dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0531),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6 0320/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6 0228/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3) Madankollu, bħalissa, l-Unjoni Ewropea ma tistax tiggarantixxi lill-ebda kumpanija fil-Komunità d-dritt li tbigħ l-elettriku fl-ebda Stat Membru fuq termini ugwali, mingħajr diskriminazzjoni jew żvantaġġ. B’mod partikolari, aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk, u livell ugwalment effettiv ta’ superviżjoni regolatorja f’kull Stat Membru, għad ma jeżistux.
(3) Madankollu, bħalissa, l-Unjoni Ewropea ma tistax tiggarantixxi lill-ebda kumpanija fil-Komunità d-dritt li tbigħ l-elettriku fl-ebda Stat Membru fuq termini ugwali, mingħajr diskriminazzjoni jew żvantaġġ. B’mod partikolari, aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk, u livell ugwalment effettiv ta’ superviżjoni regolatorja f’kull Stat Membru, għad ma jeżistux filwaqt li għadhom jeżistu s-swieq iżolati.
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata "Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa" saħqet fuq l-importanza li s-suq intern ta' l-elettriku jitkompla kif ukoll li jkun hemm ambjent ekwu għall-kumpaniji kollha ta' l-elettriku fil-Komunità. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u l-elettriku u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Inkjesta skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-setturi Ewropej tal-gass u l-elettriku (Rapport Finali)" urew li r-regoli u l-miżuri ta' bħalissa ma jipprovdux il-qafas meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ suq intern li jaħdem tajjeb.
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata "Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa" saħqet fuq l-importanza li s-suq intern ta' l-elettriku jitkompla kif ukoll li jkun hemm ambjent ekwu għall-kumpaniji kollha ta' l-elettriku fil-Komunità. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u l-elettriku u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Inkjesta skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-setturi Ewropej tal-gass u l-elettriku (Rapport Finali)" urew li r-regoli u l-miżuri ta' bħalissa la jipprovdu l-qafas meħtieġ u lanqas jipprovdu għall-ħolqien ta' konnessjonijiet fiżiċi biex jintlaħaq l-għan ta’ suq intern li jaħdem tajjeb, effiċjenti u miftuħ.
Emenda 3
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(6) B’mod partikolari, jenħtieġu aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni biex jiżguraw kompatibbiltà progressiva tal-kodiċi tekniċi u kummerċjali għal forniment u tmexxija ta’ aċċess effettiv għan netwerks transkonfinali ta’ trażmissjoni, u biex jiżguraw ippjanar koordinat u li jħares biżżejjed ’il quddiem għall-ġejjieni u evoluzzjoni teknika soda tas-sistema ta’ trażmissjoni fil-Komunità. Dan kollu billi jagħtu kas adegwat ta’ l-ambjent u l-promozzjoni ta’ effiċjenza fl-enerġija u riċerka u innovazzjoni speċjalment fl-iżgurar ta’ żieda fl-enerġija mġedda u t-tixrid ta’ teknoloġija b’livell baxx ta’ karbonju. Operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jħaddmu n-netwerks tagħhom skond dawn il-kodiċi kompatibbli tekniċi u tas-suq.
(6) B’mod partikolari, il-ħolqien ta’ konnessjonijiet fiżiċi u aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni huma meħtieġa biex jiżguraw kompatibbiltà progressiva tal-kodiċi tekniċi u kummerċjali għal forniment u tmexxija ta’ aċċess effettiv u trasparenti għan netwerks transkonfinali ta’ trażmissjoni, u biex jiżguraw ippjanar koordinat u li jħares biżżejjed ’il quddiem għall-ġejjieni u evoluzzjoni teknika soda tas-sistema ta’ trażmissjoni fil-Komunità. Dan kollu billi jagħtu kas adegwat ta’ l-ambjent u l-promozzjoni ta’ effiċjenza fl-enerġija u riċerka u innovazzjoni speċjalment fl-iżgurar ta’ żieda fl-enerġija mġedda u t-tixrid ta’ teknoloġija b’livell baxx ta’ karbonju. Operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom iħaddmu n-netwerks tagħhom skond dawn il-kodiċi kompatibbli tekniċi u tas-suq.
Emenda 4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7) Jeħtieġ li jitwaqqaf netwerk Ewropea ta’ operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni sabiex tiżgura tmexxija tajba tan-netwerk tat-trażmissjoni ta' l-elettriku u tippermetti kummerċ u forniment ta’ elettriku lil klijenti transkonfinali li jixtru bl-imnut fil-Komunità. Il-kompiti tagħha jridu jitwettqu b’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni Komunitarji li jibqgħu applikabbli għad-deċiżjonijiet dwar in-netwerk Ewropea ta’ l-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni. Il-kompiti tagħhom għandhom jiġu definiti tajjeb u l-metodu ta' ħidma tagħhom għandu jiżgura l-effiċjenza, ir-rappreżentanza u t-trasparenza. Minħabba l-fatt li strateġija fil-livell reġjonali tkun tista' tikseb progress aktar effettiv, l-operaturi ta’ sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu strutturi reġjonali fi ħdan l-istruttura kumplessiva ta' kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli ma' kodiċijiet u pjanijiet ta' investiment fil-livell Komunitarju. Kooperazzjoni fi ħdan oqfsa reġjonali bħal dawn tassumi separazzjoni effettiva ta' attivitajiet ta' netwerk minn attivitajiet ta' produzzjoni u forniment li mingħajrhom kooperazzjoni reġjonali bejn operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni tagħti lok għal riskju ta' mġiba kontra l-kompetizzjoni.
(7) Jeħtieġ li jitwaqqaf netwerk Ewropew ta’ operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni sabiex jiżgura tmexxija tajba tan-netwerk tat-trażmissjoni ta' l-elettriku u jippermetti kummerċ u forniment ta’ elettriku lil klijenti transkonfinali li jixtru bl-imnut fil-Komunità. Il-kompiti tiegħu jridu jitwettqu b’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni Komunitarji li jibqgħu applikabbli għad-deċiżjonijiet dwar in-netwerk Ewropew ta’ l-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni. Il-kompiti tagħhom għandhom jiġu definiti tajjeb u l-metodu ta' ħidma tagħhom għandu jiżgura l-effiċjenza, ir-rappreżentanza u t-trasparenza. Minħabba l-fatt li strateġija fil-livell reġjonali tkun tista' tikseb progress aktar effettiv, l-operaturi ta’ sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu strutturi reġjonali fi ħdan l-istruttura kumplessiva ta' kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli ma' kodiċijiet u pjanijiet ta' investiment fil-livell Komunitarju. L-Istati Membri għandhom jippromovu kooperazzjoni u jissorveljaw l-effettivitá tan-netwerk f'livell reġjonali. Il-kooperazzjoni f'livell reġjonali għandha tkun kompatibbli mal-progress li jwassal għal suq intern kompetittiv u effiċjenti għall-elettriku.
Emenda 5
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8) Il-parteċipanti kollha fis-suq għandhom interess fil-ħidma li għad trid tiġi elaborata min-netwerk Ewropew ta' operaturi ta’ sistema ta' trażmissjoni. Il-proċess ta’ konsultazzjoni huwa għalhekk essenzjali u l-oqsfa eżistenti li jitwaqqfu biex jiffaċilitaw u jagħtu konformità lill-proċess ta’ konsultazzjoni, bħall-Union for the Coordination of Transmission of Electricity (UCTE), għandu jkollhom rwol importanti.
imħassar
Ġustifikazzjoni
Konsultazzjonijiet pubbliċi fil-livell ta’ l-UE attwalment jitwettqu mill-ERGEG. Għaldaqstant l-Aġenzija għandha twettaq dan il-kompitu minħabba li diġà għandha regoli stabbiliti sewwa u esperjenza fit-twettiq tal-konsultazzjonijiet pubbliċi. Barra minn hekk l-Aġenzija taġixxi fl-interess tal-parteċipanti kollha fis-suq, waqt li t-TSOs huma potenzjalment parti interessata. Biex tkun żgurata l-effiċjenza tal-proċess, għandu jkun enfasizzat li l-ħolqien ta’ għadd kbir wisq ta’ korpi konsultattivi jista’ jwassal għad-duplikazzjoni tal-proċessi konsultattivi.
Emenda 6
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 8 a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8a) Sabiex tkun żgurata aktar trasparenza dwar in-netwerk kollu ta' trażmissjoni ta' l-elettriku fl-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tfassal, tippubblika u taġġorna b'mod regolari pjan direzzjonali. In-netwerks possibbli kollha ta' trażmissjoni ta' l-elettriku u konnessjonijiet reġjonali possibbli għandhom ikunu inklużi f'dan il-pjan direzzjonali.
Emenda 7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 9
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9) Is-sorveljanza tas-suq li ilha titwettaq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni dawn l-aħħar snin uriet li r-rekwiżiti ta' trasparenza u r-regoli attwali dwar l-aċċess għall-infrastrutturi mhumiex biżżejjed.
(9) Is-sorveljanza tas-suq li ilha titwettaq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni dawn l-aħħar snin uriet li r-rekwiżiti ta' trasparenza u r-regoli attwali dwar l-aċċess għall-infrastrutturi mhumiex biżżejjed biex jassiguraw suq intern ġenwin, li jiffunzjona tajjeb, miftuħ u effiċjenti.
Ġustifikazzjoni
Kjarifika tat-test.
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(10) Jeħtieġ aċċess indaqs għall-informazzjoni dwar l-istatus fiżiku tas-sistema, sabiex il-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jivvalutaw is-sitwazzjoni globali ta' domanda u ta' provvista u jidentifikaw ir-raġunijiet għaċ-ċaqliq fil-prezz tal-bejgħ bl-ingrossa. Dan jinkludi tagħrif aktar preċiż dwar il-ġenerazzjoni, il-provvista u d-domanda ta' l-elettriku, il-kapaċità tan-netwerk, il-flussi u l-manutenzjoni, l-ibbilanċjar kif ukoll il-kapaċità ta' riżerva.
(10) Jeħtieġ aċċess indaqs għall-informazzjoni dwar l-istatus fiżiku u effiċjenti tas-sistema, sabiex il-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jivvalutaw is-sitwazzjoni globali ta' domanda u ta' provvista u jidentifikaw ir-raġunijiet għaċ-ċaqliq fil-prezz tal-bejgħ bl-ingrossa. Dan jinkludi tagħrif aktar preċiż dwar il-ġenerazzjoni, il-provvista u d-domanda ta' l-elettriku, il-kapaċità tan-netwerk, il-flussi u l-manutenzjoni, l-ibbilanċjar kif ukoll il-kapaċità ta' riżerva.
Emenda 9
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(11) Sabiex tiżdied il-kunfidenza fis-suq, il-parteċipanti tas-suq jeħtieġu li jkunu ċerti li jistgħu jittieħdu sanzjonijiet kontra prassi abbużiva. Awtoritajiet kompetenti għandha tingħatalhom is-setgħa li jinvestigaw b’mod effettiv allegazzjonijiet ta’ abbuż tas-suq. Għalhekk l-aċċess għad-dejta mill-awtoritajiet kompetenti hija meħtieġa. Din tipprovdi informazzjoni dwar deċiżjonijiet operattivi li jittieħdu minn impriżi fornituri. Fis-suq ta’ l-elettriku bosta deċiżjonijiet rilevanti jittieħdu mill-ġeneraturi, li għandhom iżommu din l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti għal perjodu stipulat. Ġeneraturi żgħar mingħajr possibbiltà reali li jgħawġu s-suq għandhom jkunu eżenti minn dan l-obbligu.
(11) Sabiex tiżdied il-kunfidenza fis-suq, il-parteċipanti tas-suq jeħtieġu li jkunu ċerti li jistgħu jittieħdu sanzjonijiet effettivi kontra prassi abbużiva. L-Awtoritajiet kompetenti għandha tingħatalhom is-setgħa li jinvestigaw b’mod effettiv allegazzjonijiet ta’ abbuż tas-suq. Għalhekk hu meħtieġ l-aċċess mill-awtoritajiet kompetenti għad-dejta li tipprovdi informazzjoni dwar deċiżjonijiet operattivi li jittieħdu minn impriżi fornituri. Fis-suq ta’ l-elettriku bosta deċiżjonijiet rilevanti jittieħdu mill-ġeneraturi, li għandhom iżommu din l-informazzjoni disponibbli u faċilment aċċessibbli mill-awtoritajiet kompetenti għal perjodu stipulat. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, barra minn dan, jissorveljaw b'mod regolari l-konformitá ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni mar-regoli. Ġeneraturi żgħar mingħajr possibbiltà reali li jgħawġu s-suq għandhom ikunu eżenti minn dan l-obbligu.
Ġustifikazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom a ċċess faċli għal informazzjoni importanti mill-impriżi fornituri u għandhom jissorveljaw li l-impriżi fornituri jikkonformaw mar-regoli, sabiex ikun żgurat suq non-diskriminatorju, trasparenti u effettiv.
Emenda 10
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 12
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(12) Il-kompetizzjoni fis-settur domestiku tirrikjedi li l-fornituri ma jiġux imblukkati meta jiġu biex jidħlu fis-swieq ġodda tal-bejgħ bl-imnut. Għaldaqstant jeħtieġ li r-regoli u r-responsabbiltajiet li jiddefinixxu l-katina ta' forniment isiru magħrufin mill-atturi kollha fis-suq, u jeħtieġ li jiġu armonizzati sabiex tittejjeb l-integrazzjoni tas-suq Komunitarju.
(12) Il-kompetizzjoni fis-settur domestiku tirrikjedi li l-fornituri ma jiġux imblukkati meta jiġu biex jidħlu fis-swieq ġodda tal-bejgħ bl-imnut. Għaldaqstant jeħtieġ li r-regoli u r-responsabbiltajiet li jiddefinixxu l-katina ta' forniment isiru magħrufin mill-atturi kollha fis-suq, u jeħtieġ li jiġu armonizzati sabiex tittejjeb l-integrazzjoni tas-suq Komunitarju. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw b'mod regolari l-konformitá tal-parteċipanti tas-suq mar-regoli.
Ġustifikazzjoni
Iż-żieda hi meħtieġa sabiex tiċċara r-responsabilità għall-awtorità Kompetenti u sabiex tiżgura l-infurzar tar-regoli.
Emenda 11
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jiffaċilita l-iżvilupp ta' suq bl-imnut transkonfinali li jiffunzjona tajjeb u li jkun trasparenti, kif ukoll ta' suq bl-ingrossa li jiffunzjona tajjeb u li jkun trasparenti. Jipprovdi mekkaniżmi biex jarmonizza dawn ir-regoli.”
Dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jiffaċilita l-iżvilupp ta' suq bl-ingrossa li jiffunzjona tajjeb u li jkun trasparenti b’livell għoli ta’ sigurtà rigward il-provvista. Għal dan il-għan, jipprovdi mekkaniżmi biex jarmonizza dawn ir-regoli.
Ġustifikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet dwar l-armonizzazzjoni tas-suq bl-imnut għall-elettriku għandhom jitneħħew jew ikunu espressi unikament fil-proposta għad-direttiva li temenda d-direttiva 2003/54/KE rigward ir-regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku (COM/2007/0528 finali). Il-proposta dwar l-iskambji transkonfinali u l-aċċess għan-netwerks (COM 2007-531) għandha tikkonċentra fuq is-swieq bl-ingrossa u s-sigurtà tal-forniment.
Emenda 12
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-operaturi kollha ta’ Sistema ta' Trażmissjoni għandhom jikkooperaw fil-livell Komunitarju billi jistabbilixxu n-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta’ Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku sabiex tiġi żgurata tmexxija ottima u evoluzzjoni teknika soda tan-netwerk Ewropew tat-trażmissjoni ta' l-elettriku.
L-operaturi kollha ta’ Sistema ta' Trażmissjoni għandhom jikkooperaw fil-livell Komunitarju billi jistabbilixxu n-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta’ Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku sabiex tiġi żgurata tmexxija ottima u evoluzzjoni teknika soda tan-netwerk Ewropew tat-trażmissjoni ta' l-elettriku u biex jgħinu sabiex jitlesta s-suq intern ta’ l-elettriku.
Ġustifikazzjoni
Biex ikun żgurat li t-TSOs jiffaċlitaw l-integrazzjoni tas-suq, huwa importanti li l-promozzjoni ta’ l-integrazzjoni tas-suq ikun kompitu espliċitu ta’ l-ENTSO.
