Proċedura : 2007/0249(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0316/2008

Testi mressqa :

A6-0316/2008

Dibattiti :

PV 02/09/2008 - 10
CRE 02/09/2008 - 10

Votazzjonijiet :

PV 24/09/2008 - 8.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0450

RAPPORT     ***I
PDF 1667kDOC 2880k
18 ta' Lulju 2008
PE 404.717v02-00 A6-0316/2008

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(COM(2007)0699 – C6-0428/2007 – 2007/0249(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Pilar del Castillo Vera

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(COM(2007)0699 – C6-0428/2007 – 2007/0249(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   – wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0699),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0428/2007),

–   – wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0316/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Jinnota li l-Kummissjoni kkomunikat l-intenzjoni tagħha li tiffinanzja l-entità l-ġdida, l-Entità tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (“Body of European Regulators in Telecom – BERT”) skond is-subintestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali 2007 - 2013 parzjalment permezz tar-rijorganizzazzjoni u parzjalment b'żieda għall-perjodu 2009-2013; jinnota, madankollu, li l-awtorità baġitarja għadha ma rċeviet l-ebda informazzjoni dwar id-dettalji ta' dan l-eżerċizzju b'tali mod li, s'issa, tibqa' mhux ċara liema huma l-programmi jew il-prijoritajiet milquta u x'konsegwenzi jirriżultaw minn dan matul il-perjodu finanzjarju u jekk jibqax ikun hemm marġini biżżejjed fis-subintestatura 1a;

Emenda  2

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Jinnota li l-BERT proposta se tissodisfa wkoll ix-xogħol amministrattiv u tgħin lill-Kummissjoni; għalhekk huwa ta' l-opinjoni li għandhom jiġu esplorati l-possibilitajiet kollha tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007 – 2013, inkluż l-Intestatura 5, fejn jidher li għad hemm biżżejjed marġini disponibbli biex tiġi ffinanzjata l-entità;

Emenda  3

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 c (ġdid)

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1c. Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 għandhom japplikaw għat-twaqqif tal-BERT; jisħaq li, jekk l-awtorità leġiżlattiva tiddeċiedi favur it-twaqqif ta' aġenzija bħal din, il-Parlament jidħol f'negozjati mal-qasam l-ieħor ta' l-awtorità baġitarja bil-għan li jintlaħaq ftehim f’waqtu dwar l-iffinanzjar ta' din l-aġenzija, bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Ftehima Interistituzzjonali;

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru), id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ l-Aċċess), id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (li minn hawn ’il quddiem flimkien se jissejħu “id-Direttiva Kwadru u d-Direttivi Speċifiċi”) għandhom l-għan li joħolqu suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Komunità filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ investiment, innovazzjoni u protezzjoni tal-konsumatur permezz ta’ żjieda fil-kompetizzjoni.

(1) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas), id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ l-Aċċess), id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (li minn hawn ’il quddiem flimkien se jissejħu “id-Direttiva Qafas u d-Direttivi Speċifiċi”), kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kunfidenza tal-konsumatur fil-qasam diġitali1, għandhom l-għan li joħolqu suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Komunità filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ investiment, innovazzjoni u protezzjoni tal-konsumatur permezz ta’ żjieda fil-kompetizzjoni.

___________

1 Testi adottati, P6_TA(2007)0287.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ l-2002 jistabbilixxi sistema ta’ regolamentazzjoni li twettqet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tipprovdi biex dawk l-awtoritajiet jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni sabiex ikunu żgurati l-iżvilupp ta’ prattika regolatorja konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti mal-Komunità kollha tal-qafas regolatorju.

(2) Il-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ l-2002 jistabbilixxi sistema ta’ regolamentazzjoni li twettqet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tipprovdi biex dawk l-awtoritajiet jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni sabiex ikunu żgurati l-iżvilupp ta’ prattika regolatorja konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti mal-Komunità kollha tal-qafas regolatorju iżda jħalli spazju għal kompetizzjoni regolatorja bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fid-dawl ta’ kundizzjonijiet nazzjonali speċifiċi tas-suq.

