkunu proporzjonati għal gravità ta’ l-offiża u jikkostitwixxu deterrent effettiv kontra użu mhux xieraq.

 

Ġustifikazzjoni

Il-marka CE teħtieġ protezzjoni aħjar. Peress li s-sinifikat tal-marka CE mhux mifhum sew, qed jiżdiedu l-prodotti li jkollhom il-marka CE imma ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni. Għalhekk huwa fl-interess komuni tal-produtturi, tan-negozjanti u tal-konsumaturi li jkun hemm regoli ċari dwar il-marka CE. Sabiex dawn ir-regoli jiġu applikati minnufih u ma jkunux suġġetti għal leġiżlazzjoni fil-ġejjieni, l-Artikoli 16 u 17 u l-premessi li jikkorrispondu ta' din id-Deċiżjoni għandhom jitpoġġew fir-Regolament u din il-premessa trid tkun emendata kif xieraq.

Emenda 36

Artikolu 22, paragrafu 4, subparagrafu 4 a (ġdid)

 

L-entità għall-evalwazzjoni tal-konformità għandha twettaq l-attivitajiet tagħha waqt li tqis id-daqs, is-settur u l-istruttura tal-kumpaniji, u bl-istess mod il-kumplessità relattiva tat-tekonoloġija applikata għall-prodotti u, finalment, in-natura ta' serje jew ta' junit, tal-produzzjoni.

Ġustifikazzjoni

It-tħassib li wriet il-Kummissjoni fir-rigward tad-daqs u l-kumplessità relattiva tat-teknoloġija applikata lill-prodotti b'rabta mal-proċeduri ta' konformità, sabiex jiġu evitati piżijiet bla bżonn, huwa apprezzat. Parametri oħra bħas-settur, l-istruttura ta' ditti u n-natura serjali tal-produzzjoni, għandhom ukoll jitqiesu.

Emenda 37

Artikolu 22, paragrafu 7, punt (d a) (ġdid)

 

(da) il-kapaċità li, waqt li jwettaq l-attivitajiet tiegħu, iqis id-daqs u l-istruttura ta' kull kumpanija u l-kumplessità relattiva tat-teknoloġija applikata għal kull prodott u n-natura ta' serje jew ta' junit, tal-produzzjoni.

Ġustifikazzjoni

It-tħassib li wriet il-Kummissjoni fir-rigward tad-daqs u l-kumplessità relattiva tat-teknoloġija applikata lill-prodotti b'rabta mal-proċeduri ta' konformità, sabiex jiġu evitati piżijiet bla bżonn, huwa apprezzat. Parametri oħra bħas-settur, l-istruttura ta' ditti u n-natura serjali tal-produzzjoni, għandhom ukoll jitqiesu.

Emenda 38

Artikolu 25, paragrafu 1, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Għall-istess raġuni, tista' tintuża entità akkreditata li tifforma parti separata u identifikabbli ta' intrapriża jew organizzazzjoni settorjali li tinvolvi intrapriżi involuti fid-disinn, fil-manifattura, fil-provvista, fl-istallazzjoni, fl-użu jew iż-żamma tal-prodotti li hija tevalwa u li ġiet stabbilita sabiex tipprovdi servizzi ta' evalwazzjoni tal-konformità lill-intrapriża jew organizzazzjoni li minnha tifforma parti.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu indirizzati l-ħtiġijiet ta' l-SMEs fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni u biex ikun żgurat li l-proċeduri ta' evalwazzjoni tal-konformità jitwettqu skond id-daqs, l-istruttura, it-teknoloġija involuta, is-settur u l-fatt li l-produzzjoni hija ta' serje, il-laboratorji u l-istrutturi ta' evalwazzjoni tal-konformità li jappertienu lill-organizzazzjonijiet intermedjarji tan-negozju u/jew lil organizzazzjonijiet settorjali għandhom ikunu akkreditati.

Emenda 39

Artikolu 31, paragrafu 2

2. L-evalwazzjonijiet tal-konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat biex ikunu evitati diffikultajiet bla bżonn lil operaturi ekonomiċi, b’mod partikulari meta jitqies id-daqs ta’ kumpaniji u l-komplessità relattiva tat-teknoloġija użata mill-prodotti.

2. L-evalwazzjonijiet tal-konformità għandhom isiru b’mod proporzjonat biex ikunu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikulari meta jitqies id-daqs, is-settur u l-istruttura ta’ kumpaniji, il-kumplessità relattiva tat-teknoloġija użata mill-prodotti u jekk il-prodott huwiex riżultat ta' produzzjoni ta' prodott individwali jew ta' produzzjoni ta' serje.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun evitat piż żejjed, fatturi oħra bħad-daqs, il-kumplessità relattiva tat-teknoloġija użata fil-prodotti, u l-fatt li l-produzzjoni hija ta' serje, għandhom jitqiesu meta jitwettqu l-proċeduri ta' konformità. Din hija wkoll spiża żejda għall-konsumaturi.