Emenda 13
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2b – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Sa mhux aktar tard mill […] l-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni ta’ l-elettriku għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-abbożż ta’ statuti, lista ta’ membri futuri u abbozz ta’ regoli ta’ proċedura, inklużi r-regoli ta’ proċedura fuq il-konsultazzjoni ta’ partijiet interessati tan-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku li għandu jitwaqqaf.
1. Sa mhux aktar tard mill […] l-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni ta’ l-elettriku għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-abbozz ta’ statuti, lista ta’ membri futuri u abbozz ta’ regoli ta’ proċedura tan-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku li għandu jitwaqqaf.
Ġustifikazzjoni
Il-konsultazzjoni fil-livell ta’ l-UE sa issa kien il-kompitu ta’ l-ERGEG. Dan il-kompitu għandu jingħata lill-Aġenzija futura, li hija fdata bis-salvagwardja ta’ l-interess pubbliku.
Emenda 14
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2c
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandu jadotta:
1. Sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2a in-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandu jaqbel u jissottometti lill-Aġenzija għall-approvazzjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 2d f’rabta ma’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru … li jwaqqaf l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni bejn ir-Regolaturi ta’ l-Enerġija dan li ġej:
(a) kodiċijiet tekniċi u tas-suq fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 3;
(a) abbozz ta’ kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 3 elaborati f'kooperazzjoni mal-parteċipanti tas-suq u ma' l-utenti tan-netwerk;
(b) għodod operattivi ta’ netwerk komuni u pjanijiet ta’ riċerka;
(b) għodod operattivi ta’ netwerk komuni u pjanijiet ta’ riċerka;
(c) pjan ta’ investiment għal 10 snin, inkluż prospett dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni kull sentejn;
(c) pjan ta’ investiment għal 10 snin, inkluż prospett dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni kull sentejn;
(ca) miżuri li jassiguraw koordinazzjoni f’ħin reali ta’ l-operat tax-xibka f’kundizzjonijiet normali u ta’ emerġenza;
(ca) linji gwida dwar il-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni teknika bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni Komunitarja u operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni ta’ pajjiżi terzi;
(d) programm ta' ħidma annwali;
(d) programm ta' ħidma annwali bbażat fuq il-prijoritajiet stabbiliti mill-Aġenzija;
(e) rapport annwali;
(e) rapport annwali;
(f) prospetti annwali dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni għas-sajf u għax-xitwa.
(f) prospetti annwali dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni għas-sajf u għax-xitwa.
2. Il-programm ta’ ħidma annwali msemmi fil-paragrafu 1(d) għandu jkun fih lista u deskrizzjoni tal-kodiċijiet tekniċi u tas-suq, pjan fuq operat komuni tan-netwerk u attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp, li jridu jitfasslu t-tnejn matul dik is-sena u kalendarju indikattiv.
2. Il-programm ta’ ħidma annwali msemmi fil-paragrafu 1(d) għandu jkun fih lista u deskrizzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk, pjan fuq operat komuni tan-netwerk u attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp, li jridu jitfasslu t-tnejn matul dik is-sena u kalendarju indikattiv.
3. Il-kodiċijiet dettaljati tekniċi u tas-suq għandhom ikopru l-oqsma li ġejjin, skond il-prijoritajiet definiti fil-programm ta’ ħidma annwali:
3. Il-kodiċijiet dettaljati tan-netwerk għandhom ikopru l-oqsma li ġejjin, skond il-prijoritajiet definiti fil-programm ta’ ħidma annwali:
(a) regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà;
(a) regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà, inklużi regoli ta' l-interoperabilità u proċeduri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;
(b) regoli dwar il-konnessjoni max-xibka u l-aċċess;
(b) regoli dwar il-konnessjoni max-xibka u l-aċċess;
(c) regoli dwar l-iskambju ta' dejta u dwar l-issetiljar;
(d) regoli dwar l-interoperabbiltà;
(e) proċeduri operattivi f’emerġenza;
(f) allokazzjoni ta' kapaċità u regoli dwar it-tmexxija ta' konġestjoni;
(f) allokazzjoni transkonfinali ta' kapaċità u regoli dwar it-tmexxija ta' konġestjoni;
(g) regoli dwar il-kummerċ;
(h) regoli dwar it-trasparenza;
(h) regoli dwar it-trasparenza relatati man-netwerk;
(i) regoli dwar l-ibbilanċjar, inklużi regoli dwar r-riżerva ta’ l-enerġija;
(i) regoli dwar l-ibbilanċjar u l-likwidazzjoni, inklużi regoli dwar r-riżerva ta’ l-enerġija;
(j) regoli dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tariffarji għat-trasportazzjoni, inklużi sinjali ta' lokalità u regoli dwar il-kumpens bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.
(j) regoli dwar il-kumpens bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;
(k) effiċjenza fl-enerġija tan-netwerks ta’ l-elettriku.
(k) effiċjenza fl-enerġija tan-netwerks ta’ l-elettriku.
4. In-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettrikugħandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tekniċi u tas-suqu jinkludu r-riżultati ta' l-attivitajiet ta' sorveljanza tagħhom fir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 1(e).
4. L-Aġenzijagħandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet min-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku.
5. In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi ta’ Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment għal 10 snin għall-Komunità kollha kull sentejn.Dan il-pjan ta' żvilupp għandu jinkludi t-tfassil tan-netwerk integrat, l-iżvilupp tax-xenarju, rapport dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, u valutazzjoni tas-saħħa tas-sistema. Il-pjan ta' investiment għandu, b'mod partikolari, jibni fuq pjanijiet nazzjonali ta' investiment u fuq il-Linji gwida għal netwerks ta' l-Enerġija Trans-Ewropej skond id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-pjan ta’ investiment għandu jidentifika n-nuqqasijiet ta' investiment, notevolment fir-rigward ta' kapaċitajiet transkonfinali.
5. In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi ta’ Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment għal 10 snin għall-Komunità kollha kull sentejn wara l-approvazzjoni tiegħu mill-Aġenzija. Dan il-pjan ta' żvilupp għandu jinkludi t-tfassil tan-netwerk integrat, l-iżvilupp tax-xenarju, rapport dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, u valutazzjoni tas-saħħa tas-sistema. Il-pjan ta' investiment għandu, b'mod partikolari, jibni fuq pjanijiet nazzjonali ta' investiment waqt li jqis l-aspetti reġjonali u tal-Komunitá kollha dwar l-ippjanar tan-netwerk inklużi l-Linji gwida għal netwerks ta' l-Enerġija Trans-Ewropej skond id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-pjan ta’ investiment għandu jidentifika n-nuqqasijiet ta' investiment, notevolment fir-rigward ta' kapaċitajiet transkonfinali, u għandu jinkludi l-investimenti fl-interkonnessjoni u fl-infrastruttura l-oħra meħtieġa għall-kummerċ effettiv u l-kompetizzjoni kif ukoll għas-sigurtà tal-provvista. Reviżjoni ta' l-ostakli għaż-żieda fil-kapaċitá transkonfinali tan-netwerk, li ġejjin mill-proċeduri jew prattiki ta' approvazzjoni differenti, għandha tkun annessa mal-pjan ta' l-investiment.
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jimplimentaw il-pjan ta' investiment ippubblikat.
6. Fuq talba tal-Kummissjoni in-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta’ Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandu javża lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta' Linji gwida kif stabbilit fl-Artikolu 8.
6. In-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta’ Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku, fuq inizjattiva tiegħu stess, jista' jipproponi lill-Aġenzija abbozz ta' kodiċijiet tan-netwerk f'qasam li mhux imniżżel fil-paragrafu 3 bil-għan li jintlaħaq l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 2a. L-Aġenzija għandha sussegwentement tadotta l-kodiċijiet skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 2eb (żvilupp ta' kodiċijiet) waqt li tassigura li dawk il-kodiċijiet ma jikkontradixxux il-linji gwida adottati skond l-Artikolu 2ea (żvilupp tal-linji gwida).
Emenda 15
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-Aġenzija trid tissorvelja l-eżekuzzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 2c(1) tan-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku.
1. L-Aġenzija trid tissorvelja l-eżekuzzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 2c(1) tan-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku.
2. In-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku għandu jissottemetti l-abbozz ta’ kodiċijiet tekniċi u tas-suq, l-abbozz ta’ pjan ta’ investiment għal 10 snin u l-abbozz ta’ programm ta’ ħidma annwali, inkluż l-informazzjoni dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni, lill-Aġenzija.
2. In-Netwerk Ewropew ta' l-Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandha tissottometti lill-Aġenzija għall-approvazzjoni il-kodiċijiet ta' l-abbozz tan-netwerk u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 2c(1).
L-Aġenzija tista’ tipprovdi opinjoni lin-Netwerks Ewropej ta' Operaturi ta’ Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku fi żmien 3 xhur.
L-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni ġustifikata kif jixraq lill-Kummissjoni meta tikkunsidra li l-abbozz ta’ programm ta’ ħidma annwali jew l-abbozz ta’ pjan ta’ investiment għal 10 snin ma jassigurawx nuqqas ta’ diskriminazzjoni, kompetizzjoni effettiva u t-tħaddim effiċjenti tas-suq.
L-Aġenzija għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk, il-pjan ta’ investiment għal 10 snin u l-programm ta’ ħidma annwali u tinkludi r-riżultati tal-ħidmiet ta’ sorveljanza tagħha fir-rapport annwali tagħha. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni mal-kodiċi tan-netwerk, mal-pjan ta’ investiment ta’ 10 snin jew mal-programm ta’ ħidma annwali tan-Netwerk Ewropew ta' Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku, l-Aġenzija għandha tinforma dwar dan lill-Kummissjoni.
Emenda 16
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikoli 2 e a u 2 e b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Artikolu 2e a
Artikolu 2ea
Twaqqif u evalwazzjoni ta’ kodiċijiet tekniċi u tas-suq
Żvilupp tal-linji gwida
1. Wara konsultazzjoni ma' l-Aġenzija, il-Kummissjoni tkun tista' tistieden in-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku, fi żmien raġonevoli, biex iħejji kodiċijiet fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 2c(3) meta tqies li kodiċijiet bħal dawn huma meħtieġa għall-funzjonament effiċjenti tas-suq.
1. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta ma’ l-Aġenzija, tistabbilixxi lista annwali ta’ prijoritajiet biex tidentifika kwistjonijiet ta’ importanza primarja għall-iżvilupp tas-suq intern fil-qasam ta’ l-elettriku.
2. L-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni ġustifikata kif xieraw lill-Kummissjoni meta tikkonsidra li:
2. Wara li tikkunsidra l-lista prijoritarja, il-Kummissjoni għandha tagħti mandat lill-Aġenzija biex tiżviluppa, f’mhux aktar minn sitt xhur, abbozz ta’ linji gwida li jistabbilixxu prinċipji bażiċi, ċari u objettivi għall-armonizzazzjoni tar-regoli, kif stabbilit fl-Artikolu 2c.
(a) kodiċi tekniku jew tas-suq adottat min-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku fl-oqmsa elenkati fl-Artikolu 2c(3) ma jiżgurax nuqqas ta’ diskriminazzjoni, kompetizzjoni effettiva u t-tħaddim effiċjenti tas-suq;
3. Fit-tfassil ta' dawk il-linji gwida, l-Aġenzija għandha formalment tikkonsulta n-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku u partijiet interessati oħrajn, b'mod miftuħ u trasparenti.
(b) in-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku ma jaqbilx fi żmien raġonevoli dwar kodici tekniku jew tas-suq fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 2c(3);
4. L-Aġenzija għandha tadotta l-abbozz tal-linji gwida fuq il-bażi ta' dik il-konsultazzjoni. Hi għandha tispeċifika l-osservazzjoniiet li rċeviet waqt il-konsultazzjoni u tispjega kif dawn ġew meqjusa. Għandha tagħti r-raġunijiet fejn l-osservazzjonijiet ma tqisux.
(c) operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni ma jimplimentawx kodiċi tekniku jew tas-suq adottat min-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 2c(3).
5. Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew wara talba mill-Aġenzija, tista’ tibda l-istess proċedura għall-aġġornament tal-linji gwida.
3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, fuq inizzjattiva tagħha stess jew fuq rakkomandazzjoni ta’ l-Aġenzija, linji gwida fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 2c(3) meta tikkunsidra li:
(a) kodiċi tekniku jew tas-suq adottat min-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku fl-oqmsa elenkati fl-Artikolu 2c(3) ma jiżgurax nuqqas ta’ diskriminazzjoni, kompetizzjoni effettiva u t-tħaddim effiċjenti tas-suq;
Artikolu 2eb
(b) in-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku ma jaqbilx fi żmien raġonevoli dwar kodici tekniku jew tas-suq fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 2c(3);
Żvilupp ta’ kodiċijiet tan-netwerk
(c) operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni ma jimplimentawx kodiċi tekniku jew tas-suq adottat min-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 2c(3).
1. Fi żmien sitt xhur minn meta l-Aġenzija tadotta l-linji gwida, bi qbil ma' l-Artikolu 2ea, il-Kummissjoni għandha tagħti mandat lin-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku biex jiżviluppa abbozz ta' kodiċijiet tan-netwerk f'konformitá sħiħa mal-prinċipji stabbiliti fil-linji gwida.
Dawk il-miżuri ddisinnjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).
2. Fit-tfassil ta' dawk il-kodiċijiet, in-Netwerk ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku għandu jqis opinjonijiet ta' esperti tekniċi minn fost il-parteċipanti tas-suq u minn utenti tan-netwerk u għandu jżommhom infurmati dwar il-progress.
4. Il-Paragrafu 3 għandu jkun bla ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni biex tadotta u temenda linji gwida kif stipulat fl-Artikolu 8.
3. In-Netwerk ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku għandu jressaq l-abbozz ta' kodiċijiet lill-Aġenzija.
4. L-Aġenzija għandha twettaq konsultazzjoni formali dwar l-abbozz ta' kodiċijiet tan-netwerk b'mod miftuħ u trasparenti.
5.L-Aġenzija għandha tadotta l-abbozz tal-kodiċijiet fuq il-bażi ta' dik il-konsultazzjoni. Hi għandha tispeċifika l-osservazzjoniiet li rċeviet waqt il-konsultazzjoni u tispjega kif dawn ġew meqjusa. Għandha tagħti r-raġunijiet fejn l-osservazzjonijiet ma tqisux.
6. L-Aġenzija, fuq inizjattiva tagħha stess jew wara talba min-Netwerk ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku, tista’ twettaq reviżjoni tal-kodiċi eżistenti billi ssegwi l-istess proċedura.
7. Fil-każ li l-Kummissjoni tqis li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma' implimentawx il-kodiċi tan-netwerk, hi tista', fuq rakkomandazzjoni ta' l-Aġenzija, tressaq dik il-kodiċi tan-netwerk quddiem il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 13(1) għall-adozzjoni finali bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2);
Emenda 17
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2f
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Waqt il-qadi tal-kompiti tiegħu, in-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettrikugħandu jikkonsulta b'mod estensiv, fi stadju bikri u b'mod wiesa' u trasparenti, b'mod partikolari waqt il-preparazzjoni ta' kodiċijiet tekniċi u tas-suq u fil-programm ta’ ħidma annwali tiegħu msemmi fl-Artikolu 2c(1) u (3), mal-parteċipanti tas-suq adattati kollha. Il-konsultazzjoni għandha tinkludi impriżi ta’ forniment u ġenerazzjoni, klijenti, utenti tas-sistemi, operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni, inklużi assoċjazzjonijiet (ta’ l-industrija) rilevanti, korpi tekniċi u pjattaformi ta’ partijiet interessati.
1. Waqt il-qadi tal-kompiti tagħha, l-Aġenzijagħandha tikkonsulta formalment b'mod wiesa' u trasparenti, mal-parteċipanti tas-suq adatti kollha. Il-konsultazzjoni għandha tinkludi impriżi ta’ forniment u ġenerazzjoni, klijenti, utenti tas-sistemi, operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni, inklużi assoċjazzjonijiet (ta’ l-industrija) rilevanti, korpi tekniċi u pjattaformi ta’ partijiet interessati.
2. Id-dokumenti kollha u l-minuti tal-laqgħat relatati ma' dawn il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru pubbliċi.
2. Id-dokumenti kollha u l-minuti tal-laqgħat relatati ma' dawn il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru pubbliċi.