Ġustifikazzjoni

Il-BERT m’għandhiex twassal għal armonizzazzjoni sħiħa tas-swieq nazzjonali. Jeħtieġ li tinżamm kompetizzjoni regolatorja b’saħħitha.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (minn hawn 'il quddiem insejjaħ “ir-Regolament ENISA”) stabbilixxa l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) fl-2004 għal perjodu ta' ħames snin, bil-għan li tkun tiżgura livell għoli u effettiv ta' sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni fi ħdan il-Komunità, sabiex tiġi żviluppata kultura ta' sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni għall-ġid taċ-ċittadini, il-konsumaturi, l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea, u b'hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

imħassra

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) L-Entità tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT) għandha tiġi stabbilita sabiex tilħaq l-iskop ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ l-Istati Membri mingħajr ma tarmonizza is-sistemi regolatorji li jeżistu diġà għal livell li jdgħajjef il-kompetizzjoni regolatorja.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għalhekk, tinħtieġ bażi istituzzjonali aktar sostanzjali għall-istabbiliment ta’ entità li tiġbor flimkien l-għarfien espert u l-esperjenza ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, flimkien ma’ sett iddefinit b’mod ċar ta’ kompetenzi, fejn titqies il-ħtieġa biex din l-entità teżerċita awtorità reali f’għajnejn il-membri tagħha u s-settur li qed jiġi regolat permezz tal-kwalità tal-produzzjoni tiegħu.

(7) Għalhekk, tinħtieġ bażi istituzzjonali aktar sostanzjali għall-istabbiliment ta’ entità li tiġbor flimkien l-għarfien espert u l-esperjenza ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, flimkien ma’ sett iddefinit b’mod ċar ta’ kompetenzi, fejn titqies il-ħtieġa biex din l-entità teżerċita awtorità f’għajnejn il-membri tagħha u s-settur li qed jiġi regolat permezz tal-kwalità tal-produzzjoni tiegħu.

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar “L-evalwazzjoni ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)” ippreżentat valutazzjoni ta’ rapport estern ta’ esperti li evalwa r-rendiment ta’ l-Aġenzija minn mindu ġiet stabbilita u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta’ Ġestjoni ta’ l-ENISA rigward ir-Regolament ta’ l-ENISA u nieda konsultazzjoni pubblika. Is-sejbiet ewlenin ta’ dak ir-rapport ta’ l-esperti kkonferma l-validità tal-politika wara l-ħolqien ta’ l-ENISA u tal-miri oriġinali tagħha, u b’mod partikolari l-kontribuzzjoni li tagħti sabiex jinkiseb suq tabilħaqq intern fil-komunikazzjonijiet elettroniċi.

imħassra

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fl-istess ħin, ġew identifikati numru ta’ problemi, li jinkludu, b’mod partikolari, kwistjonijiet relatati ma’ l-istruttura organizattiva tagħha, it-taħlita ta’ ħiliet u d-daqs ta’ l-istaff operattiv tagħha, u diffikultajiet loġistiċi. Il-funzjonijiet ewlenin ta’ l-ENISA għandhom jevolvu b'tali mod li jiffurmaw element ta' qofol ta' l-Awtorità li abbażi ta' identifikazzjoni aktar ċara ta' l-għanijiet u tal-kompiti, għandha iiżgura li dawk l-għanijiet u dawk il-kompiti jistgħu jiġu sodisfatti b’mod aktar effiċjenti, iffokat u effettiv fl-infiq, li jkun konsistenti mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar, minn awtorità waħda b’kompetenza fuq kwistjonijiet li jaqgħu fil-qafas regolatorju ta’ l-UE tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

