Proċedura : 2007/0054(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0515/2007

Testi mressqa :

A6-0515/2007

Dibattiti :

PV 15/01/2008 - 6
CRE 15/01/2008 - 6

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2008 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0006

RAPPORT     ***I
PDF 207kWORD 196k
20 ta' Diċembru 2007
PE 391.969v02-00 A6-0515/2007

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità

(COM(2007)0159 – C6-0104/2007 – 2007/0054(COD))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Csaba Őry

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità

(COM(2007)0159 – C6-0104/2007 – 2007/0054(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0159),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 42 u 308 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0104/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

ANNESS, PUNT 2 A (ġdid)
Anness, parti II, titolu “O. L-Ungerija” (Regolament (KEE) Nru 1408/71)

 

2a. Fl-Anness I, Parti II, ir-rubrika “O. L-UNGERIJA” hi mibdula bit-test li ġej:

 

“O. L-UNGERIJA

 

Għall-iskop tad-determinazzjoni ta' l-intitolament għall-benefiċċji in natura skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament, "membru tal-familja" tfisser żewġ jew wild dipendenti kif definit mill-Art. 685 Punt b) tal-Kodiċi Civili."

Ġustifikazzjoni

Minħabba bidliet fil-liġijiet Ungeriżi ta' l-assigurazzjoni għas-saħħa, id-definizzjoni preċedenti ta' "membru tal-familja dipendenti" tneħħiet. Id-definizzjoni l-ġdida proposta, aċċettata kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Kunsill, tikkorrispondi għad-definizzjoni li qabel kienet fis-seħħ fil-liġi Ungeriża.

Emenda 2

ANNESS, PUNT 5
Anness II A, titolu “I. L-Irlanda”, punt (a) (Regolament (KEE) Nru 1408/71)

a) Assistenza għall-qgħad (il-liġi konsolidata ta’ l-2005 dwar il-protezzjoni soċjali, Parti 3, Kapitolu 2);

(a) Benefiċċju għal min qed ifittex xogħol (il-liġi konsolidata ta’ l-2005 dwar il-protezzjoni soċjali, Parti 3, Kapitolu 2);

Ġustifikazzjoni

L-Irlanda talbet xi bidliet żgħar fit-test biex isir konformi mat-test tal-leġiżlazzjoni tagħha. Dawn il-bidliet kienu aċċettati kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Kunsill.

Emenda 3

ANNESS, PUNT 5
Anness II A, titolu “I. L-Irlanda”, punt (b) (Regolament (KEE) Nru 1408/71)

b) Assistenza għax-xjuħ (mhux kontributtiva) (il-liġi konsolidata ta’ l-2005 dwar il-protezzjoni soċjali, Parti 3, Kapitolu 4);

(b) Assistenza ta’ l-Istat (mhux kontributtiva) (il-liġi konsolidata ta’ l-2005 dwar il-protezzjoni soċjali, Parti 3, Kapitolu 4);

Ġustifikazzjoni

L-Irlanda talbet xi bidliet żgħar fit-test biex isir konformi mat-test tal-leġiżlazzjoni tagħha. Dawn il-bidliet kienu aċċettati kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Kunsill.

Emenda 4

ANNESS, PUNT 5
Anness II A, titolu “I. L-Irlanda”, punt (c) (Regolament (KEE) Nru 1408/71)

(c) Pensjonijiet tar-romol (mhux kontributtivi) (il-liġi konsolidata ta’ l-2005 dwar il-protezzjoni soċjali, Parti 3, Kapitolu 6);

(c) Pensjoni ta' l-armla (mhux kontributtiva) u ta' l-armel (mhux kontributtiva) (il-liġi konsolidata ta’ l-2005 dwar il-protezzjoni soċjali, Parti 3, Kapitolu 6);

Ġustifikazzjoni

L-Irlanda talbet xi bidliet żgħar fit-test biex isir konformi mat-test tal-leġiżlazzjoni tagħha. Dawn il-bidliet kienu aċċettati kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Kunsill.

Emenda 5

ANNESS, PUNT 8, PUNT (A)
Anness IV, parti C, titolu “P. l-Ungerija”(Regolament (KEE) Nru 1408/71)

a) ir-rubrika “O. L-UNGERIJAhi mħassra”.

a) Ir-rubrika “P. L-UNGERIJA” hi sostitwita bit-test li ġej:

 

"P. l-Ungerija

 

Xejn."