3. Qabel ma jiġu adottati l-programm ta' ħidma annwali u l-kodiċijiet tekniċi u tas-suq msemmija fl-Artikolu 2c(1) u (3), in-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettrikugħandujindika l-osservazzjonijiet li jkunu daħlu waqt il-konsultazzjoni u kif dawn l-osservazzjonijiet tqiesu. Għandu jagħti r-raġunijiet fejn l-osservazzjonijiet ma tqisux.
3. Qabel ma jiġu adottati l-linji gwidi u l-kodiċijiet, l-Aġenzijagħandhatindika l-osservazzjonijiet li jkunu daħlu waqt il-konsultazzjoni u kif dawn l-osservazzjonijiet tqiesu. Għandu jagħti r-raġunijiet fejn l-osservazzjonijiet ma tqisux.
3a. In-Netwerk Ewropew ta' l-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandu jikkoopera mal-parteċipanti fis-suq u l-utenti tan-netwerks bi qbil ma' l- Artikolu 2eb(2).
Emenda 18
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2g
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-infiq relatat ma' l-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku msemmi f'dan l-Artikoli 2a sa 2h għandhom jitħallsu mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fil-kalkolu tat-tariffi.
L-infiq relatat ma' l-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku msemmi f'dan l-Artikoli 2a sa 2h għandhom jitħallsu mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u għandhom ikunu inklużi fil-kalkolu tat-tariffi. L-Awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw dawn l-ispejjeż biss jekk ikunu raġonevoli u proporzjonati.
Ġustifikazzjoni
Il-kompetenzi tan-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandhom ikunu limitati għal kwistjonijiet relatati man-netwerk. Għaldaqstant, l-Artikolu 2c paragrafu 3 subparagrafu g għandu jitneħħa minħabba li r-regoli dwar il-kummerċ ma jittrattawx tali kwistjonijiet relatati man-netwerk.
Emenda 19
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2 h
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni reġjonali fi ħdan in-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku sabiex din tikkontribwixxi għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 2c(1). B'mod partikolari, għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment reġjonali kull sentejn, u jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment ibbażati fuq il-pjan ta' investiment reġjonali.
1. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni reġjonali fi ħdan in-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku sabiex din tikkontribwixxi għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 2c(1). B'mod partikolari, għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment reġjonali kull sentejn, u jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment ibbażati fuq il-pjan ta' investiment reġjonali.
Il-pjan ta’ investiment reġjonali ma jistax jikkontradixxi l-pjan ta’ investiment ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 2c(1)(c).
Il-pjan ta’ investiment reġjonali ma jistax jikkontradixxi l-pjan ta’ investiment ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 2c(1)(c).
2. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jippromwovu arranġamenti operattivi sabiex jiżguraw tmexxija ottima tan-netwerk, jippromwovu l-iżvilupp ta' boroż ta’ l-enerġija, l-allokazzjoni ta' kapaċità transkonfinali permezz ta' bejgħ bl-irkant impliċitu u l-integrazzjoni ta' mekkaniżmi għal bilanċ u r-riserva ta’ mekkaniżmi ta’ l-enerġija.
2. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jippromwovu arranġamenti operattivi sabiex jiżguraw tmexxija ottima tan-netwerk, fejn effiċjenti, jippromwovu l-iżvilupp ta' skambji ta’ l-enerġija, l-allokazzjoni koordinata tal-kapaċità transkonfinali u l-kompatibilità ta' mekkaniżmi transkonfinali li jġibu bilanċ.
3. Iż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta’ kooperazzjoni reġjonali tista’ tkun definita mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri ddisinnjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmi fl-Artikolu 13(2).
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta n-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku u l-Aġenzija.”
Emenda 20
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2h a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Artikolu 2ha
Kooperazzjoni teknika bejn il-Komunità u operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni ta’ pajjiżi terzi
1. Kooperazzjoni teknika bejn operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni tal-Komunità u dawk ta’ pajjiżi terzi għandha tkun sorveljata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali;
2. Jekk jitfaċċaw problemi ta’ inkompatibilità mar-regoli u l-kodiċijiet adottati mill-Aġenzija matul it-twettiq tal-kooperazzjoni teknika, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikseb kjarifika mill-Aġenzija.
Ġustifikazzjoni
Ir-regolament ma jistipulax kif il-kooperazzjoni f’livell tekniku se titwettaq mat-TSOs ta’ pajjiżi terzi.
Emenda 21
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 5 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. Kumpaniji ta’ ġenerazzjoni li huma proprjetarji jew joperaw assi ta’ ġenerazzjoni, li wieħed minnhom għandu kapaċità stallata ta’ għall-anqas 250 MW, għandhom iħallu għad-disponibbiltà ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità nazzjonali ta' kompetizzjoni u l-Kummissjoni, għal ħames snin kull dejta ta' kull siegħa ta' kull impjant li hu meħtieġ biex jivverifika kull deċiżjoni operattiva ta’ trażmissjoni u l-aġir ta’ offerti f’boroż ta’ l-elettriku, irkanti ta’ interkonnessjonijiet, swieq ta’ riserva u ta’ OTC. L-informazzjoni għal kull impjantu u kull siegħa li trid tiġi miżmuma tinkludi, iżda mhux limitata biss għal, dejta fuq kapaċità ta’ ġenerazzjoni disponibbli u riservi mwarrba, inkluż allokazzjoni ta’ dawn ir-riservi mwarrba fuq livell ta’ kull impjant, fil-waqt ta’ meta jsiru l-offerti u meta sseħħ il-produzzjoni.”
6. Kumpaniji ta’ ġenerazzjoni li huma proprjetarji jew joperaw assi ta’ ġenerazzjoni, li wieħed minnhom għandu kapaċità stallata ta’ għall-anqas 250 MW, għandhom iħallu għad-disponibbiltà ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità nazzjonali ta' kompetizzjoni, l-Aġenzija u l-Kummissjoni, għal ħames snin kull dejta ta' kull siegħa ta' kull impjant li hu meħtieġ biex jivverifika kull deċiżjoni operattiva ta’ trażmissjoni u l-aġir ta’ offerti fi skambji ta’ l-elettriku, irkanti ta’ interkonnessjonijiet, swieq ta’ riserva u ta’ OTC. L-informazzjoni għal kull impjantu u kull siegħa li trid tiġi miżmuma tinkludi, iżda mhux limitata biss għal, dejta fuq kapaċità ta’ ġenerazzjoni disponibbli u riservi mwarrba, inkluż allokazzjoni ta’ dawn ir-riservi mwarrba fuq livell ta’ kull impjant, fil-waqt ta’ meta jsiru l-offerti u meta sseħħ il-produzzjoni.
Emenda 22
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 6 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4a) Fl-Artikolu 6(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
"L-awtoritajiet regolatorji għandhom jissorveljaw il-ġestjoni tal-konġestjoni fis-sistemi u fl-interkonnetturi ta’ l-elettriku nazzjonali.
L-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jissottomettu l-proċeduri għall-ġestjoni tal-konġestjoni tagħhom inkluża l-kapaċità ta’ l-allokazzjoni għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet regolatorji. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jitolbu emendi għal dawn il-proċeduri qabel japprovawhom.".
L-approvazzjoni formali tal-proċeduri għall-ġestjoni tal-konġestjoni mir-regolaturi għandu jkun dikjarat b’mod ċar fir-Regolament 1228/2003 biex tkun żgurata implimentazzjoni effiċjenti.
Emenda 23
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 6 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. Kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-allokazzjoni ta' interkonnessjoni għandu jintuża għall-iskopijiet li ġejjin f'ordni ta' prijorità:
6. Kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-allokazzjoni ta' interkonnessjoni għandu jintuża għall-iskopijiet li ġejjin:
(a) biex jiggarantixxi d-disponibbilità attwali tal-kapaċità allokata;
(a) biex jiggarantixxi d-disponibbilità attwali tal-kapaċità allokata;
(b) għall-manutenzjoni ta' investimenti fin-netwerk jew għaż-żieda ta' kapaċitajiet ta' interkonnessjoni;
(b) għall-manutenzjoni ta' investimenti fin-netwerk jew għaż-żieda ta' kapaċitajiet ta' interkonnessjoni;
Fil-każ li d-dħul ma jkunx jista' jintuża għall-iskopijiet stipulati fil punti (a) jew (b) ta’ l-ewwel subparagrafu, id-dħul għandu jitqiegħed f'kont separat sakemm ikun jista' jintefaq fuq dawk l-għanijiet. Fil-każ ta' operatur indipendenti ta’ sistema, kwalunkwe dħul li jkun fadal wara l-applikazzjoni ta' (a) u (b) għandu jinżamm mill-Operatur tas-Sistema Indipendenti f’kont separat sakemm ikun jista’ jintafaq fuq l-għaijiet stipulati fil-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu.”
Fil-każ li d-dħul ma jkunx jista' jintuża għall-iskopijiet stipulati fil punti (a) jew (b) ta’ l-ewwel subparagrafu, id-dħul għandu jitqiegħed f'kont separat sakemm ikun jista' jintefaq fuq dawk l-għanijiet.F'dak il-każ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, bl-approvazzjoni ta' l-Aġenzija, jistgħu jikkunsidraw l-ammont disponibbli meta japprovaw il-metodoloġija biex jikkalkulaw it-tariffi tan-netwerk, meta jevalwaw jekk it-tariffi għandhomx ikunu modifikati, u/jew biex jiddeċiedu jekk iwaqqfux sinjali lokali u/jew jitolbux miżuri sekondarji bħal trasferiment tad-domanda (load shifting) jew 'counter-trading'.
Emenda 24
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Interkonnetturi ġodda tal-kurrent dirett bejn l-Istati Membri, jistgħu fuq talba, jiġu eżentati, għal perjodu limitat, mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 6(6) tar-Regolament u l-Artikoli 8, 20, u 23(2), (3) u (4) tad-Direttiva 2003/54/KE taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
1. Interkonnetturi ġodda tal-kurrent dirett bejn l-Istati Membri, jistgħu fuq talba, jiġu eżentati, għal perjodu limitat, mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 6(6) tar-Regolament u l-Artikoli 8, 10 u 20 u l-Artikolu 22c(4), (5) u (6) tad-Direttiva 2003/54/KE taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Ġustifikazzjoni
Il-verżjoni attwali tal-proposti tal-KE tħaddan l-estensjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ eżenzjoni għall-Artikolu 8 ġdid propost tad-Direttiva dwar l-Elettriku dwar is-separazzjoni tad-dritt tas-sid. Biex tkun żgurata interpretazzjoni sħiħa tan-norma, l-estensjoni ta’ l-eżenzjoni għall-Artikolu 10 (li jiddixxiplina l-għażla ISO għas-sistemi ta’ trażmissjoni soġġetti għas-separazzjoni tad-dritt tas-sid) trid tkun iċċarata.
Ir-referenzi għall-Artikoli tad-Direttiva ta’ l-Elettriku huma adattati għad-Direttiva riveduta 2003/54/KE.
Emenda 25
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 7 – paragrafu 6 – subparagrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ta’ deċiżjoni dwar eżenzjoni ma għandhiex tibqa' fis-seħħ sentejn wara l-adozzjoni tagħha jekk, sa dak iż-żmien, il-bini ta’ l-interkonnettur ma jkunx għadu beda, u wara ħames snin, jekk, sa dak iż-żmien, l-interkonnettur ma jkunx ġie operazzjonali.
L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ta’ deċiżjoni dwar eżenzjoni ma għandhiex tibqa' fis-seħħ sentejn wara l-adozzjoni tagħha jekk, sa dak iż-żmien, il-bini ta’ l-interkonnettur ma jkunx għadu beda, u wara ħames snin, jekk, sa dak iż-żmien, l-interkonnettur ma jkunx ġie operazzjonali, sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix li kwalunkwe dewmien sar minħabba ostakli amministrattivi prinċipali jew kwalunkwe kawża oħra relevanti għad-deċiżjoni imma li ma tkunx fil-kontroll ta' l-applikant.
Emenda 26
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 7 – paragrafu 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
7. Il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u biex tistipula l-proċedura li trid tissegwa għall-applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 5. Din il-miżura ddisinnjatali temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah għandha tiġi adottat skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).
7. Il-Kummissjoni tista’ temenda linji gwida eżistenti għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u biex tistipula l-proċedura li trid tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 5. Din il-miżura maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tissupplimentah għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).
Emenda 27
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 7 – paragrafu 7 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
7a. Derogi mogħtija skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u applikabbli fid-data li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament għandhom awtomatikament ikomplu japplikaw bħala derogi mogħtija skond dan ir-Regolament.
Emenda 28
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 6 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 7 -a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(6a) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 7-a li ġej:
"Artikolu 7-a
Tneħħija ta’ l-ostakli amministrattivi biex tiżdied il-kapaċità
L-Istati Membri għandhom jirrevedu l-proċeduri tagħhom bil-għan li jidentifikaw u jneħħu l-ostakli amministrattivi għaż-żieda tal-kapaċità fl-interkonnessjoni. L-Istati Membri għadhom jidentifikaw is-segmenti tan-netwerk li jridu jissaħħu biex jiżdied il-livell globali tal-kapaċità ta' interkonnessjoni transkonfinali f’konformità ma’ l-objettiv ta’ integrazzjoni wiesgħa tas-suq.”
Emenda 29
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 7 a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' swieq bl-imnut transkonfinali li jiffunzjonaw tajjeb u li jkunu trasparenti fuq skala reġjonali kif ukoll Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu definiti r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta' l-operaturi ta’ sistema ta' trażmissjoni, ta' l-operaturi ta’ sistema ta' distribuzzjoni, tal-fornituri u l-klijenti kif ukoll, jekk meħtieġ, ta’ parteċipanti oħrajn fis-suq, fir-rigward ta' arranġamenti kuntrattwali, impenn lejn il-klijenti, regoli dwar l-iskambju tad-dejta u l-issettiljar, il-proprjetà tad-dejta u r-responsabbiltà dwar il-metraġġ.
Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' swieq li jiffunzjonaw tajjeb u li jkunu effettivi u trasparenti fuq skala reġjonali kif ukoll Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu definiti r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta' l-operaturi ta’ sistema ta' trażmissjoni, ta' l-operaturi ta’ sistema ta' distribuzzjoni, tal-fornituri u l-klijenti kif ukoll, jekk meħtieġ, ta’ parteċipanti oħrajn fis-suq, fid-dettall fir-rigward ta' arranġamenti kuntrattwali, impenn lejn il-klijenti, regoli dwar l-iskambju tad-dejta u l-issettiljar, il-proprjetà tad-dejta u r-responsabbiltà dwar il-metraġġ.
Dawn ir-regoli għandhom isiru pubbliċi, għandhom jiġu mfassla bil-għan li jiġi armonizzat l-aċċess għal klijenti bejn il-fruntieri u għandhom jiġu soġġetti għal reviżjoni mill-awtoritajiet regolatorji."
Dawn ir-regoli għandhom isiru pubbliċi u għandhom jiġu soġġetti għal reviżjoni mill-awtoritajiet regolatorji.
Ġustifikazzjoni
L-objettiv ta’ swieq bl-imnut transkonfinali armonizzati m’huwiex meħtieġ għall-iżvilupp ta’ swieq bl-ingrossa reġjonali u Komunitarji li jiffunzjonaw tajjeb, li għandhom jibqgħu il-prijorità. L-implikazzjonijiet ta’ tali objettiv regolatorju jeħtieġ li jkunu evalwati b’mod sħiħ, u l-ispejjeż u l-benefiċċji analizzati bil-galbu, minħabba li probabbilment ikun hemm spejjeż iżolati sinifikanti, li jegħlbu l-benefiċċji.