imħassra

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Ingħatat prova li l-metodu attwali biex tinbena konsistenza akbar fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (“NRAs”) permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni u għarfien fuq esperjenzi prattiċi kien suċċess f’dan il-perjodu qasir wara t-tnedija tiegħu. Madankollu, se tkun meħtieġa koordinazzjoni aktar intensiva bejn l-awtoritajiet regolatorji kollha fuq il-livell nazzjonali u fuq il-livell Ewropew biex ikun mifhum u jkun żviluppat aktar is-suq intern għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika sabiex titjieb il-konsistenza regolatorja.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iddikjarat, li għalkemm mhix perfetta, fis-snin li għaddew il-kooperazzjoni bejn l-NRAs intlaħqet. Hemm bżonn ta’ kooperazzjoni akbar sabiex wieħed jifhem u jinfluwenza lis-suq tal-komunikazzjoni Ewropew fid-direzzjoni t-tajba.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Dan jitlob l-istabbiliment ta’ entità Komunitarja ġdida, l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“Awtorità”). L-Awtorità għandha tagħmel kontribut effettiv biex tavvanza l-proċess ta’ l-ikkompletar tas-suq intern permezz ta' l-assistenza tagħha lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Din tkun topera bħala punt ta’ referenza u tistabbilixxi kunfidenza minħabba l-indipendenza tagħha, il-kwalità tal-pariri li tagħti u l-informazzjoni li xxerred, it-trasparenza tal-proċeduri tagħha u l-metodi ta’ ħidma, u d-diliġenza tagħha fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha.

(12) Dan jitlob l-istabbiliment ta’ entità ġdida, il-BERT. Il-BERT għandha tagħti kontribut effettiv biex tavvanza l-proċess ta’ l-ikkompletar tas-suq intern permezz ta' l-assistenza tagħha lill-Kummissjoni u lill-NRAs. Din tkun topera bħala punt ta’ referenza u tistabbilixxi kunfidenza minħabba l-indipendenza tagħha, il-kwalità tal-pariri li tagħti u l-informazzjoni li xxerred, it-trasparenza tal-proċeduri tagħha u l-metodi ta’ ħidma, u d-diliġenza tagħha fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha.

 

(Din l-emenda tapplika għal kull parti tat-test. Jekk tiġi adottata jkun jeħtieg li jsiru l-bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-Awtorità għandha tissostitwixxi l-ERG u sservi bħala l-forum esklużiv għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-eżerċizzju tal-firxa sħiħa tar-responsabbiltajiet tagħhom skond il-qafas regolatorju.

(14) Il-BERT jeħtieġ li tissostitwixxi l-ERG u taġixxi bħala forum esklużiv għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u bejn dawn u l-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tal-firxa sħiħa tar-responsabbiltajiet tagħhom skond il-qafas regolatorju.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-Awtorità għandha tkun stabbilita fl-istruttura istituzzjonali u fil-bilanċ tas-setgħat eżistenti tal-Komunità. Għandha tkun indipendenti b’relazzjoni għal kwistjonijiet tekniċi u jkollha awtonomiija legali, amministrativa u finanzjarja. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ u xieraq li għandha tkun entità Komunitarja li jkollha personalità legali u li teżerċita l-kompiti konferiti lilha minn dan ir-Regolament.

(15) Il-BERT għandha tkun stabbilita fl-istruttura istituzzjonali u fil-bilanċ tas-setgħat eżistenti tal-Komunità. Għandha tkun indipendenti b’relazzjoni għal kwistjonijiet tekniċi u jkollha awtonomiija legali, amministrativa u finanzjarja. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li għandha tkun entità Komunitarja li jkollha personalità legali u li teżerċita l-kompiti konferiti lilha minn dan ir-Regolament.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) L-Awtorità għandha tibni fuq sforzi nazzjonali u Komunitarji u għalhekk twettaq il-kompiti tagħha f’kooperazzjoni sħiħa ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mal-Kummissjoni, u tkun miftuħa għal kuntatti ma’ l-industrija, mal-gruppi tal-konsumaturi u ma’ partijiet interessati rilevanti oħra.

(16) Il-BERT għandha tibni fuq sforzi nazzjonali u Komunitarji u għalhekk twettaq il-kompiti tagħha f’kooperazzjoni sħiħa ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mal-Kummissjoni, u tkun miftuħa għal kuntatti ma’ l-industrija, mal-gruppi tal-konsumaturi, mal-gruppi ta’ interess kulturali u ma’ partijiet interessati rilevanti oħra.

Ġustifikazzjoni

Li l-Awtorità tkun miftuħa għandu jinkludi kuntatti ma’ gruppi differenti ta’ interessi kulturali peress li huma jistgħu jipprovdu tagħrif aġġornat dwar il-kwistjonijiet ta’ diversità kulturali fost oħrajn f'rabta mal-proċedura ta' awtorizzazzjoni tas-servizzi pan-Ewropej.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Dan ir-Regolament u l-Awtorità li jistabbilixxi għandhom jifformaw parti integrali mill-qafas regolatorju Komunitarju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. F’dan ir-rigward, l-Awtorità, b’mod partikolari, għandha rwol importanti fil-mekkaniżmi previsti għall-konsolidament tas-suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u sabiex jitwettqu analiżijiet tas-suq f’ċerti ċirkostanzi.