Emenda 40

Artikolu 35, paragrafu 2 a (gdid)

 

2a. Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-swieq ta' Stat Membru jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru ieħor, huma għandhom l-ewwel jikkuntatjaw l-operatur ekonomiku kkonċernat fl-indirizz iddikjarat fuq il-prodott kkonċernat jew fid-dokument li jakkumpanja l-prodott. L-operatur ekonomiku għandu jkun mogħti perjodu ta' żmien raġjonevoli biex jirrispondi, li għandu jkun ta' tmienja u għoxrin jum f'każijiet fejn ma jkunx hemm riskju immedjat għas-saħħa u għas-sikurezza tal-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

L-operaturi ekonomiċi għandhom jingħataw il-possibilità li jirrispondu dwar il-pożizzjoni ta' l-awtoritajiet relevanti, partikularment meta Stati Membri oħra jkunu nvoluti wkoll b'hekk, il-proċedura jista' jkollha impatt sinifikanti fuq in-negozju tagħhom. Il-perjodu ta' 28 jum propost jipprovdi bilanċ raġjonevoli bejn il-bżonnijiet tal-korpi ta' infurzar u l-operaturi ekonomiċi. L-istess skadenza diġà qed tiġi applikata, eżempju, fl-implimentazzjoni tad-Direttiva mir-Renju Unit dwar l-użu ta' sustanzi perikolużi f'tagħmir elettriku u elettroniku u l-esperjeza wriet li hija xierqa.

Emenda 41

Artikolu 35, paragrafu 3

3. L-operatur ekonomiku għandu jassigura li jittieħdu azzjonijiet korrettivi fir-rigward tal-prodotti kollha li huwa jkun qiegħed biex jinkisbu mis-suq fil-Komunità kollha.

3. L-operatur ekonomiku għandu jassigura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi kollha possibbli fir-rigward tal-prodotti kollha li huwa jkun qiegħed biex jinkisbu mis-suq fil-Komunità kollha.

Ġustifikazzjoni

Fil-prattika l-obbligu assolut ma jistax jintlaħaq. Jista' jkun hemm ħafna importaturi ta' l-istess prodott li jqiegħdu l-istess prodott fuq is-suq (eż. f'pajjiżi differenti). Ladarba prodott ikun fis-suq fi kwalunkwe pajjiż partikulari, jista' jkun hemm varjetà wiesgħa ta' distributuri, kemm kbar kif ukoll żgħar ħafna. L-esperjenza wriet li anke meta sejħiet għall-ġbir lura ta' prodotti jiġu nnotifikati fl-istampa nazzjonali u fil-punti tal-bejgħ bl-imnut, eċċ, in-numru ta' oġġetti li jidħlu lura huwa anqas minn 70%.

Emenda 42

Artikolu 35, paragrafu 3 a (gdid)

 

3a. L-impurtaturi u d-distributuri m'għandhomx jimmodifikaw prodott b'mod li tiġi milquta l-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli, mingħajr ma jikkonsultaw mal-produttur.

Ġustifikazzjoni

Ġeneralment l-importaturi u d-distributuri ma jkollhomx il-kompetenza teknika sabiex jagħmlu tibdiliet fl-intern ta' prodott, u kieku jkunu f'qagħda li jagħmlu dan huma jistgħu serjament ibaxxu s-sikurezza jew xi parametru ieħor tal-prodott. Barra minn hekk, aktarx ikun hemm numru ta' distributuri għal prodott speċifiku u l-organizzazzjoni responsabbli li tkun qegħdet il-prodott fis-suq ma tkunx trid li jkun hemm għadd ta' tibdiliet ad hoc magħmula minn dawn id-distributuri.

Emenda 43

Artikolu 35, paragrafu 4, subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-swieq ta' Stat Membru jkunu jixtiequ jirtiraw prodott magħmlu fi Stat Membru ieħor, huma għandhom jinfurmaw lill-operatur ekonomiku kkonċernat fl-indirizz iddikjarat fuq il-prodott kkonċernat jew fid-dokument li jakkumpanja l-prodotti.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-operatur ekonomiku jkun informat jekk Stat Membru ieħor jiddeċiedi li jirtira prodott minn tiegħu. Madankollu, l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri ma jistgħux ikunu mistennija li jikkuntattjaw lill-operatur ekonomiku qabel ma jibagħtu informazzjoni lill-awtoritajiet fi Stat Membru ieħor peress li dan inaqqas il-ħeffa tal-proċedura b'mod konsiderevoli.

Emenda 44

Artikolu 36, paragrafu 3

3. Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas tal-konformità tal-prodott ikun attribwit għal difetti fl-istandards armonizzati, kif imsemmi fl-Artikolu [35 (5) (b)], il-Kummissjoni jew l-Istat Membru għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat Permanenti stabbilit bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE.

3. Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas tal-konformità tal-prodott ikun attribwit għal difetti fl-istandards armonizzati, kif imsemmi fl-Artikolu [35 (5) (b)], għandha titwettaq konsultazzjoni ma' l-entità Ewropea ta' standardizzazzjoni relevanti, kif stipulat fl-Artikolu 14(1), qabel il-Kummissjoni jew l-Istat Membru iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat Permanenti stabbilit bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 14 għandu jkun akkumpanjat minn obbligu għall-Istati Membri li l-ewwel jikkonsultaw lill-ESO(3), jekk jissuspettaw li xi standard ikollu xi nuqqas li jippermetti li wieħed jaħrab mil-liġi. Dan ikunu konformi mal-proċeduri attwali fl-UE u jippermettu l-involviment minn kmieni ta' l-ESOs u ta' l-esperti tekniċi tagħhom. Din diġà hija pprattikata b'mod informali fil-kuntest tad-Direttiva dwar il-Vultaġġ Baxx.