Ġustifikazzjoni

Din hija emenda purament teknika. Fl-Anness IV, parti C tar-Reg 1408/71 issir referenza għas-27 Stat Membru, anke jekk kull ma jingħad hu 'xejn'. Jekk it-test tal-Kummissjoni jiġi adottat kif inhu issa, mhu se jkun hemm l-ebda referenza għall-Ungerija fl-Anness IV, parti C.

Emenda 6

ANNESS, PUNT 8, PUNT (B)
Anness IV, parti C, titolu “S. L-Awstrija” (Regolament (KEE) Nru 1408/71)

b) Ir-rubrika "R. L-AWSTRIJA" hija mibdula b’dan li ġej:

b) Ir-rubrika "S. L-AWSTRIJA" hija mibdula b’dan li ġej:

"1. Kull rikjesta għal benefiċċju skond il-liġi federali tad-9 ta’ Settembru 1955 dwar l-assigurazzjoni soċjali (ASVG), tal-liġi ta’ l-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-kummerċ u l-artiġanat (GSVG) u l-liġi federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom fl-agrikultura u fl-industrija tal-foresti (BSVG), sakemm l-Artikoli 46b u 46c tar-Regolament ma japplikawx jew sakemm hu possibbli li jiġi kkunsidrat, bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 45 tar-Regolament, li tittieħed tip ieħor ta’ pensjoni li r-regoli ta’ kalkolu tagħha huma aktar vantaġġużi.

"1. Kull rikjesta għal benefiċċju skond il-liġi federali tad-9 ta’ Settembru 1955 dwar l-assigurazzjoni soċjali (ASVG), tal-liġi ta’ l-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-kummerċ u l-artiġjanat (GSVG) u l-liġi federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom fl-agrikultura u fl-industrija tal-foresti (BSVG), sakemm l-Artikoli 46b u 46c tar-Regolament ma japplikawx.

2. Ir-rikjesti kollha relatati mal-benefiċċji segwenti abbażi ta’ kalkolu ta’ pensjoni skond il-liġi ġenerali dwar il-pensjonijiet (APG) tat-18 ta’ Novembru 2004, sakemm l-Artikoli 46b u 46c tar-Regolament ma japplikawx jew sakemm hu possibbli li jiġi kkunsidrat, b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 45 tar-Regolament, tip ieħor ta’ pensjoni li r-regoli ta’ kalkolu tagħha huma aktar vantaġġużi jew l-istess tip ta’ pensjoni skond regoli ta’ kalkolu aktar vantaġġużi.

2. Ir-rikjesti kollha relatati mal-benefiċċji segwenti abbażi ta’ kalkolu ta’ pensjoni skond il-liġi ġenerali dwar il-pensjonijiet (APG) tat-18 ta’ Novembru 2004, sakemm l-Artikoli 46b u 46c tar-Regolament ma japplikawx.

a) pensjonijiet tax-xjuħ;

a) pensjonijiet tax-xjuħ;

b) pensjonijiet ta’ invalidità;

b) pensjonijiet ta’ invalidità;

c) pensjonijiet għas-superstiti, għaldaqstant ebda żieda tal-benefiċċju li tirriżulta f’xhur ta’ assigurazzjoni addizzjonali ma għandha tiġi kkalkulata bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7(2) ta’ l-APG.”

c) pensjonijiet għas-superstiti, għaldaqstant ebda żieda tal-benefiċċju li tirriżulta f’xhur ta’ assigurazzjoni addizzjonali ma għandha tiġi kkalkulata bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7(2) ta’ l-APG.”

Ġustifikazzjoni

L-Awstrija talbet it-tneħħija ta' l-aħħar partijiet taż-żewġ paragrafi ladarba dawn m'għadhomx meħtieġa minħabba bidliet fil-leġiżlazzjoni interna. Għalhekk, irid isir il-kalkolu komparattiv imsemmi fl-Artikolu 46(1). Hemm qbil kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Kunsill.

Emenda 7

ANNESS, PUNT 9, PUNT (A A) (ġdid)
Anness VI, Parti A, titolu “R. L-Olanda”, punt 1, punt (a), punt (ii) (Regolament (KEE) Nru 1408/71)

 

(aa) Fl-Anness VI, fir-rubrika "R. L-OLANDA", il-punt 1(a)(ii) ġie mibdul b’dan li ġej:

 

“(ii) sakemm għadhom m’humiex inklużi fil-punt (i), il-membri tal-familja ta’ persunal militari attiv li qed jgħixu fi Stat Membru ieħor u persuni li huma residenti fi Stat Membru ieħor u li skond ir-Regolament huma intitolati għall-kura tas-saħħa fl-istat ta’ residenza tagħhom, l-Olanda tkun responsabbli għall-ispejjeż.”