Emenda 30
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 8
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 8
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Linji gwida
Linji gwida relatati mal-mekkaniżmu ta’ kumpens għal operatur ta’ sistema ta’ intertrażmissjoni
1. Fejn xieraq, linji gwida relatati mal-mekkaniżmu ta’ kumpens għal operatur ta’ sistema ta’intertrażmissjoni, jistgħu jispeċifikaw, skond il-prinċipji stipulat fl-Artikoli 3 u 4:
1. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida relatati mal-mekkaniżmu ta’ kumpens għal operatur ta’ sistema ta’intertrażmissjoni li jistgħu jispeċifikaw, skond il-prinċipji stipulat fl-Artikoli 3 u 4:
(a) dettalji tal-proċedura biex tistabbilixxi liema operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni huma soġġetti għal ħlas ta' kumpens għal fornimenti li jaqsmu l-fruntieri fosthom dawk dwar il-qsim bejn l-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali li minnhom joriġinaw flussi li jaqsmu l-fruntieri u s-sistemi fejn il-flussi jaslu, skond l-Artikolu 3(2);
(a) dettalji tal-proċedura biex jiġi stabbilit liema operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni huma soġġetti għal ħlas ta' kumpens għal fornimenti li jaqsmu l-fruntieri fosthom dawk dwar il-qsim bejn l-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali li minnhom joriġinaw flussi li jaqsmu l-fruntieri u s-sistemi fejn il-flussi jaslu, skond l-Artikolu 3(2);
(b) dettalji tal-proċedura ta' ħlas li għandhom ikunu obduti, inkluża d-determinazzjoni ta' l-ewwel perjodu ta' żmien li għalih jkollu jitħallas kumpens skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3(3);
(b) dettalji tal-proċedura ta' ħlas li għandhom ikunu segwiti, inkluża d-determinazzjoni ta' l-ewwel perjodu ta' żmien li għalih ikollu jitħallas kumpens skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3(3);
(c) dettalji ta' metodoloġiji biex jistabbilixxu l-flussi li jaqsmu l-fruntieri miżmuma li għalihom għandu jitħallas kumpens taħt l-Artikolu 3, f'termini kemm ta' kwantità u ta' tipi ta' flussi, u d-deskrizzjoni tal-kobor ta' dawn il-flussi kif joriġinaw u/jew jaslu sa sistemi ta' trażmissjoni ta' Stati Membri individwali, skond l-Artikolu 3(5);
(c) dettalji ta' metodoloġiji biex jistabbilixxu l-flussi li jaqsmu l-fruntieri miżmuma li għalihom għandu jitħallas kumpens taħt l-Artikolu 3, f'termini kemm ta' kwantità u ta' tipi ta' flussi, u d-deskrizzjoni tal-kobor ta' dawn il-flussi kif joriġinaw u/jew jaslu sa sistemi ta' trażmissjoni ta' Stati Membri individwali, skond l-Artikolu 3(5);
(d) dettalji tal-metodoloġija biex tistabbilixxi l-ispejjeż u l-benefiċċji għax ikunu miżmuma flussi li jaqsmu l-fruntieri, skond l-Artikolu 3(6);
(d) dettalji tal-metodoloġija biex jiġu stabbiliti l-ispejjeż u l-benefiċċji għax ikunu miżmuma flussi li jaqsmu l-fruntieri, skond l-Artikolu 3(6);
(e) dettalji tat-trattament fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta' kumpens ta' l-inter-TSO għal flussi ta' l-elettriku li joriġinaw jew jaslu f'pajjiżi barra miż-Żona Ekonomika Ewropea;
(e) dettalji tat-trattament fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta' kumpens ta' l-inter-TSO għal flussi ta' l-elettriku li joriġinaw jew jaslu f'pajjiżi barra miż-Żona Ekonomika Ewropea;
(f) il-parteċipazzjoni ta' sistemi nazzjonali li jkunu interkonnessi permezz ta' linji ta' kurrent dirett, skond l-Artikolu 3.
(f) il-parteċipazzjoni ta' sistemi nazzjonali li jkunu interkonnessi permezz ta' linji ta' kurrent dirett, skond l-Artikolu 3.
2. Il-linji gwida għandhom jistabbilixxu wkoll regoli xierqa li jwasslu għall-armonizzazzjoni progressiva tal-prinċipji li huma l-bażi li fuqhom jiġu stabbiliti ħlasijiet applikati għall-produtturi u l-konsumaturi (tagħbija) taħt sistemi nazzjonali ta' tariffi, inkluż ir-riflessjoni tal-mekkaniżmu ta' kumpens inter-TSO fi ħlasijiet ta' networks nazzjonali u d-disposizzjoni għal sinjali xierqa u effiċjenti tal-lokalità, skond il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 4.
2. Il-linji gwida dwar mekkaniżmi ta’ kumpens għal operatur ta’ sistema ta’ intertrażmissjoni għandhom jistabbilixxu wkoll regoli xierqa li jwasslu għall-armonizzazzjoni progressiva tal-prinċipji li huma l-bażi li fuqhom jiġu stabbiliti ħlasijiet applikati għall-produtturi u l-konsumaturi (tagħbija) taħt sistemi nazzjonali ta' tariffi, inkluż ir-riflessjoni tal-mekkaniżmu ta' kumpens inter-TSO fi ħlasijiet ta' networks nazzjonali u d-disposizzjoni għal sinjali xierqa u effiċjenti tal-lokalità, skond il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 4.
Il-linji gwida għandhom jipprovdu għal sinjali tal-lokalità armonizzati xierqa u effiċjenti f'livell Ewropew.
Il-linji gwida dwar mekkaniżmi ta’ kumpens għal operatur ta’ sistema ta’ intertrażmissjonigħandhom jipprovdu għal sinjali tal-lokalità armonizzati xierqa u effiċjenti f'livell Ewropew.
Kull armonizzazzjoni f'dan is-sens ma għandhiex timpedixxi lill-Istati Membri milli japplikaw mekkaniżmi biex jiżguraw li ħlasijiett għal aċċess għan-networks mill-konsumaturi (tagħbija) jkunu mqabbla fit-territorju kollu tagħhom.
Kull armonizzazzjoni f'dan is-sens ma għandhiex timpedixxi lill-Istati Membri milli japplikaw mekkaniżmi biex jiżguraw li ħlasijiet għal aċċess għan-networks mill-konsumaturi (tagħbija) jkunu mqabbla fit-territorju kollu tagħhom.
3. Fejn adattat, linji gwida li jipprovdu livell minimu ta’ armonizzazzjoni meħtieġa għalll-ilħiqta’ l-għan ta’ dan ir-Regolament ser jispeċifikaw ukoll:
3. Fejn adattat, il-Kummissjoni tista' tipproponi gwida addizzjonali li tipprovdi livell minimu ta’ armonizzazzjoni meħtieġa biex jintlaħaq l-għan ta’ dan ir-Regolament.
(a) dettalji dwar l-għoti ta' informazzjoni, skond il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 5;
(b) dettalji dwar il-kwistjonijiet tas-suq tal-bejgħ bl-imnut koperti bl-Artikolu 7a;
(c) dettalji dwar ir-regoli ta' konnessjoni li jiggvernaw ir-relazzjoni bejn l-operaturi ta’ sistema ta' trażmissjoni u l-klijenti li jiġu kkunettjati;
(d) dettalji dwar ir-regoli ta' interoperabbiltà;
(e) dettalji dwar regoli tal-kummerċ fl-elettriku;
(f) dettalji dwar ir-regoli ta' enerġija ta' bilanċ u ta' riżerva li għandhom l-għan ta' aktar integrazzjoni tas-swieq ta' l-enerġija ta' bilanċ u ta' riżerva;
(g) dettalji dwar regoli ta' inċentiv għall-investiment inklużi s-sinjali ta' lokazzjoni;
(h) dettalji fuq is-suġġetti elenkati fl-Artikolu 2c(3).
4. Linji gwida dwar it-tmexxija u l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' trasferiment disponibbli ta' interkonnessjonijiet bejn sistemi nazzjonali huma stipulati fl-Anness.
4. Linji gwida dwar it-tmexxija u l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' trasferiment disponibbli ta' interkonnessjonijiet bejn sistemi nazzjonali huma stipulati fl-Anness.
5. Il-Kummissjoni tista tadotta linji gwida fuq il-kwistjonijiet elenkati fil-paragrafi 1 sa 3. Tista’ temenda l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 4, skond il-prinċipji stipulati fl-Artikoli 5 u 6, b’mod partikolari biex tinkludi linji gwida dettaljati fuq il-metodoloġiji ta’ allokazzjoni ta’ kapaċità applikati fil-prattika u biex tiżgura li mekkaniżmi ta’ tmexxija ta’ konġestjoni jevolvu b’manjieri kompatibbli ma’ l-għanijiet tas-suq intern. Meta xieraq, waqt li jkunu qegħdin isiru dawn l-emendi għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni dwar is-sigurtà minima u standards operazzjonali għall-użu u t-tħaddim tan-network, li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2). Dawk il-miżuri ddisinnjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi inter alia jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).
Meta tkun qiegħda tadotta jew temenda linji gwida, il-Kummissjoni għandha tiżgura li huma jipprovdu lanqas grad ta' armonizzazzjoni meħtieġa biex jintlaħqu l-għanjiet ta' dan ir-Regolament u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak il-għan.
Meta tkun qiegħda tadotta jew temenda linji gwida, il-Kummissjoni għandha tindika x'azzjonijiet tkun ħadet dwar il-konformità ta' regoli f'pajjiżi terzi, li jifformaw parti mis-sistema Ewropea ta' l-elettriku, mal-linji gwida kkonċernati.
Meta tadotta dawn il-linji gwida għall-ewwel darba, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkopru f'miżura waħda abbozzata għall-inqas il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (d), u fil-paragrafu 2."
Emenda 31
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 8 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 12 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8a) L-Artikolu 12(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom il-kompetenza li jiżguraw b’mod effettiv il-konformità ma’ dan ir-Regolament billi jipprovdulhom, jew lil awtoritajiet oħra, il-kompetenzi legali biex joħorġu ordnijiet ta’ konformità u jimponu multi effettivi, dissważivi u proporzjonati.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.
Skond il-Kunsill Ewropew tar-Regolaturi ta’ l-Enerġija, l-istat attwali ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament 1228/2003 juri nuqqasijiet minħabba n-nuqqas ta’ sanzjonijiet effettivi implimentati mill-Istati Membri. L-użu effettiv tas-setgħat ta’ l-infurzar tar-regolaturi għandu jkun żgurat biex in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament ikun issanzjonat.
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
1. Ir-Rapporteur jilqa’ b'sodisfazzjon t-tielet pakkett dwar il-liberalizzazzjoni għas-swieq ta’ l-enerġija ta’ l-Unjoni Ewropea minħabba li joffri, fl-opinjoni tiegħu, proposta leġiżlattiva sħiħa u koerenti li fiha l-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Parlament Ewropew f’Ġunju 2007 ġew inklużi fil-proposti.
2. F’dan is-sens, huwa jaqbel ma’ l-inklużjoni ta’ poteri iktar qawwija u indipendenti għar-regolaturi, ir-rekwiżiti miżjuda għat-trasparenza tas-suq, il-qafas imtejjeb għall-kooperazzjoni fil-livell Ewropew bejn regolaturi nazzjonali kif ukoll bejn l-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni, l-enfasi mogħtija lil aktar żvilupp fil-kapaċità ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri u l-proposta ta’ separazzjoni proprjetarja bħala l-aktar effettiva, iżda mhux l-uniku mezz biex jiġu mħajra investimenti u tiġi evitata d-diskriminazzjoni fil-konfront ta’ mseħbin ġodda.
3. Huwa jaqbel ukoll mal-ħolqien propost ta’ Aġenzija ta’ Regolaturi Ewropej għalkemm għandu riservi dwar l-istruttura attwali u l-poter tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ dan il-korp ġdid.
4. Dwar ir-Regolament dwar l-iskambji ta’ l-elettriċità bejn il-fruntieri, ir-Rapporteur jidhirlu li l-problema ewlenija dwar il-proposta leġiżattiva tinsab fil-mod kif huma mqassmin il-kompetenzi bejn l-atturi differenti li jwassal għal proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jkun konfuż u pjuttost kumplikat. Dan id-dokument ser jenfasizza t-tħassib ewlieni tar-Rapporteur rigward din il-proposta partikolari.
L-Istruttura tar-Responsabiltajiet
5. Kif intqal qabel, ir-Rapporteur jidhirlu li l-problema ewlenija f’dan id-dokument hija li l-istruttura attwali tar-responsabiltajiet ippreżentata fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-iskambji ta’ l-elettriċità bejn il-fruntieri ma jikkorrispondix mat-tqassim attwali u naturali ta’ kompetenzi f’livell nazzjonali hekk kif l-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni jingħataw status kważi regolatorju filwaqt li l-Aġenzija Regolatorja tidher li spiċċat tingħata biss ir-rwol ta’ korp ta’ konsulenza.
6. B’mod partikolari, huwa jemmen li bosta mill-ħdax-il biċċa xogħol li jridu jsiru mill-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni (TSOs) għandhom minflok ikunu f’idejn l-awtoritajiet regolatorji.
7. Fil-fatt, waqt li r-Rapporteur jaqbel ma’ l-idea tal-Kummissjoni dwar it-twaqqif ta’ strateġija minn isfel għal fuq (bottom-up) rigward l-iżvilupp ta’ kodiċijiet tekniċi ladarba t-TSOs huma l-aktar adattati biex jagħmlu dan u għandhom interess dirett biex jiġu simplifikati u armonizzati dawn ir-regoli fil-livell Ewropew, jemmen li kodiċijiet oħra bħal dawk dwar it-trasparenza fil-kummerċ u fis-suq għandhom isegwu strateġija differenti fejn l-Aġenzija, bħala awtorità trasparenti għandha tkun responsabbli għat-tfassil ta’ linji gwida b’kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti tas-suq u, m’hemmx għalfejn jingħad, it-TSOs, u biex jiġu adottati.
8. Barra minn hekk, in-natura volontarja ta’ l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet imsemmija qabel, tqanqal xi mistoqsijiet dwar jekk hemmx valur miżjud mas-sistema attwali tal-kooperazzjoni tat-TSOs fil-livell Ewropew. Ir-Rapporteur jemmen bis-sħiħ li xi regoli u kodiċijiet li joħorġu mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu obbligatorji.
9. Fl-aħħarnett, ir-Rapporteur jidhirlu li, skond l-għoti tat-tfassil u l-adozzjoni tal-kodiċijiet tas-suq lill-Aġenzija, din l-awtorità regolatorja għandha tkun responsabbli għat-tmexxija tal-konsultazzjoni ta’ l-imsieħba minflok it-TSOs, skond il-proċess imwettaq f’livell nazzjonali.
L-Aġenzija
10. Ir-Rapporteur huwa konxju mil-limitazzjonijiet li l-opinjoni tas-servizz legali tal-Kummissjoni tefgħet fuq il-poteri mogħtija lill-Aġenzija tar-Regolaturi Ewropej. Madankollu, jidhirlu li bosta mill-inċertezzi u l-konfużjoni fl-istruttura tal-poteri ġejja preċiżament min-nuqqas ta’ kompetenzi. Għal din ir-raġuni, ir-Rapporteur irid li l-Kumitat jitlob lis-servizz legali tal-Parlament biex jistudja jekk il-poteri ta’ l-Aġenzija jistgħux jiġu estiżi biex ikunu jistgħu jingħataw deċiżjonijiet regolatorji finali, skond ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ Ġunju 2007 dwar il-liberalizzazzjoni tas-swieq ta’ l-enerġija.
11. Jekk dak ma jkunx possibbli, allura r-Rapporteur jemmen li l-Parlament għandu jirrifletti dwar jekk il-mudell propost isolvix il-problemi biex jintlaħaq għan komuni li joħroġ attwalment bejn ir-regolaturi nazzjonali u jekk dan ikunx aċċettabbli bħala pass intermedjarju lejn Regolatur Ewropew ta’ veru.
12. Il-Parlament Ewropew esprima ftit ilu x-xewqa tiegħu li jwaqqaf korp Ewropew ta’ regolaturi nazzjonali li jingħata poteri ta’ teħid ta’deċiżjoni għall-kwistjonijiet bejn il-fruntieri ta’ bejn l-Istati Membri filwaqt li r-regolaturi nazzjonali jibqgħu responsabbli għad-deċiżjonijiet dwar materji fi ħdan it-territorju nazzjonali tagħhom. Il-pożizzjoni tal-Parlament kienet intiża biex ittemm is-sitwazzjonjijiet ta’ staġnar fil-ftehim bejn ir-regolaturi nazzjonali li naraw fil-preżent; huwa għalhekk li l-proposta tal-Kummissjoni kif inhija llum tagħti lill-Aġenzija l-kompetenza li ssolvi dawn id-diffikultajiet attwali u potenzjali. Ir-Rapporteur jemmen li Aġenzija indipendenti, bil-kompetenzi adegwati għall-kwistjonijiet bejn il-fruntieri, tippromwovi l-iżvilupp ġenwin ta’ regolament ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-enerġija, b’aktar effiċjenza u b’aktar trasparenza.