Emenda 45

Anness I, Modulu A, paragrafu 4, punt 4.2, subparagrafu 2

Ma’ kull prodott li jkun disponibbli fuq is-suq għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità. Mandankollu, f’dawk il-każijiet fejn jiġu kkonsenjati numru kbir ta’ prodotti lil utent wieħed, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi interpretat bħala li huwa applikabbli għal grupp jew konsenja, aktar milli għal prodotti individwali.

Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tingħata għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet rilevanti, fuq talba tagħhom.

Emenda orizzontali applikabbli għall-moduli kollha t'hawn taħt:

- Anness I, Modulu A, paragrafu 4, punt 4.2, subparagrafu 2

- Anness I, Modulu A1, paragrafu 5, punt 5.2, subparagrafu 2

- Anness I, Modulu A2, paragrafu 5, punt 5.2, subparagrafu 2

- Anness I, Modulu C, paragrafu 3, punt 3.2, subparagrafu 2

- Anness I, Modulu C1, paragrafu 4, punt 4.2, subparagrafu 2

- Anness I, Modulu C2, paragrafu 4, punt 4.2, subparagrafu 2

- Anness I, Modulu D, paragrafu 5, punt 5.2, subparagrafu 2

- Anness I, Modulu D1, paragrafu 7, punt 7.2, subparagrafu 2

- Anness I, Modulu E, paragrafu 5, punt 5.2, subparagrafu 2

- Anness I, Modulu E1, paragrafu 7, punt 7.2, subparagrafu 2

- Anness I, Modulu F, paragrafu 6, punt 6.2, subparagrafu 2

- Anness I, Modulu F1, paragrafu 7, punt 7.2, subparagrafu 2

- Anness I, Modulu G, paragrafu 5, punt 5.2, subparagrafu 2

- Anness I, Modulu H, paragrafu 5, punt 5.2, subparagrafu 2

- Anness I, Modulu H1, paragrafu 6, punt 6.2, subparagrafu 2

Ġustifikazzjoni

L-obbligu li tingħata kopja tad-Dikjarazzjoni tal-Konformità ma' kull junit li jinbiegħ hija biċċa xogħol kbira u sproporzjonata għall-operaturi ekonomiċi.

Emenda 46

Anness I, Modulu A, paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a. L-Importatur

 

L-importaturi għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni KE tal-konformità għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jassiguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

Emenda orizzontali applikabbli għall-moduli kollha t'hawn taħt:

- Anness I, Modulu A, paragrafu 5 a (ġdid)

- Anness I, Modulu A1, paragrafu 6 a (ġdid)

- Anness I, Modulu A2, paragrafu 6 a (ġdid)

- Anness I, Modulu C, paragrafu 4 a (ġdid)

- Anness I, Modulu C1, paragrafu 5 a (ġdid)

- Anness I, Modulu C2, paragrafu 5 a (ġdid)

- Anness I, Modulu D, paragrafu 8 a (ġdid)

- Anness I, Modulu D1, paragrafu 10 a (ġdid)

- Anness I, Modulu E, paragrafu 8 a (ġdid)

- Anness I, Modulu E1, paragrafu 10 a (ġdid)

- Anness I, Modulu F, paragrafu 8 a (ġdid)

- Anness I, Modulu F1, paragrafu 9 a (ġdid)

- Anness I, Modulu G, paragrafu 6 a (ġdid)

- Anness I, Modulu H, paragrafu 8 a (ġdid)

- Anness I, Modulu H1, paragrafu 8 a (ġdid)

Ġustifikazzjoni

Kull operatur ekonomiku li jqiegħed prodotti fis-suq Komunitarju għandu jkun responsabbli għall-konformità ta' dawn il-prodotti. Il-manifattur biss jista' jħejji u jaġġorna d-dokumentazzjoni teknika peress li huwa għandu l-informazzjoni dwar id-disinn tal-prodott. Madankollu, jekk il-manifattur jinsab barra l-UE u m'għandux rappreżentanti fl-UE, m'hemm l-ebda mod sabiex l-awtoritajiet ikollhom aċċess għad-dokumentazzjoni relattiva, u dan idgħajjef l-infurzar. Għaldaqstant, b'konformità ma' l-Artikolu 7, l-importatur għandu jkun responsabbli li jiżgura li din id-dokumentazzjoni tkun għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet ta' infurzar.

Emenda 47

Anness I, Modulu A2, paragrafu 4, subparagrafu 3 a (ġdid)

 

L-entità notifikata trid taċċetta l-qsim tar-riżultati tat-testijiet (shared ITT) u t-trasferiment 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni tar-riżultati tat-testijiet (cascading ITT).

Ġustifikazzjoni

Ladarba l-biċċa l-kbira ta' l-ispejjeż ta' l-evalwazzjoni ta' konformità tirriżulta mit-testijiet, hu meqjus li l-qsim tar-riżultati tat-testijiet (shared ITT) u t-trasferiment 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni tar-riżultati tat-testijiet (cascading ITT) irid ikun aċċettat mill-entitajiet għaċ-ċertifikazzjoni esterna.

Emenda 48

Anness I, Modulu C1, paragrafu 3, subparagrafu 2 a (ġdid)

 

L-entità notifikata trid taċċetta l-qsim tar-riżultati tat-testijiet (shared ITT) u t-trasferiment 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni tar-riżultati tat-testijiet (cascading ITT).