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ser tiżgura li l-membri tal-familji ta’ persunal militari attiv li qed jgħixu barra mill-Olanda, ikunu assikurati wkoll skond l-Att ta’ l-Assikurazzjoni tas-Saħħa (ZVW).

Emenda 8

ANNESS, PUNT 9, PUNT (A B) (ġdid)
Anness VI, Parti A, titolu “R. L-Olanda”, punt 1, punt (c), (Regolament (KEE) Nru 1408/71)

 

(ab) Fl-Anness VI, fir-rubrika "R. L-OLANDA", il-punt 1(c) ġie mibdul b’dan li ġej:

 

"(c) Id-dispożizzjonijiet taż-Zorgverzekeringswet (l-Att ta’ l-Assikurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa) u ta’ l-Algemene Wet Bijzondere Ziektekosten (l-Att Ġenerali dwar Spejjeż Mediċi Eċċezzjonali) li jikkonċernaw ir-responsabilità għall-pagamenti ta’ kontribuzzjonijiet għandhom japplikaw għall-persuni msemmija fil-paragrafu 1(a) u għall-membri tal-familji tagħhom. Rigward membri tal-familja, il-persuna li mingħandha jittieħed id-dritt għall-kura tas-saħħa se tintalab tħallas il-kontribuzzjonijiet bl-eċċezzjoni tal-membri tal-familja ta' staff militari li jgħixu fi Stat Membru ieħor li se jiġu intaxxati direttament.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ser tiżgura li l-membri tal-familji ta’ persunal militari attiv li qed jgħixu barra mill-Olanda, ikunu assikurati wkoll skond l-Att ta’ l-Assikurazzjoni tas-Saħħa (ZVW).

Emenda 9

ANNESS, PUNT 9, PUNT (B)
Anness VI, titolu “R. L-Olanda”, punt (4), punt (a) (Regolament (KEE) Nru 1408/71)

Kull ħaddiem impjegat jew li jaħdem għal rasu li jieqaf li jkun inxurjat skond il-liġi tal-11 ta’ Diċembru 1975 relatata ma’ l-invalidità tax-xogħol (AAW), tal-liġi ta’ 24 ta’ April 1997 dwar l-assigurazzjoni għall-invalidità tax-xogħol ta’ dawk li jaħdmu għal rashom (WAZ), il-liġi tat-18 ta’ Frar 1966 relatata ma’ l-assigurazzjoni kontra l-invalidità tax-xogħol (WAO) u/jew skond il-liġi ta’ l-10 ta’ Novembru 2005 dwar ix-xogħol u s-salarju skond il-kapaċità tax-xogħol (WIA) hu kkunsidrat li hu hekk meta r-riskju jimmaterjalizza, għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III Kapitolu 3 tar-Regolament, jekk hu jkun inxurjat għal dan l-istess riskju skond il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew, fin-nuqqas ta’ dan, f’każ fejn benefiċċju hu dovut li jingħata bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor għall-istess riskju. Madankollu, din il-kondizzjoni ta’ l-aħħar għandha titqies imwettqa fil-każ imsemmi fl-Artikolu 48(1).

Kull ħaddiem impjegat jew li jaħdem għal rasu li jieqaf li jkun inxurjat skond il-liġi tal-11 ta’ Diċembru 1975 relatata ma’ l-invalidità tax-xogħol (AAW), tal-liġi ta’ 24 ta’ April 1997 dwar l-assigurazzjoni għall-invalidità tax-xogħol ta’ dawk li jaħdmu għal rashom (WAZ), u/jew il-liġi tat-18 ta’ Frar 1966 relatata ma’ l-assigurazzjoni kontra l-invalidità tax-xogħol (WAO) jew skond il-liġi ta’ l-10 ta’ Novembru 2005 dwar ix-xogħol u s-salarju skond il-kapaċità tax-xogħol (WIA) hu kkunsidrat li hu hekk meta r-riskju jimmaterjalizza, għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III Kapitolu 3 tar-Regolament, jekk hu jkun inxurjat għal dan l-istess riskju skond il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew, fin-nuqqas ta’ dan, f’każ fejn benefiċċju hu dovut li jingħata bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor għall-istess riskju. Madankollu, din il-kondizzjoni ta’ l-aħħar għandha titqies imwettqa fil-każ imsemmi fl-Artikolu 48(1).

