Proċedura : 2007/2146(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0518/2007

Testi mressqa :

A6-0518/2007

Dibattiti :

PV 15/01/2008 - 5
CRE 15/01/2008 - 5

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2008 - 10.2
CRE 15/01/2008 - 10.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0009

RAPPORT     
PDF 278kWORD 224k
20 ta' Diċembru 2007
PE 393.990v02-00 A6-0518/2007

dwar l-istrateġija Komunitarja 2007–2012 għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

(2007/2146(INI))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Glenis Willmott

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 EXPLANATORY STATEMENT
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-istrateġija Komunitarja 2007–2012 għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

(2007/2146(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2007)0062) dwar "Intejbu l-kwalità u l-produttività fuq ix-xogħol: Strateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-siġurtà fuq il-post tax-xogħol" u d-dokumenti ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni li jakkompanjawha (SEC(2007)0214), (SEC(2007)0215), (SEC(2007)0216),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikoli 2, 136, 137, 138, 139, 140, 143 u 152 tiegħu,

–   wara li kkunsidra ċ-'Charter' tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea(1) u b'mod partikulari l-Artikoli 27, 31 u 32 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' l-ILO fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol,

–   wara li kkunsidra d-direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jitħeġġeġ it-titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (direttiva qafas)(2) u d-direttivi individwali tagħha,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000, dwar il-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji marbuta ma' meta wieħed jiġi espost għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol(3),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill, id-Direttivi partikulari tagħha kif ukoll id-Direttivi tal-Kunsill 83/447/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE, bil-ħsieb li jiġu simplifikati u razzjonalizzati r-rapporti dwar l-implimentazzjoni prattika(4),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2002 dwar l-istrateġija tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar il-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar il-ħarsien tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa Ewropej minn infezzjonijiet ġejjin mid-demm minħabba korrimenti li jirriżultaw minn labar tas-siringi(7),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni ta' xogħol deċenti għal kulħadd(8),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2007 dwar statistiċi tal-Komunità dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol(9),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007, dwar l-epatite Ċ(10),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0518/2007),

A. billi hemm korrelazzjoni pożittiva bejn il-kwalità ta' l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u r-rendiment finanzjarju f'termini ta' rendiment globali, assenteiżmu, rati ta' rotazzjoni tal-persunal, motivazzjoni tal-ħaddiema, immaġni korporattiva mtejba u produttività,

B.  jinnota li l-biċċa l-kbira ta' l-ekonomiji kompetittivi għandhom l-aqwa rekords ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol (occupational health and safety - OHS), u li livelli għolja ta' ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà għandhom effett pożittiv fuq il-finanzi pubbliċi f'termini ta' ffrankar ta' sigurtà soċjali u produttività ogħla; billi l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà mhux biss jikkontibwixxi għall-produttività, ir-rendiment u l-benesseri tal-ħaddiema iżda jirriżulta wkoll fi frankar għall-ekonomija u għas-soċjetà kollha kemm hi,

C. iqis li hemm bżonn ta' aktar riċerka dwar l-effetti fuq perjodu ta' żmien twil ta' xi attivitajiet tax-xogħol sabiex il-ħaddiema jiġu mħarsa aħjar, minħabba li ċertu mard jitfaċċa biss wara li jkunu għaddew diversi snin minn meta tkun twettqet l-attività li tikkawżah,

D. imħasseb dwar il-fatt li t-tnaqqis fin-numru ta' każijiet ta' aċċidenti fuq il-post tax-xogħol ma kienx mifrux b'mod uniformi minħabba li ċerti kategoriji ta' ħaddiema (eż. migranti, ħaddiema b'kuntratti prekarji, nisa, ħaddiema iktar żgħażagħ jew ixjeħ), ċerti kumpaniji (b'mod partikulari SMEs u mikrointrapriżi), ċerti setturi ta' attività (b'mod partikulari tal-bini, tas-sajd, ta' l-agrikoltura u tat-trasport), u ċerti Stati Membri juru rati ta' aċċidenti u ta' mard fuq il-post tax-xogħol ħafna ogħla mill-medja ta' l-UE,

E.  billi l-miżuri tal-ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandhom dejjem jiffurmaw parti mill-kultura tan-negozju, u billi din il-kultura għandha timxi id f'id mat-taħriġ ta' tul il-ħajja tal-ħaddiema u tal-maniġers,

F.  billi kultura ta' ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol implimentata b'mod kostanti fin-negozju tista' tgħin biex il-proċeduri OHS jiġu implimentati b'mod mhux burokratiku u b'hekk jiġi żgurat ħarsien effettiv,

G. billi l-perjodi ta' serħan huma ta' importanza kbira għal standard għoli ta' ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema,

H. billi l-ILO tagħmel stima li fl-2006 madwar 167,000 persuna mietu fl-UE minħabba aċċident tax-xogħol jew marda relatata max-xogħol, u billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tagħmel stima li kull sena madwar 300,000 ħaddiem isofru minn diżabilità permanenti fi gradi different,

I.   iqis li strateġija ġenwina dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandha tkun ibbażata fuq it-taħlita t-tajba ta' l-istrumenti li ġejjin: kuxjenza suffiċjenti min-naħa ta' kulħadd, edukazzjoni u taħriġ iffokati, servizzi u kampanji ta' prevenzjoni adegwati, djalogu soċjali u parteċipazzjoni tal-ħaddiema, leġiżlazzjoni u implimentazzjoni adegwati, attenzjoni mfassla għal gruppi speċifiċi, għall-setturi ta' attività u għal tipi differenti ta' intrapriżi, ispezzjonijiet effiċjenti u penali proporzjonati u dissważivi,

J.   iqis li l-ħaddiema li qed jixjieħu għandhom iżommu saħħithom, il-kapaċità tax-xogħol u d-dispożizzjoni għall-impjieg tagħhom sakemm ikun possibbli u li għandhom jiġu adottati miżuri għal dan il-għan,

K. iqis li l-ispezzjonijiet għandhom irwol ewlieni bħala strument biex tiġi infurzata l-leġiżlazzjoni eżistenti u għalhekk biex tiġi evitata kwalunkwe forma ta' sfruttament fuq il-post tax-xogħol, biex b'hekk ikompli jiġi promoss il-kunċett ta' xogħol deċenti. jikkunsidra li l-ispetturi għandhom jiġu appoġġjati b'kooperazzjoni aktar mill-qrib u l-iskambju ta' informazzjoni bejn spetturi fl-Istati Membri,

L.  billi l-evalwazzjoni tar-riskju fuq livell ta' negozju ma tistax tiġi kkunsidrata bħala attività ta' darba biss, iżda għandha titwettaq b'mod perjodiku u għandha tiġi adattata skond ir-riskji u/jew iċ-ċirkostanzi ġodda, billi n-nuqqas tagħha, jew it-twettiq tagħha b'mod li jkunx xieraq huwa kontra l-liġi u huwa wieħed mill-kawżi ta' inċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol,

M. billi ma hemm l-ebda statistika disponibbli rigward l-effetti negattivi ta' nirien fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol,

N. billi l-ħaddiema tal-kura tas-saħħa jinsabu f'riskju li jaqbadhom iktar minn 20 virus potenzjalment fatali, inklużi l-epatite B, l-epatite Ċ, u l-HIV/AIDS,

O. billi bl-Istrateġija ta' Liżbona hemm mira ta' rata ta' impjieg ġenerali ta' 70% u kif ukoll rata ta' impjieg ta' 60% għan-nisa u ta' 50% fost il-ħaddiema aktar anzjani sa l-2010, u billi l-ħaddiema b'mard kroniku jew b'mard fit-tul ta' sikwiet ma jerġgħux lura għax-xogħol, minkejja li jkunu meqjusa li huma kapaċi li jagħmlu dan u billi dawk li jirritornaw għax-xogħol ta' sikwiet jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla bħal pereżempju tnaqqis fid-dħul tagħhom, u billi dan huwa veru b'mod partikulari għall-pazjenti tal-kanċer peress li l-parti l-kbira ta' studji riċenti juru li wieħed minn kull ħames pazjenti tal-kanċer tas-sider ma jirritornawx għax-xogħol, minkejja li jkunu jistgħu,

P.  billi aktar nisa milli irġiel huma impjegati fis-suq tax-xogħol klandestin mingħajr assigurazzjoni, fatt li inevitabilment għandu konsegwenzi sinifikattivi fir-rigward tal-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sigurtà skond liema kundizzjonijiet dawn qed ikunu impjegati,

Q. billi n-nisa u l-irġiel ma jiffurmawx grupp omoġenju, għalhekk strateġiji u miżuri biex itejbu l-OHS iridu jkunu aġġustati b’mod speċifiku għal postijiet tax-xogħol partikulari, li jqisu l-fatt li xi fatturi jistgħu jħallu impatt differenti fuq in-nisa milli fuq l-irġiel,

1.  Jilqa' l-mira ambizzjuża tal-Kummissjoni għal medja ta' tnaqqis ta' 25% ta' l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol madwar l-UE; jirrikonoxxi li ċ-ċifri jistgħu jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor minħabba l-punt ta' tluq differenti, iżda jqis li xorta waħda huwa importanti li jkun hemm miżuri mmirati tajjeb u ċari flimkien ma' skeda u impenji finanzjarji li wara jkunu jistgħu jiġu mkejla u evalwati; fin-nuqqas ta' dawn, jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu ħsieb li tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew fl-istadju tan-nofs tal-perjodu ta' l-istrateġija dwar il-progress tagħha;

2.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iqisu kif jixraq l-inugwaljanzi mhux biss dawk bejn Stati Membri iżda wkoll dawk fi ħdan Stati Membri individwali, u biex jimpenjaw ruħhom li jnaqqsuhom;