Ġustifikazzjoni

Ladarba l-biċċa l-kbira ta' l-ispejjeż ta' l-evalwazzjoni ta' konformità tirriżulta mit-testijiet, hu meqjus li l-qsim tar-riżultati tat-testijiet (shared ITT) u t-trasferiment 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni tar-riżultati tat-testijiet (cascading ITT) irid ikun aċċettat mill-entitajiet għaċ-ċertifikazzjoni esterna.

Emenda 49

Anness I, Modulu C2, paragrafu 3, subparagrafu 3 a (ġdid)

 

L-entità notifikata trid taċċetta l-qsim tar-riżultati tat-testijiet (shared ITT) u t-trasferiment 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni tar-riżultati tat-testijiet (cascading ITT).

Ġustifikazzjoni

Ladarba l-biċċa l-kbira ta' l-ispejjeż ta' l-evalwazzjoni ta' konformità tirriżulta mit-testijiet, hu meqjus li l-qsim tar-riżultati tat-testijiet (shared ITT) u t-trasferiment 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni tar-riżultati tat-testijiet (cascading ITT) irid ikun aċċettat mill-entitajiet għaċ-ċertifikazzjoni esterna.

PROĊEDURA

Titolu

Qafas komuni għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq

Referenzi

COM(2007)0053 - C6-0067/2007 - 2007/0030(COD)

Kumitat responsabbli

IMCO

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.3.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

       Data tal-ħatra

John Purvis

12.4.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

26.6.2007

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

2.10.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Silvia Ciornei, Pilar del Castillo Vera, Lena Ek, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Umberto Guidoni, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Rebecca Harms, Mary Honeyball, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Anne Laperrouze, Pia Elda Locatelli, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Andres Tarand, Radu Ţîrle, Patrizia Toia, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras, Dominique Vlasto

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Manuel António dos Santos, Avril Doyle, Robert Goebbels, Françoise Grossetête, Erika Mann, John Purvis, Bernhard Rapkay, Silvia-Adriana Ţicău, Vladimir Urutchev, Lambert van Nistelrooij

(1)

Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

(2)

Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzazzjoni (CENELEC, CEN u ETSI)

(3)

Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzazzjoni (CENELEC, CEN u ETSI)


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (12.9.2007)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq

(COM(2007)0053 – – C6-0067/2007 –207/0030 (COD))

Rapporteur għal opinjoni: Othmar Karas

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Għad baqa' ostakli għall-moviment ħieles tal-prodotti. Il-Kummissjoni tidentifika dawk l-ostakli bħala: distorsjoni tal-kompetizzjoni minħabba prattiki differenti fl-"indikazzjoni tal-konformità" mill-korpi nazzjonali ta' l-evalwazzjoni; trattament mhux ugwali fis-suq ta' prodotti perikolużi jew "li ma jikkonformawx" permezz ta' l-użu ta' regolamenti, regoli u mezzi nazzjonali għas-sorveljanza tas-suq differenti ħafna; nuqqas ta' fiduċja fl-immarkar tal-konformità; u nuqqas ta' koerenza fl-implimentazzjoni u l-infurzar ta' leġiżlazzjoni eżistenti ta' l-UE.

L-iskop tal-proposta hu li:

-  tfassal il-qafas ġenerali għal leġiżlazzjoni settorjali futura;

-  tagħti gwida dwar kif għandhom jintużaw elementi komuni; u

-  tiżgura il-massimu ta' koerenza li hi politikament u teknikament vijabbli f'leġiżlazzjoni settorjali futura.

Qed tiġi ppreżentata flimkien ma' proposta għal Regolament dwar l-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-suq.

F'din l-opinjoni, ir-rapporteur tagħkom identifika kwistjoni li jikkunsidra li jistħoqqilha attenzjoni partikolari minħabba t-tħassib partikolari tal-kumitat dwar iċ-ċertezza legali u l-kwalità ta' l-abbozzar.

Kif inhi l-proposta bħalissa, tidher li teskludi t-twaħħil ta' marki volontarji ta' konformità ta' partijiet terzi flimkien mal-marka CE, li tikkostitwixxi biss dikjarazzjoni mill-manufattur li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Dan iwassal biex negozji u impjiegi jmorru f'pajjiżi barra mill-UE, fejn ċerti entitajiet internazzjonali ta' l-ittestjar diġà għandhom monopolju de facto fl-Amerika ta' Fuq u fl-Istati Uniti, u dan ikun ta' detriment għall-konsumaturi.

Li tagħmel tali bidla radikali b'mod inċidentali u li ma jidhirx permezz ta' mod kif jitpoġġa l-kliem li ma jippromwovix ċertezza legali, u f'pakkett leġiżlattiv li fil-bqija tiegħu huwa ta' benefiċċju, imur kontra l-prinċipji ta' leġiżlazzjoni aħjar.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 17

Billi l-importaturi u d-distributuri huma operaturi 'l isfel fil-katina, huma ma jistgħux, fil-kors normali tal-ħajja, ikunu obbligati li jassiguraw huma stess li d-disinn u l-produzzjoni tal-prodott ikunu konformi mal-ħtieġa applikabbli. L-obbligi tagħhom, fir-rigward tal-konformità tal-prodott għandhom ikunu limitati għal ċerti miżuri ta’ kontroll biex ikun aċċertat jekk il-manifattur ħarisx l-obbligi tiegħu, bħalma hija l-verifika jekk il-prodott ikollux il-marka meħtieġa tal-konformità u jekk ikunux ingħataw id-dokumenti meħtieġa. Iżda, wieħed jistenna li kemm l-importaturi kif ukoll id-distributuri jaġixxu b’attenzjoni kif imiss f’dak li jkollu x’jaqsam mal-ħtiġijiet applikabbli meta huma jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli prodotti fis-suq.