(17) Il-BERT għandha rwol importanti fil-mekkaniżmi previsti għall-konsolidament tas-suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u sabiex jitwettqu analiżi tas-suq f’ċerti ċirkostanzi.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Għaldaqstant, l-Awtorità għandha tagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-awtortijiet regolatorji nazzjonali skond il-qafas regolatorju Komunitarju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u b’hekk tgħin fl-implimentazzjoni effettiva tiegħu.

(18) Għaldaqstant, il-BERT għandha tagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, kif ukoll lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta’ dan ta’ l-aħħar, skond il-qafas regolatorju Komunitarju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u b’hekk tgħin fl-implimentazzjoni effettiva tiegħu.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-Awtorità għandha tgħin lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe estensjoni ta’ l-obbligi Komunitarji għall-portabbiltà tan-numri. Estensjoni ta’ din ix-xorta tista’ tikkonċerna, b'mod partikolari, l-ambitu ta’ l-informazzjoni li għandha tiġi portata jew it-tipi ta’ netwerk (jiġifieri, fiss jew mobbli) li bejniethom għandhom jiġu portati n-numri u l-informazzjoni. Il-bidliet f’dan l-obbligu għandhom iqisu l-prezzijiet li jintalbu mingħand l-utenti u l-ispejjeż tal-bidla għall-intarpriżi, kif ukoll l-esperjenzi fl-Istati Membri.

imħassra

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) L-Awtorità għandha tgħin lill-Kummissjoni billi twettaq analiżi annwali tal-miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri ħalli jinformaw liċ-ċittadini dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru tat-telefon Ewropew waħdani ta’ emerġenza “112”. L-analiżi annwali ta’ l-Awtorità għandha tidentifika l-aħjar prattiki u l-problemi li għad fadal u għandha tikkontribwixxi biex ittejjeb il-livell ta’ protezzjoni u ta’ sigurtà taċ-ċittadini li jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea.

(20) L-analiżi annwali tal-BERT għandha tidentifika l-aħjar prattiki u l-problemi li għad fadal u għandha tikkontribwixxi biex ittejjeb il-livell ta’ benefiċċji għaċ-ċittadini li jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fil-kuntest tal-proċess biex jintlaħqu l-għanijiet tad-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju), il-Kummissjoni tista’ tfittex il-parir espert indipendenti ta’ l-Awtorità relatat l-użu tal-frekwenzi tar-radju fil-Komunità. Dan il-parir jista’ jinvolvi investigazzjonijiet tekniċi speċifiċi, kif ukoll valutazzjoni ta’ l-impatt ekonomiku jew soċjali u analiżi relatati mal-miżuri ta’ politika dwar il-frekwenzi. Jista’ jinkludi wkoll kwistjonijiet relatati ma’ l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 676/2002/KE (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju), fejn l-Awtorità tista’ tintalab tagħti parir lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati miksuba skond il-mandati tal-Kummissjoni lill-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT).

(21) Fil-kuntest tal-proċess biex jintlaħqu l-għanijiet tad-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju), il-Kummissjoni tista’ tfittex il-parir espert indipendenti tal-BERT, fejn xieraq, relatat ma’ l-użu tal-frekwenzi tar-radju fil-Komunità. Dan il-parir jista’ jinvolvi investigazzjonijiet tekniċi speċifiċi, kif ukoll evalwazzjoni ta’ l-impatt ekonomiku jew soċjali u analiżi relatati mal-miżuri ta’ politika dwar il-frekwenzi. Jista’ jinkludi wkoll kwistjonijiet relatati ma’ l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 676/2002/KE, fejn l-Awtorità tista’ tintalab tagħti parir lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati miksuba skond il-mandati tal-Kummissjoni lill-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT).