3.   Jinnota l-proposti tal-Kummissjoni biex jintużaw strumenti li ma jorbtux fejn liġijiet obbligatorji mhumiex possibbli jew mhumiex xierqa, li jippermettu li l-Istati Membri jkollhom il-flessibilità biex isibu soluzzjonijiet li jagħtu l-aqwa riżultati ta' saħħa u sigurtà fiċ-ċirkustanzi partikulari tagħhom;

4.   Jilqa' l-enfasi akbar tal-Kummissjoni dwar is-simplifikazzjoni regolatorja u t-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi, filwaqt li jinnota li filwaqt li s-simplifikazzjoni tipprovdi benefiċċji aħjar liċ-ċittadini, din tgħin ukoll biex kemm min iħaddem u kif ukoll l-impjegati jikkonċentraw bl-istess mod fuq l-immaniġġjar prattiku tas-saħħa u s-sigurtà sabiex jiżguraw riżultati ta' saħħa u sigurtà aħjar; jikkunsidra li huwa ta' importanza ewlenija li simplifikazzjoni bħal din bl-ebda mod ma tnaqqas mil-livell ta' protezzjoni li tingħata lill-ħaddiema;

5.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti prijorità fl-istrateġija tagħha għal dawk l-attivitajiet u/jew l-industriji li jinvolvu riskji partikulari (eż. xogħol tal-metall, bini, elettriku, foresterija eċċ.);

6.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvi aktar mill-qrib lill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol f'dan il-proċess, u b'mod partikulari biex tistidinha sabiex tippreżenta evalwazzjoni ta' liema industriji għandhom l-ogħla riskju ta' aċċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol u kif dan jista' jiġi megħlub b'mod effettiv;

7.  Jikkunsidra li l-attenzjoni qawwija tal-Kummissjoni fuq l-għajnuna lill-SMEs biex jissodisfaw l-obbligi tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom hija eċċellenti u jappoġġja bis-sħiħ l-approċċ tagħha;

8.  Jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni hija siekta dwar il-miri għat-tnaqqis ta' mard relatat max-xogħol iżda jifhem id-diffikultà biex wieħed ikejjel mard relatat max-xogħol; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-użu u l-implimentazzjoni ta' proċeduri eżistenti ta' l-istatistika sabiex il-mard fuq il-post tax-xogħol jiġi identifikat u kkalkulat b'mod korrett, u b'mod partikolari l-kanċer fuq ix-xogħol, bl-iskop li jiġu ffissati miri għat-tnaqqis tiegħu; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tikkunsidra l-possibilità li r-rakkomandazzjoni ta' l-UE rigward il-mard b'rabta max-xogħol (2003/670) tiġi trasformata f'direttiva minima;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni twessa’ l-ambitu ta’ l-istrateġija tal-Komunità sabiex ikun ikopri wkoll il-fatturi determinanti soċjali u mhux sempliċement inċidenti jew mard marbuta ma' l-impjieg, peress li l-istat tas-saħħa ta' individwu huwa ddeterminat minn diversi fatturi marbuta max-xogħol, bħal m'huma t-tip ta’ kuntratt, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-disponibilità tax-xogħol; jinnota li bidliet fir-relazzjonijiet tax-xogħol u t-tnaqqis fis-sigurtà ta’ l-impjiegi wkoll iwasslu għal problemi ambjentali, psikoloġiċi u soċjali li jeħtieġ li jiġu indirizzati;

10. Jenfasizza l-ħtieġa li s-sessi jingħataw l-importanza xierqa meta jkunu indirizzati kwistjonijiet rigward is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol u jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tistieden għall-preparazzjoni ta' metodi uniċi ta' l-analiżi ta' l-impatt fl-OHS fir-rigward ta' l-element speċifiku tas-sessi; iżda, jikkritika l-Kummissjoni għal falliment li tqis b’mod xieraq l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi fil-komunikazzjoni tagħha, kemm fl-“Objettivi ta’ l-Istrateġija tal-Komunità 2007-2012” jew fi kwalunkwe “Analiżi ta’ l-Impatt” tagħha(11);

11. Jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza d-disponibilità ta’ statistiċi klassifikati skond is-sessi fil-livell Komunitarju dwar mard fatali relatat max-xogħol u dak mhux fatali;

12. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw direttivi attwali OHS b'mod aktar sensittiv għas-sessi, biex jimplimentaw analiżi ta' l-impatt għas-sessi ta' dawn id-direttivi;

13. Jenfasizza li r-rijabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema wara li jkunu mardu jew wara aċċident fuq il-post tax-xogħol huma vitali u jfaħħar l-attenzjoni speċjali fuq ir-rijabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid mitluba fl-istrateġiji nazzjonali; huwa importanti li l-gvernijiet jiżguraw, fl-istrateġiji tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom, l-obbligu taż-żamma tax-xogħol (permezz ta' taħriġ, allokazzjoni mill-ġdid tal-ħidmiet eċċ) għal dawk il-persuni li jkunu esperjenzaw mard fiżiku jew mentali waqt il-ħajja tax-xogħol tagħhom;

14. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiġbor aktar ċifri u data dwar ħaddiema b'mard kroniku u biex tanalizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u biex tfassal karta għall-ħarsein tad-drittijiet tal-pazjenti tal-kanċer u persuni oħra b'mard kroniku u, bil-għan li l-kumpaniji jkunu meħtieġa biex jagħmluha possibbli sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jkomplu fl-impjieg tagħhom waqt il-kura tagħhom u sabiex ikunu jistgħu jirritornaw għas-suq tax-xogħol wara li tispiċċa l-kura;

15. Jesprimi tħassib qawwi rigward ir-rata għolja wisq ta' aċċidenti fost ħaddiema temporanji u ħaddiema li jkunu qed jaħdmu għal terminu ta’ żmien qasir, u bi kwalifiki baxxi, li f'xi Stati Membri hija ta' l-inqas id-doppju ta' dik tal-ħaddiema permanenti, filwaqt li jirrikonoxxi l-korrelazzjoni bejn dawn il-kategoriji ta' impjiegi u l-impjiegi f'industriji b'riskju ogħla bħall-industrija tal-bini; jinnota li d-Direttiva tal-Kunsill 91/383/KEE tal-25 ta' Ġunju 1991 li tissuplementa l-miżuri biex jitħeġġeġ it-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol ta' ħaddiema li għandhom relazzjoni ta' mpjieg b'dewmien fiss jew ta' mpjieg temporanju, tistabbilixxi bħala regola ġenerali li l-ħaddiema temporanji għandhom l-istess drittijiet tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol bħal ħaddiema oħra iżda li d-direttiva tonqos milli tistipula mekkaniżmi speċifiċi biex dan il-prinċipju jkun jista' jitħaddem fil-prattika; jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza dawn in-nuqqasijiet bħala kwistjoni ta' urġenza;

16. Jinnota wkoll in-numru jiżdied ta’ kuntratti ta’ l-impjieg atipiċi u jenfasizza li l-kundizzjonijiet li joffru jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa u s-sigurtà ta’ l-impjegati u l-kuntratturi;

17. Jitlob għal miżuri li josservaw drittijiet tas-sigurtà u s-saħħa għal nisa f’postijiet tax-xogħol atipiċi bħal dawk tal-kura ta’ persuni morda d-dar;

18. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu bis-sħiħ l-implikazzjonijiet tal-bidla demografika fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; b'mod partikulari jistidinhom biex isaħħu l-miżuri ta' prevenzjoni u biex jadottaw miżuri maħsuba biex jikkumpensaw għad-deklin fiżiku, b'mod partikulari permezz ta' l-ergonomija u l-ippjanar tal-postijiet tax-xogħol, u permezz ta' miżuri u inċentivi mfassla biex iżommu l-motivazzjoni, il-kapaċitajiet u s-saħħa tal-ħaddiema li jkunu qed jixjieħu;

19. Jinnota r-rabta pprovata xjentifikament bejn l-istress dejjem akbar fuq il-post tax-xogħol u l-mard li jikkaġuna dan l-istress, b'mod partikulari l-mard kroniku, il-mard kardjovaskolari u l-mard muskoluskeletali;

20. Iqis li huwa ferm importanti li tiġi żgurata applikazzjoni aħjar ta' l-istrumenti legali eżistenti dwar l-OHS u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-mezzi kollha disponibbli sabiex jiksbu dan; il-mużuri li għandhom jitqiesu għandhom jinkludu:

a)      rekwiżiti minimi għall-kwalità ta' servizzi preventivi u ispezzjonijiet tax-xogħol,

b)     sanzjonijiet aktar ħarxa,

c)      valutazzjonijiet aħjar ta' l-implimentazzjoni leġiżlattiva,

d)     skambju ta' l-aħjar prattika,

e)      tisħiħ tal-kultura tal-prevenzjoni u sistemi ta' twissija minn kmieni inkluż aċċess usa' tas-soċjetà għall-informazzjoni rigward il-kundizzjonijiet b'rabta max-xogħol u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol,

f)      involviment akbar ta' l-impjegati fuq il-post tax-xogħol,

g)      tħeġġiġ lil min iħaddem biex jissodisfa l-impenji tiegħu fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol,

h)      tisħiħ ta' l-użu tal-ftehimiet tad-djalogu soċjali;

21. Jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha nuqqas kbir ta' riżorsi biex tivverifika b'mod effettiv it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-direttivi adottati dwar is-sigurtà b'rabta max-xogħol; iqis li għandha tagħmel użu mill-mezzi kollha disponibbli għaliha, inkluż użu usa' tal-proċedimenti ta' ksur;

22. Jinnota li l-ħarsien ta' l-OHS għandu japplika b'mod ugwali għall-ħaddiema kollha fl-Unjoni Ewropea, li l-ħarsien ta' l-OHS fl-aħħar mill-aħħar huwa bbażat fuq id-dritt fundamentali għall-integrità fiżika, u li d-derogi mil-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien ta' l-OHS jipperikolaw is-saħħa tal-ħaddiema u l-opportunitajiet indaqs, u jistgħu joħolqu sitwazzjoni fejn il-kompetizzjoni bejn l-istati differenti twassal għaż-żarmar progressiv ta' l-istandards regolatorji ('race to the bottom');