13. Ir-Rapporteur huwa wkoll imħasseb dwar it-terminazzjoni ta’ l-ERGEG eżistenti u l-implikazzjojijiet li jista’ jkollu dan il-fatt f’termini ta’ indipendenza minħabba li l-Aġenzija kif proposta attwalment tkun dipendenti żżejjed fuq il-Kummissjoni Ewropea.
Rekwiżiti ta’ separazzjoni (unbundling) skond in-Netwerk Ewropew ta’ l-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni
14. Ir-Rapporteur jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi formalizzat il-qafas eżistenti ta’ kooperazzjoni ta’ l-Operaturi ta’ Sistemi ta’ Trażmissjoni biex tinġieb ’il quddiem l-integrazzjoni fil-livell Ewropew u tiġi żviluppata armonizzazzjoni sħiħa tar-regoli tekniċi bejn is-27 Stat Membru.
15. Sabiex il-mudell ENTSO jitħaddem sew, u lil hinn mil-livell ta’ separazzjoni meħtieġa f’kull Stat Membru – jiġifieri, TSO jew ISO isseparat (unbundled) –, ir-Rapporteur jidhirlu li kull Operatur tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni fi ħdan l-ENTSO għandu jiġi ttrattat b’mod ugwali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-obbligi tiegħu bħala operatur tas-sistemi u fl-assigurazzjoni ta’ aċċess mingħajr diskriminazzjoni għan-netwerk.
L-Investimenti
16. Il-proposti tal-Kummissjoni għall-preżentazzjoni ta’ pjan ta’ investiment ta’ 10 snin mit-TSOs huwa skond l-obbligi li jeżistu diġà fil-livell ta’ Stati Membri, u għalhekk ir-Rapporteur jilqa’ l-għan li miegħu tiżdied dimensjoni Ewropea, b’mod partikolari dwar l-immodernizzar u t-titjib tal-kapaċità ta’ trażmissjoni bejn Stati Membri.
17. Madankollu, huwa importanti li dan il-pjan jiġi adottat mill-korp regolatorju u mhux jiġi sempliċement sottomess għar-reviżjoni.
It-Transparenza
18. Ir-Rapporteur huwa konvint li regoli dwar it-trasparenza għandhom jiġu żviluppati, b’konsultazzjoni mat-TSOs, mill-korp regolatorju u mhux riveduti biss mill-Aġenzija. Filwaqt li jilqa’ b'sodisfazzjon l-iżvilupp ta’ linji gwida fil-livell ta’ l-UE, huwa jippreferi jara dawn il-linji gwida jorbtu l-elementi l-aktar importanti.
19. Huwa jixtieq ukoll jiġbed l-attenzjoni li f’ċerti partijiet tar-Regolazzjoni, it-trasparenza tidher li qed tkun marbuta mal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ, u għalhekk jixtieq jiddifferenzja dawn il-partijiet kif jixraq fir-rapport tiegħu.
L-Armonizzazzjoni
20. Ir-Rapporteur jemmen li l-armonizzazzjoni mhijiex tingħata post prominenti fil-proposta. L-eżistenza ta’ 27 qafas regolatorju differenti huwa wieħed mill-ostakli ewlenin għall-integrazzjoni tas-swieq ta’ l-enerġija. Għalhekk, ir-Rapporteur jidhirlu li n-natura volontarja ta’ l-armonizzazzjoni tar-regoli tekniċi u tas-suq ma tkunx biżżejjed biex tegħleb il-barrieri eżistenti għall-kummerċ bejn il-fruntieri ta’ bejn l-Istati Membri bħala riżultat ta’ integrazzjoni mhix suffiċjenti. Għal din ir-raġuni, jidhirlu li l-armonizzazzjoni tal-kodiċijiet tekniċi kif ukoll il-qafas regolatorju għandu jkun wieħed mill-għanijiet fundamentali tal-pakkett.
Is-swieq reġjonali
21. Ir-Rapporteur jilqa’ b'sodisfazzjon l-inklużjoni fir-Regolamenti u d-Direttivi ta’ l-iżvilupp tas-swieq reġjonali bħala pass pożittiv lejn l-integrazzjoni. Fil-fatt, il-progress li sar dan l-aħħar f’dan il-qasam, kif ukoll fi swieq diġà stabbiliti tajjeb bħas-suq Nordiku, jista’ jipprovdi bażi soda biex jitqabblu l-mudelli differenti u biex possibbilment jiġu adattati xi wħud minn dawn l-esperjenzi fil-livell ta’ l-UE.
Il-livelli ta’ interkonnessjoni
22. Ir-Rapporteur jilqa’ l-ħatra ta’ Koordinaturi speċjali biex jitħaffef l-iżvilupp ta’ l-erba’ proġetti ewlenin ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri u li kienu staġnati. Jidhirlu li jista’ jkollhom influwenza pożittiva biex jitħaffu dawn il-proċessi billi ssir medjazzjoni bejn l-atturi u l-partijiet interessati kollha.
23. Madankollu, dawn il-każijiet individwali, filwaqt li huma ta’ natura importanti, huma biss parti żgħira mill-problema u għad fadal ħafna ostakli politiċi, tekniċi u amministrattivi fl-Unjoni Ewropea kollha biex tista' tiżdied il-kapaċità ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri anki fejn dawn il-proġetti huma ekonomikament u teknikament vijabbli.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI (8.5.2008)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku
Rapporteur għal opinjoni: Mariela Velichkova Baeva
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għat-tielet pakkett leġiżlattiv għal-liberalizzazzjoni ta' l-enerġija tiffoka fuq l-integrazzjoni u t-tlestija ta' suq uniku ta' l-UE ta' l-enerġija li jkun kompetittiv, trasparenti, ibbażat fuq is-solidarjetà u mhux diskriminatorju. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-impedimenti kollha għandhom jiġu ttrattati bl-attenzjoni dovuta mill-partijiet interessati kollha u għandhom jitneħħew sabiex jiġi mgħaġġel il-proċess ta' l-integrazzjoni u l-armonizzazzjoni.
Il-kunċetti tas-Separazzjoni tas-Sjieda u ta' l-Operatur Indipendenti tas-Sistema, bħala alternattiva, huma maħsuba li se jikkontribwixxu għal ambjent aħjar għall-kompetizzjoni u għat-tnaqqis tal-prezzijiet ta' l-enerġija u kif ukoll sabiex operaturi ġodda jkunu jistgħu jidħlu fis-suq b'aktar faċilità – dan il-kumpless ta' fatturi huwa kruċjali għall-benefiċċju tal-konsumaturi u ta' l-ekonomiji. Għandhom jiġu elaborati soluzzjonijiet filwaqt li jiġu kkunsidrati d-disponibilità ta' l-oqfsa legali attwali tas-27 Stat Membru u l-ostakli li jirriżultaw mill-istatus-quo, u dawn is-soluzzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq dejta li hija empirikament verifikabbli. Barra minn hekk għandhom jiġu promossi għażliet importanti biex jissaħħu l-koperazzjoni reġjonali u l-istimi u l-ippjanar ta' l-investiment. Għall-aħjar użu ta' l-infrastruttura u tal-kapaċità ta' interkonnessjoni, għandu jiġi kkunsidrat li f'xi każijiet investiment ulterjuri fin-netwerk jiddependi b'mod konsiderevoli fuq il-portafoll preċedenti ta' l-investimenti preċedenti.
Il-proposta għal regolamentazzjoni tas-swieq kompetittivi ta' l-enerġija għandha tkun aktar ibbilanċjata f'termini ta' osservanza tal-prinċipji fundamentali tas-suq, u m'għandhiex tkun kontroproduttiva u tagħmel ħsara lil-likwidità tas-suq u kif ukoll lill-intenzjonijiet ta' investiment. Il-mekkaniżmi ta' kontroll diġà qegħdin hemm meta wieħed jikkunsidra l-liġi tal-kompetizzjoni li ġiet ippromulgata mill-awtoritajiet f'livell nazzjonali u Ewropew. Is-setgħa tar-regolaturi għandha tasal sal-punt li ma jkunx hemm interventi fil-mekkaniżmi tas-suq, u għandha taħseb għal kontroll effettiv ta' l-ispejjeż ta' l-intrapriżi għall-benefiċċju tal-konsumaturi. Ir-rappurtar tal-kumpaniji jista' wkoll ikun ta' benefiċċju sabiex is-suq ikompli jiżviluppa u sabiex tiġi żgurata t-trasparenza.
Huma meħtieġa regoli għall-koperazzjoni fost ir-regolaturi nazzjonali u hija meħtieġa l-armonizzazzjoni tas-setgħat tagħhom kif ukoll indipendenza msaħħa fil-livell nazzjonali.
Ir-ristrutturar tas-suq ta' l-enerġija fil-livell nazzjonali jipprevedi l-indipendenza u l-awtonomija sħiħa ta' l-Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni (TSOs) bħala aspett tal-proċess, li b'hekk jiżgura aċċess għall-grid li jkun ħieles u mhux diskriminatorju għall-parteċipanti kollha tas-suq. It-trattament ugwali ta' TSOs pubbliċi u privati huwa ta' importanza konsiderevoli.
Barra minn hekk, hija meħtieġa koperazzjoni aktar b'saħħitha bejn it-TSOs fil-qafas tan-Netwerk Ewropew ta' l-Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni (ENTSO). L-espansjoni jew it-titjib ta' l-infrastruttura transkonfinali kif ukoll aktar integrazzjoni tas-swieq Ewropej ta' l-enerġija jistgħu jintlaħqu permezz ta' bażi xierqa bħal din għall-koordinazzjoni ta' l-investimenti preżenti u futuri fin-netwerk, biex is-swieq reġjonali jsiru aktar koerenti.
Irid jiġi kkunsidrat li d-dħul mill-ġestjoni tal-konġestjoni huwa fil-parti l-kbira tiegħu użat biex jitnaqqsu t-tariffi nazzjonali.Wieħed jassumi li kwalunkwe tibdil ta' din il-proċedura jista' jwassal sabiex it-tariffi tal-grid jogħlew.
Xi ħaġa li t-teħid tad-deċiżjonijiet għandu jiffoka fuqha għandha tkun il-fatt li hemm nuqqas fundamentali ta' allokazzjoni tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni madwar l-Ewropa kollha. Jekk titfassal skema għaqlija ta' allokazzjoni tal-ġenerazzjoni, ikunu jistgħu jiġu ffrankati riżorsi finanzjarji li kieku jkunu jistgħu jiġu diretti lejn it-tisħiħ tal-grid. Il-konġestjonijiet jistgħu jiġu solvuti u l-ekonomiji nazzjonali jkunu jistgħu jgawdu minn żvilupp aktar vijabbli.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
1. In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandu jadotta:
1. In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandu:
Ġustifikazzjoni
Id-Direttiva tagħti setgħat wiesgħin wisq lill-ENTSO meta tistipula li din tadotta kodiċi tekniċi u tas-suq. Madankollu qabel ma tadottahom, iridu jsiru konsultazzjonijiet estensivi biex jiġi żgurat li l-pożizzjonijiet tal-Partijiet Interessati fis-Suq jiġu kkunsidrati kif suppost.
Emenda2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2c – paragrafu 1 – punt (a)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) kodiċijiet tekniċi u tas-suq fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 3;
(a) jipprepara u jipproponi kodiċijiet tekniċi u tas-suq fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 3, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti;
Ġustifikazzjoni
Id-Direttiva tagħti setgħat wiesgħin wisq lill-ENTSO meta tistipula li din tadotta kodiċijiet tekniċi u tas-suq. Madankollu qabel ma tadottahom, iridu jsiru konsultazzjonijiet estensivi biex jiġi żgurat li l-pożizzjonijiet tal-Partijiet Interessati fis-Suq jiġu kkunsidrati kif suppost.
Emenda3
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2c – paragrafu 1 – punt (b)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) għodod operattivi ta’ netwerk komuni u pjanijiet ta’ riċerka;
(b) jadotta għodod operattivi ta’ netwerk komuni u pjanijiet ta’ riċerka;
Ġustifikazzjoni
Id-Direttiva tagħti setgħat wiesgħin wisq lill-ENTSO meta tistipula li din tadotta kodiċi tekniċi u tas-suq. Madankollu qabel ma tadottahom, iridu jsiru konsultazzjonijiet estensivi biex jiġi żgurat li l-pożizzjonijiet tal-Partijiet Interessati fis-Suq jiġu kkunsidrati kif suppost.
Emenda4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2c – paragrafu 1 – punt (c)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(c) pjan ta’ investiment għal 10 snin, inkluż prospett dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni kull sentejn;
(c) jadotta u jippubblika pjan ta’ investiment għal 10 snin, inkluż prospett dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, kull sentejn;
Ġustifikazzjoni
Id-Direttiva tagħti setgħat wiesgħin wisq lill-ENTSO meta tistipula li din tadotta kodiċijiet tekniċi u tas-suq. Madankollu qabel ma tadottahom, iridu jsiru konsultazzjonijiet estensivi biex jiġi żgurat li l-pożizzjonijiet tal-Partijiet Interessati fis-Suq jiġu kkunsidrati kif suppost.
Emenda 5
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2c – paragrafu 1 – punt (d)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d) programm ta' ħidma annwali;
(d) jadotta programm ta' ħidma annwali;
Emenda 6
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2c – paragrafu 1 – punt (e)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(e) rapport annwali;
(e) jadotta rapport annwali;
Emenda7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2c – paragrafu 3 – punt (g)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(g) regoli dwar il-kummerċ;
(g) jadotta regoli dwar il-kummerċ sakemm dawn ikunu jirrigwardaw il-grid;
Ġustifikazzjoni
Mhux il-kompitu ta' l-ENTSO li jiżviluppa, pereżempju, kuntratti standardizzati għall-kummerċ.
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2c – paragrafu 1 – punt f
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(f) prospetti annwali dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni għas-sajf u għax-xitwa.
(f) jadotta prospetti annwali dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni għas-sajf u għax-xitwa.
Emenda9
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2c – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi ta’ Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment għal 10 snin għall-Komunità kollha kull sentejn. Dan il-pjan ta' żvilupp għandu jinkludi t-tfassil tan-netwerk integrat, l-iżvilupp tax-xenarju, rapport dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, u valutazzjoni tas-saħħa tas-sistema. Il-pjan ta' investiment għandu, b'mod partikolari, jibni fuq pjanijiet nazzjonali ta' investiment u fuq il-Linji gwida għal netwerks ta' l-Enerġija Trans-Ewropej skond id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-pjan ta’ investiment għandu jidentifika n-nuqqasijiet ta' investiment, notevolment fir-rigward ta' kapaċitajiet transkonfinali.
5. In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi ta’ Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment għal 10 snin għall-Komunità kollha kull sentejn. Dan il-pjan ta' żvilupp għandu jinkludi t-tfassil tan-netwerk integrat, l-iżvilupp tax-xenarju, rapport dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, u valutazzjoni tas-saħħa tas-sistema. Il-pjan ta' investiment għandu, mill-inqas, jibni fuq pjanijiet nazzjonali ta' investiment, fuq pjanijiet reġjonali ta' investiment skond l-Artikolu 2h(1) u fuq il-Linji Gwida għal netwerks ta' l-enerġija Trans-Ewropej skond id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-pjan ta’ investiment għandu jidentifika n-nuqqasijiet ta' investiment, notevolment fir-rigward ta' kapaċitajiet transkonfinali.
Ġustifikazzjoni
Il-pjan ta' investiment fin-netwerk fuq perjodu ta' għaxar snin għall-Komunità kollha, li għandu jiġi ppubblikat mill-ENTSO, għandu jinkludi d-dimensjoni reġjonali tas-suq.
Emenda 10
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2e – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Wara konsultazzjonima' l-Aġenzija, il-Kummissjoni tkuntista' tistiedenin-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku, fi żmien raġonevoli, biexiħejji kodiċijiet fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 2c(3) meta tqies li kodiċijiet bħal dawn huma meħtieġa għall-funzjonament effiċjenti tas-suq.
1. Fuq parir ta' l-Aġenzija, wara li tkun ikkonsultat lill-partijiet interessati relevanti, il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida strateġiċi għan-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku li tkopri l-kwistjonijiet elenkati fl-Artikolu 2c(1)(c) u l-Artikolu 2c(3), li minnhom in-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku jħejji kodiċijiet fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 2c(1)(c) u l-Artikolu 2c(3).
