RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru […] għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li m’humiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom
2.6.2008 - (COM(2007)0439 – C6‑0289/2007 – 2007/0152(CNS)) - *
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Jean Lambert
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru […] għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li m’humiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom
(COM(2007)0439 – C6‑0289/2007 – 2007/0152(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2007)0439),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 63(4) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0289/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0209/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jistieden lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal Regolament Premessa 3 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, notevolment l-Artikolu 34(2). |
Ġustifikazzjoni | |
Tintegra mill-ġdid fil-leġiżlazzjoni kurrenti premessa (li oriġinarjament kienet ġiet proposta mill-Parlament Ewropew) li m’hijiex inkluża fil-proposta l-ġdida. | |
Emenda 2 Proposta għal Regolament Premessa 6 a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Li jkun promoss livell għoli ta’ protezzjoni soċjali u jitgħollew l-istandard ta’ l-għajxien u l-kwalità tal-ħajja fl-Istati Membri huma obbjettivi ta’ l-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni | |
Tintegra mill-ġdid fil-leġiżlazzjoni kurrenti premessa li m’hijiex inkluża fil-proposta l-ġdida. |
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-Regolament 859/2003 fil-preżent jorbot mar-Regolament 1408/71 lil dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma residenti legalment fil-Komunità u li jinsabu f’sitwazzjoni transkonfinali. Dan ir-Regolament ta’ l-aħħar mistenni jinbidel bir-Regolament aġġornat u ssimplifikat Nru 883/2004 meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni li fil-preżent qed jiġi diskuss fil-Kunsill u fil-Parlament.
Għalhekk, jeħtieġ li naġġornaw ukoll ir-Regolament li jittratta dwar iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex ikun evitat l-irduppjar li joħloq konfużjoni estrema fejn individwi u amministrazzjonijiet nazzjonali jittrattaw żewġ ġabriet differenti ta’ regoli u jeddijiet li jkunu jkopru l-koordinament tas-sigurtà soċjali bejn l-Istati Membri. Hemm il-ħsieb li dan ir-Regolament ta’ sostituzzjoni se jidħol fis-seħħ fl-istess żmien tar-Regolament 883/2004 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tiegħu.
Il-proposta l-ġdida sostanzjalment hija l-istess bħal dik li diġà hemm. Għal darba oħra, hija tiċċara l-ambitu tar-Regolament u tagħmilha ċara li ma jikkonferixxi l-ebda dritt biex persuna tidħol, toqgħod, tgħammar jew ikollha aċċess għas-suq tax-xogħol (Premessa 8): dawk l-oqsma huma ttrattati skond leġiżlazzjoni oħra. Tassew, hija tkopri biss lil dawk li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ migrazzjoni regolari u li jinsabu jew kienu suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew aktar (Regolament 883/2004). Ir-refuġjati u l-persuni ta' mingħajr stat diġà huma inklużi fl-ambitu tar-Regolament 883/2004.
Il-ħtieġa għal dan ir-Regolament li jservi ta’ ħolqa tibqa’ u tassew, se jsir aktar u aktar importanti waqt li l-Unjoni Ewropea tkun qed tiżviluppa Politika Komuni ta’ l-Immigrazzjoni. Il-proposta hekk imsejħa “tal-Karta l-Blu” li tirrigwarda d-dħul u d-drittijiet ta’ immigranti b’livell għoli ta’ ħiliet tipprevedi l-possibilità ta’ moviment transkonfinali għal għanijiet ta' xogħol, u għalhekk huwa importanti li jkun hemm lista ta' Regoli aġġornata li tkun tirrigwarda s-sigurtà soċjali bażika f’sitwazzjonijiet transkonfinali bħal dawn. Il-proposta għar-Regolament tispjega r-rabtiet li hemm ma’ l-integrazzjoni.
B’mod ġenerali, ir-Rapporteur tappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni, għalkemm hija ttenni l-opinjoni li ġiet espressa mir-Rapporteur ta’ qabel dwar il-kwistjoni meta qed tikkritika l-bażi legali għar-Regolament. Dan ifisser ukoll li fil-preżent hemm Stat Membru wieħed (id-Danimarka) li m’huwiex inkluż. Bħall-predeċessur tagħha, ir-Rapporteur kieku tippreferi li ċittadini ta’ pajjiżi terzi sempliċement jiġu inkorporati fl-ambitu tar-Regolament Bażiku peress li din m’hijiex kwistjoni ta’ immigrazzjoni iżda waħda ta’ ugwaljanza ta’ trattament fi ħdan l-Unjoni Ewropea, kif ġie espress mill-Kunsill.
Rigward dan, ir-Rapporteur tixtieq tipproponi żewġ emendi biex tiġi enfasizzata l-importanza ta’ l-ugwaljanza tat-trattament. Dawn l-emendi ġew misluta mir-Regolament attwali u mill-opinjoni preċedenti tal-Parlament, u huma neqsin mill-proposta l-ġdida. Huma jorbtu r-Regolament mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, Artikolu 32 u jfakkru wkoll fl-objettiv ta’ l-Unjoni li jkun hemm livell għoli ta’ ħarsien soċjali.
PROĊEDURA
Titolu |
L-estensjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru […] għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li m’humiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom |
|||||||
Referenzi |
COM(2007)0439 – C6-0289/2007 – 2007/0152(CNS) |
|||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
17.9.2007 |
|||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 24.9.2007 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni(jiet) Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 24.9.2007 |
|
|
|
||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
LIBE 3.9.2007 |
|
|
|
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Jean Lambert 11.9.2007 |
|
|
|||||
Eżami fil-kumitat |
1.4.2008 |
6.5.2008 |
28.5.2008 |
|
||||
Data ta’ l-adozzjoni |
29.5.2008 |
|
|
|
||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 2 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Andersson, Edit Bauer, Philip Bushill-Matthews, Alejandro Cercas, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Jan Cremers, Harald Ettl, Richard Falbr, Roger Helmer, Stephen Hughes, Jan Jerzy Kułakowski, Jean Lambert, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Maria Matsouka, Elisabeth Morin, Juan Andrés Naranjo Escobar, Csaba Őry, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Rovana Plumb, Jacek Protasiewicz, Bilyana Ilieva Raeva, José Albino Silva Peneda, Jean Spautz, Gabriele Stauner, Ewa Tomaszewska, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Françoise Castex, Gabriela Creţu, Sepp Kusstatscher, Ria Oomen-Ruijten, Csaba Sógor, Tatjana Ždanoka |
|||||||