23. Jitlob lill-Kummissjoni biex timpenja ruħha bl-istess mod fl-evalwazzjonijiet ta’ l-impatt fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol kif timpenja ruħha fl-ambjent;

24. Iqis l-ispezzjonijiet tax-xogħol bħala parti essenzjali ta' l-implementazzjoni tal-leġiżlazzjoni għas-saħħa u s-sigurtà; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex:

a)      tipprovdi lill-SLIC bir-riżorsi neċessarji biex tiżgura li dan jista' jopera b'mod effettiv, wara studju dwar kif jista' jkun l-aktar effettiv u jipprovdi l-aħjar valur,

b)     tkompli tiżviluppa sistemi ta' tqassim ta' għarfien biex jiġu żgurati reazzjonijiet effettivi għat-talbiet ta' informazzjoni u koperazzjoni,

c)      tibda riċerka ta' evalwazzjoni dwar l-effikaċja u l-impatt ta' attivitajiet ta' ispezzjoni kif propost mill-SLIC, bl-iskop li jiġu stabbiliti objettivi ta' ispezzjoni kwantitattivi u kwalitattivi komuni, biex b'hekk tħeġġeġ l-użu ta' l-ispettorati bħala faċilitaturi fil-ħolqien ta' kultura effiċjenti u effettiva tas-saħħa u s-sigurtà fost il-ħaddiema kollha;

d)     tintroduċi modijiet u mezzi biex jiġu evalwati s-sistemi nazzjonali ta' ispezzjoni, l-aktar permezz ta' twaqqif ta' tabelli ta' evalwazzjoni,

u jistieden lill-Istati Membri biex:

e)      jipprovdu riżorsi finanzjarji u ta' persunal adegwati għall-ispettorati nazzjonali tagħhom,

f)      iżidu d-densità ta' l-ispetturi tax-xogħol, biex jiġi żgurat li ta' l-inqas ikun hemm proporzjon ta' 1 għal kull 10,000 ħaddiem, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet ta' l-ILO,

g)      iżidu l-kwalità ta' l-ispetturi tax-xogħol billi jipprovdu iktar taħriġ multidixxiplinarju f'oqsma bħall-psikoloġija, l-ergonomija, l-iġjene, ir-riskji ambjentali u t-tossikoloġija,

h)      jiffokaw l-ispezzjonijiet fuq oqsma ta' prijorità u fuq setturi u intrapriżi b'livelli għolja ta' inċidenti u b'livelli għolja ta' gruppi vulnerabbli bħal ħaddiema migranti, ħaddiema ta' aġenziji temporanji, ħaddiema ta' sengħa u edukazzjoni baxxi, u ħaddiema żgħażagħ u ħaddiema li qed jixjieħu;

25. Jirrikonoxxi li l-prevenzjoni hija ta' importanza ċentrali u jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta l-miżuri li ġejjin fl-istrateġija:

a)      

tiżgura li min iħaddem jirrikonoxxi u jissodisfa r-responsabilitajiet tiegħu billi jipprovdi servizzi preventivi xierqa fuq postijiet tax-xogħol kollha, filwaqt li jirrikonoxxi li attitudini responsabbli mill-impjegati tiegħu għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom stess hija importanti wkoll,

b)     tinkuraġġixxi li s-servizzi ta' prevenzjoni jkunu multidixxiplinarji bis-sħiħ u jirriflettu l-ġerarkija tal-miżuri pprovduti fid-Direttiva qafas 89/391/KEE,

c)      tenfasizza li l-evalwazzjoni tar-riskju għandha tkun proċess kontinwu u mhux obbligu ta' darba, bl-involviment sħiħ ta' l-impjegat,

d)     tiżgura li kemm jista' jkun l-attivitajiet ta' prevenzjoni jitwettqu internament,

e)      tiżgura li s-sorveljanza tas-saħħa timxi id f'id mal-prevenzjoni,

f)      tadatta l-leġiżlazzjoni tagħha dwar is-saħħa u s-sigurta fuq ix-xogħol fuq bażi regolari biex tirrifletti l-progress teknoloġiku;

26. Jenfasizza l-importanza ta' l-Istati Membri li jiżguraw li l-aċċess għal dokumenti tekniċi u regoli li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol fuq livell nazzjonali jkun b'xejn;

27. Jifraħ lill-Kummissjoni rigward il-proposti dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ li hemm fil-Komunikazzjoni tagħha u jqis li dan huwa fattur importanti fl-iżvilupp ta' kultura preventiva u li barra minn hekk dan għandu jkun proċess kontinwu li jibqa' għaddej, adattat għas-sitwazzjoni teknoloġika ġdida fuq il-post tax-xogħol; u dan japplika wkoll għal dawk il-ħaddiema li jmorru lura x-xogħol wara mard jew waqfiet fil-karriera minħabba responsabbilitajiet ta' kura tal-familja;

28. Jikkunsidra li għandhom jiġu offruti taħriġ vokazzjonali adattat u taħriġ mill-ġdid fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol lill-impjegati u lir-rappreżentanti tas-saħħa u tas-sigurta b'attenzjoni speċifika mogħtija lil: sotto-kuntratti, xogħol temporanju, xogħol part-time, ħaddiema nisa u ħaddiema migranti; fondi nazzjonali u ta' l-UE għandhom jibqgħu jintużaw f'dan ir-rigward;

29. Iqis li min iħaddem għandu jkun obbligat jiffaċilita l-eżamijiet mediċi għal min jaħdem bil-ġurnata u għal nies b'kuntratti ta' impjieg part-time;

30. Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża bis-sħiħ il-fondi Komunitarji eżistenti (speċjalment l-ESF) fi kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurta (prevenzjoni u żvilupp ta' kultura preventiva, tqajjim ta' kuxjenza, taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni tul il-ħajja kollha, rijabilitazzjoni u integrazzjoni mill-ġdid ta' ħaddiema li jkunu ġarrbu inċident fuq ix-xogħol jew mard) u indirizzati b'mod partikulari lill-SMEs; Fondi Komunitarji oħra (pereżempju mis-7 Programm ta' Qafas dwar ir-Riċerka) u fondi nazzjonali għandhom jiġu allokati għar-riċerka dwar mard relatat max-xogħol;

31. Iqis li huwa importanti, meta wieħed iqis ir-riskju akbar li huma esposti għalih il-ħaddiema fis-setturi tal-minjieri, tal-metallurġija, tal-produzzjoni tal-ħadid u l-azzar u l-bini tal-vapuri, li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jallokaw fondi suffiċjenti għall-investimenti meħtieġa biex ikunu ggarantiti l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

32. Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiżguraw approċċ sistematiku sensittiv għas-sessi, meta jiżviluppaw strateġiji nazzjonali u Komunitarji OHS u meta jiġbru statistiki, meta jwettqu sondaġġi u meta jwettqu riċerka OHS; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jużaw il-possibilitajiet ta’ ffinanzjar provduti f’dan ir-rigward mill-programm PROGRESS, b’mod partikulari skond it-taqsima rigward l-ugwaljanza tas-sessi;

33. 

Jistieden lill-Istati Membri biex jivvalutaw l-adozzjoni ta' inċentivi finanzjarji biex jippromwovu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikulari r-rifużjonijiet tat-taxxa jew preferenzi fis-sejħiet għal offerti għal intrapriżi mingħajr perikli u negozji ċertifikati fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà, l-introduzzjoni ta' sistema ta' "bonus-malus" fil-poloz ta' l-assikurazzjoni u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, u inċentivi finanzjarji biex jinbidel apparat skadut jew perikoluż;

34. Barra minn dan, jissuġġerixxi li l-Istati Membri jikkunsidraw il-possibilità li jinkorporaw ċerti standards ta’ saħħa u sigurtà meta jagħtu kuntratti pubbliċi;

35. Filwaqt li jqis il-bidliet soċjali u ekonomiċi li għaddejjin bħalissa, li jinfluwenzaw u jbiddlu wkoll is-suq tax-xogħol, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ politiki tajbin ta’ impjieg u kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol, u sabiex tħeġġeġ lil min iħaddem sabiex jippromwovi stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol permezz ta’ kampanji li jippromwovu s-saħħa fuq ix-xogħol, l-infurzar tal-projbizzjoni tat-tipjip fuq il-post tax-xogħol u skemi biex l-impjegati li jpejpu jiġu appoġġjati biex jieqfu mit-tipjip, u sabiex tiżgura koerenza politika ma' oqsma oħrajn, speċjalment is-saħħa pubblika.