Ġustifikazzjoni
Fl-interess tal-kompetizzjoni (sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm diskriminazzjoni, waqt li jkun hemm kompetizzjoni effettiva u ffunzjonar effiċjenti tas-suq waħdieni), l-Aġenzija għandha tingħata aktar setgħa sabiex tirregola l-ENTSO. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, l-Aġenzija għandha tipprovdi parir formali lill-Kummissjoni fil-bidu tal-proċess regolatorju taħt forma ta' linji gwida strateġiċi, li fuqhom l-ENTSO tista' tipprepara l-kodiċijiet tekniċi. Dan il-proċess jevita l-possibilità li t-TSO tirregola lilha nnifisha. L-istess proċess għandu wkoll japplika għall-pjan ta' investiment ta' għaxar snin (Artikolu 2c(1c)).
Emenda 11
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2e – paragrafu 1 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1a) In-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandu jiżviluppa l-kodiċijiet dettaljati skond il-paragrafu 1, u jissottomettihom għall-approvazzjoni ta' l-Aġenzija.
Ġustifikazzjoni
Fl-interess tal-kompetizzjoni (sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm diskriminazzjoni, waqt li jkun hemm kompetizzjoni effettiva u ffunzjonar effiċjenti tas-suq waħdieni), l-Aġenzija għandha tingħata aktar setgħa sabiex tirregola l-ENTSO. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, l-Aġenzija għandha tipprovdi parir formali lill-Kummissjoni fil-bidu tal-proċess regolatorju taħt forma ta' linji gwida strateġiċi, li fuqhom l-ENTSO tista' tipprepara l-kodiċijiet tekniċi. Dan il-proċess jevita l-possibilità li t-TSO tirregola lilha nnifisha. L-istess proċess għandu wkoll japplika għall-pjan ta' investiment ta' għaxar snin (Artikolu 2c(1c)).
Emenda 12
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2e – paragrafu 1 b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(1b) L-Aġenzija għandha tivverifika li l-kowds sottomessi min-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku huma konformi mal-linji gwida stateġiċi stabbiliti fil-paragrafu 1.
Ġustifikazzjoni
Fl-interess tal-kompetizzjoni (sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm diskriminazzjoni, waqt li jkun hemm kompetizzjoni effettiva u ffunzjonar effiċjenti tas-suq waħdieni), l-Aġenzija għandha tingħata aktar setgħa sabiex tirregola l-ENTSO. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, l-Aġenzija għandha tipprovdi parir formali lill-Kummissjoni fil-bidu tal-proċess regolatorju taħt forma ta' linji gwida strateġiċi, li fuqhom l-ENTSO tista' tipprepara l-kodiċijiet tekniċi. Dan il-proċess jevita l-possibilità li t-TSO tirregola lilha nnifisha. L-istess proċess għandu wkoll japplika għall-pjan ta' investiment ta' għaxar snin (Artikolu 2c(1c)).
Emenda 13
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2e – paragrafu 3 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3a) L-Aġenzija għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ta' dawn il-kodiċijiet min-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku u tirraporta kull kontravenzjoni lill-Kummissjoni, li għandha tieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex tiżgura implimentazzjoni korretta
Ġustifikazzjoni
Id-Direttiva proposta tagħti wisq setgħa lill-ENTSO. Is-sorveljanza tal-kodiċijiet imsemmija hawn fuq jeħtieġ li tkun ġusta u oġġettiva, sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm diskriminazzjoni, u jkun hemm kompetizzjoni effettiva u ffunzjonar tajjeb tas-suq. Għalhekk ma jistax jiġi fdat f'idejn it-TSOs infushom imma għandu jkun kompitu ta' l-Aġenzija.
Emenda 14
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2h – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni reġjonali fi ħdan in-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku sabiex din tikkontribwixxi għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 2c(1). B'mod partikolari, għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment reġjonali kull sentejn, u jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment ibbażati fuq il-pjan ta' investiment reġjonali.
1. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu koperazzjoni reġjonali fi ħdan in-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku sabiex din tikkontribwixxi għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 2c(1).B'mod partikolari, għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-pjanijiet tagħhom ta' l-iżvilupp, jippreżentawhom lill-Aġenzija sabiex teżaminhom, jippubblikaw pjan ta' investiment reġjonali kull sentejn, u jikkunsidraw investiment ibbażat fuq il-pjan ta' investiment reġjonali.
Ġustifikazzjoni
Għal separazzjoni adegwata, l-Operaturi tas-Sistema tat-Trasport għandhom ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment. Għal suq ta' l-enerġija funzjonali, għandha tiġi żgurata koordinazzjoni fil-livell Ewropew.
Emenda15
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2h – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jippromwovu arranġamenti operattivi sabiex jiżguraw tmexxija ottima tan-netwerk, jippromwovu l-iżvilupp ta' boroż ta’ l-enerġija, l-allokazzjoni ta' kapaċità transkonfinali permezz ta' bejgħ bl-irkant impliċitu u l-integrazzjoni ta' mekkaniżmi għal bilanċ u r-riserva ta’ mekkaniżmi ta’ l-enerġija.
2. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jippromwovu servizzi komuni u arranġamenti operattivi sabiex jiffaċilitaw l-operat xieraq u jiżguraw it-tmexxija ottima tan-netwerk, jippromwovu l-iżvilupp ta' boroż ta’ l-enerġija, l-allokazzjoni ta' kapaċità transkonfinali kif ukoll esportazzjonijiet futuri ta' elettriku permezz ta' bejgħ bl-irkant impliċitu jew espliċitumiftuħ għall-operaturi kollha tas-suq li huma eliġibbli, u l-integrazzjoni ta' mekkaniżmi għall-bilanċ u għar-riserva ta’ l-enerġija.
Ġustifikazzjoni
L-aċċess għall-kapaċità ta' l-interkonnessjoni għandu jiġi ottimizzat permezz ta' offerti ta' kapaċità ta' kull sena, xahar u jum fuq il-fruntieri. Dan għandu jsir sabiex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet dovuti għal flussi ta' tranżitu għolja li jgħaddu mill-interkonnessjonijiet.
Emenda16
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2h – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3. Iż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta’ kooperazzjoni reġjonali tista’ tkun definita mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri ddisinnjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmi fl-Artikolu 13(2).
3. Il-koperazzjoni reġjonali m'għandhiex tkun limitata għaż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta’ koperazzjoni reġjonali definita mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri ddisinnjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).
Ġustifikazzjoni
L-aċċess għall-kapaċità ta' l-interkonnessjoni għandu jiġi ottimizzat permezz ta' offerti ta' kapaċità ta' kull sena, xahar u jum fuq il-fruntieri. Dan għandu jsir sabiex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet dovuti għal flussi ta' tranżitu għolja li jgħaddu mill-interkonnessjonijiet. Jekk jiġi limitat l-ambitu ġeografiku, jistgħu jinħolqu ostakli għall-kummerċ ħieles fl-elettriku fis-suq integrat ta' l-elettriku li hu mixtieq.
Emenda17
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4 – punt (b)
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 5 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. Operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jippubblikaw id-dejta rilevanti fuq domanda mbassra u attwali, fuq disponabbiltà u użu attwali ta’ assi ta’ ġenerazzjoni u tagħbija, fuq disponibbiltà u użu tan-netwerk u interkonneturi, u fuq bilanċ ta’ kapaċita ta’ enerġija u ta’ riserva.
4. Operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jippubblikaw id-dejta rilevanti fuq domanda mbassra u attwali, fuq disponibbiltà u użu attwali ta’ assi ta’ ġenerazzjoni u tagħbija, fuq disponibbiltà u użu tan-netwerk u interkonneturi, u fuq bilanċ ta’ kapaċita ta’ enerġija u ta’ riserva. Madankollu, dejta individwali dwar il-ġeneraturi u t-tagħbijiet għandha tinżamm kunfidenzjali.Dejta relatata mal-grid tat-trażmissjoni m'għandhiex tiġi ppubblikata jekk il-ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika jeħtieġ hekk.L-informazzjoni għandha tkun komunikata fil-livell Komunitarju sabiex tkun użata (biss) għal skopijiet ta’ żgurar tal-protezzjoni kkoordinata u effettiva ta’ infrastruttura kritika.
Ġustifikazzjoni
Fil-prattika huwa impossibbli li tinżamm l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu vverifikati d-deċiżjonijiet kollha operattivi ta' trażmissjoni u l-aġir tagħhom fir-rigward ta' l-għoti ta' offerti fil-boroż ta' l-elettriku. Barra minn hekk, id-dispożizzjoni proposta tittratta b'mod differenti l-kumpaniji ta' ġenerazzjoni u l-kummerċjanti indipendenti, minħabba li teħtieġ mill-kumpaniji ta' ġenerazzjoni biss li jżommu għad-dispożizzjoni tar-regolaturi l-informazzjoni meħtieġa għall-verifikazzjoni ta' l-aġir tagħhom fir-rigward ta' l-għoti ta' offerti u tad-deċiżjonijiet operattivi ta' trażmissjoni. Dan it-trattament differenti ma jidhirx li hu ġustifikat. Trid tiġi kkunsidrata l-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni ristretta.
Emenda18
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4 – punt (b)
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 5 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. Kumpaniji ta’ ġenerazzjoni li huma proprjetarji jew joperaw assi ta’ ġenerazzjoni, li wieħed minnhom għandu kapaċità stallata ta’ għall-anqas 250 MW, għandhom iħallu għad-disponibbiltà ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità nazzjonali ta' kompetizzjoni u l-Kummissjoni, għal ħames snin kull dejta ta' kull siegħa ta' kull impjant li hu meħtieġ biex jivverifika kull deċiżjoni operattiva ta’ trażmissjoni u l-aġir ta’ offerti f’boroż ta’ l-elettriku, irkanti ta’ interkonnessjonijiet, swieq ta’ riserva u ta’ OTC. L-informazzjoni għal kull impjantu u kull siegħa li trid tiġi miżmuma tinkludi, iżda mhux limitata biss għal, dejta fuq kapaċità ta’ ġenerazzjoni disponibbli u riservi mwarrba, inkluż allokazzjoni ta’ dawn ir-riservi mwarrba fuq livell ta’ kull impjant, fil-waqt ta’ meta jsiru l-offerti u meta sseħħ il-produzzjoni.
6. Kumpaniji ta’ ġenerazzjoni li huma proprjetarji jew joperaw assi ta’ ġenerazzjoni, li wieħed minnhom għandu kapaċità installata ta’ għall-anqas 250 MW, għandhom iħallu għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità nazzjonali ta' kompetizzjoni u l-Kummissjoni, għal ħames snin, kull dejta ta' kull siegħa ta' l-impjanti kollha li għandhom kapaċità installata ta' mill-inqas 250MWe.L-informazzjoni għal kull impjant u kull siegħa li trid tiġi miżmuma tinkludi dejta fuq kapaċità ta’ ġenerazzjoni disponibbli u riservi mwarrba.
Ġustifikazzjoni
Fil-prattika huwa impossibbli li tinżamm l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu vverifikati d-deċiżjonijiet kollha operattivi ta' trażmissjoni u l-aġir tagħhom fir-rigward ta' l-għoti ta' offerti fil-boroż ta' l-elettriku. Barra minn hekk, id-dispożizzjoni proposta tittratta b'mod differenti l-kumpaniji ta' ġenerazzjoni u l-kummerċjanti indipendenti, minħabba li teħtieġ mill-kumpaniji ta' ġenerazzjoni biss li jżommu għad-dispożizzjoni tar-regolaturi l-informazzjoni meħtieġa għall-verifikazzjoni ta' l-aġir tagħhom fir-rigward ta' l-għoti ta' offerti u tad-deċiżjonijiet operattivi ta' trażmissjoni. Dan it-trattament differenti ma jidhirx li hu ġustifikat. Trid tiġi kkunsidrata l-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni ristretta.
Emenda19
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 6 – paragrafu 6 – parti preliminari
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
"6. Kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-allokazzjoni ta' interkonnessjoni għandu jintuża għall-iskopijiet li ġejjin f'ordni ta' prijorità:
6. Kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-allokazzjoni ta' interkonnessjoni għandu jintuża għall-iskopijiet li ġejjin mingħajr ebda ordni ta' prijorità:
Ġustifikazzjoni
Attwalment l-Operaturi ta' Sistemi ta' Trażmissjoni jużaw id-dħul mill-ġestjoni tal-konġestjoni l-aktar biex inaqqsu t-tariffi nazzjonali. Kwalunkwe tibdil ta' din il-proċedura se jwassal sabiex it-tariffi tal-grid jogħlew.
Minbarra dan, jekk l-Operaturi ta' Sistemi ta' Trażmissjoni jiġu obbligati jiffinanzjaw kapaċitajiet ġodda ta' interkonnessjoni permezz ta' dħul minn irkanti, se jiġu mfixkla milli jirċievu qligħ adegwat mill-investiment tagħhom. Inkella, l-Operaturi ta' Sistemi ta' Trażmissjoni ma jkollhom l-ebda inċentiv jibnu kapaċitajiet ġodda ta' interkonnessjoni. Dan ikun f'kontradizzjoni mad-Direttiva 2005/89 (is-Sigurtà tal-Provvista), Artikolu 6 (1) (a).
Emenda20
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 6 – paragrafu 6 – punt (b a) (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ba) bħala dħul li għandu jkun ikkunsidrat mill-awtoritajiet regolatorji meta jkunu qed japprovaw il-metodoloġija biex jiġu kkalkulati t-tariffi tan-networks, u/jew meta jkunu qed jevalwaw jekk it-tariffi għandhomx ikunu mmodifikati.
Ġustifikazzjoni
Attwalment l-Operaturi ta' Sistemi ta' Trażmissjoni jużaw id-dħul mill-ġestjoni tal-konġestjoni l-aktar biex inaqqsu t-tariffi nazzjonali. Kwalunkwe tibdil ta' din il-proċedura se jwassal sabiex it-tariffi tal-grid jogħlew.
Minbarra dan, jekk l-Operaturi ta' Sistemi ta' Trażmissjoni jiġu obbligati jiffinanzjaw kapaċitajiet ġodda ta' interkonnessjoni permezz ta' dħul minn irkanti, se jiġu mfixkla milli jirċievu qligħ adegwat mill-investiment tagħhom. Inkella, l-Operaturi ta' Sistemi ta' Trażmissjoni ma jkollhom l-ebda inċentiv jibnu kapaċitajiet ġodda ta' interkonnessjoni. Dan ikun f'kontradizzjoni mad-Direttiva 2005/89 (is-Sigurtà tal-Provvista), Artikolu 6 (1) (a).
Emenda21
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt (a a) (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(aa)Fejn ikun possibbli, għandu jikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ ta’ l-istabilità reġjonali billi jipprovdi għażliet ġodda ta' trasportazzjoni sabiex swieq li qed jikbru jew swieq b'defiċits jiġu pprovduti bi provvisti siguri ta' enerġija.Limitazzjonijiet ta' trażmissjoni jistgħu jkunu dovuti għal konfigurazzjoni speċifika tal-grid, li għandha titqies bħala importanti għall-iżvilupp u/jew għal manutenzjoni aħjar;
Ġustifikazzjoni
Ibbilanċjar bejn l-elettriku u l-portafoll ta' l-investimenti.
Emenda22
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Atikolu 7a – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' swieq bl-imnut transkonfinali li jiffunzjonaw tajjeb u li jkunu trasparenti fuq skala reġjonali kif ukoll Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu definiti r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta' l-operaturi ta’ sistema ta' trażmissjoni, ta' l-operaturi ta’ sistema ta' distribuzzjoni, tal-fornituri u l-klijenti kif ukoll, jekk meħtieġ, ta’ parteċipanti oħrajn fis-suq, fir-rigward ta' arranġamenti kuntrattwali, impenn lejn il-klijenti, regoli dwar l-iskambju tad-dejta u l-issettiljar, il-proprjetà tad-dejta u r-responsabbiltà dwar il-metraġġ.
Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' swieq tal-konsumaturi (retail markets) transkonfinali li jiffunzjonaw tajjeb u li jkunu trasparenti fuq skala reġjonali kif ukoll Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu definiti l-irwoli u r-responsabbiltajiet ta' l-operaturi ta’ sistema ta' trażmissjoni, ta' l-operaturi ta’ sistema ta' distribuzzjoni, tal-fornituri u l-klijenti u kif ukoll, jekk meħtieġ, ta’ parteċipanti oħrajn fis-suq, fir-rigward ta' arranġamenti kuntrattwali, inklużi ftehimiet ta' għoti fuq perjodu ta' żmien twil (offtake), jew ta' kiri jew ta' għoti f'kiri tas-sistema ta' trażmissjoni, forma uniformi ta' kummerċ u alleanzi strateġiċi fost pajjiżi ġirien, impenn lejn il-klijenti, inkluż it-tbassir ta' varjazzjonijiet fil-prezzijiet fl-eventwalità ta' l-għeluq ta' impjanti jew unitajiet tagħhom, regoli dwar l-iskambju tad-dejta u l-issettiljar, il-proprjetà tad-dejta u r-responsabbiltà dwar il-metraġġ.
Ġustifikazzjoni
Il-metodi huma bbażati fuq is-suq, huma flessibbli u mfassla apposta għal sitwazzjonijiet speċifiċi tas-suq u għal perspettivi previsti, jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista, għat-trasparenza ta' l-attività u għall-kontabilità tal-partijiet interessati. Għandu jkun previst użu alternattiv tar-riżorsi ta' faċilitajiet oħrajn sabiex jiġi żgurat li jkun hemm provvisti ta' elettriku effiċjenti u siguri waqt il-perjodi meta jkun hemm l-ogħla domanda.
PROĊEDURA
Kariga
Kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku
Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Manuel António dos Santos, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Donata Gottardi, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Guntars Krasts, Kurt Joachim Lauk, Andrea Losco, Astrid Lulling, Florencio Luque Aguilar, Gay Mitchell, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Antolín Sánchez Presedo, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Cornelis Visser
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Valdis Dombrovskis, Harald Ettl, Ján Hudacký, Alain Lipietz, Diamanto Manolakou, Gianni Pittella, Bilyana Ilieva Raeva, Andreas Schwab
OPINJONI TAL- KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR (9.4.2008)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill iservi biex jimplimenta d-deċiżjonijiet magħmula mill-Kunsill u l-Parlament, li f'riżoluzzjoni ta' l-10 ta' Lulju 2007 wrew appoġġ qawwi għall-politika komuni ta' l-enerġija. Din il-politika tirrikjedi:
·separazzjoni effettiva ta' l-attivitajiet ta' forniment u produzzjoni mill-operazzjonijiet tan-netwerk
·aktar armonizzazzjoni tas-setgħat tar-regolaturi nazzjonali ta' l-enerġija u tisħiħ ta' l-indipendenza tagħhom;
·l-istabbiliment ta' mekkaniżmu indipendenti għall-koperazzjoni bejn ir-regolaturi nazzjonali;
·il-ħolqien ta' mekkaniżmu għall-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni biex jittejbu l-koordinament ta' l-operat tan-netwerk u s-sigurtà tax-xibka, il-kummerċ transkonfinali u l-operat tax-xibka;
·aktar trasparenza fl-operat tas-suq ta' l-enerġija.
Ir-Regolament joħloq il-kundizzjonijiet prattiċi biex jintlaħqu l-objettivi t'hawn fuq billi titwaqqaf l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija biex timmoniterja kif isiru l-ħidmiet immirati għan-Netwerk Ewropew ta' l-Operaturi ta' Sistemi ta' Trażmissjoni għall-Elettriku. L-implimentazzjoni tar-Regolament toħloq il-kundizzjonijiet għal kompetittività mtejba, kwalità aħjar tal-provvisti, konservazzjoni ta' l-enerġija u sigurtà ta' l-enerġija mtejba.
Fundamentalment, l-elettriku jvarja minn prodotti kkummerċjati oħra għax huwa prodott ibbażat fuq netwerk li jagħmlu impossibbli jew għali wisq biex jinħażen. Huwa għalhekk li l-ekonomija ta' l-enerġija teħtieġ l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi indipendenti għall-koperazzjoni u t-teħid ta' deċiżjoni fil-livell tar-regolaturi nazzjonali u tar-regolament fil-qafas tas-suq Ewropew. Huwa għalhekk li l-introduzzjoni ta' strutturi formali għall-koperazzjoni f'dan il-qasam, skond ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 emendat dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerk ta' l-iskambju bejn il-fruntieri ta' l-elettriku, hija ġustifikata. Dawn it-tibdiliet ma jsolvux il-problemi kollha ta' l-iskambji bejn il-fruntieri ta' l-elettriku, imma jintroduċu miżuri li b'mod limitat għandhom iżidu l-effiċjenza u jadattaw operazzjonijiet tan-netwerk għall-bżonnijiet tas-suq. Il-kodiċi tekniċi u tas-suq dettaljati inklużi mal-ħidmiet tan-Netwerk Ewropew ta' l-Operaturi ta' Sistemi ta' Trażmissjoni għall-Elettriku u ma' l-attivitajiet ta' l-aġenzija li timmoniterja l-eżekuzzjoni ta' dawn il-ħidmiet għandhom jiżguraw il-valur miżjud għall-ekonomija Ewropea. Il-miżuri t'hawn fuq għandhom jiffaċilitaw il-bidu tas-swieq ta' l-imnut u ta' l-ingrossa bejn il-fruntieri li jaħdmu sew u li jkunu trasparenti.
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 dwar il-kundizzjonijiet għal aċċess għan-netwerk għall-iskambju bejn il-fruntieri ta' l-elettriku għandu jgħin biex jirregola s-suq intern ta' l-elettriku, waqt li tingħata attenzjoni xierqa lill-interessi tal-konsumaturi u ta' l-operaturi, permezz ta':
·inqas spejjeż ta' trażmissjoni u kompetittività ikbar, sabiex l-enerġija tkun tista' tiġi provduta lill-konsumaturi bi prezzijiet iktar baxxi filwaqt li jiġu żgurati l-istabilità u s-sigurtà tal-provvisti ta' l-enerġija;
·it-twaqqif ta' l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija u tan-Netwerk Ewropew ta' l-Operaturi ta' Sistemi ta' Trażmissjoni għall-Elettriku permezz ta' koordinazzjoni tas-sistemi nazzjonali tat-trażmissjoni. Dan għandu jiżgura tħaddim aħjar tas-suq Ewropew u tas-sistemi nazzjonali billi jitnaqqas it-telf mit-trażmissjoni ta' l-enerġija u jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' l-enerġija fuq skala żgħira bbażata fuq sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu;
·l-iżvilupp ta' netwerks għat-trażmissjoni ta' l-elettriku, li jwassal ukoll għall-iżvilupp meħtieġ ta' power stations nukleari, li jiżgura provvisti ta' enerġija bi prezzijiet raġonevolment stabbli u baxxi, u għalhekk, bla dubju jżid il-kompetittività u l-iżvilupp ta' l-ekonomija Ewropea, filwaqt li fl-istess ħin inaqqas l-emmissjonijiet tas-CO2. Żieda kbira fil-prezzijiet taż-żejt jew tal-gass u dipendenza qawwija fuq is-sitwazzjoni politika għall-provvisti ta' dawn ir-riżorsi jistgħu jheddu li jfixklu l-ekonomija Ewropea u jwasslu f'tnaqqis fid-dħul reali.
Għalhekk, l-emenda tar-Regolament se jkollha rilevanza diretta fuq l-organizzazzjoni mtejba tas-suq ta' l-elettriku u aċċess għan-netwerk għal skambji bejn il-fruntieri ta' l-elettriku, filwaqt li l-benefiċċji għall-konsumatur se jiġu ddeterminati mill-kodiċi tekniċi u tas-suq dettaljati stipulati u mħaddna fir-Regolament u mill-implimentazzjoni proprja tagħhom.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata "Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa" saħqet fuq l-importanza li s-suq intern ta' l-elettriku jitkompla kif ukoll li jkun hemm ambjent ekwu għall-kumpaniji kollha ta' l-elettriku fil-Komunità. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u l-elettriku u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Inkjesta skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-setturi Ewropej tal-gass u l-elettriku (Rapport Finali)" urew li r-regoli u l-miżuri ta' bħalissa ma jipprovdux il-qafas meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ suq intern li jaħdem tajjeb.
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata "Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa" saħqet fuq l-importanza li s-suq intern ta' l-elettriku jitkompla kif ukoll li jkun hemm ambjent ekwu għall-kumpaniji kollha ta' l-elettriku fil-Komunità. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u l-elettriku u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Inkjesta skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-setturi Ewropej tal-gass u l-elettriku (Rapport Finali)" urew li r-regoli u l-miżuri preżenti ma jipprovdux il-qafas meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta’ suq intern effettiv, miftuħ u li jaħdem tajjeb.
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li jiġi żgurat suq intern effettiv u miftuħ, mhux biss suq li jaħdem tajjeb. Huwa importanti li jkun hemm suq li jkun miftuħ għal imsieħba ġodda u li jkun hemm kompetizzjoni effettiva għall-parteċipanti kollha.
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(6) B'mod partikolari, jinħtieġu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni msaħħa fost l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà progressiva tal-kodiċijiet tekniċi u kummerċjali għall-forniment u l-ġestjoni ta' l-aċċess effettiv transkonfinali għan-netwerks tat-trażmissjoni, u biex jiġi żgurat pjanar ikkoordinat, li jħares 'il quddiem u evoluzzjoni teknika soda tas-sistema ta' trażmissjoni Komunitarja, b’kunsiderazzjoni għall-ambjent, u l-promozzjoni ta’ l-effiċjenza fl-enerġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni, partikolarment l-introduzzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u ta' teknoloġija b'livelli baxxi ta' karbonju. Operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jħaddmu n-netwerks tagħhom skond dawn il-kodiċi kompatibbli tekniċi u tas-suq.
(6) B'mod partikolari, jinħtieġu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni msaħħa fost l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-kodiċijiet tekniċi u kummerċjali għall-forniment u l-ġestjoni ta' l-aċċess effettiv u trasparenti transkonfinali għan-netwerks tat-trażmissjoni, u biex jiġi żgurat pjanar ikkoordinat, li jħares 'il quddiem u evoluzzjoni teknika soda tas-sistema ta' trażmissjoni Komunitarja, b’kunsiderazzjoni għall-ambjent, u l-promozzjoni ta’ l-effiċjenza fl-enerġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni, partikolarment l-introduzzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u ta' teknoloġija b'livelli baxxi ta' karbonju. Operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jħaddmu n-netwerks tagħhom skond dawn il-kodiċi kompatibbli tekniċi u tas-suq.
Ġustifikazzjoni
Aċċess trasparenti għan-netwerks ta' trażmissjoni bejn il-fruntieri huwa kruċjali għall-iżvilupp ta' suq effiċjenti u miftuħ. Nuqqas ta' aċċess trasparenti jista' joħloq ostakoli u jista' jkollu impatt fuq il-livell ta' kompetizzjoni.
Emenda 3
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7) Jeħtieġ li jitwaqqaf netwerk Ewropea ta’ operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni sabiex tiżgura tmexxija tajba tan-netwerk tat-trażmissjoni ta' l-elettriku u tippermetti kummerċ u forniment ta’ elettriku lil klijenti transkonfinali li jixtru bl-imnut fil-Komunità. Il-kompiti tagħha jridu jitwettqu b’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni Komunitarji li jibqgħu applikabbli għad-deċiżjonijiet dwar in-netwerk Ewropea ta’ l-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni. Il-kompiti tagħhom għandhom jiġu definiti tajjeb u l-metodu ta' ħidma tagħhom għandu jiżgura l-effiċjenza, ir-rappreżentanza u t-trasparenza. Minħabba l-fatt li strateġija fil-livell reġjonali tkun tista' tikseb progress aktar effettiv, l-operaturi ta’ sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu strutturi reġjonali fi ħdan l-istruttura kumplessiva ta' kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli ma' kodiċijiet u pjanijiet ta' investiment fil-livell Komunitarju. Kooperazzjoni fi ħdan oqfsa reġjonali bħal dawn tassumi separazzjoni effettiva ta' attivitajiet ta' netwerk minn attivitajiet ta' produzzjoni u forniment li mingħajrhom kooperazzjoni reġjonali bejn operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni tagħti lok għal riskju ta' mġiba kontra l-kompetizzjoni.
(7) Jeħtieġ li jitwaqqaf netwerk Ewropea ta’ operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni sabiex tiżgura tmexxija tajba tan-netwerk tat-trażmissjoni ta' l-elettriku u tippermetti kummerċ u forniment ta’ elettriku lil klijenti transkonfinali li jixtru bl-imnut fil-Komunità. Il-kompiti tagħha jridu jitwettqu b’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni Komunitarji li jibqgħu applikabbli għad-deċiżjonijiet dwar in-netwerk Ewropea ta’ l-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni. Il-kompiti tagħhom għandhom jiġu definiti tajjeb u l-metodu ta' ħidma tagħhom għandu jiżgura l-effiċjenza, ir-rappreżentanza u t-trasparenza. Minħabba l-fatt li strateġija fil-livell reġjonali tkun tista' tikseb progress aktar effettiv, l-operaturi ta’ sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu strutturi reġjonali fi ħdan l-istruttura kumplessiva ta' kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli ma' kodiċijiet u pjanijiet ta' investiment fil-livell Komunitarju. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-kooperazzjoni fil-livell reġjonali, u jimmoniterjaw l-effettività tan-netwerk f'dak il-livell.Il-kooperazzjoni fil-livell reġjonali għandha tkun kompatibbli mal-progress lejn suq kompetittiv u effiċjenti ta’ l-elettriku.
Emenda 4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 7 a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7a) Il-kooperazzjoni fil-livell reġjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien li għandhom perspettiva Ewropea għandha tkun imħeġġa sabiex tiżgura l-istabilità u s-sigurtà tal-forniment, kif ukoll l-effettività tan-netwerks f’dak il-livell.
Ġustifikazzjoni
Il-promozzjoni tal-koperazzjoni fuq livell reġjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien li għandhom perspettiva Ewropea hija importanti ħafna għall-istabilità tal-pajjiżi u biex tiżgura livell għoli ta’ koperazzjoni reġjonali ekonomika.
Emenda 5
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 8 a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8a) Fir-rigward tal-proċess ta' konsultazzjoni, il-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom jieħdu sehem b'mod iżjed deċiżiv fl-implimentazzjoni tal-ħidmiet tan-Netwerk Ewropew ta' l-Operaturi ta' Sistemi ta' Trażmissjoni għall-Elettriku, b'mod partikolari biex jiġu ppreparati l-kodiċi tekniċi u tas-suq u l-programm ta' ħidma annwali tiegħu.
Ġustifikazzjoni
Il-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom ukoll jieħdu sehem fil-proċess ta' konsultazzjoni, għax huma parteċipanti importanti billi huma konsumaturi finali tad-dar.
Emenda 6
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 8 b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8b) Biex tiġi żgurata trasparenza ikbar tas-sitwazzjoni rigward in-netwerk sħiħ ta' trażmissjoni ta' l-elettriku fl-Ewropa, il-Kummissjoni għandha tfassal, tippubblika u taġġorna pjan direzzjonali għan-netwerk ta' l-elettriku ta' l-Ewropa.In-netwerks possibbli kollha ta' trażmissjoni ta' l-elettriku u l-konnessjonijiet reġjonali li jistgħu jeżistu għandhom jiġu inklużi f'dan il-pjan direzzjonali.
Emenda 7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 9
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9) Is-sorveljanza tas-suq li ilha titwettaq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni dawn l-aħħar snin uriet li r-rekwiżiti ta' trasparenza u r-regoli attwali dwar l-aċċess għall-infrastrutturi mhumiex biżżejjed.
(9) Is-sorveljanza tas-suq li ilha titwettaq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni dawn l-aħħar snin uriet li r-rekwiżiti ta' trasparenza u r-regoli attwali dwar l-aċċess għall-infrastrutturi mhumiex biżżejjed sabiex jiġi żgurat suq intern ġenwin, miftuħ u effettiv.
Ġustifikazzjoni
Kjarifika tat-test.
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(11) Sabiex tiżdied il-kunfidenza fis-suq, il-parteċipanti tas-suq jeħtieġu li jkunu ċerti li jistgħu jittieħdu sanzjonijiet kontra prassi abbużiva. Awtoritajiet kompetenti għandha tingħatalhom is-setgħa li jinvestigaw b’mod effettiv allegazzjonijiet ta’ abbuż tas-suq. Għaldaqstant jinħtieġ aċċess mill-awtoritajiet kompetentigħal dejta li tipprovdi informazzjoni dwar deċiżjonijiet operazzjonali ta’ l-impriżi ta’ forniment. Fis-suq ta’ l-elettriku bosta deċiżjonijiet rilevanti jittieħdu mill-ġeneraturi, li għandhom iżommu din l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti għal perjodu stipulat. Ġeneraturi żgħar mingħajr possibbiltà reali li jgħawġu s-suq għandhom jkunu eżenti minn dan l-obbligu.