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Filwaqt li l-iżviluppi teknoloġiċi u fis-suq żiedu l-potenzjal għall-użu tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lil hinn mill-konfini ġeografiċi ta’ l-Istati Membri individwali, hemm riskju li l-eżistenza ta’ kundizzjonijiet legali u regolatorji differenti għall-użu ta’ dawk is-servizzi skond il-liġijiet nazzjonali se jżomm lura dejjem aktar il-provvista ta’ servizzi transkonfinali ta’ din ix-xorta. Għalhekk, l-Awtorità għandha rwol ewlieni fl-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet armonizzati għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk is-servizzi, kemm jekk rigward l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, id-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju jew id-drittijiet ta’ użu għan-numru, kif ukoll fl-għoti ta’ pariri lill-Kummissjoni dwar id-dettalji tal-miżuri li għandhom jittieħdu skond id-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru) sabiex jinkisbu kundizzjonijiet armonizzati ta’ din ix-xorta.

(22) Filwaqt li s-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi huwa settur ewlieni fil-proċess lejn ekonomija Ewropea aktar avvanzata bbażata fuq l-għarfien, u l-iżviluppi teknoloġiċi u fis-suq żiedu l-potenzjal għall-użu tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi lil hinn mill-konfini ġeografiċi ta’ l-Istati Membri individwali, hemm riskju li l-eżistenza ta’ kundizzjonijiet legali u regolatorji differenti għall-użu ta’ dawk is-servizzi skond il-liġijiet nazzjonali se jżomm lura dejjem aktar il-provvista ta’ servizzi transkonfinali ta’ din ix-xorta.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 22 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Il-Kummissjoni rrikonoxxiet in-natura globali u transkonfinali tas-suq globali tat-telekomunikazzjonijiet, billi nnutat li dan is-suq huwa differenti mis-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet provduti fuq bażi purament nazzjonali u li s-suq uniku għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni globali (“global telecommunications services" - GTSs) għandu jintgħaraf mis-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet purament nazzjonali. Il-GTSs huma każ partikolari meta l-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni jistgħu jkunu neċessarji. Huwa ġeneralment rikonoxxut li dawn is-servizzi, li jikkonsistu f’servizzi ta’ vuċi u ta’ dejta mmaniġġjati għan-negozji għal kumpaniji multinazzjonali li jinsabu f’pajjiżi differenti u ħafna drabi f’kontinenti differenti, huma transkonfinali b’mod inerenti u fl-Ewropa, huma pan-Ewropej. Il-BERT għandha tiżviluppa strateġija regolatorja komuni sabiex il-benefiċċji ekonomiċi ta’ servizzi integrati u kontinwi jkunu jistgħu jakkumulaw għall-partijiet kollha ta’ l-Ewropa.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) B’mod partikolari, l-Awtorità għandha tivvaluta l-ħtieġa għal proċedura waħdanija ta’ għażla fuq il-livell Komunitarju għad-drittijiet ta’ użu bla ħsara għall-kundizzjonijiet armonizzati, tagħti parir lill-Kummissjoni dwar it-termini u l-kriterji li għandhom jiġu applikati fi proċedura ta’ għażla ta’ din ix-xorta u tirċievi u tivvaluta applikazzjonijiet mingħand intrapriżi għal drittijiet ta’ użu ta’ din ix-xorta. L-Awtorità għandu jkollha wkoll il-kompitu li, fejn ikun xieraq, tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-irtirar ta’ drittijiet ta’ użu ta’ din ix-xorta.

imħassra

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-Awtorità għandha taġixxi bħala ċentru ta’ għarfien espert fuq il-livell Ewropew dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, fejn tipprovdi gwida u pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni jew lill-entitajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri. Is-sigurtà u s-saħħa tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet u tas-sistemi ta' informazzjoni għadhom tħassib primarju għas-soċjetà u jikkostitwixxi element ewlieni fil-qafas regolatorju ta' l-UE għan-netwerks u s-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Hemm ir-riskju li l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern jiddgħajjef minħabba applikazzjoni eteroġenja tad-dispożizzjonijiet relatati mas-sigurtà kif stabbiliti fid-Direttiva Kwadru u fid-Direttivi Speċifiċi. L-opinjoni ta' l-Awtorità li tipprovdi pariri tekniċi fuq it-talba tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri għandha tiffaċilita l-applikazzjoni konsistenti ta' dawk id-direttivi fil-livell nazzjonali.