36. Jistieden lill-Kummissjoni biex tibda reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jitħeġġeġ titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ta' ħaddiema tqal u nisa li jkunu welldu reċentement jew li jkunu qed ireddgħu;

37. Jikkunsidra li l-problemi tas-saħħa relatati ma' l-esponiment għall-asbestos huma magħrufa sew u li r-regolament Ewropew dwar l-asbestos huwa aċċettabbli; jenfasizza l-fatt li huwa maħsub li fl-Ewropa se jkun hemm rata għolja ta' mard li ġej mill-asbestos għall-ħafna snin li ġejjin; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza sessjoni ta' smigħ dwar kif għandhom jiġu trattati l-problemi kbar ta' l-OHS relatati ma' asbestos eżistenti fil-bini u kostruzzjonijiet oħra bħall-vapuri, ferroviji u makkinarji; jistieden ukoll lill-Istati Membri biex ifasslu pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni biex jitneħħa l-asbestos, inklużi obbligi biex ikun hemm pjanta ta' l-asbestos fil-bini u provvediment għat-tneħħija ta' l-asbestos mingħajr perikli;

38. Jiddispjaċih li minkejja t-talbiet ripetuti u speċifiċi mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għad trid tressaq emenda leġiżlattiva għad-Direttiva 2000/54/KE biex tindirizza r-riskji serji għas-saħħa tal-ħaddiema, li ġejjin minn xogħol bil-labar u strumenti mediċi li jaqtgħu; jitlob lill-Kummissjoni biex tħaffef tikkompleta l-istudju dwar l-impatt permezz tas-sejħa għall-offerti (2007/S 139-171103) u jistenna emenda xierqa għad-direttiva li għandha tiġi adottata sewwa qabel it-tmiem tal-leġiżlatura f'nofs l-2009, b'konformità mar-riżoluzzjoni T6-305/2006 tal-Parlament Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta miżuri ta' prevenzjoni u ta' skrining adegwati biex jitnaqqas ir-riskju ta' mard li jittieħed mid-demm bħalma hi l-epatite Ċ;

39. Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu t-tmexxija f'idejha biex jiġi żviluppat u miftiehem kodiċi ta' prattika ta' l-UE dwar il-prevenzjoni ta' infezzjonijiet relatati mal-kura tas-saħħa;

40. Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-saħħa u s-sigurta f'ambjenti tal-kura tas-saħħa, inklużi djar ta' kura, billi jittieħdu miżuri biex jiġi mħeġġeġ iskrining ta' rutina għall-persunal tal-kura tas-saħħa biex jippermetti skoperta u trattament bikrija sabiex jitnaqqsu l-infezzjonijiet marbuta max-xogħol jew li huma komunikabbli fuq ix-xogħol, bħall-MRSA;

41. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rekwiżit biex l-Istati Membri jfasslu strateġiji nazzjonali; jenfasizza li dawn l-istrateġiji għandhom ikopru l-istess perjodu ta' żmien u jibdew fl-istess sena sabiex ikun aktar faċli li jsir paragun kemm ta' l-istrateġiji nazzjonali u kif ukoll tar-riżultati tagħhom u li għandhom ukoll jistabbilixxu miri ċari u li jistgħu jitkejlu u b'attenzjoni speċjali fuq l-SMEs u l-gruppi vulnerabbli bħal ħaddiema migranti, ħaddiema żgħażagħ u ħaddiema li qed jixjieħu, nisa, ħaddiema ta' aġenziji temporanji u ħaddiema b'diżabilità;

42. Jenfasizza l-fatt li huwa essenzjali li l-post tax-xogħol isir aċċessibbli u jkun mingħajr perikli għall-ħaddiema b'diżabilita, permezz tal-provvediment ta' akkomodazzjoni raġjonevoli, il-provvediment ta' apparat speċjali adattat għall-ħtiġijiet individwali, u permezz tal-provvediment ta' dawk is-servizzi tas-saħħa meħtieġa minn nies b'diżabilita, speċifikament minħabba d-diżabilita tagħhom, inklużi servizzi mfassla biex jiġu minimizzati u evitati diżabilitajiet oħra;

43. Jitlob kemm lill-Kummissjoni u kif ukoll lill-Istati Membri biex japplikaw u jinfurzaw bis-sħiħ, irrispettivament mill-istejtus legali tagħhom, id-direttiva qafas u d-dispożizzjonijiet eżistenti tas-saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema kollha u biex jemendaw il-leġiżlazzjoni attwali għal ċerti professjonijiet fir-riskju, jekk din ma rriżultatx effikaċi, inklużi dawk li ta' sikwit jiġu injorati, bħall-ħaddiema fis-settur agrikolu, il-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ix-xufiera professjonali, il-ħaddiema domestiċi u l-ħaddiema tad-dar u tal-militar, fejn ikun xieraq; kif ukoll biex jiżguraw l-applikazzjni u l-infurzar bis-sħiħ tad-Direttiva li tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament ugwali fl-impjieg u x-xogħol (Direttiva 2000/78/KE); jistidinhom ukoll biex jikkunsidraw l-għażliet kollha disponibbli sabiex jestendu d-dispożizzjonijiet ta' l-UE dwar is-saħħa u s-sigurtà għal dawk li jaħdmu għal rashom u għas-servizzi ta' impjieg mingħajr perikli offruti lil nies b'diżabilita;

44. Jistieden lill-Istat Membri biex iqisu b’mod serju r-riskji differenti relatati mas-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol għal impjegati nisa u rġiel u biex jipprovdu infrastruttura differenti soċjali u fiżika biex jilqgħu għal dawn ir-riskji;

45. Jenfasizza li l-ħtieġa li jkunu analizzati r-riskji li n-nisa u l-irġiel jiffaċċjaw u li jittieħdu miżuri xierqa, ma jfissirx l-introduzzjoni mill-ġdid ta' politiki protettivi ta' esklużjoni, u lanqas ma jfisser l-iżvilupp ta’ impjiegi differenti għan-nisa u għall-irġiel;

46. Iqis li l-obbligu ta' sigurtà ta' min iħaddem m'għandux ikun dirett biss lejn dawk li huwa marbut magħhom b'mod legali permezz ta' kuntratt ta' impjieg, iżda għandu jkun ukoll f'relazzjonijiet ta' subappalt ('subcontracting') u li sabiex jintlaħaq dan il-għan l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jillimitaw in-numru ta' livelli fis-sekwenza tas-subappalt u biex jimponu responsabilità konġunta fuq il-kuntrattur ewlieni għall-obbligi tas-sottokuntratturi lejn il-ħaddiema tagħhom;

47. Jistenna r-riżultat tat-tieni fażi ta' konsultazzjoni ta' l-imsieħba soċjali dwar il-problemi skeletro-muskolari (MSDs) u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li toħroġ bi proposti għal direttiva, minħabba l-okkorrenza dejjem ikbar ta' MSDs u li l-leġiżlazzjoni attwali tista' tkun inadegwata u ma tindirizzax is-sitwazzjonijiet kollha tax-xogħol u l-anqas ma tkopri r-riskji kollha li jikkonċernaw l-MSDs relatati max-xogħol; jinnota li l-prinċipji xjentifiċi għandhom jiġu kkunsidrati bis-sħiħ;

48. Jistenna r-riżultat tat-tieni fażi ta' konsultazzjoni ta' l-imsieħba soċjali dwar ir-reviżjoni tad-direttiva ta' l-2004 dwar karċinoġeni u jqis li l-għażla mixtieqa għandha tkun li tiġi emendata dik id-direttiva sabiex tinkludi sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni u li tipproponi reviżjoni tal-valuri massimi vinkolanti għall-espożizzjoni (BOELVs) għal karċinoġeni u mutaġeniċi elenkati fid-direttiva u biex jitwaqqfu BOELVs ġodda għal xi karċinoġeni, mutaġeniċi u sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni li għadhom mhux inklużi fid-direttiva, filwaqt li tingħata prijorità lis-silika f’forma ta’ kristalli;

49. Ifakkar li t-theddid għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol mhux marbut biss max-xogħol manwali; jitlob li tingħata aktar attenzjoni lill-kawżi li jwasslu għall-mard mentali u lis-saħħa mentali, il-vizzji u lill-perikli psikoloġiċi fuq il-post tax-xogħol, bħal m’huma l-istress, il-fastidju u l-aggressjoni minn klikek (mobbing), kif ukoll il-vjolenza u barra minn hekk jitlob li ssir enfasi akbar fuq il-politiki ta’ min iħaddem għall-promozzjoni ta’ saħħa fiżika u mentali tajba;

50. Jidhirlu li huwa essenzjali li jkun hemm koordinazzjoni akbar ma’ l-Aġenzija Ewropea tal-Kimiċi (ECHA) il-ġdida f’Helsinki u li jiġu ċċarati numru ta’ kwistjonijiet li jirriżultaw f’rabta mar-relazzjoni ta’ bejn ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 rigward ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tal-Kimiċi (REACH)(12) u d-direttivi l-oħra rigward is-saħħa fuq il-post tax-xogħol;

51. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu kif jixraq l-implimentazzjoni simultanja ta' l-istrateġija Komunitarja u r-Regolament tar-REACH: l-istrateġija għandha tfittex li tikkumplementa r-Regolament tar-REACH dwar il-ħarsien kontra l-perikli kimiċi u għandha tapprofitta ruħha mill-opportunità li tqawwi l-azzjoni preventiva kontra l-perikli kimiċi fuq il-post tax-xogħol f'rabta ma' l-implimentazzjoni tar-REACH;

52. Jilqa' b'sodisfazzjon il-konklużjoni tal-ftehimiet ta' qafas bejn l-imsieħba soċjali dwar stress waqt ix-xogħol u dwar fastidju u vjolenza fuq il-post tax-xogħol; madankollu, jiddispjaċih li l-ftehima ta' l-aħħar ma tkoprix b'mod espliċitu l-kwistjoni ta' vjolenza ta' partijiet terzi; għalhekk jistieden lill-imsieħba soċjali biex jikkonkludu ftehima multisettorjali dwar din il-kwistjoni, u lill-Kummissjoni biex tressaq proposti jekk din il-ftehima ma tkunx tista' tintlaħaq; jinnota li l-istudji juru li ħaddiema temporanji u fuq perjodu qasir ta' żmien huma speċjalment vulnerabbli li jsiru vittmi ta' fastidju u vjolenza fuq il-post tax-xogħol; jitlob, għalhekk, biex il-ftehimiet jikkunsidraw dawn il-gruppi;