Billi l-importaturi u d-distributuri huma operaturi 'l isfel fil-katina, huma ma jistgħux, fil-kors normali tal-ħajja, ikunu obbligati li jassiguraw huma stess li d-disinn u l-produzzjoni tal-prodott ikunu konformi mal-ħtieġa applikabbli. Sabiex dan isir, iridu joqgħdu fuq l-operaturi ekonomiċi li jpoġġu l-prodotti fis-suq Komunitarju. L-obbligi tad-distributuri għandhom ikunu limitati għal ċertu miżuri ta' kontroll, bħall-verifika jekk il-prodotti għandhomx il-marka ta' konformità meħtieġa u jekk hix disponibbli mal-prodott id-dokumentazzjoni meħtieġa mill-utent. Huwa mistenni li d-distributuri jaġixxu bil-prudenza meħtieġa fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli meta jpoġġu l-prodotti fis-suq.

Gustifikazzjoni

Kif inhuma l-affarijiet issa, il-Premessa (17) hija f'kunflitt mal-Premessa (15). Il-Premessa (15) tistipula li l-importatur għandu jiżgura li l-prodotti li jpoġġi fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti Komunitarji li japplikaw, filwaqt li l-Premessa (17) tirrikjedi li l-importatur jaġixxi bil-kura meħtieġa.

Billi r-rekwiżiti imposti fuq l-importaturi huma differenti minn dawk imposti fuq id-distributuri, huwa probabbli li jkun hemm konfużjoni jekk dawn jitħalltu f'test uniku għad-distributuri u għall-importaturi. Għalhekk, il-Premessa (17) għandha tinqasam f'żewġ partijiet sabiex ikun hemm distinzjoni bejn id-distributuri u l-importaturi u l-obbligi rispettivi tagħhom.

Id-distributuri jieħdu prodott li diġà tpoġġa fuq is-suq Komunitarju u jagħmluh disponibbli b'mod ġenerali. Konsegwentement, l-obbligu tagħhom għandhu jkun limitat għall-kontroll li l-prodott għandu l-marka CE u li kwalunkwe dokumentazzjoni mogħtija lill-utent u meħtieġa għall-użu sikur u sigur tal-prodott b'rispett ta' l-ambjent. M'għandhomx ikunu meħtieġa li jikkontrollaw jew iżommu kopji tad-dikjarazzjoni ta' konformità jew tad-dokumentazzjoni teknika. Għal din ir-raġuni nemmnlu li r-referenza għad-"dokumenti" fil-proposta oriġinali għandha tkun "dokumentazzjoni għall-utent".

Emenda 2

Premessa 17 a (ġdida)

(17a) L-importaturi jistgħu ma jivverifikawx id-disinn u l-karatteristiċi tal-manifattura tal-prodotti imma, peress li jpoġġuhom fis-suq tal-Komunità, għandhom l-obbligu li jiżguraw li l-prodotti jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni kollha fis-seħħ. Sabiex jissodisfaw dan l-obbligu, jeħtieġ li l-ewwel l-importaturi jiżguraw li l-manifatturi huma konxji tal-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ u li l-manifatturi ħejjew id-dikjarazzjonijiet korrispondenti ta' konformità u ta' dokumentazzjoni teknika. Bħala entità residenti fil-Komunità, l-importaturi għandu jkollhom ir-responsabbilità legali li jiżguraw li l-prodotti li jqiegħu fis-suq jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli u li d-dikjarazzjonijiet ta' konformità u d-dokumentazzjoni teknika msemmija aktar 'l fuq ikunu disponibbli għall-awtoritjiet ta' infurzar.

Gustifikazzjoni

Kif inhuma l-affarijiet issa, il-Premessa (17) hija f'kunflitt mal-Premessa (15). Il-Premessa (15) tistipula li l-importatur għandu jiżgura li l-prodotti li jpoġġi fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti Komunitarji li japplikaw, filwaqt li l-Premessa (17) tirrikjedi li l-importatur jaġixxi bil-kura meħtieġa.

Billi r-rekwiżiti imposti fuq l-importaturi huma differenti minn dawk imposti fuq id-distributuri, huwa probabbli li jkun hemm konfużjoni jekk dawn jitħalltu f'test uniku għad-distributuri u għall-importaturi. Għalhekk, il-Premessa (17) għandha tinqasam f'żewġ partijiet sabiex ikun hemm distinzjoni bejn id-distributuri u l-importaturi u l-obbligi rispettivi tagħhom.

B'mod differenti mid-distributuri, l-importaturi jqiegħdu prodotti fis-suq Komunitarju u għalhekk għandhom jifhmu sew liema liġijiet Komunitarji japplikaw. L-importaturi huma residenti fil-Komunità; huma biss iqiegħdu prodotti fis-suq Komunitarju; u għandu jkollhom l-obbligu legali li jiżguraw konformità - inkluż id-disponibilità ta' Dikjarazzjonijiet ta' Konformità u dokumentazzjoni teknika.

