Proċedura : 2006/0196(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0505/2007

Testi mressqa :

A6-0505/2007

Dibattiti :

PV 30/01/2008 - 19
CRE 30/01/2008 - 19

Votazzjonijiet :

PV 31/01/2008 - 8.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0030

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 152kDOC 77k
19 ta' Diċembru 2007
PE 396.541v02-00 A6-0505/2007

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji

(13593/6/2007 – C6-0410/2007 – 2006/0196(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Markus Ferber

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji

(13593/6/2007 – C6-0410/2007 – 2006/0196(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (13593/6/2007 – C6-0410/2007),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill Kunsill (COM(2006)0594),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0505/2007),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-kuntest generali

Is-Servizzi Postali fl-UE bħalissa huma koperti mid-Direttiva Postali ta’ l-1997 (97/67/KE). Dan ħoloq qafas regolatorju li jiggarantixxi servizz universali liċ-ċittadini, filwaqt li jillimita b’mod gradwali l-iskop taz-zona riżervata (fil-bidu posta taħt it-350 gramma, emendat għal 100 gramma fl-2002 u mnaqqas għal 50 gramma fl-1 ta' Jannar 2006). Id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura l-aħjar servizz possibbli permezz ta’ ftuħ gradwali tas-suq, b’mira finali stabbilita għall-ftuħ sħiħ fl-2009. Jinkludi rekwiżit li l-Kummissjoni għandha tagħti rapporti perjodiċi dwar l-implimentazzjoni tagħha, u, qabel l-aħħar ta’ l-2006, jikkonferma jekk id-data ta’ l-2009 tibqax xierqa.

Il-Proposta tal-Kummissjoni

F’Ottubru ta’ l-2006 l-Kummissjoni ressqet il-proposta preżenti għall-emenda tad-Direttiva 97/67/KE, ibbażata fuq studju prospettiv dwar l-impatt tat-twettiq sħiħ tas-suq intern tal-posta fuq is-servizz universali. Il-proposta tikkonferma l-1 ta’ Jannar 2009 bħala d-data li fiha l-operaturi nazzjonali ma jkollhomx aktar monopolju fuq il-posta taħt il-50 gramma. Jibqa’ l-obbligu kurrenti fuq l-Istati Membri sabiex ikun assigurat servizz universali ta’ kwalità għolja u li jintlaħaq minn kullħadd. Il-Kummissjoni tipproponi numru ta’ miżuri li jakkumpanjaw, li għandhom l-għan li jħarsu s-servizz universali, bħal ngħidu aħna t-tneħħija ta' nomina obbligatorja ex-ante tal-fornituri tas-servizz universali u ta’ tariffi orjentati ma’ l-ispiża. Fir-rigward ta’ l-iffinanzjar ta’ l-ispejjeż netti possibbli li jiġu mill-provvediment ta’ servizz universali, il-Kummissjoni tikkjarifika numru ta’ alternattivi iżda tħalli lill-Istati Membri fil-libertà li jagħżlu l-metodu li huwa l-aktar xieraq għas-sitwazzjoni partikulari tagħhom.

L-Ewwel Qari tal-PE

Sa mill-bidu tal-proċedura leġiżlattiva, ir-rapporteur appoġġja l-għanijiet ewlenin tal-proposta tal-Kummissjoni. Id-deċiżjoni ta’ data fissa u rrivokabbli għat-twettiq tas-suq intern fis-servizzi postali hi ta’ importanza partikulari, peress li l-ftuħ tas-suq għandu jipprovdi aktar kompetizzjoni u b’hekk itejjeb il-livelli tas-servizz f’termini ta’ kwalità, prezz u għażla għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi. Joħloq ukoll il-kundizzjonijiet għal aktar tkabbir u impjieg f’dan is-settur. Madankollu, diversi aspetti tal-proposta jirrikkjedu kjarifikazzjoni jew perfezzjonament.

Matul is-stadju ta’ l-ewwel qari, ir-rapporteur kellu diskussjonijiet estensivi ma’ kollegi kemm fil-Kumitat għat-Trasport kif ukoll mal-kumitati li jagħtu parir bl-għan li jinstabu soluzzjonijiet ta’ kompromess fuq numru ta’ kwistjonijiet ewlenin. In-negozjati eventwalment irriżultaw f’pakkett ta’ kompromess, li kien appoġġjat minn maġġoranza kbira fil-votazzjoni fil-plenarja ta' Lulju 2007. L-elementi l-aktar sinifikanti tal-pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari huma kif ġej:

-          Dati għall-ftuħ tas-suq: L-iskadenza għall-ftuħ tas-suq għandha tkun stabbilita għall-31 ta’ Diċembru 2010. B’dan il-mod, l-operaturi u r-regolaturi f’pajjiżi li qegħdin lura fil-proċess tal-liberalizzazzjoni jkollhom aktar żmien biex jaġġustaw. It-12-il Stat Membru li ssieħbu fl-2004 jew wara kif ukoll l-Istati Membri b’topografija partikolarment diffiċli jkollhom sentejn żejda biex jiftħu s-suq (31 Diċembru 2012).