Emenda 10

ANNESS, PUNT 9, PUNTI (B A) U (BB) (ġdid)
Anness VI, titolu R. L-Olanda, punt (5), titolu u punt (b a) (gdid) (Regolament (KEE) Nru 1408/71)

 

(ba) Fir-rubrika "R. L-OLANDA" it-titolu tal-punt 5 jinbidel b’dan li ġej:

"5. Applikazzjoni ta’ l-Att tal-Kura tat-Tfal ta’ l-Olanda (Toepassing van de Nederlandse wet kinderopvang)";

(bb) Fir-rubrika "R. NETHERLANDS” jiżdied sotto-punt ġdid mal-punt 5:

 

"(ba) Jekk ikun hemm familja, skond Titolu II, fejn iż-żewġ ġenituri huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor, hemm dritt għall-allowance Olandiża għall-kura tat-tfal. L-allowance titnaqqas mid-differenza bejn il-benefiċċju barrani tat-tfal u dak Olandiż."

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ser tiżgura li persuni mhux miżżewġa u familji fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu fil-Ġermanja jew fil-Belġju bħala ħaddiema tal-fruntiera, xorta jingħataw id-dritt għall-allowance tal-kura tat-tfal ta’ l-Olanda.

Emenda 11

ANNESS, PUNT 10
Anness VIII, titolu “J. L-Irlanda”, (Regolament (KEE) Nru 1408/71)

Fl-Anness VIII, ir-rubrika “I. L-IRLANDA” hi ssostitwita bit-test li ġej:

Fl-Anness VIII, ir-rubrika “J. L-IRLANDA” hi mibdula bit-test li ġej:

I. L-IRLANDA

J. L-IRLANDA

Il-benefiċċji għat-tfal, l-allokazzjoni (kontributtiva) għall-orfni u s-supplimenti ta’ pensjoni (kontributtiva) tan-nisa romol u tal-pensjoni (kontributtiva) ta’ l-irġiel romol dovuti għat-tfal li jissodisfaw il-kondizzjonijiet rekwiżiti bis-saħħa tal-liġi konsolidata fl-2005 dwar il-protezzjoni soċjali u l-emendi ulterjuri tagħha”.

Il-benefiċċju għat-tfal, il-ħlas (kontributorju) għal min jieħu ħsieb u s-supplimenti ta’ pensjoni (kontributtiva) tan-nisa romol u tal-pensjoni (kontributtiva) ta’ l-irġiel romol dovuti għat-tfal li jissodisfaw il-kondizzjonijiet rekwiżiti bis-saħħa tal-liġi kkonsolidata fl-2005 dwar il-protezzjoni soċjali u l-emendi ulterjuri tagħha”.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tqis il-bidliet fit-titoli ta' numru ta' ħlasijiet ta' sigurtà soċjali u tikkoreġi l-iżball tipografiku fil-proposta.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Sa mill-1971, ir-Regolament (KEE) 1408/71(1) serva bħala bażi sabiex jiggarantixxi li ċ-ċittadini li jiċċaqalqu minn Stat Membru għall-ieħor, ikunu jistgħu jgawdu minn benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Prattikament kull sena, ir-Regolament 1408/71, u r-regolamentazzjoni ta' implimentazzjoni tiegħu (Regolament (KEE)574/72(2)), jiġu emendati biex jikkunsidraw l-iżviluppi fl-iskemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali, biex jinkorporaw bidliet li jkunu seħħew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u biex jinkorporaw il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunità Ewropea. Ir-Regolament jilgħab irwol importanti fit-twettiq ta' wieħed mill-erba' libertajiet fundamentali, jiġifieri l-libertà tal-moviment. Il-fatt li hu possibbli li wieħed jgħix, jaħdem u jiċċaqlaq b'mod ħieles fi kwalunkwe post fl-Unjoni Ewropea minħabba t-tneħħija mgħaġġla ta' l-ostakoli ekonomiċi u amministrattivi, tabilħaqq huwa wieħed mill-vantaġġi tanġibbli li l-Unjoni Ewropea toffri liċ-ċittadini tagħha.