(11) Sabiex tiżdied il-kunfidenza fis-suq, il-parteċipanti tas-suq jeħtieġu li jkunu ċerti li jistgħu jittieħdu sanzjonijiet b'mod effettiv kontra prassi abbużiva. Awtoritajiet kompetenti għandha tingħatalhom is-setgħa li jinvestigaw b’mod effettiv allegazzjonijiet ta’ abbuż tas-suq. Għaldaqstant l-aċċess mill-awtoritajiet kompetenti għal dejta li tipprovdi informazzjoni dwar deċiżjonijiet operazzjonali ta’ l-impriżi ta’ forniment huwa meħtieġ. Fis-suq ta’ l-elettriku bosta deċiżjonijiet rilevanti jittieħdu mill-ġeneraturi, li għandhom iżommu din l-informazzjoni disponibbli u faċilment aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti għal perjodu stipulat. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmoniterjaw b'mod regolari l-konformità ta' l-operaturi tas-sistemi mar-regoli.Ġeneraturi żgħar mingħajr possibbiltà reali li jgħawġu s-suq għandhom jkunu eżenti minn dan l-obbligu.
Ġustifikazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni importanti minn impriżi tal-provvista u għandhom jiċċekkjaw li l-impriżi ta' provvista jikkonformaw mar-regoli, sabiex jiġi żgurat suq mhux diskriminatorju, trasparenti u effettiv.
Emenda 9
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 12
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(12) Il-kompetizzjoni fis-settur domestiku tirrikjedi li l-fornituri ma jiġux imblukkati meta jiġu biex jidħlu fis-swieq ġodda tal-bejgħ bl-imnut. Għaldaqstant jeħtieġ li r-regoli u r-responsabbiltajiet li jiddefinixxu l-katina ta' forniment isiru magħrufin mill-atturi kollha fis-suq, u jeħtieġ li jiġu armonizzati sabiex tittejjeb l-integrazzjoni tas-suq Komunitarju.
(12) Il-kompetizzjoni fis-settur domestiku tirrikjedi li l-fornituri ma jiġux imblukkati meta jiġu biex jidħlu fis-swieq ġodda tal-bejgħ bl-imnut. Għaldaqstant jeħtieġ li r-regoli u r-responsabbiltajiet li jiddefinixxu l-katina ta' forniment isiru magħrufin mill-atturi kollha fis-suq, u jeħtieġ li jiġu armonizzati sabiex tittejjeb l-integrazzjoni tas-suq Komunitarju. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmoniterjaw b'mod regolari l-konformità tan-nies li jaħdmu fil-qasam tas-suq mar-regoli.
Ġustifikazzjoni
Iż-żieda hija meħtieġa sabiex tiġi ċċarata responsabilità ta' l-awtorità kompetenti u biex jiġi żgurat l-infurzar tar-regoli.
Emenda 10
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2c – paragrafu 3 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) regoli dwar il-konnessjoni max-xibka u l-aċċess;
(b) regoli dwar il-konnessjoni max-xibka u l-aċċess, billi tingħata attenzjoni għall-ħarsien ta' l-interessi tal-konsumaturi individwali li huma l-impriżi żgħar u ta' daqs medju;
Ġustifikazzjoni
Impriżi żgħar u ta' daqs medju ta' spiss isofru minn diskriminazzjoni fis-suq ta' l-enerġija.
Emenda 11
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2c – paragrafu 3 – punt g
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(g) regoli dwar il-kummerċ;
(g) regoli dwar il-kummerċ, billi tingħata attenzjoni għall-ħarsien ta' l-interessi tal-konsumaturi individwali li huma l-impriżi żgħar u ta' daqs medju;
Ġustifikazzjoni
Impriżi żgħar u ta' daqs medju ta' spiss isofru minn diskriminazzjoni fis-suq ta' l-enerġija.
Emenda 12
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2c – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi ta’ Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment għal 10 snin għall-Komunità kollha kull sentejn. Dan il-pjan ta' żvilupp għandu jinkludi t-tfassil tan-netwerk integrat, l-iżvilupp tax-xenarju, rapport dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, u valutazzjoni tas-saħħa tas-sistema. Il-pjan ta' investiment għandu, b'mod partikolari, jibni fuq pjanijiet nazzjonali ta' investiment u fuq il-Linji gwida għal netwerks ta' l-Enerġija Trans-Ewropej skond id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-pjan ta’ investiment għandu jidentifika n-nuqqasijiet ta' investiment, notevolment fir-rigward ta' kapaċitajiet transkonfinali.
5. In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi ta’ Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandhatippubblika, kull sentejn, pjan ta' investiment għal 10 snin għall-Komunità kollha bil-possibilità ta' estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien fejn meħtieġ. Dan il-pjan ta' żvilupp għandu jinkludi t-tfassil tan-netwerk integrat, l-iżvilupp tax-xenarju, rapport dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, u valutazzjoni tas-saħħa tas-sistema. Il-pjan ta' investiment għandu, b'mod partikolari, jibni fuq pjanijiet nazzjonali ta' investiment u fuq il-Linji gwida għal netwerks ta' l-Enerġija Trans-Ewropej skond id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-pjan ta’ investiment għandu jidentifika n-nuqqasijiet ta' investiment, notevolment fir-rigward ta' kapaċitajiet transkonfinali.
Ġustifikazzjoni
F'ħafna każijiet, investimenti fuq skala kbira u l-iżvilupp tan-netwerks relatati jeħtieġu iżjed minn 10 snin mill-konċepiment sat-tlestija.
Emenda 13
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2c – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
5. In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi ta’ Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment għal 10 snin għall-Komunità kollha kull sentejn. Dan il-pjan ta' żvilupp għandu jinkludi t-tfassil tan-netwerk integrat, l-iżvilupp tax-xenarju, rapport dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, u valutazzjoni tas-saħħa tas-sistema. Il-pjan ta' investiment għandu, b'mod partikolari, jibni fuq pjanijiet nazzjonali ta' investiment u fuq il-Linji gwida għal netwerks ta' l-Enerġija Trans-Ewropej skond id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-pjan ta’ investiment għandu jidentifika n-nuqqasijiet ta' investiment, notevolment fir-rigward ta' kapaċitajiet transkonfinali.
5. In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi ta’ Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment għal 10 snin għall-Komunità kollha kull sentejn. Dan il-pjan ta' żvilupp għandu jinkludi t-tfassil tan-netwerk integrat, l-iżvilupp tax-xenarju, rapport dwar l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, u valutazzjoni tas-saħħa tas-sistema. Il-pjan ta' investiment għandu, b'mod partikolari, jibni fuq pjanijiet nazzjonali ta' investiment u fuq il-Linji gwida għal netwerks ta' l-Enerġija Trans-Ewropej skond id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-pjan ta’ investiment għandu jidentifika n-nuqqasijiet ta' investiment, notevolment fir-rigward ta' kapaċitajiet transkonfinali. Il-pjan ta' investiment għandu jingħaqad ma' xenarju strateġiku ta' l-enerġija għall-perjodu ta' bejn l-20 u l-25 sena li ġejjin.
Emenda 14
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2d – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. In-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku għandu jissottemettil-abbozz ta’ kodiċijiet tekniċi u tas-suq, l-abbozz ta’ pjan ta’ investiment għal 10 snin u l-abbozz ta’ programm ta’ ħidma annwali, inkluż l-informazzjoni dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni, lill-Aġenzija.
2. In-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta’ Trażmissjoni ta’ l-Elettriku għandha tissottemettil-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhadwar il-kodiċijiet tekniċi u tas-suq, l-abbozz ta’ pjan ta’ investiment għal 10 snin u l-abbozz ta’ programm ta’ ħidma annwali, inkluż l-informazzjoni dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni, lill-Aġenzija.
Emenda 15
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2e – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Wara konsultazzjoni ma' l-Aġenzija, il-Kummissjoni tkun tista' tistieden in-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku, fi żmien raġonevoli, biex iħejji kodiċijiet fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 2c(3) meta tqies li kodiċijiet bħal dawn huma meħtieġa għall-funzjonament effiċjenti tas-suq.
1. Wara konsultazzjoni man-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku, il-Kummissjoni tkun tista' tistieden lill-Aġenzija ,fi żmien raġonevoli, biex iħejji kodiċijiet fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 2c(3) meta tqies li kodiċijiet bħal dawn huma meħtieġa għall-funzjonament effiċjenti tas-suq.
Emenda 16
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 2f – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Waqt il-qadi tal-kompiti tiegħu, in-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandu jikkonsulta b'mod estensiv, fi stadju bikri u b'mod wiesa' u trasparenti, b'mod partikolari waqt il-preparazzjoni ta'kodiċijiet tekniċi u tas-suq u fil-programm ta’ ħidma annwali tiegħu msemmi fl-Artikolu 2c(1) u (3), mal-parteċipanti tas-suq adattati kollha. Il-konsultazzjoni għandha tinkludi impriżi ta’ forniment u ġenerazzjoni, klijenti, utenti tas-sistemi, operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni, inklużi assoċjazzjonijiet (ta’ l-industrija) rilevanti, korpi tekniċi u pjattaformi ta’ partijiet interessati.
1. Waqt il-qadi tal-kompiti tiegħu, in-Netwerk Ewropew ta' Operaturi ta' Sistema ta' Trażmissjoni ta' l-Elettriku għandu jikkonsulta b'mod estensiv, fi stadju bikri u b'mod wiesa' u trasparenti, b'mod partikolari waqt il-preparazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tiegħu msemmi fl-Artikolu 2c(1) u (3), mal-parteċipanti tas-suq adattati kollha. Il-konsultazzjoni għandha tinkludi impriżi ta’ forniment u ġenerazzjoni, klijenti, konsumaturi, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, utenti tas-sistemi, operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni, inklużi assoċjazzjonijiet (ta’ l-industrija) rilevanti, korpi tekniċi u pjattaformi ta’ partijiet interessati.
Emenda 17
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt (3)
Regolament KE 1228/2003
Artikolu 2h, paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jippromwovu arranġamenti operattivi sabiex jiżguraw tmexxija ottima tan-netwerk, jippromwovu l-iżvilupp ta' boroż ta’ l-enerġija, l-allokazzjoni ta' kapaċità transkonfinali permezz ta' bejgħ bl-irkant impliċitu u l-integrazzjoni ta' mekkaniżmi għal bilanċ u r-riserva ta’ mekkaniżmi ta’ l-enerġija.
2. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom jippromwovu arranġamenti operattivi sabiex jiżguraw tmexxija ottima tan-netwerk, jippromwovu l-iżvilupp ta' boroż ta’ l-enerġija, l-allokazzjoni ta' kapaċità transkonfinali permezz ta' bejgħ bl-irkant impliċitu u l-integrazzjoni ta' mekkaniżmi għal bilanċ u r-riserva ta’ mekkaniżmi ta’ l-enerġija. L-Istati Membri għandhom iħeġġu u jimmoniterjaw in-netwerk.
Ġustifikazzjoni
It-tħeġġiġ ta' l-Istati Membri għan-netwerk u l-obbligi li jimmoniterjaw l-effettività tan-netwerk huma importanti ħafna biex jiġu żgurati suq intern proprju bejn il-fruntieri u koperazzjoni.
Emenda 18
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 1228/2003
Artikolu 5 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
6. Kumpaniji ta’ ġenerazzjoni li huma proprjetarji jew joperaw assi ta’ ġenerazzjoni, li wieħed minnhom għandu kapaċità stallata ta’ għall-anqas 250 MW, għandhom iħallu għad-disponibbiltà ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità nazzjonali ta' kompetizzjoni u l-Kummissjoni, għal ħames snin kull dejta ta' kull siegħa ta' kull impjant li hu meħtieġ biex jivverifika kull deċiżjoni operattiva ta’ trażmissjoni u l-aġir ta’ offerti f’boroż ta’ l-elettriku, irkanti ta’ interkonnessjonijiet, swieq ta’ riserva u ta’ OTC. L-informazzjoni għal kull impjantu u kull siegħa li trid tiġi miżmuma tinkludi, iżda mhux limitata biss għal, dejta fuq kapaċità ta’ ġenerazzjoni disponibbli u riservi mwarrba, inkluż allokazzjoni ta’ dawn ir-riservi mwarrba fuq livell ta’ kull impjant, fil-waqt ta’ meta jsiru l-offerti u meta sseħħ il-produzzjoni.”
6. Kumpaniji ta’ ġenerazzjoni li huma proprjetarji jew joperaw assi ta’ ġenerazzjoni, li wieħed minnhom għandu kapaċità stallata ta’ għall-anqas 250 MW, għandhom iħallu għad-disponibbiltà ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità nazzjonali ta' kompetizzjoni, l-Aġenzija u l-Kummissjoni, għal ħames snin kull dejta ta' kull siegħa ta' kull impjant li hu meħtieġ biex jivverifika kull deċiżjoni operattiva ta’ trażmissjoni u l-aġir ta’ offerti f’boroż ta’ l-elettriku, irkanti ta’ interkonnessjonijiet, swieq ta’ riserva u ta’ OTC. L-informazzjoni għal kull impjantu u kull siegħa li trid tiġi miżmuma tinkludi, iżda mhux limitata biss għal, dejta fuq kapaċità ta’ ġenerazzjoni disponibbli u riservi mwarrba, inkluż allokazzjoni ta’ dawn ir-riservi mwarrba fuq livell ta’ kull impjant, fil-waqt ta’ meta jsiru l-offerti u meta sseħħ il-produzzjoni.”
Emenda 19
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt (7)
Regolament KE 1228/2003
Artikolu 7a – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' swieq bl-imnut transkonfinali li jiffunzjonaw tajjeb u li jkunu trasparenti fuq skala reġjonali kif ukoll Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu definiti r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta' l-operaturi ta’ sistema ta' trażmissjoni, ta' l-operaturi ta’ sistema ta' distribuzzjoni, tal-fornituri u l-klijenti kif ukoll, jekk meħtieġ, ta’ parteċipanti oħrajn fis-suq, fir-rigward ta' arranġamenti kuntrattwali, impenn lejn il-klijenti, regoli dwar l-iskambju tad-dejta u l-issettiljar, il-proprjetà tad-dejta u r-responsabbiltà dwar il-metraġġ.
1. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' swieq bl-imnut transkonfinali li jiffunzjonaw tajjeb, b'mod effettiv u li jkunu trasparenti fuq skala reġjonali kif ukoll Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu definiti fid-dettall l-irwoli u r-responsabbiltajiet ta' l-operaturi ta’ sistema ta' trażmissjoni, ta' l-operaturi ta’ sistema ta' distribuzzjoni, tal-fornituri u l-klijenti kif ukoll, jekk meħtieġ, ta’ parteċipanti oħrajn fis-suq, fir-rigward ta' arranġamenti kuntrattwali, impenn lejn il-klijenti, regoli dwar l-iskambju tad-dejta u l-issettiljar, il-proprjetà tad-dejta u r-responsabbiltà dwar il-metraġġ.
Ġustifikazzjoni
Biex jiġi żgurat li s-swieq bl-imnut transkonfinali jaħdmu b'mod effettiv ukoll.
PROĊEDURA
Titolu
Kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku
Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Anna Hedh, Edit Herczog, Iliana Malinova Iotova, Pierre Jonckheer, Alexander Lambsdorff, Kurt Lechner, Lasse Lehtinen, Toine Manders, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Zita Pleštinská, Giovanni Rivera, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler, Marian Zlotea
Šarūnas Birutis, Jan Březina, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Lena Ek, Adam Gierek, Norbert Glante, Umberto Guidoni, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Erna Hennicot-Schoepges, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Anne Laperrouze, Eugenijus Maldeikis, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Atanas Paparizov, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig, Andres Tarand, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras, Dominique Vlasto
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali
Gabriele Albertini, Ivo Belet, Manuel António dos Santos, Robert Goebbels, Satu Hassi, Pierre Pribetich, Bernhard Rapkay, Silvia-Adriana Ţicău, Lambert van Nistelrooij
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali