Proċedura : 2007/0243(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0248/2008

Testi mressqa :

A6-0248/2008

Dibattiti :

PV 03/09/2008 - 18
CRE 03/09/2008 - 18

Votazzjonijiet :

PV 04/09/2008 - 7.1
CRE 04/09/2008 - 7.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0402

RAPPORT     ***I
PDF 396kDOC 537k
10 ta' Ġunju 2008
PE 402.929v02-00 A6-0248/2008

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ prenotazzjoni kompjuterizzata

(COM(2007)0709 – C6-0418/2007 – 2007/0243(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Timothy Kirkhope

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ prenotazzjoni kompjuterizzata

(COM(2007)0709 – C6-0418/2007 – 2007/0243(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0709)

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2), 71 u 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0418/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0000/2008) kif ukoll tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0248/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Billi huwa neċessarju li tiġi stabbilita kompetizzjoni effettiva bejn trasportaturi parteċipanti u trasportaturi prinċipali u li jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn trasportaturi bl-ajru, irrespettivament mill-parteċipazzjoni tagħhom fis-CRS;

Ġustifikazzjoni

Il-Kodiċi għandha tkun imfassla b’mod li trawwem il-kompetizzjoni filwaqt li xxekkel id-diskriminazzjoni tal-linji ta’ l-ajru mis-CRSs.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Sabiex jiġu żgurati termini trasparenti u komparabbli ta’ kompetizzjoni fis-suq, it-trasportaturi prinċipali għandhom ikunu suġġetti għal regoli speċifiċi meta jipparteċipaw bħala investituri tal-kapital f’CRS;

Ġustifikazzjoni

Għandu jsir ċar li trasportaturi prinċipali għandhom jikkonformaw ma' regoli addizzjonali, bħal ma huma dawk fl-Artikoli 10, sabiex jiġi mxekkel it-tgħawiġ fis-suq.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c) Għandu jkun hemm rikors għar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-KE biex ikun imxekkel kwalunkwe abbuż ta’ pożizzjoni dominanti minn wieħed jew aktar mit-trasportaturi prinċipali;

Ġustifikazzjoni

Għandha tissaħħaħ ir-referenza għar-regoli ġenerali tal-kompetizzjoni. Il-Kodiċi tal-Kondotta jikkomplementahom, mhux jissostitwixxihom.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-bejjiegħa tas-sistema għandhom jisseparaw b’mod ċar is-CRSs minn kwalunkwe sistema interna ta’ linja ta’ l-ajru għall-prenotazzjoni u għandhom iżommu lura milli jipprenotaw faċilitajiet ta’ distribuzzjoni għat-trasportaturi prinċipali tagħhom, sabiex jiġi evitat li trasportatur prinċipali jkun jista’ jkollu aċċess privileġġat għas-CRS.

(6) Il-bejjiegħa tas-sistema għandhom jisseparaw b’mod ċar is-CRSs minn kwalunkwe sistema interna ta’ linja ta’ l-ajru jew minn kwalunkwe tip ta’ sistema ta’ prenotazzjoni u għandhom iżommu lura milli jipprenotaw faċilitajiet ta’ distribuzzjoni għat-trasportaturi prinċipali tagħhom, sabiex jiġi evitat li trasportatur prinċipali jkun jista’ jkollu aċċess privileġġat għas-CRS.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) L-użu ta’ viżwali mhux preferenzjali jżid it-trasparenza ta’ prodotti u servizzi tat-trasport offruti mit-trasportaturi parteċipanti u jgħolli l-kunfidenza tal-konsumatur

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ta’ elenkar iridu jkunu ġusti u jrid ikollhom l-għan li jgħinu lill-aġent ta’ l-ivvjaġġar joffri lill-konsumatur l-għażla l-aktar ċara ta’ l-alternattivi ta’ l-ivvjaġġar.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-bejjiegħa tas-sistema għandhom jiżguraw li d-dejta kummerċjali tas-CRS tkun disponibbli għat-trasportaturi parteċipanti kollha mingħajr diskriminazzjoni, u l-fornituri tat-trasport m'għandhomx ikunu jistgħu jużaw tali dejta sabiex jinfluwenzaw kif mhux xieraq l-għażla ta' l-aġent ta' l-ivvjaġġar.

(8) Il-bejjiegħa tas-sistema għandhom jiżguraw li d-dejta kummerċjali tas-CRS tkun disponibbli għat-trasportaturi parteċipanti kollha mingħajr diskriminazzjoni, u l-fornituri tat-trasport m'għandhomx ikunu jistgħu jużaw tali dejta sabiex jinfluwenzaw kif mhux xieraq l-għażla ta' l-aġent ta' l-ivvjaġġar jew l-għażla tal-konsumatur.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9a. Informazzjoni dwar servizzi tal-karozzi tal-linji għall-prodotti tat-trasport bl-ajru jew prodotti tat-trasport bil-ferrovija inkorporati flimkien ma’ prodotti tat-trasport bl-ajru, fil-futur għandha tidher fil-viżwal prinċipali tas-CRS.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 9 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9b. Fil-futur, is-CRS għandu jinkludi informazzjoni li tinftiehem faċilment dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u dwar il-konsum tal-fjuwil tat-titjira. Dan għandu jintwera permezz ta’ dejta dwar il-medja tal-konsum tal-fjuwil għal kull persuna/f’litri/ kull 100km/ u l-medja ta’ emissjonijiet ta’ CO2 għal kull persuna/fi grammi/kull km, u jista’ jitqabbel mad-dejta ta’ l-aħjar konnessjoni alternattiva (ferrovija/karozza tal-linja) għall-vjaġġi ta’ inqas minn ħames sigħat.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament japplika għal kwalunkwe sistema ta' prenotazzjoni kompjuterizzata (hawn taħt imsejħa “CRS”), sakemm tkun tinkludi prodotti ta' trasport bl-ajru, meta offruti għal użu jew użati fit-territorju tal-Komunità.

Dan ir-Regolament japplika għal kwalunkwe sistema ta' prenotazzjoni kompjuterizzata (hawn taħt imsejħa “CRS”), sakemm tkun tinkludi prodotti ta' trasport bl-ajru, meta offruti għal użu jew użati fit-territorju tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi tat-trasport ferrovjarju għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħas-servizzi tat-trasport bl-ajru.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament japplika għall-prodotti tat-trasport ferrovjarju, li jkunu inkorporati flimkien mal-prodotti tat-trasport bl-ajru fil-viżwal ewlieni ta’ CRS.

 

Dan ir-Regolament japplika għall-prodotti tat-trasport ferrovjarju, li jkunu inkorporati flimkien mal-prodotti tat-trasport bl-ajru fil-viżwal ewlieni ta’ CRS meta offruti għall-użu jew ikunu użati fit-territorju tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi tat-trasport ferrovjarju għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħas-servizzi tat-trasport bl-ajru.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ‘sistema ta' prenotazzjoni kompjuterizzata’ tfisser sistema elettronika li fiha informazzjoni dwar, fost l-oħrajn, skedi, disponibbiltà, nolijiet, servizzi relatati, ta’ trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar, bil-faċilitajiet jew mingħajrhom li permezz tagħhom jistgħu jsiru l-prenotazzjonijiet, jew jinħarġu l-biljetti, sakemm dawn is-servizzi kollha jew uħud minnhom ikunu disponibbli għall-abbonati;

(d) ‘sistema ta' prenotazzjoni kompjuterizzata’ tfisser sistema elettronika li fiha informazzjoni dwar, fost l-oħrajn, skedi, disponibbiltà u nollijiet ta’ trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar, bil-faċilitajiet jew mingħajrhom biex isiru prenotazzjonijiet, jew jinħarġu l-biljetti, sakemm dawn is-servizzi kollha jew uħud minnhom ikunu disponibbli għall-abbonati;

Ġustifikazzjoni

It-tqegħid tal-kliem attwali joħloq konfużjoni fir-rigward tad-definizzjoni ta’ CRS u tas-servizzi relatati disponibbli għall-abbonati.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) ‘trasportatur prinċipali’ tfisser kull trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju li direttament jew indirettament, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, ikollu s-sjieda jew effettivament jikkontrolla bejjiegħ tas-sistema, kif ukoll kwalunkwe trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju li jkollu s-sjieda jew effettivament il-kontroll tagħhom;

(g) ‘trasportatur prinċipali’ tfisser kull trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju li direttament jew indirettament, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jipparteċipa fil-kapital jew effettivament jikkontrolla, jew għandu d-dritt legali li jinnomina kwalunkwe eżekuttiv jew kwalunkwe membru tal-bord ta’ diretturi, tal-bord ta’ kontroll jew xi entità governattiva ta’ bejjiegħ tas-sistema, kif ukoll ta’ kwalunkwe trasportatur bl-ajru jew ta’ operatur tat-trasport ferrovjarju li jkollu s-sjieda jew il-kontroll tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni għandha tiġi kkjarifikata u estiża sabiex ikun assigurat li l-influwenza tat-trasportaturi bħala konsegwenza ta’ ishma kapitali fil-bejjiegħa tas-sistema titqies b’mod xieraq. Huwa legittimu li wieħed jasal għall-konklużjoni li l-benefiċċji li l-linji ta’ l-ajru jistennew mis-sjieda tas-CRSs aktar għandhom x’jaqsmu mal-vantaġġi tal-“kompetizzjoni" milli ma’ l-ispejjeż. Ir-riskju ta’ l-abbuż huwa għoli b’mod partikulari meta linja ta’ l-ajru dominanti tieħu sehem f’CRS dominanti. Ikun diffiċli li wieħed jindika limitu minimu li fuqu wieħed jista’ jagħmel suppożizzjoni dwar ir-riskju tad-diskriminazzjoni. It-trasportaturi prinċipali m’għandhomx jinflwenzaw b’mod mhux mhux xieraq lill-fornituri tas-CRSs. Għalhekk huma meħtieġa regoli aktar stretti fir-rigward tat-trasportaturi prinċipali sabiex tkun żgurata l-ġustizzja u t-trasparenza.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) parteċipazzjoni fil-kapital ta’ bejjiegħ tas-sistema għandha tfisser il-kombinazzjoni tal-valur purament ekonomiku ta’ investiment ta’ kumpanija ta’ l-ajru jew ta’ operatur ferrovjarju f’bejjiegħ tas-sistema flimkien mal-valur tad-drittijiet tas-sjieda tal-kumpanija ta’ l-ajru jew ta’ operatur ferrovjarju kkonċernat fil-bejjiegħ tas-sistema.

Ġustifikazzjoni

Investiment ekonomiku sempliċi f’CRS m’għandux jiddefinixxi l-kumpanija ta’ l-ajru jew l-operatur ferrovjarju bħala “trasportatur prinċipali”. Jekk dan l-investiment ikun sostnut mill-akkwist tad-drittijiet ta' sjieda biss, għandhom il-kumpaniji ta’ l-ajru jew l-operaturi ferrovjarji jitqiesu bħala “trasportaturi prinċipali”, u b’hekk iwassalhom għall-konformità ma’ l-Artikolu 10. Dan ifisser li qed jitqiesu ċ-cirkustanzi ta' investiment bi żball li ma jsarrfux f'possibilità ta' influwenza fuq it-tħaddim tal-bejjiegħ tas-sistema.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) 'kontroll effettiv' tfisser kull relazzjoni kostitwita permezz ta' jeddijiet, kuntratti jew kull mezz ieħor li, jew separatament jew konġuntivament u li b' konsiderazzjonijiet ta' fatt jew liġi nvoluta, jagħtu l-possibiltà li direttament jew indirettament jeżerċitaw kull influwenza deċiżiva fuq kull impriża, b'mod partikolari permezz ta':

(h) 'kontroll' tfisser kull relazzjoni kostitwita permezz ta' jeddijiet, kuntratti jew kull mezz ieħor li, jew separatament jew b’mod ikkumbinat u li b' konsiderazzjonijiet ta' fatt jew liġi involuta, jagħtu l-possibiltà li direttament jew indirettament jeżerċitaw kull influwenza deċiżiva fuq kull impriża, b'mod partikolari permezz ta':

(i) id-dritt li jintuża kull ass jew parti minnu ta' impriża;

(i) is-sjieda jew id-dritt li jintuża kull ass jew parti minnu ta' impriża;

(ii) jeddijiet jew kuntratti li jagħtu influwenza deċiżiva fuq il-kostituzzjoni, votazzjoni jew deċiżjonijiet tal-korpi ta' impriża jew mod ieħor jagħtu influwenza deċiżiva fuq it-tħaddim tal-operat kummerċjali ta’ l-impriża;

(ii) jeddijiet jew kuntratti li jagħtu influwenza deċiżiva fuq il-kostituzzjoni, votazzjoni jew deċiżjonijiet tal-korpi ta' impriża;

Ġustifikazzjoni

L-emenda tenfasizza l-paralleliżmu bejn il-Kodiċi ta’ Kondotta u l-politika tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, permezz ta’ l-użu ta’ l-istess definizzjonijiet bħar-regolament ta’ l-għaqdiet, jistgħu jintużaw l-istess kriterji għall-evalwazzjoni tal-kontroll.

Minħabba li huma ttestjati ħafna u diġa għandhom esperjenza fil-kontroll ta’ l-għaqdiet, l-applikazzjoni tagħhom għas-CRSs hija ovvja, speċjalment minħabba l-fatt li hemm linji gwida rikonoxxuti għall-evalwazzjoni ta' l-istrutturi ta’ kontroll fil-politika tal-kompetizzjoni.

Il-parteċipazzjoni ta’ minoranza anke bi ftit ishma ta’ sjieda, tista’ twassal għall-istejtus ta’ “trasportatur prinċipali” jekk din is-sjieda tipprovdi jedd fid-deċiżjonijiet strateġiċi tas-CRS. Dan ikun il-każ jekk il-kumpanija ta’ l-ajru għandha l-possibilità li teżerċita influwenza deċiżiva fuq is-CRS, fis-sens li jkollha s-setgħa li timblokka azzjonijiet li jiddeterminaw l-imġiba kummerċjali strateġika tas-CRS.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jorbot kundizzjonijiet mhux raġonevoli ma' kwalunkwe kuntratt ma' trasportatur parteċipant jew jeħtieġ l-aċċettazzjoni ta' kundizzjonijiet ulterjuri li, min-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali, ma jkollhom ebda rabta mal-parteċipazzjoni fis-CRS tiegħu;

(a) jorbot kundizzjonijiet diskriminatorji ma' kwalunkwe kuntratt ma' trasportatur parteċipant jew jeħtieġ l-aċċettazzjoni ta' kundizzjonijiet ulterjuri li, min-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali, ma jkollhom ebda rabta mal-parteċipazzjoni fis-CRS tiegħu;

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tevita l-konfużjoni rigward il-frażi “mhux raġonevoli”.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jagħmel bħala kundizzjoni ta' parteċipazzjoni fis-CRS tiegħu li trasportatur parteċipant ma jkunx jista’ fl-istess żmien ikun parteċipant f'sistema oħra.

(b) jagħmel bħala kondizzjoni ta' parteċipazzjoni fis-CRS tiegħu li trasportatur parteċipant ma jkunx jista’ fl-istess żmien ikun parteċipant f'sistema oħra jew li trasportatur parteċipant ma jkunx jista' juża liberament sistemi ta' riżervazzjoni alternattivi bħas-sistema tiegħu stess ta' riżervazzjoni fuq l-Internet jew iċ-ċentri li jilqgħu telefonati (call centres).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tevita li xi CRS tista’ ddur mal-libertà tan-negozjar tal-kumpanija ta’ l-ajru billi tirrifjuta l-parteċipazzjoni sħiħa ta’ kumpanija ta’ l-ajru fis-sistema tagħha jekk ma tillimitax l-użu ta’ mezzi oħra ta’ riżervazzjoni.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 2 a ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-eżistenza u l-ammont ta’ ishma kapitali diretti jew indiretti u l-kontroll li din it-tip ta’ parteċipazzjoni tikkonferixxi fuq trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju fuq bejjiegħ tas-sistema, jew fuq bejjiegħ ta’ sistema f’trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju, għandu jkun żvelat pubblikament.

Ġustifikazzjoni

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 3 u 10 u għal raġunijiet ta' trasparenza dwar ir-relazzjonijiet bejn il-bejjiegħa tas-sistema u t-trasportaturi ta’ l-ajru, dan it-tip ta’ informazzjoni għandha tiġi żvelata pubblikament.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bejjiegħ tas-sistema m'għandux jirriserva xi proċedura ta' loading u/jew proċessar, jew xi faċilita ta' distribuzzjoni oħra, jew kwalunkwe titjib għal dawn, għal trasportatur prinċipali wieħed jew aktar tiegħu.

1. Bejjiegħ tas-sistema m'għandux jirriserva xi proċedura ta' loading u/jew proċessar, jew xi faċilita ta' distribuzzjoni oħra, jew kwalunkwe bidliet għal dawn, għal trasportatur parteċipant wieħed jew aktar, inkluż trasportatur prinċipali tiegħu. Il-bejjiegħ tas-sistema għandu jipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe bidla tas-sistemi ta' distribuzzjoni tiegħu u proċeduri ta' dħul/proċessar għat-trasportaturi parteċipanti kollha.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tinforza mill-ġdid il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-kumpaniji ta’ l-ajru fir-rigward tal-faċilitajiet ta’ distribuzzjoni. Il-kumpaniji ta’ l-ajru kollha għandu jkollhom aċċess għall-aħħar titjib tekniku. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza dwar is-sistemi disponibbli, is-CRSs għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwarhom lill-kumpaniji ta’ l-ajru kollha.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bejjiegħ tas-sistema għandu jipprovdi viżwal ewlieni jew viżwal għal kull tranżazzjoni individwawli permezz tas-CRS tiegħu u għandu jinkludi fih id-dejta pprovduta minn trasportaturi parteċipanti b’mod newtrali u komprensiv u mingħajr diskriminazzjoni jew preferenzi. Il-kriterji li għandhom jintużaw fil-prijoritizzazzjoni m'għandhomx ikunu bbażati fuq xi fattur direttament jew indirettament relatat ma' l-identità ta' trasportatur u għandhom jiġu applikati fuq bażi mhux diskriminatorja lit-trasportaturi parteċipanti kollha. Il-viżwal ewlieni għandu jħares ir-regoli stipulati fl-Anness 1.

1. Bejjiegħ tas-sistema għandu jipprovdi viżwal ewlieni jew viżwal għal kull tranżazzjoni individwawli permezz tas-CRS tiegħu u għandu jinkludi fih id-dejta pprovduta minn trasportaturi parteċipanti b’mod newtrali u komprensiv u mingħajr diskriminazzjoni, preferenzi jew favoritiżmu. Il-kriterji li għandhom jintużaw fil-prijoritizzazzjoni m'għandhomx ikunu bbażati fuq xi fattur direttament jew indirettament relatat ma' l-identità ta' trasportatur u għandhom jiġu applikati fuq bażi mhux diskriminatorja lit-trasportaturi parteċipanti kollha. Il-viżwal ewlieni m’għandux jiżgwida deliberament lill-konsumatur,iżda għandu jkun aċċessibbli faċilment u għandu jħares ir-regoli stipulati fl-Anness 1.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju wkoll li l-favoritiżmu jkun kopert, minħabba li m’huwiex inkluż fil-verżjoni inizjali tal-Kummissjoni. Il-kliem oriġinali m’huwiex preċiż u jista’ jiġi interpretat f’ħafna modi.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-każ ta' informazzjoni provduta minn CRS, abbonat għandu juża viżwal newtrali skond il-paragrafu 1 sakemm viżwal ieħor ikun meħtieġ biex jissodisfa l-preferenza indikata minn konsumatur.

2. Fil-każ ta' informazzjoni provduta minn CRS lill-konsumatur, abbonat għandu juża viżwal newtrali skond il-paragrafu 1 sakemm viżwal ieħor ikun meħtieġ biex jissodisfa l-preferenza indikata minn konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta’ kjarifikazzjoni ta’ l-emenda oriġinali tar-Rapporteur. Il-kliem ġdid jevita li jkun hemm interpretazzjoni ħażina li l-abbonati ma jistgħux jużaw informazzjoni minn kwalunkwe sors ieħor minbarra l-viżwal CRS.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Titjiriet operati minn trasportaturi ta’ l-ajru suġġetti għal projbizzjoni tal-ħidma skond ir-Regolament (KE) nru 2111/2005 għandhom ikunu identifikati b’mod ċar u speċifiku fil-viżwal.

Ġustifikazzjoni

Dan għandu jiffaċilita l-ħidma tar-Regolament 2111/2005 u biex jintlaħqu bl-aħjar mod l-objettivi tiegħu.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 2 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-bejjiegħ tas-sistema għandu jintroduċi simbolu speċifiku fil-viżwal tas-CRS li għandu jkun identifikat mill-utenti għall-informazzjoni dwar l-identità tal-kumpanija ta’ l-ajru li tkun qed topera skond l-Artikolu 11 tar-Regolament 2111/2005.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li dawk li jużaw sistema kompjuterizzata ta’ riżervazzjonijiet (kemm l-aġenti ta’ l-ivvjaġġar u kemm il-pubbliku ġenerali) ikunu konxji ta’ titjiriet operati minn kumpaniji ta’ l-ajru li jinsabu fuq il-lista s-sewda ta’ l-UE, skond ir-Regolament 211/2005.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal CRS użat minn trasportatur bl-ajru, jew operatur tat-trasport ferrovjarju, jew grupp ta’ trasportaturi bl-ajru, jew ta’ operaturi tat-trasport ferrovjarju, fl-uffiċini tagħhom u l-punti tal-bejgħ identifikati bħala tali.

3. Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal CRS użat minn trasportatur bl-ajru, jew operatur tat-trasport ferrovjarju, jew grupp ta’ trasportaturi bl-ajru, jew ta’ operaturi tat-trasport ferrovjarju, fl-uffiċini tagħhom, fil-punti tal-bejgħ jew fuq websajts tagħhom stess identifikati bħala tali.

Ġustifikazzjoni

Dan m'hux il-qafas xieraq biex ikunu indirizzati kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-websajts tat-trasportaturi nfushom.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bejjiegħ tas-sistema m’għandux jagħmel kundizzjonijiet mhux raġonevoli marbuta ma’ kuntratt ma’ abbonat, bħal projbizzjoni lil abbonat milli jabbona f’sistemi oħra jew jużahom, bil-ħtieġa ta’ l-aċċettazzjoni ta’ kundizzjonijiet ulterjuri li ma jkollhom l-ebda rabta ma’ l-abbonament fis-CRS tiegħu, jew jimponi obbligu li tiġi aċċettata offerta ta’ tagħmir tekniku jew softwer.

1. Bejjiegħ tas-sistema m’għandux jagħmel kundizzjonijiet diskriminatorji marbuta ma’ kuntratt ma’ abbonat, bħal projbizzjoni lil abbonat milli jabbona f’sistemi oħra jew jużahom, bil-ħtieġa ta’ l-aċċettazzjoni ta’ kundizzjonijiet ulterjuri li ma jkollhom l-ebda rabta ma’ l-abbonament fis-CRS tiegħu, jew jimponi obbligu li tiġi aċċettata offerta ta’ tagħmir tekniku jew softwer.

Ġustifikazzjoni

L-emenda timmira li tkun evitata l-konfużjoni rigward il-frażi “mhux raġonevoli”.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(Marketing Information Data Tapes) (MIDT) Il-bejjiegħa tas-sistema jistgħu jagħmlu disponibbli kwalunkwe dejta kummerċjali, dwar prenotazzjoni jew bejgħ sakemm:

1. Il-bejjiegħa tas-sistema jistgħu jagħmlu disponibbli kwalunkwe dejta kummerċjali, dwar prenotazzjoni jew bejgħ sakemm tali dejta tkun offruta bl-istess prontezza u fuq bażi mhux diskriminatorja lit-trasportaturi parteċipanti kollha, inklużi trasportatur prinċipali. Id-dejta tista' u, fuq talba, għandha tkopri t-trasportaturi parteċipanti u/jew abbonati kollha;

(a) tali dejta tkun offruta bl-istess prontezza u fuq bażi mhux diskriminatorja lit-trasportaturi parteċipanti kollha, inklużi trasportatur prinċipali. Id-dejta tista' u, fuq talba, għandha tkopri t-trasportaturi parteċipanti u/jew abbonati kollha;

2. It-trasportaturi parteċipanti m’għandhomx jużaw dejta bħal din sabiex jinfluwenzaw b’mod mhux xieraq l-għażla ta’ l-abbonat.

(b) meta tali dejta tirriżulta mill-użu ta' faċilitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ CRS minn abbonat stabbilit fit-territorju ta’ l-Unjoni Ewropea, din tinkludi l-identifikazzjoni direttament jew indirettament ta’ dak l-abbonat.

3. Meta tali dejta tirriżulta mill-użu ta' faċilitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ CRS minn abbonat stabbilit fil-Komunità, din ma tinkludi l-ebda identifikazzjoni direttament jew indirettament ta’ dak l-abbonat sakemm l-abbonat u l-bejjiegħ tas-sistema ma jaqblux dwar il-kundizzjonijiet għall-użu xieraq ta' dejta bħal din.

 

4. Kwalunkwe ftehima/ftehimiet bejn l-abbonat(i) u l-bejjiegħ(a) tas-sistema dwar l-MIDT għandha tiġi żvelata b'mod pubbliku.

Ġustifikazzjoni

L-aġenti ta’ l-ivjaġġar għandu jkollhom permess jinnegozjaw liberament jekk l-identitajiet tagħhom humiex inklużi fl-MIDT. L-Artikolu 7 (b) ma jeżistix fir-Regolamentazzjoni preżenti. Kif pjanat, l-Artikolu 7(b) se jnaqqas it-trasparenza tas-suq billi jillimita l-informazzjoni dwar is-suq li s-CRSs jistgħu jqassmu. Barra minn hekk, id-dejta ristretta dwar is-suq, xorta se titqassam mill-IATA, għalkemm dan mhux mitlub mir-Regolament. L-Artikolu 7 (b) għalhekk, se joħloq monopolju għall-IATA u ż-żieda fl-ispejjeż tad-dejta dwar is-suq se tirriżulta fi prezzijiet ogħla għall-konsumaturi. Din l-emenda se tipproteġi lill-aġenziji ta’ l-ivvjaġġar mill-abbużi tal-kumpaniji ta’ l-ajru filwaqt li se tippreżerva l-kompetizzjoni tad-dejta dwar is-suq – sitwazzjoni li se jibbenefika minnha l-konsumatur minħabba prezzijiet irħas.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – l-ewwel paragrafu - punt (ba) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Ftehima jew ftehimiet bejn l-abbonati u l-bejjiegħ tas-sistema dwar il-MIDT jistgħu jinkludu skema ta’ kumpens għall-vantaġġ ta’ l-abbonati.

Ġustifikazzjoni

Ftehimiet bejn l-aġenti ta’ l-ivvjaġġar u s-CRS dwar il-MIDT għandhom jagħtu l-possibilità ta’ kumpens li jinkludi rimunerazzjoni.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha timmoniterja l-applikazzjoni tat-trattament diskriminatorju jew mhux ekwivalenti tal-kumpaniji ta' l-ajru tal-Komunità mill-bejjiegħa tas-sistema fil-pajjiżi terzi.

 

Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tinvestiga każijiet potenzjali ta' diskriminazzjoni kontra l-kumpaniji ta' l-UE fis-CRSs ta' pajjiżi terzi. Fejn tinstab diskriminazzjoni bħal din, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati, qabel tieħu deċiżjoni, u għandha tfittex il-kummenti tagħhom, inkluż billi torganizza laqgħa ta' l-esperti relevanti mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni ta' l-investigazzjoni tat-trattament diskriminatorju jew mhux ekwivalenti tal-kumpaniji ta' l-ajru tal-Komunità mill-bejjiegħa tas-sistema 'l barra mill-UE għandha tiġi mmoniterjata mill-Kummissjoni.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. It-trasportatur prinċipali ma jistax jiddiskrimina kontra CRS kompetitur billi jirrifjuta li jipprovdilu, fuq talba u bl-istess prontezza, l-istess dejta dwar skedi, nolijiet u disponibbiltà dwar il-prodotti tiegħu tat-trasport bħal dak li dan jipprovdi lis-CRS tiegħu, jew li jiddistribwixxi l-prodotti tat-trasport tiegħu permezz ta' CRS ieħor, jew billi jirrifjuta li jaċċetta jew jikkonferma bl-istess prontezza prenotazzjoni magħmula permezz ta’ CRS kompetitur għal xi wieħed mill-prodotti tat-trasport tiegħu li jkun distribwit permezz tas-CRS tiegħu. It-trasportatur prinċipali għandu jkun obbligat li jaċċetta u li jikkonferma biss dawk il-prenotazzjonijiet li jkunu konformi man-nolijiet u kundizzjonijiet tiegħu.

1. It-trasportatur prinċipali ma jistax, minħabba li hu suġġett għar-reċiproċità, jiddiskrimina kontra CRS kompetitur billi jirrifjuta li jipprovdilu, fuq talba u bl-istess prontezza, l-istess dejta dwar skedi, nolijiet u disponibbiltà dwar il-prodotti tiegħu tat-trasport bħal dak li dan jipprovdi lis-CRS tiegħu, jew li jiddistribwixxi l-prodotti tat-trasport tiegħu permezz ta' CRS ieħor, jew billi jirrifjuta li jaċċetta jew jikkonferma bl-istess prontezza prenotazzjoni magħmula permezz ta’ CRS kompetitur għal xi wieħed mill-prodotti tat-trasport tiegħu li jkun distribwit permezz tas-CRS tiegħu. It-trasportatur prinċipali għandu jkun obbligat li jaċċetta u li jikkonferma biss dawk il-prenotazzjonijiet li jkunu konformi man-nolijiet u kundizzjonijiet tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Huwa mixtieq li tiġi introdotta klawżola tar-reċiproċità f'relazzjonijiet bejn is-CRSs.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Min-naħa l-oħra, CRS li jikkompeti ma jistax jirrifjuta milli jżomm dejta rigward skedi, nollijiet u postijiet disponibbli fir-rigward tas-servizzi tat-trasport offruti minn kumpanija marbuta ma' CRSs oħra taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk li qablu dwarhom mal-klijenti u l-abbonati l-oħra tagħhom għal kull wieħed mis-swieq.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara r-relazzjonijiet bejn is-CRSs li jikkompetu.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-trasportatur prinċipali m'għandux ikun obbligat li jaċċetta xi spejjeż f'dan ir-rigward minbarra dawk għal riproduzzjoni tad-dejta li għandha tingħata u għall-prenotazzjonijiet aċċettati. Il-prezz tal-prenotazzjoni pagabbli lil CRS għal prenotazzjoni aċċettata li tkun saret skond il-paragrafu 1 m'għandux jaqbeż il-prezz mitlub mill-istess CRS jew mis-CRS tiegħu stess lil trasportaturi parteċipanti oħra għal transazzjoni ekwivalenti.

2. It-trasportatur prinċipali m'għandux ikun obbligat li jaċċetta xi spejjeż f'dan ir-rigward minbarra dawk għal riproduzzjoni tad-dejta li għandha tingħata u għall-prenotazzjonijiet aċċettati. Il-prezz tal-prenotazzjoni pagabbli lil CRS għal prenotazzjoni aċċettata li tkun saret skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun konformi mal-prezz mitlub mill-istess CRS jew mis-CRS tiegħu stess lil trasportaturi parteċipanti oħra għal transazzjonijiet ekwivalenti.

 

Il-Kummissjoni tista', meta trid, titlob lill-bejjiegħ tas-sistema biex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni meqjusa neċessarja biex jiġi żgurat li tkun konformi ma' dan il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

It-test għandu jiċċara l-fatt li l-ispejjeż imħallsa mit-trasportatur prinċipali ma jistgħux jaqbżu dawk imħallsa mit-trasportaturi parteċipanti l-oħra għall-istess CRS (għal tranżazzjonijiet ekwivalenti). It-trasportaturi prinċipali u s-CRSs irid ikollhom il-flessibilità neċessarja biex jinnegozjaw fl-interess tal-konsumaturi; din il-libertà tan-negozjati ma tistax tagħti vantaġġ kompetittiv sistematiku lit-trasportatur prinċipali jew lill-kompetituri.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Trasportatur prinċipali m'għandux, kemm direttament jew indirettament, jorbot l-użu ta' xi CRS speċifika minn abbonat ma’ l-akkwist ta' xi senserija jew inċentiv jew disinċentiv ieħor għall-bejgħ ta' prodotti tat-trasport tiegħu.

3. Trasportatur prinċipali m'għandux, kemm direttament jew indirettament jiddiskrimina favur is-CRS tiegħu billi jorbot l-użu ta' xi CRS speċifika minn abbonat ma’ l-akkwist ta' xi senserija jew inċentiv jew disinċentiv ieħor għall-bejgħ ta' prodotti tat-trasport tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Trasportatur prinċipali ma jistax jiġi pprojbit milli jinnegozja mas-CRSs li mhuwiex assoċjat magħhom. Safejn huma kkonċernati s-CRSs, it-trasportaturi prinċipali huma ugwali għal trasportaturi oħra. Madankollu, dan m'għandux iwassal għal diskriminazzjoni favur is-CRS tiegħu stess.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. It-trasportatur prinċipali m'għandux, kemm direttament jew indirettament, jeħtieġ l-użu ta' xi CRS speċifika minn abbonat għal bejgħ jew ħruġ ta' biljetti għal kwalunkwe prodott tat-trasport fornut kemm direttament jew indirettament minnu.

4. It-trasportatur prinċipali m'għandux, kemm direttament jew indirettament, jiddiskrimina favur is-CRS tiegħu billi juża xi CRS speċifika minn abbonat għal bejgħ jew ħruġ ta' biljetti għal kwalunkwe prodott tat-trasport fornut kemm direttament jew indirettament minnu.

Ġustifikazzjoni

Trasportatur prinċipali ma jistax jiġi pprojbit milli jinnegozja mas-CRSs li mhuwiex assoċjat magħhom. Safejn huma kkonċernati s-CRSs, it-trasportaturi prinċipali huma ugwali għal trasportaturi oħra. Madankollu, dan m'għandux iwassal għal diskriminazzjoni favur is-CRS tiegħu stess.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata matul l-attivitajiet ta’ CRS esklussivament għall-fini li ssir prenotazzjoni jew jinħarġu l-biljetti għal prodotti tat-trasport. Fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ tali dejta, CRS għandha titqies bħala kontrollur tad-dejta skond l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE.

1. Id-dejta personali miġbura matul l-attivitajiet ta’ CRS għall-fini li ssir prenotazzjoni jew jinħarġu l-biljetti għal prodotti tat-trasport għandha tiġi pproċessata biss b’mod li jkun kompatibbli ma' dawn il-finijiet. Fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ tali dejta, bejjiegħ tas-sistema għandu jkun meqjus bħala kontrollur tad-dejta skond l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE. Is-CRS għandha tifred id-data personali meħtieġa għal PNR jew għal użu kummerċjali kif definit bil-'kunċett tad-data mħallta' minn kwalunkwe informazzjoni oħra dwar il-passiġġieri disponibbli fis-sistema. Dejta personali bħal din ma għandhiex issir disponibbli għal entitajiet oħra sakemm il-persuna jew l-organizzazzjoni kkonċernati ma jaqblux dwar dan billi juruha b'mod espliċitu bil-miktub.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ttejjeb iċ-ċarezza legali bl-użu tad-definizzjoni korretta (bejjiegħ tas-sistema) minflok CRS, li m'huwiex terminu legali.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta jkunu involuti kategoriji speċjali ta’ dejta msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE, tali dejta għandha biss tiġi pproċessata meta s-suġġett tad-dejta espliċitament jagħti l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta.

3. Meta jkunu involuti kategoriji speċjali ta’ dejta msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE, tali dejta għandha biss tiġi pproċessata meta s-suġġett tad-dejta espliċitament jagħti l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta fuq bażi infurmata.

Ġustifikazzjoni

Il-kunsens irid ikun ibbażat fuq informazzjoni adegwata.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Dejta kummerċjali, ta’ prenotazzjoni u bejgħ li CRS tagħmel disponibbli m’għandhiex tinkludi l-identifikazzjoni, kemm diretta jew indiretta, ta’ persuna fiżika jew, fejn applikabbli, ta’ organizzazzjonijiet jew kumpaniji li jkunu qed jirrappreżentaw.

5. Dejta kummerċjali, ta’ prenotazzjoni u bejgħ li bejjiegħ tas-sistema jagħmel disponibbli m’għandhiex tinkludi l-identifikazzjoni, kemm diretta jew indiretta, ta’ persuna fiżika jew, fejn applikabbli, ta’ organizzazzjonijiet jew kumpaniji li jkunu qed jirrappreżentaw.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ttejjeb iċ-ċarezza legali bl-użu tad-definizzjoni korretta (bejjiegħ tas-sistema) minflok CRS, li m'huwiex terminu legali.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Is-suġġett tad-dejta għandu jkun intitolat li jkollu aċċess mingħajr ħlas għad-dejta dwaru irrispettivament minn jekk id-dejta tkunx maħżuna mis-CRS jew mill-abbonat.

7. Is-suġġett tad-dejta għandu jkun intitolat li jkollu aċċess mingħajr ħlas għad-dejta dwaru irrispettivament minn jekk id-dejta tkunx maħżuna mill-bejjiegħ tas-sistema jew mill-abbonat.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ttejjeb iċ-ċarezza legali bl-użu tad-definizzjoni korretta (bejjiegħ tas-sistema) minflok CRS, li m'huwiex terminu legali.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Id-drittijiet rikonoxxuti minn dan l-Artikolu huma kumplimentari u b'żieda għad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta stipulati fid-Direttiva 95/46/KE u fid-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni ta’ din.

8. Id-drittijiet rikonoxxuti minn dan l-Artikolu huma kumplimentari u b'żieda għad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta stipulati fid-Direttiva 95/46/KE u fid-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni ta’ din u fid-dispożizzjonijiet a’ ftehimiet internazzjonali li tipparteċipa fihom l-Unjoni Ewropea.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jiddettaljaw u jikkumplementaw id-Direttiva 95/46/KE għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1. Għajr fejn speċifikat xorta oħra, id-definizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva għandhom japplikaw. Meta d-dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntest ta’ l-attivitajiet ta’ CRS stipulati f’dan l-Artikolu ma japplikawx, dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva msemmija u d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ din.

9. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jiddettaljaw u jikkumplementaw id-Direttiva 95/46/KE għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1. Għajr fejn speċifikat xorta oħra, id-definizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva għandhom japplikaw. Meta d-dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntest ta’ l-attivitajiet ta’ CRS stipulati f’dan l-Artikolu ma japplikawx, dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva msemmija u d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ din u l-ftehimiet internazzjonali li tipparteċipa fihom l-Unjoni Ewropea.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 9 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a. Fejn bejjiegħ ta' sistema jopera dejtabejżis f'kapaċitajiet differenti bħal CRS jew post ospitanti għall-kumpaniji ta' l-ajru, iridu jittieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi biex tiġi evitata l-interkonnessjoni bejn id-dejtabejżiss, u biex jiġi żgurat li d-dejta personali tkun aċċessibbli biss għar-raġuni speċifika li għaliha tkun inġabret.

Ġustifikazzjoni

L-emenda ssaħħaħ il-ħajt taċ-Ċina bejn is-CRS u l-attivitajiet ospitanti.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 11 a ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Verifika

 

1. Kwalunkwe bejjiegħ tas-sistema li xi trasportatur ta’ l-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju jkollhom sehem fil-kapital tiegħu, għandu, kull tliet snin u, barra minn hekk, fuq talba mill-Kummissjoni, jippreżenta rapport ta’ verifika indipendenti li jiddiskrivi l-istruttura tas-sjieda u l-mudell ta’ governanza tiegħu. L-ispejjeż relatati mar-rapport ta’ verifika għandhom jitħallsu mill-bejjiegħ tas-sistema.

 

2. Il-bejjiegħ tas-sistema għandu jiżgura li l-konformità teknika tas-CRS tiegħu ma’ l-Artikoli 4, 7, 11 u fejn applikabbli 10 tkun immonitorjata minn awditur indipendenti fuq bażi annwali. Kull bejjiegħ tas-sistema għandu jippreżenta r-rapport ta’ l-awditur tiegħu lill-Kummissjoni kull tliet snin, u barra minn hekk, fuq talba tal-Kummissjoni. L-ispejjeż relatati mar-rapport ta’ verifika għandhom jitħallsu mill-bejjiegħ tas-sistema.

 

3. Kwalunkwe trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju b’sehem ta' sjieda diretta f’bejjiegħ ta’ sistema għandu kull tliet snin u, barra minn hekk, fuq talba tal-Kummissjoni, jippreżenta rapport ta’ verifika indipendenti li jiddiskrivi l-involviment tiegħu mal-bejjiegħ tas-sistema u l-mudell ta' governanza tiegħu. Spejjeż relatati mar-rapport ta’ verifika għandhom jitħallsu mit-trasportatur bl-ajru jew mill-operatur tat-trasport ferrovjarju.

 

4. Il-bejjiegħ tas-sistema għandu jinforma lit-trasportaturi parteċipanti u lill-Kummissjoni dwar l-identità ta’ l-awditur għall-inqas tliet xhur qabel konferma ta’ ħatra. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-kompetenza ta' l-awditur sakemm, fi żmien xahar min-notifika, ma joġġezzjonax xi wieħed mit-trasportaturi parteċipanti għall-kapaċità ta' l-awditur biex iwettaq il-ħidmiet kif meħtieġ skond dan l-Artikolu. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha, fi żmien xahrejn ulterjuri u wara konsultazzjoni ma' l-awditur, il-bejjiegħ tas-sistema u kwalunkwe parti oħra li tiddikjara interess leġittimu, tiddeċiedi jekk l-awditur għandux jinbidel jew le.

 

5. L-awditur għandu jingħata aċċess f'kull ħin għal kull programm, proċedura, operazzjoni u salvagwardja użata fil-kompjuters jew fis-sistemi ta' kompjuters li permezz tagħhom il-bejjiegħ tas-sistema jipprovdi l-faċilitajiet ta' distribuzzjoni.

 

6. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapporti msemmija f’paragrafi 1,2 u 3 bl-għan li tittieħed kwalunkwe azzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 12.

Ġustifikazzjoni

Fejn għadhom jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-linji ta’ l-ajru u s-CRSs hemm bżonn li tkun żgurata t-trasparenza fir-rigward ta’ l-istruttura tas-sjieda u tal-mudell ta' governanza ta' dawn l-entitajiet bl-għan li l-Kummissjoni tkun megħjuna fil-monitoraġġ tal-kompetizzjoni ġusta.

L-awditur għandu jiġi permess aċċess sħiħ sabiex iwettaq evalwazzjoni ġusta. It-tqegħid tal-kliem jerġa' jdaħħal dispożizzjonijiet li jirreferu għall-verifika mill-Kodiċi preċedenti li huma neċessarji biex tintlaħaq it-trasparenza fis-settur.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 11 a ġdid - paragrafu 7 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7. Wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida għar-rapport ta’ l-awditur imsemmi fil-paragrafi 1,2 u 3.

Ġustifikazzjoni

Fejn għadhom jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-linji ta’ l-ajru u s-CRSs hemm bżonn li tkun żgurata t-trasparenza fir-rigward ta’ l-istruttura tas-sjieda u tal-mudell ta' governanza ta' dawn l-entitajiet bl-għan li l-Kummissjoni tkun megħjuna fil-monitoraġġ tal-kompetizzjoni ġusta.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 11a ġdid - paragrafu 8 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-kompetenza ta' l-awditur imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha jkollha r-responsabilità li tapprova l-awditur.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-Kummissjoni, taġġixxi fuq ilment jew fuq l-inizjattiva tagħha, issib li hemm ksur ta’ dan ir-Regolament, hi tista’ b’deċiżjoni tirrikjedi l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi kkonċernati jġibu fit-tmiem dan il-ksur.

Fejn il-Kummissjoni, li taġġixxi fuq ilment jew fuq l-inizjattiva tagħha, issib li hemm ksur ta’ dan ir-Regolament, hi tista’ b’deċiżjoni tirrikjedi l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi kkonċernati jġibu fit-tmiem dan il-ksur. L-investigazzjonijiet tal-ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament għandhom iqisu b'mod sħiħ ir-riżultati ta' kwalunkwe inkjesta skond l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE.

Ġustifikazzjoni

Il-kodiċi ta' kondotta tas-CRS ma jbiddilx imma jikkumplimenta r-regoli eżistenti tal-kompetizzjoni, li jibqa' għal kollox applikabbli.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex twettaq id-doveri assenjati lilha b’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, sempliċiment b’talba jew b’deċiżjoni, tirrikjedi l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja.

Sabiex twettaq id-doveri assenjati lilha b’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, sempliċement b’talba jew b’deċiżjoni, tirrikjedi l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja, l-aktar dwar kwistjonijiet koperti bl-Artikoli 4, 7 u 11 imma li jkunu suġġetti għar-rekwiżiti ta' protezzjoni tad-dejta l-iktar stretti li japplikaw fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri rilevanti.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien ħames snins mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandu jivvaluta l-ħtieġa li jinżamm, jiġi emendat jew jitħassar dan ir-Regolament.

Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandu jivvaluta l-ħtieġa li jinżamm, jiġi emendat jew jitħassar dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-progress mgħaġġel tas-sistemi tal-kompjuter, jistgħu jidhru fix-xena t-teknoloġiji l-ġodda u l-mezzi ta' distribuzzjoni ġodda. Dan jagħmilha neċessarja li titwettaq reviżjoni perjodika kull sentejn tal-kundizzjonijiet speċifikati minn dan ir-regolament.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 17 - paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament u l-Kunsill fuq bażi biannwali permezz ta’ rapport dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8 dwar it-trattament ekwivalenti fil-pajjiżi terzi u għandha tipproponi kwalunkwe miżura xierqa sabiex ittaffi l-kundizzjonijiet diskriminatorji, inklużi l-konklużjoni jew il-modifika tal-Ftehimiet Bilaterali tat-Trasport bl-Ajru bejn il-KE u l-pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu tal-Parlament Ewropew għandu jkun informat fuq bażi regolari kull sentejn permezz ta' rapport dwar it-trattament tat-trasportaturi ta' l-ajru mill-bejjiegħa tas-sistema li joperaw f'pajjiżi terzi. Il-Ftehimiet tat-Trasport ta' l-Ajru ma' pajjiżi terzi jidhru li huma l-qafas xieraq biex jittrattaw ma' sitwazzjonijiet jew inċidenti bħal dawn.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta n-nolijiet jintwerew fil-viżwal ewlieni, u/jew meta b’għażla jiġu elenkati f’ordni skond in-nolijiet, in-nolijiet għandhom jinkludu t-taxxi, spejjeż u tariffi kollha applikabbli u inevitabbli li għandhom jitħallsu lill-fornitur tat-trasport.

1. Meta l-prezzijiet jintwerew fil-viżwal ewlieni, u/jew meta b’għażla jiġu elenkati f’ordni skond il-prezzijiet, il-prezzijiet għandhom jinkludu n-nolijiet kollha u t-taxxi, spejjeż, ħlas żejjed u tariffi kollha applikabbli li għandhom jitħallsu lit-trasportatur ta' l-ajru jew lill-operatur tat-trasport ferrovjarju , u li ma jistgħux jiġu evitati u previsti f'dak il-mument li jidhru fuq il-viżwal.

2. M'għandha ssir l-ebda diskriminazzjoni abbażi ta' l-ajruporti jew stazzjonijiet ferrovjarji li jservu l-istess belt meta jiġu stabbiliti u magħżula l-prodotti tat-trasport għal par ta' bliet partikolari biex tidħol f’viżwal ewlieni.

2. M'għandha ssir l-ebda diskriminazzjoni abbażi ta' l-ajruporti jew stazzjonijiet ferrovjarji li jservu l-istess belt meta jiġu stabbiliti u magħżula l-prodotti tat-trasport għal par ta' bliet partikolari biex tidħol f’viżwal ewlieni.

3. It-titjiriet minbarra s-servizzi skedati l-oħra ta' l-ajru għandhom ikunu identitifikabbli b'mod ċar. Konsumatur għandu jkun intitolat li, fuq talba, ikollu viżwal ewlieni limitat għal servizzi skedati jew mhux skedati biss.

3. It-titjiriet minbarra s-servizzi skedati l-oħra ta' l-ajru għandhom ikunu identifikabbli b'mod ċar. Konsumatur għandu jkun intitolat li, fuq talba, ikollu viżwal ewlieni limitat għal servizzi skedati jew mhux skedati biss.

4. It-titjiriet li jkun fihom waqfiet matul il-vjaġġ għandhom ikunu identifikabbli b'mod ċar.

4. It-titjiriet li jkun fihom waqfiet matul il-vjaġġ għandhom ikunu identifikabbli b'mod ċar.

5. Meta t-titjiriet jiġu operati minn trasportatur ta' l-ajru li ma jkunx it-trasportatur ta' l-ajru identifikat mill-kodiċi nominattiv tat-trasportaturi, l-operatur attwali tat-titjira għandu jkun identifikat b'mod ċar. Dan ir-rikwiżit għandu jgħodd fil-każijiet kollha, minbarra f'arranġamenti għal żmien qasir ad hoc.

5. Meta t-titjiriet jiġu operati minn trasportatur ta' l-ajru li ma jkunx it-trasportatur ta' l-ajru identifikat mill-kodiċi nominattiv tat-trasportaturi, l-operatur attwali tat-titjira għandu jkun identifikat b'mod ċar. Dan ir-rikwiżit għandu jgħodd fil-każijiet kollha, minbarra f'arranġamenti għal żmien qasir ad hoc.

6. Informazzjoni dwar ġabra ta’ prodotti – i.e. taħlitiet prestabbiliti ta’ trasport flimkien ma' servizzi mhux anċellari għat-trasport u offruti bi prezz inklussiv – m’għandhom jintwerew fil-viżwal ewlieni.

6. Informazzjoni dwar ġabra ta’ prodotti – i.e. taħlitiet pre-stabbiliti ta’ trasport flimkien ma' servizzi mhux anċellari għat-trasport u offruti bi prezz inklussiv – m’għandhom jintwerew fil-viżwal ewlieni.

 

6a. Skond l-għażla ta’ l-abbonat, l-alternattivi ta' l-ivvjaġġar fil-viżwal ewlieni għandhom jiġu elenkati jew skond in-nollijiet jew fl-ordni li ġejja:

 

(i) l-alternattivi ta' l-ivvjaġġar mingħajr waqfiet elenkati skond il-ħin tat-tluq;

 

(ii) l-alternattivi ta' l-ivvjaġġar l-oħra kollha elenkati skond kemm idum il-vjaġġ.

 

6b. Ħlief kif previst fil-paragrafu 6e, l-ebda għażla ta' vvjaġġar ma tista' tidher aktar minn darba fi kwalunkwe viżwal ewlieni.

 

6c. Fejn l-għażliet tal-vjaġġ jkunu elenkati skond il-paragrafu 6a (i) u (ii), għat-titjiriet kollha li l-ħin tal-vjaġġ tagħhom ikun qabeż sa disgħin minuta, is-servizzi tal-ferrovija alternattivi u vijabbli kollha, inklużi s-servizzi ta' konnessjoni, iridu jidhru fuq il-viżwal ewlieni.

 

6d. Fejn l-għażliet tal-vjaġġ li jaqdu lill-istess żewġt ibliet huma offruti b'titjiriet ta' konnessjoni jew b'taħlita ta' servizz skedat bl-ajru u ferrovjarju fuq is-CRS, għandu jidher fl-ewwel skrijn tal-viżwal ewlieni dik li hija meqjusa bħala l-aħjar għażla mis-servizz skedat bl-ajru u ferrovjarju.

 

6e. Fejn it-trasportaturi ta' l-ajru joperaw b'arranġamenti ta' kondiviżjoni ta' kodiċi, l-informazzjoni li tindika l-kodiċi nominattiv differenti u individwali tat-trasportatur trid tiġi inkluża b'mod ċar mingħajr duplikazzjoni u t-trasportatur li attwalment jopera t-titjira għandu jintgħażel.

Ġustifikazzjoni

Il-Paragrafu 2 ta' l-Anness 1 jirreferi għan-nollijiet. Dan jaf ikun ta' xkiel għax id-definizzjoni ta' "nollijiet" mhux neċessarjament tinkludi l-elementi kollha tal-prezz. Biex tiġi żgurata trasparenza massima tal-prezz, l-impatt tal-miżura tkun ogħla kieku aħna nirreferu direttament għall-prezz minflok in-nollijiet.

Għal distanzi iqsar, servizzi tal-ferrovija alternattivi u vijabbli għandhom ukoll jidhru fl-ewwel skrijn biex jitħeġġeġ mezz ta' trasport li jkun iżjed ta' ġid għall-ambjent.

Fejn l-għażliet tal-vjaġġ li jaqdu destinazzjoni huma offruti b'titjiriet ta' konnessjoni, l-iskrijn prinċipali għandu jippermetti li jelenka l-aħjar għażla, fejn hu disponibbli, mis-servizz skedat bl-ajru u bil-ferrovija.

Il-proposta tippermetti għal eċċezzjoni fir-rigward ta' arranġamenti ta' kondiviżjoni ta' kodiċi sabiex ma jkunx hemm xkiel għal dawn it-tip ta' arranġamenti li jippermetti b'mod speċjali trasportaturi ta' l-ajru iżgħar li joffru netwerk usa' għall-passiġġieri tagħhom. Madankollu huwa importanti li jiġi evitat 'screen padding' fejn jintwerew it-titjiriet bil-kondiviżjoni ta' kodiċi u l-fornitur tas-CRS għandu jadatta s-servizz tiegħu b'innovazzjoni teknoloġika sabiex dan jiġi evitat. Il-konsumaturi għandhom jibbenefikaw milli jkunu infurmati aħjar.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kodiċi ta' Kondotta għal Sistemi ta' Prenotazzjoni Kompjuterizzata (minn hawn 'il quddiem imsejħa CRS) jirregola kif il-prenotazzjonijiet ta' l-ivvjaġġar għandhom ikunu mmaniġġjati mit-trasportaturi ta' l-ajru u mill-operaturi tat-trasport bil-ferrovija, mis-CRS u mill-aġenti ta' l-ivvjaġġar. L-għan tal-proposta inkluża fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni huwa li l-Kodiċi, li twaqqaf fl-1989 bir-Regolament 2299/89 u li ġie mmodifikat bir-Regolamenti 3089/93 u 0323/99, jiġi rrevedut billi tissaħħaħ il-kompetizzjoni bejn is-CRS. Il-Kodiċi japplika l-iktar għal prenotazzjonijiet ta' kumpaniji ta' l-ajru, iżda japplika wkoll għal servizzi tal-ferrovija li huma integrati f'CRS tat-trasport bl-ajru.

Dan il-Kodiċi ta' Kondotta nħoloq f'kundizzjonijiet tas-suq differenti ħafna minn dawk tal-lum. Il-maġġoranza tal-prenotazzjonijiet ma' kumpaniji ta' l-ajru saru bis-CRS, li l-biċċa l-kbira minnhom kienu l-proprjetà tal-kumpaniji ta' l-ajru jew kienu kkontrollati minnhom. Il-Kodiċi ta' Kondotta twaqqaf biex tkun promossa t-trasparenza u biex ma jkunx hemm abbużi tas-suq jew tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, permezz ta' sett ta' regoli ad hoc. Madankollu, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar il-Kodiċi m'huwiex xieraq għal kundizzjonijiet ġodda tas-suq, għad-deregolazzjoni ta' swieq oħra tas-CRS madwar id-dinja, għall-iżvilupp ta' metodi alternattivi ta' distribuzzjoni, u għat-tnaqqis tas-sjieda tal-kumpaniji ta' l-ajru fis-CRS.

Illum huwa stmat li d-dħul annwali tas-suq mill-kumpaniji li jipprovdu servizzi ta' CRS għandu valur ta' kważi €8 biljuni (DĠ TREN, 2006) filwaqt li s-suq Ewropew ta' l-ivvjaġġar tal-kumpaniji kien stmat għal $88.2 biljuni fl-2005 (Rapport ta' Awissu 2006 tal-Kumpanija PhoCus Wright dwar it-Tqassim tal-Vjaġġi tan-Negozju) u huwa mistenni li jikber b'rata ta' 11% matul it-tliet snin li ġejjin.

Il-Proposta tal-Kummissjoni

L-għan ewlieni tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li l-kumpaniji ta' l-ajru u s-CRS għandhom ikunu jistgħu jinnegozjaw liberament il-kundizzjonijiet tat-tqassim tas-servizzi ta' l-ajru. Is-sistemi għandhom jikkompetu fir-rigward tal-prezz u tal-kwalità tas-servizz. Madankollu tirrikonoxxi li għandu jkun hemm bilanċ bejn il-ħtieġa li tkun permessa aktar kompetizzjoni u l-ħtieġa ta' salvagwardji bażiċi. Meta kienu kkonsultati, il-partijiet interessati spjegaw li għad jinħtieġu xi regoli ta' salvagwardja: l-aktar sabiex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta fil-preżenza ta' "trasportaturi prinċipali", sabiex ikun iggarantit il-forniment ta' viżwali CRS newtrali u sabiex tkun iggarantita l-protezzjoni tad-dejta personali.

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tibdilx id-definizzjoni ta' trasportatur prinċipali, u żżomm il-kriterju doppju tas-sjieda u tal-kontroll effettiv. Il-proposta tal-Kummissjoni tissimplifika r-regoli dwar is-CRS, speċjalment fir-rigward tar-relazzjoni kuntrattwali tagħhom mat-trasportaturi ta' l-ajru, u dan jippermetti aktar libertà biex ikunu nnegozjati l-kontenut u n-nollijiet. Madankollu, rigward id-Dejta dwar Informazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni (MIDT), il-Kummissjoni tipproponi bidla fil-Kodiċi attwali. Billi titneħħa l-possibiltà ta' identifikazzjoni ta' l-aġent ta' l-ivvjaġġar f'din l-informazzjoni, il-Kummissjoni qed tipprova tipprevjeni li l-trasportaturi ta' l-ajru jinfluwenzaw lill-aġenti ta' l-ivvjaġġar u l-metodi ta' tqassim tagħhom.

Oqsma ewlenin tal-proposta

Ir-regoli tat-trasportaturi prinċipali

Fis-snin riċenti l-kumpaniji ta' l-ajru ma baqgħux is-sidien tas-CRS. Minbarra eċċezzjoni waħda: Amadeus. Din il-kumpanija hija s-sid ta' tliet kumpaniji ta' l-ajru bħala azzjonisti żgħar, l-Air France, l-Iberia u l-Lufthansa(1). M'huwiex ċar kemm din is-sjieda tagħtihom influwenza strateġika, iżda huwa ċar li jinħtieġu salvagwardji kontra abbuż li jista' jsir. Mingħajr salvagwardji jista' jkun possibbli li CRS tiffavorixxi lit-trasportatur prinċipali fir-rigward tal-kontenut, ta' kemm tirrispetta l-iskadenzi eċċ. Sa fejn nafu, illum l-ebda CRS m'huma azzjonisti ta' kumpaniji ta' l-ajru.

Listi ta' Dejta dwar Informazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni

L-MIDT huma dejta tal-prenotazzjonijiet ipproċessata u mibjugħa minn CRS lil trasportaturi ta' l-ajru. Dejta ta' l-MIDT tista' tagħti valur sinifikanti lil diversi operazzjonijiet ewlenin tal-kumpaniji ta' l-ajru. B'mod speċifiku, il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni, l-ippjanar tan-netwerks, l-ipprezzar u l-immaniġġjar tal-qligħ. Dan jista' jgħin lill-kumpaniji ta' l-ajru jifhmu t-tendenzi tas-suq u l-informazzjoni dwar il-kompetituri. Minħabba metodi alternattivi ta' tqassim tal-prenotazzjonijiet, il-valur ta' din id-dejta qed jonqos, billi m'hijiex rappreżentattiva tas-suq kollu. Filwaqt li l-maġġoranza tal-fornituri tas-CRS u tal-kumpaniji ta' l-ajru jixtiequ li l-identifikazzjoni ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar tibqa' disponibbli fl-MIDT, l-aġenti ta' l-ivvjaġġar jitolbu li din għandha titneħħa mill-MIDT għaliex tista' tagħti lill-kumpaniji ta' l-ajru l-possibiltà li jagħmlu pressjoni fuq l-aġenti ta' l-ivvjaġġar biex inaqqsu l-prenotazzjonijiet tagħhom mal-kumpaniji ta' l-ajru rivali.

Il-Viżwal

Il-viżwal huwa l-iskrin użat mill-aġent ta' l-ivvjaġġar biex jordna l-informazzjoni tas-CRS. Ġeneralment is-softwer jingħata lill-aġent ta' l-ivvjaġġar mis-CRS bħala parti mill-kuntratt tan-negozju tagħhom. Huwa kruċjali li l-informazzjoni mogħtija mis-CRS lill-aġent ta' l-ivvjaġġar tkun newtrali u ġusta(2).

Il-kummenti tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur jemmen li l-għan tal-Kummissjoni li tippermetti lill-kumpaniji ta' l-ajru u lis-CRS jinnegozjaw dwar il-kontenut u n-nollijiet, huwa tajjeb. Bħalissa, in-nuqqas ta' kompetizzjoni jwassal għal spejjeż ta' prenotazzjoni tas-CRS ogħla. Skond ir-reviżjoni, is-CRS ikollhom jikkompetu ma' xulxin b'mod iktar aggressiv għall-parteċipazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru fuq il-bażi ta' spejjeż ta' prenotazzjoni orħos u kwalità tas-servizz aqwa(3). Ir-Rapporteur jixtieq ħafna li dan l-għan ewlieni jibqa' kif inhu.

Il-proposta tal-Kummissjoni taħseb ukoll għal protezzjoni xierqa tad-dejta personali, għalkemm l-emendi għat-test tal-Kummissjoni proposti mir-Rapporteur isaħħu ċ-ċertezza ġuridika.

Madankollu, xi elementi tal-proposta tal-Kummissjoni m'humiex sodisfaċenti. Id-definizzjoni ta' trasportatur prinċipali (Artikolu 2(g)) tiżgwida. Investigazzjoni riċenti tad-DĠ COMP ikkonkludiet li l-Lufthansa ma tistax titqies bħala trasportatur prinċipali ta' Amadeus(4). L-Air France, l-Iberia u l-Lufthansa llum ma jqisux lilhom infushom bħala trasportaturi prinċipali. Biex ma ntawlux, kull wieħed minnhom jgħid li dawn huma sempliċement investimenti finanzjarji.

Biex tingħata tweġiba għall-mistoqsija diffiċli ħafna ta' għaliex il-kumpaniji ta' l-ajru għandhom jippreferu li jkunu trasportaturi prinċipali minkejja l-piżijiet imposti mill-Kodiċi ta' Kondotta, għandu jkun innutat li jekk fl-imgħoddi l-parteċipazzjoni tal-kumpaniji ta' l-ajru fl-ishma tas-CRS setgħet tkun iġġustifikata mill-interess tagħhom biex jippromwovu t-twaqqif ta' metodu effiċjenti ta' komunikazzjoni ta' dejta lis-suq, illum dan ma jistax ikun iġġustifikat. Din is-sitwazzjoni nbidlet maż-żmien hekk kif is-CRSs saru dejjem aktar entitajiet awtonomi wara li ħelsu mis-sjieda.

Għalhekk huwa leġittimu li wieħed jikkonkludi li l-benefiċċji li l-kumpaniji ta' l-ajru jistennew billi jkunu s-sidien tas-CRSs huma marbuta aktar mal-gwadanji fil-"kompetizzjoni" (i.e. ma' kundizzjonijiet preferenzjali - jew mar-riskju li jkunu diskriminati) u ma' raġunijiet strateġiċi aktar milli ma' l-ispejjeż biss. Ir-riskju ta' abbuż huwa partikolarment għoli meta kumpanija ta' l-ajru dominanti tipparteċipa f'CRS dominanti (eż. bħalma jiġri fis-swieq Franċiżi, Ġermaniżi u Spanjoli).(5)

Ir-Rapporteur jemmen li dan għandu jkun iċċarat, u d-definizzjoni m'għandhiex tibqa' daqshekk ġenerali. Minkejja li ġeneralment iktar ma tkun kbira l-parteċipazzjoni fis-sjieda, il-possibiltà li jingħataw kundizzjonijiet preferenzjali tkun eħfef, ikun diffiċli li jitfassal limitu minimu li jekk jinqabeż wieħed jista' jassumi li jkun hemm diskriminazzjoni.(6)

Fid-dawl ta' dan, ir-Rapporteur jagħti parir lill-Kumitat biex ma jimponix projbizzjoni jew limitu minimu għall-parteċipazzjoni tal-kumpaniji ta' l-ajru fil-kapital tas-CRS, iżda biex jimponi kundizzjoni li m'hijiex ekwivoka: kwalunkwe investiment kapitali f'CRS minn kumpanija ta' l-ajru għandu jwassal għal konformità ma' l-Artikolu 10. Dan ifisser li trasportaturi prinċipali ta' CRS għandhom jagħtu lis-CRSs l-oħra l-istess informazzjoni dwar in-nollijiet bħalma jagħtu lis-CRS tagħhom. Dan jipprovdi salvagwardji kontra diskriminazzjonijiet u abbużi ta' pożizzjoni dominanti minn trasportaturi prinċipali jew operaturi tal-ferroviji mingħajr sehem ta' sjieda fis-CRS.

Fir-rigward ta' l-MIDT (Artikolu 7), ir-Rapporteur jissuġġerixxi kompromess li jippermetti l-identifikazzjoni ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar fl-MIDT jekk ikun hemm ftehim bejn l-aġenti ta' l-ivvjaġġar u s-CRS. Ir-Rapporteur jissuġġerixxi skema ta' kumpens fejn l-aġent ta' l-ivvjaġġar jingħata kumpens għal tali identifikazzjoni.

Il-proposti msemmija hawn fuq għandhom jitqiesu skond il-fatt li hemm ħafna parteċipanti involuti f'dan il-qasam, l-iktar kumpaniji ta' l-ajru jew operaturi tat-trasport bil-ferrovija, aġenziji ta' l-ivvjaġġar u konsumaturi. Minħabba li l-Kummissjoni ma ppreżentatx rapport dwar l-evalwazzjoni ta' l-impatt tagħha dwar l-MIDT, ir-reviżjoni għandha tinkludi l-elementi kollha tat-tqassim ta' l-ivvjaġġar. Kull deċiżjoni għal leġiżlazzjoni dwar element wieħed tat-tqassim għandha tqis ir-rilevanza u l-konsegwenzi f'oqsma oħra. Pereżempju, jekk l-identifikazzjoni ta' l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar fl-MIDT tkun ristretta kif propost mill-Kummissjoni, tista' twassal għal sitwazzjoni ta' monopolju minħabba l-eżistenza ta' sistema simili ta' kummerċjalizzazzjoni ta' dejta minn kumpaniji ta' l-ajru, i.e. l-IATA PaxIs.

Dispożizzjonijiet dwar il-Viżwal iddaħħlu b'ordni, l-ewwel u qabel kollox, għall-benefiċċju tal-ħtiġijiet tal-konsumatur. Il-kriterji ta’ elenkar iridu jkunu ġusti u jrid ikollhom l-għan li jgħinu lill-aġent ta’ l-ivvjaġġar joffri lill-konsumatur l-għażla l-aktar ċara ta’ l-alternattivi ta’ l-ivvjaġġar. Dawn jistgħu jitqiesu bħala salvagwardji addizzjonali kontra l-abbuż. Ir-Rapporteur tagħkom huwa tal-fehma li din hija opportunità għas-CRS biex jiżviluppaw alternattivi tat-tiftix iktar dettaljati u faċli biex tużahom. Fl-aħħarnett, iddaħħlu dispożizzjonijiet dwar il-verifika ta' trasportaturi prinċipali sabiex tiżdied it-trasparenza tal-qasam.

ANNEX

LIST OF STAKEHOLDERS REPRESENTATIVES AND LOBBYSTS

on Code of Conduct Review of Computerised Reservation Systems

The rapporteur would like to make it known that he was contacted during the preparation of his report by the following stakeholder representatives and lobbyists*:

Held meetings with:

Air France

British Airways

Lufthansa

SAS

IATA

Cabinet DN, on behalf Amadeus

APCO, on behalf Sabre Holdings

Travelport

Business Travel Coalition

ECTAA

ITM

Informally involved/written correspondence:

Freshfields

ABTA

BEUC

* Non exhaustive list

(1)

Sjieda tal-kumpaniji ta' l-ajru f'Amadeus: Air France 23%, Iberia 11%, Lufthansa 11%, BC Partners u Cinven 53%, (Evalwazzjoni ta' l-Impatt KE - DĠ TREN, SEC(2007)1496).

(2)

Il-viżwal "ewlieni" huwa l-iskrin inizjali li jara l-aġent ta' l-ivvjaġġar, madankollu l-importanza tiegħu m'għandhiex tkun enfasizzata żżejjed, billi bosta drabi l-aġent ta' l-ivvjaġġar jagħmel tfittxija iktar dettaljata billi juża skrins sekondarji.

(3)

Ġeneralment il-libertà tan-negozjati twassal biex it-trasportaturi ta' l-ajru jabbonaw ma' l-hekk imsejħa programmi ta' kontenut sħiħ li bihom jipprovdu n-nollijiet kollha tagħhom lis-CRS, biex b'hekk is-CRS inaqqsu l-ispejjeż tal-prenotazzjoni - laqgħa tal-Kummissjoni, Marzu 2008.

(4)

Fil-kawża M. 3717 tas-16 ta' Marzu 2005 dwar il-kontroll ta' l-għaqdiet, id-DĠ COMP sab li Amadeus huwa kkontrollat b'mod konġunt mill-BC Partners u mis-Cinven Ltd. biss.

(5)

. Ara l-Elaborated Briefing Note dwar 'Ir-Reviżjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta għas-Sistemi ta' Prenotazzjoni Kompjuterizzata (CRS)', Parlament Ewropew, 2008, IP/B/TRAN/IC/200X_XX, p. 15.

(6)

F'waħda mill-ewwel kawżi (BAT/Reynolds v. Il-Kummissjoni – Sentenza tas-17.11.1987, Kawża 142 u 156/1984) il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li "għalkemm l-akkwist minn kumpanija ta' sehem f'kompetitur fih innifsu ma jikkostitwixxix kondotta li tirrestrinġi l-kompetizzjoni, tali akkwist jista' madankollu jservi bħala strument biex tkun influwenzata l-kondotta kummerċjali tal-kumpanija kkonċernata sabiex tkun ristretta jew mgħawġa l-kompetizzjoni fis-suq (...). Dak ikun jgħodd partikolarment meta, permezz ta' l-akkwist ta' azzjoni jew permezza ta' klawsoli sussidjarji fil-ftehim, il-kumpanija li qed tinvesti tieħu l-kontroll legali jew de facto tal-kondotta kummerċjali tal-kumpanija l-oħra jew meta l-ftehim jaħseb għall-koperazzjoni kummerċjali bejn il-kumpaniji jew joħloq struttura li x'aktarx li tintuża għal tali koperazzjoni" (par. 37 - enfasi miżjuda). Ara paġna 14, op cit.


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur  (27.5.2008)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ prenotazzjoni kompjuterizzata

(COM(2007)0709 – C6-0418/2007 – 2007/0243(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Wolfgang Bulfon

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kodiċi ta' Kondotta għal Sistemi ta' Prenotazzjoni Kompjuterizzata (Computerised Reservation Systems - CRS) tikkonċerna l-prenotazzjoni minn aġenti ta' l-ivvjaġġar permezz tas-CRS ta' biljetti ta' l-ajru u tal-ferrovija. Minn mindu daħal fis-seħħ fl-1989, ir-Regolament ġie rivedut darbtejn (fl-1993 u fl-1999). Din it-tielet reviżjoni li ġejja għandha l-għan li ssaħħaħ il-kompetizzjoni bejn is-CRSs permezz ta' liberalizzazzjoni parzjali tal-Kodiċi ta' Kondotta.

Ir-rapporteur għal opinjoni jirrikonoxxi li reviżjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta attwali tas-CRS tista' twassal għal aktar flessibilità u servizz aħjar. Madankollu, hemm ukoll it-tħassib li minħabba l-istruttura attwali tas-suq ta' l-ajru Ewropew, fejn il-linji ta' l-ajru nazzjonali jgawdu minn pożizzjoni privileġġjata grazzi għad-dominju tagħhom fis-swieq domestiċi tagħhom, jista' jkun hemm aktar espansjoni ta' pożizzjonijiet dominanti fis-suq.

L-interkonnessjoni bejn il-linji ta' l-ajru, is-CRSs u l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar fil-każ ta' parteċipanti dominanti fis-suq tfisser li aġenziji ta' l-ivvjaġġar indipendenti fil-ġejjieni se jkunu sfurzati jipparteċipaw f'CRS partikolari biex jakkwistaw informazzjoni dwar l-offerta sħiħa ta' tariffi u d-disponibilità ta' linji ta' l-ajru partikolari.

Il-liberalizzazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta mhux biss tfisser kompetizzjoni msaħħa iżda wkoll żieda fit-tendenza lejn frammentazzjoni ta' l-informazzjoni dwar tariffi u/jew id-disponibilità, li diġà qed isseħħ bħala riżultat ta' mezzi alternattivi ta’ distribuzzjoni għal-linji ta' l-ajru.

Ir-rapporteur għal opinjoni jibża' l-aktar li s-sitwazzjoni kompetittiva għall-aġenziji żgħar u ta' daqs medju se tiddeterjora, peress li m'għandhomx riżorsi biżżejjed biex jidħlu f'kuntratti ma' numru ta' CRSs, jew inkella jkollhom jużaw il-mezzi diretti ta' distribuzzjoni tal-linji ta' l-ajru sabiex ikollhom aċċess għas-servizzi kollha. Dan jista' jwassal biex jogħlew il-prezzijiet għall-konsumaturi finali.

Ir-rapporteur għal opinjoni jappoġġja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 li għandhom il-għan li linji ta' l-ajru ewlenin (parent carriers) jipprovdu lill-fornituri kollha tas-CRS bl-istess informazzjoni dwar it-tariffi u d-disponibilità (full content), inkużi dawk li magħhom ma ffirmawx kuntratt.

Il-proposta tal-Kummissjoni li tneħħi l-identifikazzjoni ta' l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar fil-Marketing Information Data Tapes (MIDTs) billi tħassar in-numru ta' l-IATA tagħhom għandha l-approvazzjoni sħiħa tar-rapporteur tagħkom.

Barra minn hekk, huwa jitlob li l-istruttura tat-tariffi għal kull segment ta' titjiriet offruti minn CRS issir kemm jista' jkun trasparenti, billi turi t-taxxi, l-ispejjeż u t-tariffi pagabbli lill-fornitur tas-servizz ta' trasport. Ħlas supplementari fuq prenotazzjoni CRS, li jiġi kkalkolat wara, mhuwiex aċċettabbli.

Dwar id-definizzjoni ta' ‘linja ta' l-ajru ewlenija’, ir-rapporteur jitlob li kull parteċipazzjoni diretta jew indiretta ta' kumpanija ta' l-ajru jew ferrovjarja f'CRS għandha twassal għal klassifikazzjoni bħala ‘linja ta' l-ajru ewlenija’. Ir-rapporteur għal opinjoni huwa tal-fehma li kull tip ta' sjieda f'CRS tinvolvi ċertu ammont ta' influwenza. Biex jinħolqu kundizzjonijiet ġusti ta' kompetizzjoni, il-linji ta' l-ajru kollha għandhom jirrinunzjaw milli jieħdu sehem fis-CRSs

Dawk il-linji ta' l-ajru u l-kumpaniji ferrovjarji li jippreferu jżommu l-parteċipazzjoni tagħhom f'CRS għandhom jintrabtu bil-miżuri li jipprovdi l-Artikolu 3a.

Ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 17 tal-proposta tal-Kummissjoni, li għandha ssir reviżjoni perjodika ta' l-implimentazzjoni tar-regolament tliet darbiet fi żmien ħames snin mid-dħul tiegħu fis-seħħ. Din ir-reviżjoni għandha tiffoka b'mod partikolari fuq l-effikaċja tar-regolament fl-isforz tiegħu li jiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni u li jkun hemm kompetizzjoni ġusta fis-suq għas-servizzi tas-CRS, u jevalwa l-effetti tagħhom fuq l-interessi tal-konsumatur.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a) Skond ir-Regolament (...) dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tat-trasport bl-ajru fil-Komunità, it-trasportaturi ta' l-ajru jridu jippubblikaw it-tariffi tagħhom b’mod li jkunu jinkludu t-taxxi applikabbli kollha, l-ispejjeż, il-pagamenti supplimentari u l-miżati inevitabbli u prevedibbli. Il-mod kif ic-CRS jippreżenta l-informazzjoni għandu jipprovdi informazzjoni dwar it-tariffi li tkun tinkludi l-kategoriji ta' prezzijiet simili sabiex ikun żgurat li l-aġenti ta' l-ivvjaġġar ikunu jistgħu jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-klijenti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi jeħtieġ ikollhom informazzjoni preċiża dwar it-tariffi. Kull parteċipant (trasportaturi ta' l-ajru, operaturi tas-CRS, u l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar) għandu jkollhom l-obbligu li jipprovdu informazzjoni trasparenti dwar l-elementi differenti tat-tariffi. Dan huwa konformi mar-riforma tar-Regolament li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-użu tas-servizzi tat-trasport bl-ajru (li bħalissa qed jiġi eżaminat).

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Il-Kummissjoni għandha b’mod regolari tikkontrolla l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u b'mod partikolari teżamina jekk dan huwiex effikaċi fil-prevenzjoni ta’ prattiki anti-kompetittivi u prattiki diskriminatorji fis-suq tad-distribuzzjoni tas-servizzi ta' l-ivvjaġġar permezz ta' CRS, b'mod partikolari meta jeżistu trasportaturi li jkunu marbuta mill-qrib mal-bejjiegħa ta’ sistemi.

Ġustifikazzjoni

Mingħajr ma tqajjem dubji dwar ir-riżultati ta' l-analiżi dwar l-impatt fuq it-trasportaturi prinċipali, il-Kummissjoni għandha tibqa' attenta u tevita li jkun hemm l-prattiki anti-kompetittivi.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.

(12) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat. Huwa komplimentari għar-regoli ġenerali tal-kompetizzjoni, li għadhom applikabbli fl-integrita tagħhom f’każijiet ta’ abbużi relatati mal-kompetizzjoni bħall-ksur tar-regoli kontra l-kollużjoni jew l-użu abbużiv ta' pożizzjoni dominanti.

Ġustifikazzjoni

Dan il-kodiċi ta' kondotta għandu l-għan li jikkontribwixxi sabiex jiżdiedu l-kundizzjonijiet ġusti u imparzjali għat-trasportaturi ta' l-ajru fis-sistemi ta' l-ajru fis-sistemi ta' prenotazzjonijiet kompjuterizzati. Madankollu, it-test m’għandux jitqies waħdu iżda jikkumplimenta d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 81 u 82.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) ‘trasportatur prinċipali’ tfisser kull trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju li direttament jew indirettament, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, ikollu s-sjieda jew effettivament jikkontrolla bejjiegħ tas-sistema, kif ukoll kwalunkwe trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju li jkollu s-sjieda jew effettivament il-kontroll tagħhom;

(g) ‘trasportatur prinċipali’ tfisser kull trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju li direttament jew indirettament, waħdu jew flimkien ma' oħrajn:

 

- ikollu wieħed jew aktar mill-ishma kapitali jew ikun intitolat li jaħtar il-membri eżekuttvi għolja jew xi membri fil-bord tad-diretturi, fil-bord superviżorju jew fi kwalunkwe korp regulatorju ta’ bejjiegħ ta’ sistemi, u

 

- li jkun rikonoxxut mill-Kummissjoni bħala kontrollur effettiv ta’ bejjiegħ tas-sistema, kif ukoll kwalunkwe trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju li jkollu s-sjieda jew effettivament il-kontroll tagħhom;

 

Fi kwalunkwe waqt, il-Kummissjoni Ewropea tista' titlob lit-trasportatur ta' l-ajru jew lill-operatur ferrovjarju li jkollhom wieħed jew aktar mill-ishma kapitali ta' bejjiegħ tas-sistemi biex jipprovdulha l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja sabiex jiġi determinat l-istatus eventwali tagħhom ta’ trasportaturi prinċipali;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tal-Kummissjoni trid tkun aktar preċiża. Fil-fatt, ma jeżistix limitu definit fejn 'il fuq minnu, il-parteċipazzjoni fil-kapital ta' CRS ikollha influwenza assigurata fuq il-politika kummerċjali tas-CRS. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu inklużi l-kumpaniji kollha li jipparteċipaw fil-kapital ta' CRS u li tingħata lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea r-responsabilita li jiġu verifikati liema kumpaniji minn dawn jeżerċitaw kontroll effettiv fuq is-CRS.

It-tieni parti ta' l-emenda tinkludi l-obbligi li jikkonċernaw it-trasparenza.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bejjiegħ tas-sistema għandu jipprovdi viżwal ewlieni jew viżwal għal kull tranżazzjoni individwawli permezz tas-CRS tiegħu u għandu jinkludi fih id-dejta pprovduta minn trasportaturi parteċipanti b’mod newtrali u komprensiv u mingħajr diskriminazzjoni jew preferenzi. Il-kriterji li għandhom jintużaw fil-prijoritizzazzjoni m'għandhomx ikunu bbażati fuq xi fattur direttament jew indirettament relatat ma' l-identità ta' trasportatur u għandhom jiġu applikati fuq bażi mhux diskriminatorja lit-trasportaturi parteċipanti kollha. Il-viżwal ewlieni għandu jħares ir-regoli stipulati fl-Anness 1.

1. Bejjiegħ tas-sistema għandu jipprovdi viżwal ewlieni jew viżwal għal kull tranżazzjoni individwali permezz tas-CRS tiegħu u għandu jinkludi fih id-dejta pprovduta minn trasportaturi parteċipanti b’mod newtrali, trasparenti u komprensiv u mingħajr diskriminazzjoni jew preferenzi. Il-kriterji li għandhom jintużaw fil-prijoritizzazzjoni m'għandhomx ikunu bbażati fuq xi fattur direttament jew indirettament relatat ma' l-identità ta' trasportatur u għandhom jiġu applikati fuq bażi mhux diskriminatorja lit-trasportaturi parteċipanti kollha. Il-viżwal ewlieni għandu jħares ir-regoli stipulati fl-Anness 1.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta jipprovdi informazzjoni minn CRS lill-konsumatur, l-abbonat għandu jinforma lill-konsumatur dwar il-prezz finali li għandu jitħallas għas-servizz tat-trasport, inklużi l-ispejjeż addizzjonali u l-ispejjez tas-servizz.

Ġustifikazzjoni

Din il-miżura ssaħħaħ it-trasparenza fil-prezz għall-konsumatur. Għandha x’taqsam kemm ma’ aġenziji ta' l-ivvjaġġar on-line kif ukoll ma’ dawk off-line. Tikkumplimenta l-obbligi ta' trasparenza tal-prezzijiet li hemm fir-regolament li ġie adottat reċentement dwar l-operazzjoni tas-servizzi ta' trasport bl-ajru (it-tielet pakkett rivedut) li jitlob l-istess mil-linji ta' l-ajru.

Emenda          7

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) meta tali dejta tirriżulta mill-użu ta' faċilitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ CRS minn abbonat stabbilit fit-territorju ta’ l-Unjoni Ewropea, din tinkludi l-identifikazzjoni direttament jew indirettament ta’ dak l-abbonat.

(b) it-trasportaturi parteċipanti m’għandhomx jużaw tali dejta sabiex jinfluwenzaw b’mod mhux xieraq l-għażla ta’ l-abbonat.

Emenda          8

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-Kummissjoni, taġġixxi fuq ilment jew fuq l-inizjattiva tagħha, issib li hemm ksur ta’ dan ir-Regolament, hi tista’ b’deċiżjoni tirrikjedi l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi kkonċernati jġibu fit-tmiem dan il-ksur.

Fejn il-Kummissjoni, li taġġixxi fuq ilment jew fuq l-inizjattiva tagħha, issib li hemm ksur ta’ dan ir-Regolament, hi tista’ b’deċiżjoni tirrikjedi l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi kkonċernati jġibu fit-tmiem dan il-ksur. L-investigazzjonijiet tal-ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament għandhom iqisu b'mod sħiħ ir-riżultati ta' kwalunkwe inkjesta skond l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.

Ġustifikazzjoni

Il-kodiċi ta' kondotta CRS ma jissostitwix ir-regoli eżistenti fil-qasam tal-kompetizzjoni, iżda jikkompletahom; dawn jibqgħu applikabbli bis-sħiħ.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex twettaq id-doveri assenjati lilha b’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, sempliċiment b’talba jew b’deċiżjoni, tirrikjedi l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja.

Sabiex twettaq id-doveri assenjati lilha b’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, sempliċiment b’talba jew b’deċiżjoni, tirrikjedi l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja, inklużi verifiki speċifiċi, b'mod partikolari fuq kwistjonijiet koperti fl-Artikoli 4, 7 u 11 ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea għandu jkollha setgħat estiżi sabiex tiżgura l-applikazzjoni xierqa ta' dan il-kodiċi ta' kondotta.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 17 - paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni tikkontrolla regolarment l-applikazzjoni tar-regolament attwali, jekk hemm bżonn bl-għajnuna tal-verifiki speċifiċi previsti fl-Artikolu 13. Għandha teżamina b'mod partikolari l-effikaċja tar-Regolament mil-lati tan-non-diskriminazzjoni u kompetizzjoni ġusta fis-suq tas-servizzi tas-CRS.

Emenda          11

Proposta għal regolament

Anness I - punt -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-1. Skond kif jagħżel l-abbonat, l-alternattivi ta' l-ivvjaġġar fl-iskrin ewlieni għandhom jiġu elenkati jew skond il-prezz jew inkella fl-ordni li ġejja:

 

(a) l-għażliet ta' vjaġġar dirett, elenkati skond il-ħin tat-tluq;

 

(b) l-għażliet l-oħra kollha ta' vjaġġar, elenkati skond il-ħin totali tal-vjaġġ.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm bosta għażliet possibbli għall-abbonati.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Anness I − punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. It-titjiriet li jkun fihom waqfiet matul il-vjaġġ għandhom ikunu identifikabbli b'mod ċar.

4. It-titjiriet li jkun fihom waqfiet matul il-vjaġġ għandhom ikunu identifikabbli b'mod ċar, u jrid jintwera t-tul tal-waqfiet.

Ġustifikazzjoni

Biex il-konsumatur ikun jista’ jagħmel l-aħjar għażla li tikkorrispondi ma’ l-interessi tiegħu.

PROĊEDURA

Titolu

Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ prenotazzjoni kompjuterizzata

Referenzi

COM(2007)0709 – C6-0418/2007 – 2007/0243(COD)

Kumitat responsabbli

TRAN

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

29.11.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Wolfgang Bulfon

31.1.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

26.3.2008

6.5.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

27.5.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Martí Grau i Segú, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Malinova Iotova, Pierre Jonckheer, Graf Alexander Lambsdorff, Kurt Lechner, Toine Manders, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Zita Pleštinská, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Salvador Domingo Sanz Palacio, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Marianne Thyssen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Wolfgang Bulfon, Colm Burke, Giovanna Corda, Jan Cremers, Wolf Klinz, Manuel Medina Ortega, Gary Titley

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Elisabeth Morin, Sirpa Pietikäinen, Nicolae Vlad Popa


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern  (6.5.2008)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ prenotazzjoni kompjuterizzata

(COM(2007)0709 – C6-0418/2007 – 2007/0243(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Philip Bradbourn

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 13 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata matul l-attivitajiet ta’ CRS b'mod esklużiv għall-fini li ssir prenotazzjoni jew biex jinħarġu l-biljetti għal prodotti tat-trasport. L-awtoritajiet tal-pulizija kompetenti ta’ l-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi m'għandux ikollhom aċċess għad-dejta personali fis-CRS.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) meta tali dejta tirriżulta mill-użu ta' faċilitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ CRS minn abbonat stabbilit fit-territorju ta’ l-Unjoni Ewropea, din tinkludi l-identifikazzjoni direttament jew indirettament ta’ dak l-abbonat.

(b) meta tali dejta tirriżulta mill-użu ta' faċilitajiet ta’ distribuzzjoni ta’ CRS minn abbonat stabbilit fit-territorju ta’ l-Unjoni Ewropea, din m'għandhiex tinkludi l-identifikazzjoni la direttament u lanqas indirettament ta’ dak l-abbonat, b'konformità mal-liġijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta ta' l-Istati Membri u ta' l-Unjoni Ewropea.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta jkunu involuti kategoriji speċjali ta’ dejta msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE, tali dejta għandha biss tiġi pproċessata meta s-suġġett tad-dejta espliċitament jagħti l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta.

3. Meta jkunu involuti kategoriji speċjali ta’ dejta msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE, tali dejta għandha biss tiġi pproċessata meta s-suġġett tad-dejta espliċitament u b'mod infurmat jagħti l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-informazzjoni fil-kontroll tal-bejjiegħ tas-sistema dwar prenotazzjonijiet individwali identifikabbli għandha tiġi maħżuna offlajn fi żmien tnejn u sebgħin siegħa minn meta jkun tlesta l-aħħar element ta' prenotazzjoni individwali u għandha tinqered fi żmien tliet snin. L-aċċess għal tali dejta għandu jitħalla biss għal raġunijiet ta' tilwim dwar il-kontijiet.

4. L-informazzjoni fil-kontroll tal-bejjiegħ tas-sistema dwar prenotazzjonijiet individwali identifikabbli għandha tiġi maħżuna offlajn fi żmien tnejn u sebgħin siegħa minn meta jkun tlesta l-vjaġġ relatat mal-prenotazzjoni individwali u għandha tinqered fi żmien tliet snin. L-aċċess għal tali dejta għandu jitħalla biss għal raġunijiet ta' tilwim dwar il-kontijiet.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Dejta kummerċjali, ta’ prenotazzjoni u bejgħ li CRS tagħmel disponibbli m’għandhiex tinkludi l-identifikazzjoni, kemm diretta jew indiretta, ta’ persuna fiżika jew, fejn applikabbli, ta’ organizzazzjonijiet jew kumpaniji li jkunu qed jirrappreżentaw.

imħassar

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 9 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà ta' l-ipproċessar tad-dejta inklużi fid-Direttiva 95/46/KE; jistgħu jkunu supplimentati b'dispożizzjonijiet ta' sigurtà speċifiċi stipulati għad-dejta pproċessata mis-CRS. Miżuri ta' sigurtà xierqa għandhom jittieħdu skond il-każ sabiex ikun żgurat li t-tipi differenti ta' dejta fis-CRS ikunu pproċessati għalihom, kull wieħed skond il-funzjoni tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Is-CRS tista’ taqdi l-funzjonijiet ta' interface globali għall-kumpaniji ta' l-ajru kif ukoll ta' fornitur ta' servizzi għal kumpanija ta' l-ajru partikulari. Għalhekk, għandhom jiġu adottati miżuri ta’ sigurtà speċifiċi sabiex it-tipi ta' dejta jiġu separati b’mod ċar skond il-funzjoni tagħhom.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex twettaq id-doveri assenjati lilha b’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, sempliċiment b’talba jew b’deċiżjoni, tirrikjedi l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja.

Sabiex twettaq id-doveri assenjati lilha b’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, sempliċement b’talba jew b’deċiżjoni, tirrikjedi l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja, l-aktar fuq kwistjonijiet koperti bl-Artikoli 4, 7 u 11 imma li jkunu suġġetti għar-rekwiżiti ta' protezzjoni tad-dejta l-iktar stretti li japplikaw fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri rilevanti.

PROĊEDURA

Titolu

Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ prenotazzjoni kompjuterizzata

Referenzi

COM(2007)0709 – C6-0418/2007 – 2007/0243(COD)

Kumitat responsabbli

TRAN

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.3.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

       Data tal-ħatra

Philip Bradbourn

27.2.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

27.3.2008

8.4.2008

6.5.2008

 

Data ta’ l-adozzjoni

6.5.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Elly de Groen-Kouwenhoven, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Armando França, Urszula Gacek, Kinga Gál, Roland Gewalt, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Viktória Mohácsi, Claude Moraes, Martine Roure, Inger Segelström, Csaba Sógor, Vladimir Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Simon Busuttil, Iliana Malinova Iotova, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Marianne Mikko, Bill Newton Dunn, Nicolae Vlad Popa, Rainer Wieland, Stefano Zappalà

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Emine Bozkurt, Jas Gawronski


PROĊEDURA

Titolu

Kodiċi ta’ kondotta għall-użu ta’ sistemi ta’ l-informatika ta’ riservazzjoni

Referenzi

COM(2007)0709 – C6-0418/2007 – 2007/0243(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

15.11.2007

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

29.11.2007

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

29.11.2007

LIBE

13.3.2008

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Timothy Kirkhope

9.1.2008

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

27.2.2008

8.4.2008

28.5.2008

 

Data ta’ l-adozzjoni

29.5.2008

 

 

 

Riżultat tal-vot finali

+:

–:

0:

34

1

2

Membri preżenti għall-vot finali

Inés Ayala Sender, Paolo Costa, Arūnas Degutis, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Timothy Kirkhope, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Marian-Jean Marinescu, Erik Meijer, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Paweł Bartłomiej Piskorski, Luís Queiró, Reinhard Rack, Brian Simpson

Sostitut(i) preżenti għall-vot finali

Markus Ferber, Nathalie Griesbeck, Jeanine Hennis-Plasschaert, Aldis Kušķis, Leopold Józef Rutowicz

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-vot finali

Philip Bushill-Matthews, Giles Chichester, Richard Corbett, Catherine Guy-Quint, Astrid Lulling, Rovana Plumb, Elisabeth Schroedter, Czesław Adam Siekierski, Bart Staes, Glenis Willmott

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Ġunju 2008Avviż legali