53. Jenfasizza l-kundizzjonijiet diffiċli tax-xogħol għal ħafna xufiera tat-trakkijiet li jsuqu fl-Ewropa, minħabba n-nuqqas ta' aċċess għal faċilitajiet xierqa ta' mistrieħ: L-Artikolu 12 tar-Regolament 561/2006, dwar il-ħin ta' sewqan u ta' mistrieħ, jirrikonoxxi b'mod espliċitu l-importanza ta' numru suffiċjenti ta' faċilitajiet ta' mistrieħ u mingħajr periklu għal xufiera professjonali tul in-netwerk ta' l-awtostrada ta' l-UE;

għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli l-proġett pilota għal zoni mingħajr periklu u mgħammra bis-sigurta ta' pparkjar li ġie mibdi mill-Parlament Ewropew, filwaqt li tikkunsidra l-miżuri rakkomandati fl-opinjoni mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew TEN/290-CESE dwar zoni għall-ipparkjar mingħajr periklu u mgħammra bis-sigurta;

54. Jistieden lill-Kummissjoni biex tibda r-riċerka dwar il-fattibilita u l-benefiċċji għas-saħħa u s-sigurta fuq ix-xogħol u għas-soċjeta kollha kemm hi, li jkun hemm rekwiżit li, fejn dan ma jkunx ta' periklu, il-binjiet kollha ġodda li huma maħsuba bħala postijiet tax-xogħol jiġu installati bi sprinklers kontra n-nar;

55. Jenfasizza l-importanza ta' djalogu kontinwu bejn il-partijiet interessati kollha inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, min iħaddem, ir-rappreżentanti tagħhom u s-soċjetà ċivili bħala għodda ewlenija fl-iżvilupp effettiv ta' standards għolja tas-saħħa u s-sigurtà; dan id-djalogu għandu jwassal għal għarfien aħjar tar-riskji reali għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kif ukoll tal-ħtiġijiet u rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti gruppi ta' ħaddiema fil-livelli settorjali u tan-negozju u għal skambju ta' l-aħjar prattiki;

56. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw rappreżentanza xierqa tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-livelli kollha fir rigward ta' l-OHS;

57. Jikkunsidra r-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (CSR) bħala waħda mill-għodod effettivi biex titjieb il-kompetittivita, ikun hemm sigurta aħjar fuq il-post tax-xogħol, u ambjent aħjar tax-xogħol, u f'dan ir-rigward iħeġġeġ l-iskambju ta' prattiki tajbin fil-livelli lokali, nazzjonali u Ewropej fost l-Istati Membri u globalment fil-livell multinazzjonali kif ukoll l-applikazzjoni ta' CSR fuq bażijiet volontarja, iżda bħala parti integrali ta' l-istrateġiji ta' negozju għall-iżvilupp;

58. Iqis li r-rappreżentanza ta' l-impjegati hija ta' importanza maġġuri għal kwalunkwe politika ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol; iqis li l-korrelazzjoni pożittiva bejn l-eżistenza ta' rapprezentanti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u rendiment aħjar ma tistax tiġi sottovalutata u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-approċċ parteċipattiv u jiżguraw li kemm jista' jkun ħaddiema jkollhom aċċess għar-rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà;

59. Jenfasizza li impjieg permanenti huwa fattur kontributorju importanti għas-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol;

60. Iqis li ħinijiet tax-xogħol eċċessivi/perjodi ta' mistrieħ insuffiċjenti huma fattur importanti fil-livell ogħla ta' aċċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol u jitlob bilanċ xieraq bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja;

61. Jifraħ lill-Aġenzija f'Bilbao u lill-Fondazzjoni ta' Dublin għax-xogħol li għamlu s'issa u huwa ta' l-opinjoni li l-għarfien speċjalizzat u l-poteri ta' dawn l-organizzazzjoniiet għandhom jiġu sfruttati bis-sħiħ; għandhom ikomplu jintużaw bħala strumenti ta' tqajjim ta' kuxjenza, ġbir, analiżi u skambju ta' informazzjoni, skambju ta' prattiki tajba u investigazzjoni biex jiġu antiċipati riskji ġodda u emerġenti, kemm jekk huma kkawżati minn bidla soċjali kif ukoll jekk huma marbutin ma' l-innovazzjoni teknika;

62. Iqis li huwa kruċjali li jiġu identifikati u mmonitorjati r-riskji ġodda u li qegħdin jitfaċċaw - eż. ir-riskji marbuta man-nanoteknoloġija u r-riskji psikosoċjali, minn kmieni; għalhekk iħeġġeġ lill-osservatorju tar-riskji ta' l-Aġenżija f'Bilbao biex ikabbar il-ħidma tiegħu dwar l-evalwazzjoni u l-prevenzjoni mir-riskju (rigward il-fluss ta' informazzjoni) u jistenna li l-Kummissjoni taġixxi fuq is-sejbiet tiegħu u tressaq il-proposti neċessarji meta jiġu identifikati riskji ġodda;

63. Jirrakkomanda lill-Istati Membri li jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex ix-xogħol li jsir f'kundizzjonijiet iebsa u perikolużi jimxi id f'id mad-drittijiet ta' ħarsien soċjali tal-persuni kkonċernati, kemm waqt li jkunu qed jaħdmu u meta jkunu bil-pensjoni;

64. Jirrakkomanda li l-Aġenzija f'Bilbao twettaq riċerka speċifika dwar il-problemi u r-riskji partikulari li qed jaffaċċjaw il-ħaddiema temporanji u l-ħaddiema ta' l-aġenziji u kif ukoll dawk f'intrapriżi subappaltati sabiex tgħin lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kontra r-riskji affaċċjati u biex jimplimentaw kif xieraq il-leġiżlazzjoni eżistenti li tikkonċerna dawn il-gruppi, filwaqt li jirrikonoxxi li t-tip ta' xogħol li jsir minn dawn il-gruppi, bħalma huwa l-bini, f'ċerti Stati Membri għandu, minħabba n-natura tiegħu, aktar tendenza li jinvolvi inċidenti;

65. Huwa tal-fehma li f'ambjent globali, hemm bżonn ta' kooperazzjoni ma' organizzazjonijiet internazzjonali (WTO, WHO, ILO) u hemm bżonn li jiġi żgurat li l-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali dwar is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol jiġu adottati u implimentati mill-partijiet kollha; iqis li dan huwa fattur importanti sabiex tinżamm il-kompetittività ta' l-UE u biex jiġi evitat li l-intrapriżi Ewropej jiġu trasferiti barra mill-Ewropa sabiex ifittxu ambjent legali ta' saħħa u sigurtà aktar permissiv; barra minn hekk, iqis li din hija kwistjoni ta' ħarsien tad-drittijiet ta-bniedem u għalhekk għandha tiġi indirizzata waqt in-negozjati ma' pajjiżi terzi;

66. Għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex jirrispettaw id-dispożizzjonjiet internazzjonali dwar is-saħħa u s-sigurtà u b'mod partikulari biex jirratifikaw il-Konvenzjoni C-187 ta' l-ILO u biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni R-197;

67. Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1)

ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

(2)

ĠU C 183, 29.6.1989, p. 1.

(3)

ĠU C 262, 17.10.2000, p. 21.

(4)

ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21.

(5)

ĠU C 300, 11.12.2003, p. 165

(6)

ĠU C 304, 1.12.2005, p. 278

(7)

ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 654.

(8)

Testi adottati, P6_TA(2007)0206.

(9)

Testi Adottati, P6_TA-PROV(2007)0501.

(10)

Testi adottati, P6_TA(2007)0102.

(11)

SEC(2007)0214, 0215, 0216).

(12)

ĠU C 396, 30.12.2006, p. 1.


EXPLANATORY STATEMENT

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-siġurtà fuq il-post tax-xogħol

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għandha tintlaqa' u għandha tiġi mfaħħra rigward l-attenzjoni b'saħħitha fuq l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol (filwaqt li tistabbilixxi mira ta' tnaqqis ta' 25% madwar l-Ewropa kollha) u għall-impenn tagħha biex tappoġġja lill-SMEs fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju eżistenti. Wieħed jinnota wkoll b'mod pożittiv ħafna, l-enfasi tagħha fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-użu ta' inċentivi finanzjarji u l-istrateġiji nazzjonali proposti. Madankollu, ir-rapporteur tħoss li sfurtunatament il-Kummissjoni m'hijiex tiffoka biżżejjed fuq il-mard relatat max-xogħol u t-tipi ta' kanċer differenti li huma ferm aktar serji u aktar prevalenti mill-aċċidenti u bi spiża akbar għas-saħħa tal-ħaddiema, għan-negozju, għall-produttività u għas-soċjetà kollha kemm hi. Ir-rapporteur hija diżappuntata wkoll minħabba n-nuqqas ta' kwalunkwe dettal reali rigward kif bi ħsiebha twettaq l-għanijiet u l-intenzjonijiet li tistipula. Hemm bżonn ta' pjanijiet ta' azzjoni dettaljati, b'impenji finanzjarji u ta' żmien, li magħhom jista' jitkejjel u jiġi mmonitorjat il-progress. Filwaqt li ftit huma dawk li ma jaqblux ma' l-intenzjonijiet tajba espressi fil-Komunikazzjoni, dawn l-intenzjonijiet se jisfaxxaw fix-xejn jekk ma jwasslux għal teħid ta' azzjonijiet reali.

Implimentazzjoni u infurzar

Il-falliment ta' implimentazzjoni u infurzar effettivi u l-bżonn ta' ħafna titjib ma jistgħux jiġu enfasizzati biżżejjed, għalkemm ir-rapporteur hija konvinta li dan m'għandux iwassal għall-esklużjoni ta' inizjattivi ġodda, speċjalment fir-rigward ta' riskji ġodda u li qegħdin jitfaċċaw. Hemm bżonn ta' taħlita tajba ta' ispezzjonijiet aktar stretti u aħjar, prevenzjoni effettiva, inċentivi u sanzjonijiet xierqa, flimkien ma' skambju ta' l-aħjar prattika u żieda fil-parteċipazzjoni tal-ħaddiem.