-          Reċiproċità: Sabiex jiġi evitat it-tagħwiġ fis-suq u l-kompetizzjoni inġusta, dawk l-Istati Membri li fetħu s-swieq tagħhom għandhom ikunu jistgħu jirrifjutaw li tingħata l-awtorizzazzjoni lill-operaturi li għadhom qed ikunu protetti minn monopolju nazzjonali (zona riżervata) fi Stat Membru ieħor.

-          Is-servizz universali garantit: Is-servizz universali għandu jibqa jkun mogħti sa fejn hu meħtieġ, jiġifieri li jikkomprendi mill-inqas kunsinna waħda u ġbir ħames ġranet fil-ġimgħa għal kull ċittadin ta’ l-UE. Barra minn hekk, huwa importanti li jinzammu netwerks postali li jaħdmu sewwa b’numru suffiċjenti ta' punti ta' aċċess f'reġjuni rurali, remoti jew mhux popolati ħafna sabiex jintlaħaq l-obbligu tas-servizz universali.

-          Kunsiderazzjonijiet soċjali għandhom, b’mod ġenerali, jitqiesu fil-proċess tal-ftuħ tas-suq. B’mod partikulari, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirreflettu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-proċeduri ta’ l-awtorizzazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jrid ikollhom ukoll id-dritt li jimponu kundizzjonijiet fuq il-forniment tas-servizzi postali għal raġunijiet mhux ekonomiċi, bħal ma huma l-konformità ma’ kundizzjonijiet ta’ l-impjieg u skemi ta’ sigurtà soċjali stipulati bil-liġi u/jew minn ftehima kollettiva nnegozzjata bejn l-imsieħba soċjali nazzjonali.

-          Finanzjament: Fejn Stat Membru jistabbilixxi li l-obbligi tas-servizz universali jinvolvu spiża netta, għandu jfassal pjan ta' finanzjament u jgħarraf lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun ta’ gwida fil-kalkolu ta’ l-ispejjeż netti.

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill

Ir-rapporteur huwa sodisfatt li l-Kunsill inkorpora fil-Pożizzjoni Komuni tiegħu l-elementi ewlenin kollha tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew kif deskritti hawn fuq. Saru xi modifiki mill-Kunsill fir-rigward ta’ l-istruttura tad-Direttiva, iżda dawn ma jaffettwawx is-sustanza ta’ l-emendi ewlenin introdotti mill-Parlament. Barra minn hekk, ir-rapporteur jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li skond il-Pożizzjoni Komuni, il-pajjiżi li jistgħu jippostponu l-ftuħ sħiħ tas-suq sa l-aħħar ta’ l-2012 huma issa msemmija b’mod espliċitu u li l-gwida fuq il-kalkolu ta’ l-ispejjeż netti ssir parti mid-Direttiva fil-forma ta’ Anness introdott reċentement.

Rakkomandazzjoni

Ir-rapporteur japrezza l-approvazzjoni tal-Kunsill tal-kompromess li ntlaħaq fil-Parlament u għalhekk jirrakkomanda li l-Pożizzjoni Komuni tiġi approvata mingħajr emendi.


PROĊEDURA

Titolu

Temma tas-suq intern tas-servizzi tal-posta tal-Komunità

Referenzi

13593/6/2007 - C6-0410/2007 - 2006/0196(COD)

Data ta’ l-1 qari tal-PE - Numru P

11.7.2007                     T6-0336/2007

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2006)0594 - C6-0354/2006

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni

15.11.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.11.2007

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Markus Ferber

10.10.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

20.11.2007

17.12.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

18.12.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

37

2

6

Membri preżenti għall-vot finali

Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Jean-Louis Bourlanges, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Emanuel Jardim Fernandes, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Stanisław Jałowiecki, Dieter-Lebrecht Koch, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Robert Navarro, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Paweł Bartłomiej Piskorski, Luís Queiró, Reinhard Rack, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Silvia-Adriana Ţicău, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Luigi Cocilovo, Markus Ferber, Nathalie Griesbeck, Pedro Guerreiro, Zita Gurmai, Lily Jacobs, Vladimír Remek, Leopold Józef Rutowicz, Corien Wortmann-Kool

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Jannar 2008Avviż legali