Il-proposta li għandna quddiemna ma tikkonċernax la l-kontenut u lanqas il-vantaġġi speċifiċi tad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali, minħabba li skond il-liġi tal-Komunità, l-Istati Membri huma responsabbli biex jistabbilixxu s-sistemi ta' sigurtà soċjali tagħhom stess. Il-proposta tillimita ruħha għall-aġġornar tar-Regolament (KEE) 1408/71 biex jiġu kkunsidrati l-bidliet li jkunu seħħew fil-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali, b'mod partikolari fl-Irlanda, fil-Polonja, fl-Olanda u fl-Awstrija, sabiex tkun żgurata koordinazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri dwar il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.

Għalkemm il-bidliet proposti huma essenzjalment ta' natura teknika, huma għandhom riperkussjonijiet fuq il-ħajja ta' kuljum u fuq id-dritt għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea li jgħixu, jaħdmu jew jivvjaġġaw fi Stat Membru ieħor.

F'dan ir-rigward għandu jkun enfasizzat punt importanti: din il-proposta ġiet fi żmien meta t-tfassil u s-sostituzzjoni radikali tar-Regolament 1408/71 diġà ġew approvati (Regolamenti (KE) 883/2004(3)). Madankollu, it-test il-ġdid, li diġà daħal fis-seħħ, ma jistax jiġi applikat, minħabba li r-regolament ta' implimentazzjoni l-ġdid (li se jissostitwixxi lir-regolament l-antik 574/1972) għadu ma ntemmx. Għalhekk, ma jidhirx li ż-żewġ regolamenti l-ġodda li jissostitwixxu lir-regolamenti l-antiki 1408/71 u 574/72 se jiġu applikati qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament ta' implimentazzjoni, probabilment fl-2008. Għalhekk huwa importanti li jitkompla l-iskrutinju annwali tar-regolamenti li għadhom fis-seħħ, biex tkun garantita ċ-ċertezza legali u biex titjieb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni affettwati. Din ir-reviżjoni annwali hija importanti wkoll meta wieħed iqis il-kontenut tal-kwistjonijiet li qed jiġu trattati: id-definizzjonijiet tat-termini 'persuni impjegati' u 'persuni li jaħdmu għal rashom' meta dawn ma jkunux jistgħu jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali (Anness I, Taqsima 1), id-definizzjoni ta' 'membru tal-familja' meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tippermettix li ssir distinzjoni bejn membri tal-familja u persuni oħra (Anness I, Taqsima 2), l-iskemi speċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom esklużi mill-iskop tar-Regolament (Anness II, Taqsima 1), l-allowances speċjali għal wild jew każijiet ta' adozzjoni esklużi mill-iskop tar-Regolament (Anness II, Taqsima 2), il-benefiċċji speċjali mhux kontributorji mogħtija biss lill-persuni fit-territorju ta' Stat Membru ta' residenza, li huma eċċezzjoni għar-regola tal-benefiċċji esportabbli (Anness II a), il-konvenzjonijiet bilaterali eżistenti li kienu fis-seħħ qabel l-implimentazzjoni tar-Regolament fl-Istati Membri kkonċernati (Anness III), il-leġiżlazzjoni skond liema l-ammont ta' benefiċċju tad-diżabilità huwa indipendenti mit-tul tal-perjodu ta' assikurazzjoni (Anness IV, Taqsima A), il-każijiet fejn il-kalkolu tal-benefiċċju jista' jiġi revokat minħabba li ma jrendix ammont ogħla (Anness IV, Taqsima C), il-proċeduri speċjali għall-implimentazzjoni f'ċerti Stati Membri (Anness VI) u l-iskemi li jipprovdu biss allowances għall-familja jew allowances addizzjonali jew speċjali għall-orfni (Anness VIII). Dawn l-elementi kollha huma inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni li qed tiġi eżaminata.

Fil-qasir, ir-regolament ikompli jiddetermina jekk iċ-ċittadini jkomplux igawdu l-benefiċċji speċjali mogħtija lilhom mill-Istat Membru ta' oriġini tagħhom, fl-liema każi dawn il-benifiċċji jistgħu jiġu esportati, jew jekk jeżistix benefiċċju korrispondenti fl-Istat Membru ta' residenza l-ġdid tal-persuna kkonċernata.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Il-Kummissjoni qed tipproponi aġġornament tar-regolamenti 1408/71 b'kunsiderazzjoni għall-emendi li jkunu saru lil-leġiżlazzjoni nazzjonali tas-sigurtà soċjali, b'mod partikolari fl-Irlanda, fl-Ungerija, fil-Polonja, fl-Olanda u fl-Awstrija. Hija wkoll għandha l-ħsieb li tagħmel bidliet u titjib tekniku lil dan ir-regolament. Fi kliem ieħor, dan huwa regolament tekniku u tranżitorju minħabba l-applikazzjoni imminenti tar-Regolament 883/2004 il-ġdid u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu.