imħassra

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Jistgħu jiġu imposti ħlasijiet amministrattivi fuq il-fornituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi talli jiġġestixxu s-sistema ta’ awtorizzazzjoni u għall-għotja tad-drittijiet ta’ użu. Minbarra l-ħlasijiet amministrattivi, jistgħu jiġu imposti ħlasijiet ta’ użu għall-użu tal-frekwenzi u tan-numri. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrativ fuq l-intrapriżi, f’każ ta’ proċedura komuni ta’ għażla l-Awtorità għandha tiġbor u tqassam mill-ġdid lill-Istati Membri il-ħlasijiet amministrattivi u l-ħlasijiet ta' użu.

imħassra

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ l-aħjar prattika regolatorja u tal-konsistenza fl-applikazzjoni tar-regolamentazzjoni fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi billi trawwem l-iskambu ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u tagħmel l-informazzjoni xierqa disponibbli għall-pubbliku b’mod faċilment aċċessibbli. L-Awtorità għandu jkollha l-possibbiltà li tindirizza kwistjonijiet ekonomiċi u tekniċi u li jkollha aċċess għall-aktar informazzjoni aġġornata disponibbli sabiex tkun tista’ tirrispondi għall-isfidi ekonomiċi u tekniċi li toħloq soċjetà ta’ l-informazzjoni li qed tiżviluppa, pereżempju f’oqsma bħas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni u t-tagħmir għall-identifikazzjoni tal-frekwenzi tar-radju.

 

(27) Fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi hemm rabta qawwija bejn l-investiment u l-innovazzjoni, Il-BERT għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ l-aħjar prattika regolatorja u tal-konsistenza fl-applikazzjoni tar-regolamentazzjoni fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi billi trawwem l-iskambu ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u tagħmel l-informazzjoni xierqa disponibbli għall-pubbliku b’mod faċilment aċċessibbli. Il-BERT għandu jkollha l-possibbiltà li tindirizza kwistjonijiet ekonomiċi u tekniċi u li jkollha aċċess għall-aktar informazzjoni aġġornata disponibbli sabiex tkun tista’ tirrispondi għall-isfidi ekonomiċi u tekniċi li toħloq soċjetà ta’ l-informazzjoni li qed tiżviluppa.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Biex tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha kif ġew stabbliti f’dan ir-Regolament u sabiex tifhem aħjar l-isfidi fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi r-riskji kurrenti u emerġenti fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, l-Awtorità jeħtieġ li tkun tista’ tanalizza żviluppi kurrenti u emerġenti. Għal dak il-fini l-Awtorità tista’ tiġbor informazzjoni xierqa, b’mod partikolari dwar ksur tas-sigurtà u ta’ l-integrità li kellu impatt sinifikanti fuq ħidmet in-netwerk jew is-servizzi provduti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skond l-Artikolu 13a(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru), kif ukoll permezz ta’ kwestjonarji.

imħassra

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Bħala punt fokali biex tinqasam u tiġi skambjata l-informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mar-regolamentazzjoni tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mal-Komunità kollha, u fl-interessi tal-promozzjoni tat-trasparenza u tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi għall-fornituri u għall-utenti ta’ dawk is-servizzi, l-Awtorità għandha żżomm u tagħmel aċċessibbli reġistru li jinkludi informazzjoni dwar l-użu tal-frekwenzi fil-Komunità, fuq il-bażi ta’ informazzjoni standardizzata provduta fuq bażi regolari minn kull Stat Membru. Sabiex tittejjeb it-trasparenza tal-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut sabiex wieħed jagħmel u jirċievi telefonati bir-roaming irregolati fil-Komunità u biex tingħata għajnuna lill-konsumaturi tar-roaming ħalli jieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu tat-telefons ċellulari tagħhom meta jkunu barra minn pajjiżhom, l-Awtorità għandha tiżgura li informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KEtitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati u tippubblika r-riżultati ta’ monitoraġġ ta’ din ix-xorta fuq bażi annwali.