Gruppi u intrapriżi b'livell għoli ta' riskju

Statistika inkwetanti turi li l-każijiet ta' aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard relatat max-xogħol ma kinux mifruxa b'mod ugwali fost il-ħaddiema kollha. Gruppi ta' ħaddiema bħall-ħaddiema migranti, il-ħaddiema ta' aġenziji temporanji, in-nisa, il-ħaddiema żgħażagħ u dawk anzjani kollha għandhom rati ta' aċċidenti u mard li huma ħafna aktar ogħla mill-medja ta' l-UE.

Bl-istess mod, intrapriżi bħal SMEs, mikrointrapriżi u setturi bħal tal-kostruzzjoni, tas-sajd, ta' l-agrikoltura u tat-trasport ukoll għandhom rati ferm ogħla, kif ukoll huwa l-każ ta' ċerti Stati Membri. Il-pożizzjoni tar-rapporteur hija li dawn l-oqsma problematiċi li jistgħu jiġu identifikati faċilment għandhom jiġu indirizzati bħala kwistjoni ta' prijorità.

Din il-problema hija akuta b'mod partikulari għal ċerti gruppi ta' ħaddiema vulnerabbli kif imsemmi fil-paragrafu ta' qabel. Dawn il-gruppi ta' sikwit jiġu impjegati f'forom ta' xogħol atipiċi bħal xogħol mid-dar, b'kuntratt ta' impjieg fuq tul ta' żmien qasir, jew jaffaċċjaw riskju akbar minħabba r-responsabilitajiet imċajpra inerenti fl-esternalizzazzjoni u fis-subappalt. Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-gruppi huma ta' sikwit dawk li jaqilgħu l-inqas flus u għandhom riskju ogħla minħabba n-nuqqas ta' taħriġ u n-nuqqas ta' għarfien dwar id-drittijiet tagħhom u r-riskji involuti fix-xogħol tagħhom.

L-Istati Membri għandhom iqisu bis-sħiħ, fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom, il-gruppi u s-setturi b'riskju għoli u jiffokaw fuq il-problemi marbuta ma' kuntratti tax-xogħol atipiċi.

Barra minn hekk, minħabba li ħafna gruppi b'riskju għoli attwalment m'humiex koperti bid-direttiva qafas dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, ir-rapporteur tqis li kemm jista' jkun ħaddiema għandhom ikunu koperti u l-prinċipju li l-ħaddiema kollha għandu jkollhom l-istess drittijiet ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandu jiġi infurzat b'mod xieraq.

Hemm ukoll obbligu serju biex jiġu mħarsa n-nisa tqal u issa wasal iż-żmien li ssir reviżjoni tad-direttiva dwar il-ħaddiema tqal.

Inizjattivi ġodda

F'dan il-qasam hemm żewġ konsultazzjonijiet tal-Kummissjoni għaddejjin ma' l-imsieħba soċjali rigward il-problemi skeletro-muskolari (MSDs) u l-karċinoġeni. Ir-rapporteur tqis li l-qafas regolatorju huwa nieqes fiż-żewġ oqsma u għalhekk hija tal-fehma li hemm bżonn ta' azzjoni, b'konformità mat-tip ta' azzjoni preferita mill-Kummissjoni, kif espress fid-dokumenti dwar it-tieni fażi ta' konsultazzjoni ma' l-imsieħba soċjali.

Ix-xena internazzjonali

Il-benefiċċji tal-kooperazzjoni internazzjonali huma bla dubju ta' importanza kbira u huma ta' benefiċċju fis-sens li l-Istati Membri ta' l-UE jtejbu l-livelli tagħhom stess ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol u biex jiġi żgurat li l-imsieħba kummerċjali u l-ġirien tagħna ma jipprovawx ipoġġu lilhom innifishom f'vantaġġ momentanju (iżda kontroproduttiv) billi jużaw standards aktar baxxi biex inaqqsu l-ispejjeż u jkunu aktar kompetittivi minn dawk b'livell ogħla ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Madankollu, il-kwistjoni ewlenija għandha tkun waħda ta' rispett u dinjità għall-ħaddiema kollha fil-pajjiżi kollha u l-UE tinsab f'pożizzjoni b'saħħitha biex tiżgura dan permezz tan-negozjati tagħha rigward il-kummerċ, l-għajnuna u l-inċentiv attreaenti ta' l-adeżjoni ma' l-UE.

Kwistjonijiet oħra

Dan l-abbozz ta' rapport bl-ebda mod ma jinkludi l-kwistjonijiet u l-punti kollha li r-rapporteur tqis ta' importanza, iżda minħabba l-limiti ta' spazju mhux kollox seta' jiġi inkluż. Madankollu, xorta waħda jixirqilhom l-attenzjoni fir-riżoluzzjoni finali tal-Parlament Ewropew.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (22.11.2007)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar strateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol

(2007/2146(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Georgs Andrejevs

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

1.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex issegwi mill-qrib l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u sabiex tieħu l-miżuri meħtieġa fil-każ ta’ nuqqas ta' konformità, u sabiex tidentifika oqsma ta’ nuqqasijiet fejn jinħtieġu miżuri leġiżlattivi ġodda jew riveduti sabiex jiġu evitati inugwaljanzi bejn l-Istati Membri;

2.   Jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma fasslux strateġiji nazzjonali sabiex jagħmlu dan, u sabiex jistabbilixxu objettivi kwantitattivi għall-evalwazzjoni tal-progress fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza; jistieden ukoll lill-Istati Membri sabiex jevalwaw dawk l-istrateġiji regolarment u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar is-sejbiet;

3.   Iħeġġeġ bis-saħħa lill-Kummissjoni sabiex tuża l-Fondi Strutturali, b’mod partikolari l-Fond Soċjali, u kwalunkwe strument ieħor disponibbli bħala inċentivi ekonomiċi għall-kumpaniji, b’mod partikulari kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju, sabiex immorru lilhinn mill-konformità mar-regolamenti dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

4.   Barra minn dan, jissuġġerixxi li l-Istati Membri jikkunsidraw il-possibilità li jinkorporaw ċerti standards ta’ saħħa u sikurezza meta jagħtu kuntratti pubbliċi;

5.   Ifakkar li t-theddid għas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol mhux marbut biss max-xogħol manwali; jitlob għal identifikazzjoni aħjar tal-perikli ta’ saħħa fuq ix-xogħol relatati max-xogħol fis-setturi kollha; jitlob li tingħata aktar attenzjoni lill-kawżi wara l-iżvilupp ta’ mard mentali u lill-perikli għas-saħħa mentali u dipendenza u perikli psikoloġiċi fuq il-post tax-xogħol, bħal m’huma l-istress, il-fastidju u l-aggressjoni minn klikek (mobbing), kif ukoll il-vjolenza; u jitlob ukoll sabiex issir aktar enfasi fuq il-politika ta’ min iħaddem għall-promozzjoni ta’ stat ta’ saħħa fiżika u mentali;

6.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħti attenzjoni partikolari lill-iżviluppi teknoloġiċi, organizzazzjonali u ekonomiċi, eż. l-introduzzjoni mgħaġġla ta’ teknoloġiji ġodda u forom ġodda ta’ xogħol, li jistgħu jwasslu għall-eżistenza ta’ riskji ġodda għas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

7.   Filwaqt li jqis il-bidliet soċjali u ekonomiċi li għaddejin bħalissa, li jinfluwenzaw u jbiddlu wkoll is-suq tax-xogħol, jistieden lill-Kummissjoni sabeix tħeġġeġ politiki tajbin ta’ impjieg u kundizzjonijiet diċenti tax-xogħol, u sabiex tħeġġeġ lil min iħaddem sabiex jippromwovi stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol permezz ta’ kampanji li jippromwovu s-saħħa fuq ix-xogħol, l-infurzar tal-projbizzjoni tat-tipjip fuq il-post tax-xogħol u skemi biex l-impjegati li jpejpu jiġu appoġġjati biex jieqfu mit-tipjip, u sabiex tiżgura koerenza politika ma' oqsma oħrajn, speċjalment is-saħħa pubblika.

8.   Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu skeda għar-reviżjoni tad-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji marbuta ma' l-espożizzjoni għall-karsinoġeni jew il-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol(1), bit-tama li jiġu inklużi sustanzi li huma tossiċi għar-riproduzzjoni u li jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu obbligatorji għall-karsinoġeni, il-mutaġeni u għas-sustanzi li huma tossiċi għar-riproduzzjoni, li għadu diffiċli biex jiġu pprojbiti;

9.   Iqis li huwa essenzjali li jkun hemm koordinazzjoni akbar ma’ l-Aġenzija Ewropea tal-Kimiċi (ECHA) il-ġdida f’Helsinki u li jkun hemm numru ta’ kwistjonijiet li jirriżultaw f’rabta mar-relazzjoni ta’ bejn ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 rigward ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tal-Kimiċi (REACH)(2) u d-direttivi l-oħra rigward is-saħħa fuq il-post tax-xogħol;

10. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu kif jixraq l-implimentazzjoni simultanja ta' l-istrateġija Komunitarja u r-Regolament tar-REACH: l-istrateġija għandha tfittex li tikkumplementa r-Regolament tar-REACH dwar il-ħarsien kontra l-perikli kimiċi u għandha tapprofitta ruħha mill-opportunità li tqawwi l-azzjoni preventiva kontra l-perikli kimiċi fuq il-post tax-xogħol f'rabta ma' l-implimentazzjoni tar-REACH;

11. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħraf l-importanza tar-rappreżentanza tal-ħaddiema fil-politika tal-prevenzjoni ta’ l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u biex tqis kif jixraq id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 rigward l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jiġi inkuraġġit titjib fis-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol(3), li pproduċiet riżultati eċċezzjonali f’dak li jirrigwarda s-sikurezza u l-prevenzjoni fil-kumpaniji bl-aħjar rappreżentanza tal- ħaddiema;

12. Jitlob li jkun hemm l-istess impenn lejn l-evalwazzjonijiet ta’ l-impatt fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol bħal dawk fuq l-ambjent;

13. Iqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu aktar sforzi sabiex jidentifikaw mhux biss setturi ta' produzzjoni b'riskju għoli, kif digà sar, iżda wkoll gruppi vulnerabbli bħal m'huma l-immigranti, iż-żgħażagħ u l-ħaddiema anzjani;

14. Jistieden lill-Kummissjoni twessa’ l-ambitu ta’ l-istrateġija tal-Komunità sabiex ikun ikopri wkoll il-fatturi determinanti soċjali u mhux sempliċement inċidenti jew mard marbuta ma' l-impjieg, peress li l-istat tas-saħħa ta' individwu huwa ddeterminat minn diversi fatturi marbuta max-xogħol bħal m'huma t-tip ta’ kuntratt, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-disponibilità tax-xogħol; jinnota li bidliet fir-relazzjonijiet tax-xogħol u t-tnaqqis fis-sigurtà ta’ l-impjiegi wkoll iwasslu għal problemi ambjentali, psikoloġiċi u soċjali li jeħtieġ li jiġu indirizzati;

15. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iqisu kif jixraq l-inugwaljanzi mhux biss dawk bejn Stati Membri iżda wkoll dawk fi ħdan Stati Membri individwali, u biex jimpenjaw ruħhom li jnaqqsuhom;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FIL-KUMITAT

Data ta ‘ l-adozzjoni

21.11.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Irena Belohorská, Johannes Blokland, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Jill Evans, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Dan Jørgensen, Eija-Riitta Korhola, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Miroslav Ouzký, Dimitrios Papadimoulis, Dagmar Roth-Behrendt, Karin Scheele, Carl Schlyter, Richard Seeber, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kathalijne Maria Buitenweg, Philip Bushill-Matthews, Milan Gaľa, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Alojz Peterle

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

(1)

ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50.

(2)

ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(3)

ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA  (27.11.2007)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar strateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-siġurtà fuq il-post tax-xogħol

(2007/2146(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Romano Maria La Russa

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu li, filwaqt li d-dejta statistika disponibbli turi li għadha qed tonqos ir-rata ta’ inċidenti fatali u serji fl-Unjoni Ewropea, proporzjon kbir ta’ ħaddiema fl-UE għadhom jipperċepixxu li l-impjiegi tagħhom huma periklu għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom;

2.  Jinnota wkoll in-numru jiżdied ta’ kuntratti ta’ l-impjieg atipiċi u jenfasizza li l-kundizzjonijiet li joffru jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa u s-sigurtà ta’ l-impjegati u l-kuntratturi;

3.  Iqis li min iħaddem għandu jkun obbligat jiffaċilita l-ewwelnett, l-eżamijiet mediċi għal min jaħdem bil-ġurnata u għal nies b'kuntratti ta' impjieg partajm u, it-tieni, it-taħriġ fil-protezzjoni ta' l-impjegati u fil-prevenzjoni ta' l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol għall-kategoriji kollha ta' impjegati;

4.  Iqis li huwa importanti, meta wieħed iqis ir-riskju akbar li huma esposti għalih il-ħaddiema fis-setturi tal-minjieri, tal-metallurġija, tal-produzzjoni tal-ħadid u l-azzar u l-bini tal-vapuri, li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jallokaw fondi suffiċjenti għall-investimenti meħtieġa biex ikunu ggarantiti l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-objettiv propost mill-Kummissjoni li sa l-2012 ir-rata ta’ inċidenza ta’ l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol fl-UE titnaqqas għal 25%;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu għal kopertura sħiħa tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kollha, anke dawk fl-ekonomija informali, il-ħaddiema partajm u dawk li jaħdmu b'kuntratt u s-sottokuntratturi;

7.  Ifakkar l-objettiv li jiżdied il-proporzjon ta’ nisa li jaħdmu u jenfasizza l-ħtieġa li ssir riflessjoni dwar id-dewmien, il-ħinijiet u l-prevedibiltà tax-xogħol, bil-għan li jkun żgurat bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw bi prijorità l-investiment f'faċilitajiet li jieħdu ħsieb it-tfal (crèches u nurseries) għal ħin qasir jew twil sabiex jippermettu lil ġenituri żgħażagħ jikkombinaw il-ħajja tal-familja ma' l-attività tax-xogħol;

8.  Jenfasizza l-irwol ta’ l-SMEs bħala organizzazzjonijiet li jħaddmu, peress li jimpjegaw aktar minn 65% tal-popolazzjoni li taħdem fl-UE; jinnota bi preokkupazzjoni li s-setturi li fihom l-impjieg spiss ikun offrut mill-SMEs għandhom il-fama li huma perikolużi; għalhekk, jitlob li jsiru aktar sforzi biex tingħata l-għajnuna lill-SMEs fi kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà; f'dan ir-rigward, jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi bil-għan li tinxtered l-informazzjoni u li jipprovdu għajnuna teknika, iżda jerġa' jenfasizza l-ħtieġa li jingħata appoġġ finanzjarju lill-SMEs; jistieden lill-Istati Membri biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema migranti u tal-membri tal-familji tagħhom u biex jieħdu azjoni kkoordinata biex jittejjeb l-aċċess għat-taħriġ, b'mod partikulari għal ħaddiema partajm u għal ħaddiema kuntrattwali, sabiex ikunu megħjuna jsibu impjieg iktar stabbli;

9.  Jitlob lill-Istati Membri biex jadottaw leġiżlazzjoni li permezz tagħha kumpaniji ta' l-assikurazzjoni li jkopru r-riskji ta' inċidenti fuq ix-xogħol u mard fuq ix-xogħol jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-SMEs;

10. Jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jobbligaw lill-persuni involuti fl-ekonomija biex jipprovdu servizzi psikoloġiċi għall-impjegati; jirrakkomanda, f'dan is-sens, li l-SMEs għandhom jużaw is-servizzi ta' speċjalisti, filwaqt li jekk min iħaddem ikollu aktar minn 500 impjegat ikollu jipprovdi speċjalist (psikologu, terapista, kappillan) għal kull 500 impjegat;

11. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġiji u miżuri biex jintegraw il-persuni b'diżabilità li jistgħu u jixtiequ jaħdmu fis-suq tax-xogħol; iqis li dawn il-miżuri għandhom jinkludu korsijiet ta' taħriġ vokazzjonali għal persuni b'diżabilitajiet;

12. Jirrakkomanda lill-Istati Membri li jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex ix-xogħol li jsir f'kundizzjonijiet iebsa u perikolużi jimxi id f'id mad-drittijiet ta' ħarsien soċjali tal-persuni kkonċernati, kemm waqt li jkunu qed jaħdmu u meta jkunu bil-pensjoni;

13. Jappoġġja l-promozzjoni attiva tal-parteċipazzjoni f'għaqdiet tal-ħaddiema Ewropej u jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi qafas legali biex l-imsieħba soċjali jkunu nkuraġġiti jmexxu negozjati transkonfinali; jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffinanzjaw taħriġ għar-rappreżentanti tal-ħaddiema, li jaħdmu għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

22.11.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Giles Chichester, Den Dover, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, Umberto Guidoni, András Gyürk, David Hammerstein, Erna Hennicot-Schoepges, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Anne Laperrouze, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Andres Tarand, Radu Ţîrle, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Joan Calabuig Rull, Neena Gill, Lambert van Nistelrooij, Vladimir Urutchev

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Umberto Pirilli


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (22.11.2007)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar strateġija tal-Komunità 2007-2012 dwar saħħa u sikurezza fil-post tax-xogħol

(2007/2146(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Edit Bauer

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:

A.  billi riskji relatati max-xogħol għas-sikurezza u s-saħħa tan-nisa kienu sottovalutati u traskurati meta mqabbla ma’ dawk ta’ l-irġiel, kemm fir-rigward tal-prevenzjoni kif ukoll tar-riċerka(1),

B.   billi aktar nisa milli irġiel huma impjegati fis-suq tax-xogħol klandestin mingħajr assigurazzjoni, fatt li inevitabilment għandu konsegwenzi sinifikattivi fir-rigward tal-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza skond liema kundizzjonijiet dawn qed ikunu impjegati,

C.  billi, skond l-istudji u l-kalkoli, l-akbar riskji għas-saħħa u għas-sikurezza fil-post tax-xogħol huma ffaċċjati min-nisa li huma impjegati f'setturi karatterizzati b'intensità tax-xogħol u b'nuqqas ta' regoli ergonomiċi xierqa,

D.  billi l-aktar problemi tas-saħħa sinifikattivi preżentati min-nisa u kkawżati mill-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom huma mard relatati mal-muskoli kardjovaskulari u problemi psikoloġiċi,

E.   billi l-qafas tad-direttivi tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol (OSH) huwa newtrali fl-approċċ tiegħu għas-sessi, u dan ma jippermettix attenzjoni biżżejjed għar-riskji speċifiċi OSH għal ħaddiema nisa,

F.   billi bosta ħaddiema, irġiel u nisa, fi ħdan l-UE huma esposti għal riskji differenti fil-postijiet tax-xogħol tagħhom: aġenti kimiċi, bijoloġiċi u fiżiċi, kundizzjonijiet ergonomiċi mhux xierqa, taħlita kumplessa ta’ perikli ta’ inċident u riskji għas-sikurezza, flimkien ma’ fatturi ta’ riskju varji psikoloġiċi u soċjali,

G.  billi n-nisa u l-irġiel ma jiffurmawx grupp omoġenju, għalhekk strateġiji u miżuri biex itejbu l-OSH iridu jkunu aġġustati b’mod speċifiku għal postijiet tax-xogħol partikulari, li jqisu l-fatt li xi fatturi jistgħu jħallu impatt differenti fuq in-nisa milli fuq l-irġiel,