Ir-rapporteur tagħkom jilqa' b'sodisfazzjon l-emendi proposti li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni ta' l-iskemi ta' sigurtà soċjali. Huwa għamel numru ta' emendi li huma wkoll ta' natura teknika, li għandhom l-għan li jissimplifikaw il-proposta, jikkoreġu l-iżbalji u l-omissjonijiet u jaġġornaw l-annessi tar-Regolament 1408/71.

Ir-rapporteur tagħkom fir-rapport tiegħu jikkonsidra serjament il-possibilità li jitressqu aktar emendi sostanzjali, iżda fl-aħħar iddeċieda li jkun aħjar li f'dan l-istadju jillimita ruħu għat-tressiq ta' dawk l-emendi li kienu assolutament neċessarji għall-mument biex jiżguraw it-tħaddim normali tar-Regolament 1408/71, minħabba li dan dalwaqt jiġi mibdul mir-Regolament 883/2004. Ir-rapporteur tagħkom jikkunsidra li jkun aktar xieraq li jitressqu emendi ta' sustanza għar-Regolament 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali, u b'mod partikolari għall-kontenut ta' l-Anness XI (ir-rapport Bozkurt), u għall-proposta għal regolament li jistabbilixxi proċedura għar-Regoalment ta' implimentazzjoni 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ir-rapport Lambert) li għandu jkun diskuss fil-kumitat tagħna fi darba fix-xhur li ġejjin.

L-imsieħba soċjali li ġew ikkonsultati huma ta' l-istess opinjoni.

Fil-kuntatti tiegħu mal-Kummissjoni u l-Kunsill, ir-rapporteur tagħkom kien konxju ħafna tan-natura purament teknika tal-proposta u tal-fatt li ż-żewġ istituzzjonijiet kienu laħqu ftehima dwar il-proposta tal-Kummissjoni u l-emendi proposti.

Dawn l-emendi, li għandhom l-għan li jiċċaraw it-test u jagħmluh iktar trasparenti, għandhom l-għan li jiggarantixxu ċ-ċertezza legali neċessarja sad-dħul fis-seħħ tar-regolament il-ġdid u r-regolament ta' implimentazzjoni tiegħu, u biex jgħinu ħalli tiżdied il-protezzjoni legali għaċ-ċittadini u biex jitneħħew l-ostakoli li għadhom ixekklu l-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea. Huwa importanti li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' mobilità, li reġa' ġie affirmat waqt is-samit ta' Liżbona bħala strument li jsaħħaħ l-impjieg, u li ġie promoss b'mod intensiv matul l-2006, is-Sena Ewropea għall-Mobilità tal-Ħaddiema. Għalhekk huwa importanti li l-kundizzjonijiet, b'mod partikolari l-kundizzjonijiet soċjali tal-mobilità, għandhom jiġu definiti b'mod preċiż.

(1)

I r-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, 5.7.1971, p.2).

(2)

Regolament (KEE) No 574/72 tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għar-Regolament ta' implimentazzjoni (KEE) Nru 1408/71 (ĠU L 74, 27.3.1972, p.1).

(3)

Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p.1).


PROĊEDURA

Referenzi

COM(2007)0159 - C6-0104/2007 - 2007/0054(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.3.2007

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

26.4.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

6.9.2007

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

FEMM

2.10.2007

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Csaba Őry

7.5.2007

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

9.10.2007

17.12.2007

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

18.12.2007

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

39

1

0

Membri preżenti għall-vot finali

Jan Andersson, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Proinsias De Rossa, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Joel Hasse Ferreira, Stephen Hughes, Karin Jöns, Jean Lambert, Raymond Langendries, Elizabeth Lynne, Jan Tadeusz Masiel, Jiří Maštálka, Ana Mato Adrover, Maria Matsouka, Elisabeth Morin, Csaba Őry, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Rovana Plumb, Bilyana Ilieva Raeva, José Albino Silva Peneda, Kathy Sinnott, Ewa Tomaszewska, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Françoise Castex, Sepp Kusstatscher, Claude Moraes, Ria Oomen-Ruijten, Thomas Ulmer, Glenis Willmott

Data tat-tressiq

20.12.2007

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Jannar 2008Avviż legali