(29) Sabiex tittejjeb it-trasparenza tal-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut sabiex wieħed jagħmel u jirċievi telefonati bir-roaming irregolati fil-Komunità u biex tingħata għajnuna lill-konsumaturi tar-roaming ħalli jieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu tat-telefons ċellulari tagħhom meta jkunu barra minn pajjiżhom, il-BERT għandha tiżgura li informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KE titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati u tippubblika r-riżultati ta’ monitoraġġ ta’ din ix-xorta fuq bażi annwali.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ titlob lill-Awtorità biex twettaq kwalunkwe kompitu addizzjonali taħt ir-responsabbiltà ġenerali tagħha li jista’ jitqies bħala li jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-qafas regolatorju Komunitarju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Din ma tidhirx li hija delegazzjoni ġġustifikata tal-poteri, minħabba li korpi regolatorji għandhom jingħataw biss kompiti bħal dawn fejn ikun hemm bżonn speċifiku għal regolament u mbagħad biss permezz ta’ att leġiżlattiv speċifiku wara konsultazzjoni mal-gruppi kkonċernati. Inkella jkun hemm riskju li x-xogħlijiet regolatorji li għalihom ma tkunx ġiet aċċertata ħtieġa jiġu delegati biss fuq suspett, li jista’ jkun ta’ detriment għaċ-ċertezza legali u fl-aħħar mill-aħħar għall-kompetizzjoni wkoll.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) L-istruttura ta’ l-Awtorità għandha tkun adattata għall-kompiti li se twettaq. Esperjenza b’awtoritajiet Komunitarji simili tipprovdi xi gwida f’dan ir-rigward, imma l-istruttura għandha tkun adattata sabiex tissodisfa l-ħtiġiet speċifiċi tas-sistema Komunitarja għar-regolamentazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. B’mod partikolari, ir-rwol speċifiku ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u n-natura indipendenti tagħhom jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod sħiħ.

(32) L-istruttura tal-BERT għandha tkun ħafifa u adattata għall-kompiti li se twettaq. Għandha tkun adattata sabiex tissodisfa l-ħtiġiet speċifiċi tas-sistema Komunitarja għar-regolamentazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. B’mod partikolari, ir-rwol speċifiku ta’ l-NRAs u n-natura indipendenti tagħhom, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Ewropew, għandu jkun irrispettat b’mod sħiħ.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) UffiċjalL-Awtorità għandu jkollha s-setgħat meħtieġa sabiex twettaq il-funzjonijiet regolatorji b’mod effiċjenti u fuq kollox indipendenti. Billi jirrifletti s-sitwazzjoni fuq livell nazzjonali, il-Bord tar-Regolaturi għalhekk għandu jaġixxi b’mod indipendenti minn kwalunkwe interess tas-suq u m’għandux ifittex jew jieħu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika jew privata oħra.

(33) Il-BERT għandu jkollha s-setgħat meħtieġa sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha b’mod effiċjenti u fuq kollox indipendenti. Billi jirrifletti s-sitwazzjoni fuq livell nazzjonali, il-Bord tar-Regolaturi għalhekk għandu jaġixxi b’mod indipendenti minn kwalunkwe interess tas-suq u m’għandux ifittex jew jieħu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika jew privata oħra.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-funzjonament bla problemi ta’ l-Awtorità jeħtieġ li d-Direttur tagħha jinħatar fuq bażi ta’ mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll ta’ kompetenza u ta’ esperjenza rilevanti għan-netwerks, għas-servizzi u għas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u li huwa jwettaq dmirijietu b’indipendenza u bi flessibilità sħiħa rigward l-organizzazzjoni tal-funzjonament intern ta’ l-Awtorità. Id-Direttur għandu jiżgura l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-kompiti ta’ l-Awtorità b’mod indipendenti.

(34) Il-funzjonament bla problemi tal-BERT jeħtieġ li d-Direttur Maniġerjali tagħha jinħatar fuq bażi ta’ mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll ta’ kompetenza u ta’ esperjenza rilevanti għan-netwerks, għas-servizzi u għas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u li huwa jwettaq dmirijietu b’indipendenza u bi flessibilità sħiħa rigward l-organizzazzjoni tal-funzjonament intern tal-BERT. Id-Direttur Maniġerjali għandu jiżgura l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-kompiti tal-BERT b’mod indipendenti.