H.  billi r-riskji ffaċċjati mill-ħaddiema nisa fil-post tax-xogħol huma differenti b'mod sinifikattiv minn dawk iffaċċjati mill-ħaddiema irġiel, min-naħa minħabba li fil-prattika huwa possibbli li n-nisa jkunu impjegati f’kategoriji tax-xogħol speċifiċi ‘femminili’, u min-naħa l-oħra minħabba li l-assoċjazzjoni ta’ responsabilitajiet miżjuda li jridu jkunu indirizzati fil-post tax-xogħol u responsabilitajiet miżjuda bnadi oħra joħolqu piżijiet u riskji addizzjonali għas-saħħa fiżika u mentali tagħhom,

I.    billi għandhom jitqiesu d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri li jinkoraġġixxu titjib fis-sikurezza u s-saħħa fil-post tax-xogħol ta’ ħaddiema tqal u ta’ ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu u d-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1986 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività, inkluża l-agrikoltura, f’kapaċità ta’ persuni bil-kumpanija tagħhom stess, u dwar il-protezzjoni ta' nisa bil-kumpanija tagħhom stess waqt it-tqala u waqt it-trobbija tat-tfal,

J.    billi inċidenti rappurtati u statistiċi ta’ mard jistgħu jipprovdu l-aktar indikatur dirett għal tqabbil tar-riskji li jistgħu jlaħħqu magħhom in-nisa u l-irġiel,

K.  billi l-immaniġġjar ta’ l-impatt ta’ politiki jista’ jittejjeb biss billi jitqiesu d-differenzi tas-saħħa bejn in-nisa u l-irġiel,

1.   Jenfasizza l-ħtieġa li s-sessi jingħataw l-importanza xierqa meta jkunu indirizzati kwistjonijiet rigward is-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol u jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tistieden għall-preparazzjoni ta' metodi uniċi ta' l-analiżi ta' l-impatt fl-OSH fir-rigward ta' l-element speċifiku tas-sessi; iżda, jikkritika l-Kummissjoni għal falliment li tqis b’mod xieraq l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi fil-komunikazzjoni tagħha, kemm fl-“Objettivi ta’ l-Istrateġija tal-Komunità 2007-2012” jew fi kwalunkwe “Analiżi ta’ l-Impatt” tagħha(2);

2.   Jinnota b’dispjaċir li nuqqas ta’ rappurtar ta’ inċidenti u mard huwa prattika komuni u rekwiżiti uffiċjali ta’ rappurtar spiss ma jkoprux il-kategoriji kollha ta’ ħaddiema, pereżempju dawk li jaħdmu fl-ekonomija informali, li bosta minnhom huma nisa;

3.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza d-disponibilità ta’ statistiċi klassifikati skond is-sessi fil-livell Komunitarju dwar mard fatali relatat max-xogħol u dak mhux fatali;

4.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw direttivi attwali OSH b’mod aktar sensittiv għas-sessi, biex jimplimentaw analiżi ta’ l-impatt għas-sessi ta' dawn id-direttivi u biex jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' l-ILO ta' l-2006 rigward il-qafas promozzjonali għas-sikurezza u s-saħħa fil-post tax-xogħol;

5.   Jistieden lill-Istat Membri biex iqisu b’mod serju r-riskji differenti relatati ma-sikurezza u s-saħħa fil-post tax-xogħol għal impjegati nisa u rġiel u biex jipprovdu infrastruttura differenti soċjali u fiżika biex jaffrontaw dawn ir-riskji;

6.   Jistieden lill-Istati Membri, bħala parti mill-ispinta biex ikun promoss l-impjieg ta’ ħaddiema avanzati fl-età, biex jadottaw miżuri OSH adattati għall-ħtiġijiet ta’ ħaddiema avanzati fl-età u speċifiċi għan-nisa u għall-irġiel;

7.   Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw l-operazzjoni ta’ korp ta’ spezzjoni effettiv bil-għan li tittejjeb l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni OSH, b'attenzjoni partikulari fuq in-nisa u l-maternità;

8.   Jenfasizza li impjieg permanenti huwa fattur kontributorju importanti għas-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol;

9.   Jenfasizza li ħtieġa li jkunu investigati l-konsegwenzi ta’ l-użu ta’ apparat għax-xogħol u l-ambjent tax-xogħol għal nisa tqal u nisa li qed ireddgħu;

10. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw rappreżentanza xierqa tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-livelli kollha ta’ saħħa u sikurezza fil-post tax-xogħol;

11. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li n-nisa jkunu preżenti fil-Kumitat ta’ Spetturi tax-Xogħol ta’ Livell Għoli (SLIC) biex il-ħtiġijiet u drittijiet OSH speċifiċi u distinti tagħhom jitqiesu aħjar;

12. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex itejbu l-prevenzjoni tar-riskji relatati max-xogħol ta’ nuqqas ta’ saħħa u okkupazzjonali bħala parti minn approċċ olistiku għal OSH, b’enfasi partikulari fuq l-informazzjoni u t-taħriġ ta' ħaddiema, u biex jinkludu bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik privata bħala kwstjoni OSH biex iqisu d-dimensjoni ta' ħidma doppja ta’ nisa minbarra dan biex jippromwovu dan il-bilanċ; iqis li, f’dan il-kuntest, għandu jitqies ukoll li aktar nisa milli irġiel huma f’forom mhux sikuri ta’ impjieg fis-suq tax-xogħol;

13. Jinnota li l-garanzija ta’ aċċess sħiħ għas-servizzi tal-kura tas-saħħa hija l-aktar forma urġenti u meħtieġa ta’ protezzjoni tal-maternità; jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex l-aċċess sħiħ għal kura tas-saħħa jkun garantit b’mod ugwali għal ommijiet li huma impjegati fis-settur informali ‘klandestin’ ta’ l-ekonomija, f’impjiegi mingħajr assigurazzjoni, u għal dawk li huma impjegati f’impjieg mhux imħallas id-dar;

14. Jenfasizza li l-ħtieġa li jkunu analizzati r-riskji li n-nisa u l-irġiel jiffaċċjaw u li jittieħdu miżuri xierqa, ma jfissrux li l-introduzzjoni mill-ġdid ta' politiki protettivi ta' esklużjoni, u lanqas ma jfissru l-iżvilupp ta’ impjiegi differenti għan-nisa u għall-irġiel;

15. Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiżguraw approċċ sistematiku sensittiv għas-sessi, meta jiżviluppaw strateġiji nazzjonali u Komunitarji OSH u meta jiġbru statistiki, meta jwettqu sondaġġi u meta jwettqu riċerka OSH, u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jużaw il-possibilitajiet ta’ ffinanzjar provduti f’dan ir-rigward mill-programm PROGRESS, b’mod partikulari skond it-taqsima rigward l-ugwaljanza tas-sessi;

16. Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex tagħti aktar attenzjoni għal fatturi ta’ riskju ġodda, bħal fastidju, vjolenza u bullying minn klijenti fil-post tax-xogħol, f’setturi tas-servizzi pubbliċi li jimpjegaw l-aktar lin-nisa;

17. Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri speċifiċi biex jiżguraw id-dħul mill-ġdid b’suċċess ta’ persuni professjonali li kellhom jieqfu jaħdmu b'mod temporanju minħabba inċident fil-post tax-xogħol jew mard fil-post tax-xogħol; josserva li minkejja n-nisa huma inqas f'riskju ġenerali mill-irġiel, huma affettwati aktar minn problemi partikulari tas-saħħa, bħal mard musculoskeletali;

18. Jitlob għal miżuri li josservaw drittijiet tas-sikurezza u s-saħħa għal nisa f’postijiet tax-xogħol atipiċi bħal dawk tal-kura ta’ persuni morda d-dar;

19. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li kundizzjonijiet iġjeniċi għal impjegati f’kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju jistgħu jkunu agħar minn dawk ta’ kumpaniji kbar, anke fl-istess jew f’zona industrijali simili; għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu miżuri xierqa bil-ħsieb li jinkoraġġixxu u jappoġġjaw l-OSH fl-SMEs u biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni għal ħaddiema b’kuntratt sekondarju, li bosta minnhom huma nisa;

20. Jenfasizza l-ħtieġa li titqies l-introduzzjoni ta’ kunċetti ta’ prevenzjoni, ta’ periklu u ta’ riskju f’curricula ta’ l-iskola u f’sistemi edukattivi b’mod ġenerali, bħala mezz effettiv ta’ bini ta’ kultura ta’ saħħa u sikurezza preventiva b’saħħitha u sostnuta.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta’ l-adozzjoni

20.11.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Hiltrud Breyer, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Lívia Járóka, Piia-Noora Kauppi, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Esther De Lange, Roselyne Lefrançois, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Zita Pleštinská, Anni Podimata, Christa Prets, Teresa Riera Madurell, Eva-Britt Svensson, Anna Záborská

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali

Jill Evans, Iratxe García Pérez, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Donata Gottardi, Anna Hedh, Filiz Hakaeva Hyusmenova

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2)

 

(1)

OSHA, testi ta’ fatti 42.

(2)

SEC(2007)0214, 0215, 0216).


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data ta' l-adozzjoni

18.12.2007

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Proinsias De Rossa, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Joel Hasse Ferreira, Roger Helmer, Stephen Hughes, Karin Jöns, Jean Lambert, Raymond Langendries, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Jan Tadeusz Masiel, Jiří Maštálka, Ana Mato Adrover, Maria Matsouka, Elisabeth Morin, Csaba Őry, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Rovana Plumb, Bilyana Ilieva Raeva, José Albino Silva Peneda, Kathy Sinnott, Ewa Tomaszewska, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Françoise Castex, Sepp Kusstatscher, Claude Moraes, Ria Oomen-Ruijten, Thomas Ulmer, Glenis Willmott

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2)

 

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Jannar 2008Avviż legali