Emenda 3

Premessa 22 a (ġdida)

(22a) Huwa importanti li jiġi ċċarat, madankollu, li l-marka CE hija indikazzjoni viżiva mpoġġija mill-manufattur li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni speċifika Ewropea. Fil-verità mhix indikazzjoni ta' kwalità jew li l-prodott ġie ċċertifikat, approvat jew eżaminat minn terzi, pubbliku jew privat (apparti meta direttiva speċifika tirrikjedi li l-marka CE tkun akkumpanjata min-numru ta' l-Korp Innotifikat involut fil-fażi ta' kontroll tal-produzzjoni). Minħabba l-Approċċ il-Ġdid ibbażat fuq id-direttivi li jistipulaw 'ir-rekwiżiti essenzjali', jista' jkun li prodotti li għandhom il-marka CE ma jkunux ġew eżaminati sabiex ikun żgur li jikkonformaw ma' l-istandards uffiċjali armonizzati, fejn dawn jeżistu. Din il-marka CE lanqas ma' tindika approvazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni jew kwalunkwe awtorità Ewropea jew nazzjonali oħra. Fl-aħħarnett, mhix indikazzjoni ta' l-oriġini.

Gustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-marka CE mhix marka ta' kwalità u li ma timplikax li l-prodott ġie ċċertifikat, approvat jew spezzjonat minn parti terza jew li jikkonforma ma' standards uffiċjali armonizzati. Hija biss għajnuna għall-infurzar u għall-awtoritajiet ta' l-infurzar. Sabiex ma tinħoloqx konfużjoni, ma nipproponux li l-marka CE tkun waħda volontarja. F'dan ir-rigward jibqa' kollox bħal ma ħu fis-seħħ bħalissa fid-Direttivi l-Ġodda ta' Approċċ, obligatorju għall-manifatturi u r-rappreżentati awtorizzati kollha irrispettivament mid-daqs tagħhom jew minn fatturi oħra; sabiex isir kwalunkwe bdil f'dan ir-rigward, tinħoloq konfużjoni bla bżonn kemm għall-awtoritajiet ta' infurzar u kemm għax-xiri tal-prodotti.

Emenda 4

Artikolu 6, punt 11 a (ġdid)

(11a) "il-marka CE" tfisser mezz ċar mill-ewwel li bih il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jikkomunika li l-prodott huwa konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja kollha applikabbli li tirrikjedi l-marka CE.

Emenda 5

Artikolu 9

1. Meta jqiegħdu prodott fis-suq importaturi għandhom jaġixxu b'attenzjoni kif imiss skond il-ħtiġijiet applikabbli.

1. L-importaturi għandhom ikunu obbligati li jqiegħdu prodotti tas-sigurtà fis-suq.

2. Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq importaturi għandhom jivverifikaw li tkun saret il-proċedura xierqa ta' l-evalwazzjoni tal-konformità mill-manifattur. Huma għandhom jivverifikaw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-prodott ikollu l-marka/i meħtieġa tal-konformità, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun osserva l-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu [7(5) u (6)].

2. Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq importaturi għandhom jivverifikaw li tkun saret il-proċedura xierqa ta' l-evalwazzjoni tal-konformità mill-manifattur. Huma għandhom jivverifikaw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-prodott ikollu l-marka/i meħtieġa tal-konformità, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun osserva l-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu [7(5) u (6)].

Fejn importatur isib li l-prodott ma jkunx konformi ma’ … [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi], huwa jista' jqiegħed il-prodott fis-suq biss wara li dan ikun sar konformi mal-ħtiġijiet applikabbli stabbiliti fi ….. [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi]

Fejn importatur isib li l-prodott ma jkunx konformi ma’ … [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi], huwa jista' jqiegħed il-prodott fis-suq biss wara li dan ikun sar konformi mal-ħtiġijiet applikabbli stabbiliti fi ….. [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi]

3. Importaturi għandhom jindikaw isimhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-prodott jew, jekk id-daqs jew in-natura tal-prodott ma tagħmilx dan possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.

3. Importaturi għandhom jindikaw isimhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-prodott jew, jekk id-daqs jew in-natura tal-prodott ma tagħmilx dan possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.

 

3a. L-importaturi għandhom, f’kull każ li jkun xieraq għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur u fejn jaqbel mal-karatteristiċi tal-prodotti li jwasslu, jagħmlu testijiet ta’ kampjun ta’ prodotti mqiegħda fis-suq, biex jinvestigaw, u jekk ikun il-bżonn, biex iżommu reġistru ta’ lmenti u biex iżommu lil distributuri informati b’dak il-monitoraġġ.

4. Importaturi għandhom jassiguraw li waqt li l-prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta' ħażna jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tal-prodott mal-ħtiġijiet applikabbli stabbiliti fi ….. [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi].

4. Importaturi għandhom jassiguraw li waqt li l-prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta' ħażna jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tal-prodott mal-ħtiġijiet applikabbli stabbiliti fi ….. [referenza għall-parti rilevanti tal-liġi].

5. Importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi jew li jirtirawh mis-suq u minn utenti aħħarin, skond il-każ. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u tal-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

5. Importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja applikabbli, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi jew li jirtirawh mis-suq u minn utenti aħħarin, skond il-każ. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli dwar dan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikulari, dwar in-nuqqas tal-konformità u tal-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

6. Importaturi għandhom, għall-perjodu …[għandu jkun speċifikat], iżommu kopja tad-dikjarazzjoni KE tal-konformità għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jassiguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet jekk jitolbuha.

6. L-importaturi għandhom:

 

(a) jagħmlu dikjarazzjoni li huma vverifikaw li l-proċeduri xierqa ta' evalwazzjoni ta' konformità saru mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat u li jaċċettaw ir-responsabbilità legali għall-prodotti li jimpurtaw;

 

(b) iżommu u jibqgħu jżommu d-dikjarazjoni ta' konformità tal-KE mħejjija mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

 

(c) iżommu l-informazzjoni deskritta f'punti (a), (b) u (c) għal perjodu ta' għaxar snin wara l-manifattura ta' l-aħħar prodott...[jew għal perjodu ieħor li jista' jkun speċifikat] biex tkun disponibbli għall-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.

 

(d) iżommu l-informazzjoni deskritta fil-punti (a), (b) u (c) għal perjodu ta' għaxar snin wara l-manifattura ta' l-aħħar prodott...[jew għal perjodu ieħor li jista' jkun speċifikat] biex tkun disponibbli għall-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.

7. Importaturi għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, meta jitolbuhom, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessaja biex juru l-konformità tal-prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dawk l-awtoritajiet, fuq talba ta’ dawn ta’ l-aħħar, dwar kull azzjoni biex ikun evitat riskju mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

7. Importaturi għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, meta jitolbuhom, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessaja biex juru l-konformità tal-prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dawk l-awtoritajiet, fuq talba ta’ dawn ta’ l-aħħar, dwar kull azzjoni biex ikun evitat riskju mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Gustifikazzjoni

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs bejn il-manifatturi u l-importaturi ta’ l-UE ta’ prodotti li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, huwa kruċjali li jiġu provduti obbligi indaqs fost l-operaturi ekonomiċi li jpoġġu l-prodotti fis-suq tal-Komunità. Livell indaqs ta’ obbligi jiżgura l-istess livell ta’ responsabilità f’każ ta’ prodotti mhux konformi.

It-test ta' l-Artikolu 9(1) propost huwa bbażat fuq l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti (GPSD), li tistipula li "il-Produtturi huma obbligati li jqiegħu fis-suq biss prodotti sikuri".

Nipproponu li tiżdied sub-taqsima 3 ġdida mat-test oriġinali tal-Kummissjoni Ewropea sabiex tkun konformi ma' l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti.

Fl-Artikolu 9(6) l-importaturi huma meħtieġa li jiffirmaw dokument anness mad-Dikjarazzjoni ta' Konformità sabiex jieħu r-responsabbiltà għall-prodotti li jqiegħdu fis-suq, u sabiex iżommu d-dokumentazzjoni teknika, Jekk il-manifattur jinsab barra mill-UE u m’għandux rappreżentant awtorizzat fi ħdan l-UE, huwa diffiċli għall-awtoritajiet li jkollhom aċċess għall-fajl tekniku.

Emenda 6

Artikolu 16, paragrafu 2

2. Il-marka CE għandha tkun l-unika marka li tafferma l-konformità tal-prodott mal-ħtiġijiet applikabbli. Stati Membri għandhom iżommu milli jdaħħlu fir-regolamenti nazzjonali tagħhom jew għandhom jirtiraw kull referenza għal marka ta’ konformità li ma tkunx il-marka CE fir-rigward tal-konformità mad-dispożizzjonijiet li hemm fil-liġijiet fuq il-marka CE.

2. Il-marka CE għandha tkun l-unika marka li tesprimi d-dikjarazzjoni tal-manufattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu li l-prodott huwa f'konformità mal-ħtiġijiet applikabbli tal-liġi Komunitarja. L-Istati Membri għandhom iżommu milli jdaħħlu fir-regolamenti nazzjonali tagħhom jew għandhom jirtiraw kull referenza għal marka ta’ konformità, bit-tifsira tal-marka CE kif definita fl-Artikolu 6(11a), fir-rigward tal-konformità mad-dispożizzjonijiet li hemm fil-liġijiet fuq il-marka CE.

 

L-operaturi ekonomiċi mhux se jinżammu milli jwaħħlu marki oħra volontarjament barra mill-marka CE, sakemm dan ma joħloqx konfużjoni.

Emenda 7

Artikolu 16, paragrafu 3

3. It-twaħħil fuq prodott ta’ marki, sinjali u iskrizzjonijiet li aktarx iqarrqu lil partijiet terzi fir-rigward tat-tifsira jew l-għamla tal-marka CE, jew it-tnejn, huwa pprojbit. Kull marka oħra tista’ titwaħħal mal-prodott bil-kundizzjoni li l-viżibilità, il-leġġibilità u t-tifsira tal-marka CE ma ssirilhomx ħsara minħabba f’hekk

3. It-twaħħil fuq prodott ta’ marki, sinjali u iskrizzjonijiet li aktarx iqarrqu bis-suq fir-rigward tat-tifsira u l-għamla tal-marka CE huwa pprojbit. Kull marka oħra tista’ titwaħħal mal-prodott bil-kundizzjoni li l-viżibilità, il-leġġibilità u t-tifsira tal-marka CE ma ssirilhomx ħsara minħabba f’hekk

Gustifikazzjoni

Il-marka CE hija biss indikazzjoni mill-manufattur jew mir-rappreżentant tiegħu li l-prodott tiegħu huwa f'konformità. Jista' jkun hekk biss peress li l-UE, bħalissa, ma għandiex ir-riżorsi biex tagħmel il-livell meħtieġ ta' sorveljanza tas-suq biex tiżgura li kull prodott jikkonforma. Riżultat ta' dan, għandha ssir distinzjoni bejn il-marka CE u marki privati volontarji, li l-użu tagħhom hija kkontrollata u infurzata minn dawk il-korpi indipendenti ta' l-ittestjar u l-iċċertifikar li tagħhom għandhom il-pussess.

Kif hija fformulata din id-dispożizzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni, ikun ifisser li l-marki ta' konformità ta' korpi Ewropej magħrufa ta' l-ittestjar u l-iċċertifikar (BSI, CEBEC, ETC, SEMKO, KEMA, TÜV, VDE) ma jkunux jistgħu jibqgħu jitwaħħlu mal-prodotti, u dan ikun ta' detriment għall-konsumaturi.

Iwassal ukoll għal trasferiment ta' negozju u ta' impjiegi lejn pajjiżi mhux membri, minħabba li l-marki ta' entitajiet internazzjonali ta' l-ittestjar (pereżempju l-UL fl-Istati Uniti jew is-CCC fiċ-Ċina) ma jkunux jistgħu jiġu pprojbiti fl-Ewropa. Diġà għandhom monopolju de facto fl-Amerika ta' Fuq.

L-ebda riskju għas-sikurezza ma jkun assoċjat ma' li jiġi permess li marki privati jitwaħħlu flimkien mal-marka CE.

Emenda 8

Anness I, Modulu A, paragrafu 5 a (ġdid)

Importatur

 

L-importatur għandu:

 

(a) jagħmel dikjarazzjoni li huwa vverifika li l-proċeduri xierqa ta' evalwazzjoni ta' konformità saru mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat u li jaċċetta r-responsabbilità legali għall-prodotti li jimporta;

 

(b) iżomm u jibqa' jżomm d-dikjarazjoni ta' konformità tal-KE mħejjija mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

 

(c) iżomm kopja tad-dokumentazzjoni teknika mħejjija mill-manifattur jew mir-rappreżentattiv awtorizzat tiegħu, jew fil-post tax-xogħol tiegħu jew għand parti terza;

 

(d) iżomm l-informazzjoni deskritta fil-punti (a), (b) u (c) għal perjodu ta' għaxar snin wara l-manifattura ta' l-aħħar prodott...[jew għal perjodu ieħor li jista' jkun speċifikat] biex tkun disponibbli għall-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.

 

(Din l-emenda għandha tapplika wkoll għall-moduli li ġejjin:

 

Modulu A1 - paragrafu 6a ġdid

 

Modulu A2 - paragrafu 6a ġdid

 

Modulu C - paragrafu 4a ġdid

 

Modulu C1 - paragrafu 5a ġdid

 

Modulu C2 - paragrafu 5a ġdid

 

Modulu D - paragrafu 8a ġdid

 

Modulu D1 - paragrafu 10a ġdid

 

Modulu E - paragrafu 8a ġdid

 

Modulu E1 - paragrafu 10a ġdid

 

Modulu F - paragrafu 8a ġdid

 

Modulu F1 - paragrafu 9a ġdid

 

Modulu G - paragrafu 6a ġdid

 

Modulu H - paragrafu 8a ġdid

 

Modulu H1 - paragrafu 8a ġdid

Gustifikazzjoni

Din l-emenda suġġerita hija konformi ma' dik proposta għall-Artikolu 9 dwar l-obbligi ta' l-importaturi.

PROĊEDURA

Titolu

Qafas komuni għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq

Referenzi

COM(2007)0053 - C6-0067/2007 - 2007/0030(COD)

Kumitat responsabbli

IMCO

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.3.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

       Data tal-ħatra

Othmar Karas

18.6.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

11.9.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marek Aleksander Czarnecki, Bert Doorn, Cristian Dumitrescu, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Daniel Strož, Rainer Wieland

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Janelly Fourtou, Jean-Paul Gauzès, Barbara Kudrycka, Michel Rocard, Jacques Toubon

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Albert Deß, María Sornosa Martínez


PROĊEDURA

Titolu

Qafas komuni għat-tqegħid ta’ prodotti fis-suq

Referenzi

COM(2007)0053 - C6-0067/2007 - 2007/0030(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.2.2007

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.3.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

13.3.2007

ENVI

13.3.2007

ITRE

13.3.2007

JURI

13.3.2007

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Christel Schaldemose

20.3.2007

 

 

Eżami fil-kumitat

7.5.2007

27.6.2007

16.7.2007

12.9.2007

 

2.10.2007

5.11.2007

26.11.2007

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.11.2007

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Iliana Malinova Iotova, Pierre Jonckheer, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Toine Manders, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Giovanni Rivera, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Alexander Stubb, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Horia-Victor Toma, Jacques Toubon

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, André Brie, Wolfgang Bulfon, Colm Burke, Giovanna Corda, Filip Kaczmarek, Manuel Medina Ortega, Joseph Muscat, Ieke van den Burg, Anja Weisgerber

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Jannar 2008Avviż legali