dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restituzzjoni ta’ oġġetti ta’ kultura mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru (verżjoni kkodifikata)
(COM(2007)0873 – C6-0025/2008 – 2007/0299(COD))
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg
(Kodifikazzjoni – Artikolu 80 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restituzzjoni ta’ oġġetti ta’ kultura mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru (verżjoni kkodifikata)
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0873),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251, paragrafu 2, u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli, il-proposta ġiet ippreżentata lilu mill-Kummissjoni (C6–0025/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-015208),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu li jressaq il-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
Brussell, 14 ta' Frar 2008
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restituzzjoni ta’ oġġetti ta’ kultura mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru
Fir-rigward tal-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod speċjali għall-punt 4 tagħha, il-Grupp Konsultattiv magħmul mis-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kellu laqgħa fl-24 ta' Jannar 2007 dwar, fost affarijiet oħra, l-evalwazzjoni tal-proposta hawn fuq imsemmija, ippreżentata mill-Kummissjoni.
Waqt l-evalwazzjoni(2) tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kodifikazzjoni tad-Direttiva 93/7/KEE tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 1993 dwar ir-restituzzjoni ta’ oġġetti ta’ kultura mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru, il-Grupp iddikjara, bi ftehim komuni, dan li ġej.
1. Fil-Premessa 3, il-kelma "għandha" trid issir "trid".
2. Fl-Artikolu 16, wara l-kliem "kull tliet snin", il-kliem "u għall-ewwel darba fi Frar 1996", li huwa preżenti fil-verżjoni attwali ta' l-Artikolu 16 tad-Direttiva 93/7/KEE, irid jerġa' jiddaħħal fl-emenda b'komas qabel u wara din il-frażi.
Din l-evalwazzjoni b'hekk ippermettiet lill-Grupp jistabbilixxi bi ftehima komuni li l-proposta tillimita ruħha b'mod effettiv għal sempliċiment kodifizzjoni, mingħajr l-ebda modifika tas-sustanza ta' l-atti li huma s-suġġett tagħha.
C. PENNERA J.-C. PIRIS C.F.DURAND
Konsulent legali Konsulent legali għad-Direttur Ġenerali
PROĊEDURA
Titolu
Ir-restituzzjoni ta’ oġġetti ta’ kultura mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru (verżjoni kkodifikata)