 

(Din l-emenda tapplika għal kull parti tat-test. Jekk tiġi adottata jkun jeħtieg li jsiru l-bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-partijiet li jiġu affetwati mid-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità jkollhom rikors għar-rimedji meħtieġa. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu xieraq ta’ appell sabiex id-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità jistgħu jkunu suġġetti għal appell quddiem Bord ta’ l-Appell speċjalizzat, li d-deċiżjonijiet tiegħu, min-naħa tagħhom, jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

imħassra

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Minbarra l-prinċipji operattivi tagħha bbażati fuq l-indipendenza u t-trasparenza, l-Awtorità għandha tkun organizzazzjoni miftuħa għall-kuntatti ma’ l-industrija, mal-konsumaturi u ma’ partijiet interessati oħra. L-Awtorità għandha tkabbar il-kooperazzjoni bejn il-parteċipanti differenti li jaħdmu fil-qafas tas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, fost l-oħrajn, billi torganizza, fuq bażi regolari, konsultazzjoni ma’ l-industrija, maċ-ċentri ta’ riċerka, kif ukoll ma’ partijiet interessati oħra konċernati u billi tistabbilixxi netwerk ta’ kuntatti għall-entitajiet Komunitarji, għall-enttitajiet tas-settur pubbliku maħtura mill-Istati Membri, għall-entitajiet tas-settur privat u għall-entitajiet tal-konsumaturi.

(37) Minbarra l-prinċipji operattivi tagħha bbażati fuq l-indipendenza u t-trasparenza, il-BERT għandha tkun organizzazzjoni miftuħa għall-kuntatti ma’, inter alia, l-industrija, il-konsumaturi, it-trejdjunjins, l-entitajiet tas-settur pubbliku, iċ-ċentri ta’ riċerka u ma’ partijiet interessati oħra. Fejn xieraq, BERT għandha tassisti lill-Kummissjoni fit-tixrid u fl-iskambju ta’ l-aħjar prattika fost l-impriżi.

Ġustifikazzjoni

Il-BERT għandu jkollha l-possibilità li tikkonsulta u li taħdem b’mod reċiproku ma’ firxa ta’ partijiet interessati involuti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Għalhekk, il-proċeduri ta’ l-Awtorità għandhom jiżguraw li l-Awtorità jkollha aċċess għall-għarfien espert ta' l-ispeċjalisti u għal esperjenza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, partikolarment f’oqsma ta’ kumplessità teknika u ta’ bidla mgħaġġla bħas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni.

(38) Għalhekk, il-proċeduri tal-BERT għandhom jiżguraw li din ikollha aċċess għall-għarfien espert ta' l-ispeċjalisti u għal esperjenza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, partikolarment f’oqsma ta’ kumplessità teknika u ta’ bidla mgħaġġla.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Sabiex ikun żgurat li l-grad meħtieġ ta’ kompetenza u ta’ esperjenza jinfluwenza it-twettiq tal-kompiti ta’ l-Awtorità relatati mas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, għandu jinħatar Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks. Għandu jiġi stabbilit Grupp Permanenti tal-Partijiet Interessati sabiex jipprovdi pariri lill-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks, jinkoraġġixxi l-qsim ta’ l-esperjenza u ta’ l-aħjar prattiki f’dawn il-kwistjonijiet u jżomm djalogu regolari mas-settur privat, ma’ l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u ma’ partijiet interessati oħra.

imħassra

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Sabiex tkun iggarantita l-awtonomiija u l-indipendenza sħiħa ta’ l-Awtorità, għandha tingħata baġit awtonomu. Il-proċedura baġitarja Komunitarja tibqa’ applikabbli fejn għandu x’jaqsam kwalunkwe sussidju li jista’ jingħata mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha twettaq il-verifika tal-kontabbiltà skond l-Artikolu 91 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

(40) Sabiex tkun iggarantita l-awtonomiija u l-indipendenza sħiħa tal-BERT, għandha tingħata baġit awtonomu. Filwaqt li terz tal-fondi tagħha se jkun ipprovdut mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea, żewġ terzi tad-dħul tagħha se jkun ipprovdut mill-NRAs. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-NRAs ikollhom fondi adegwati u bla kundizzjonijiet għal dan l-għan. Dan il-metodu ta’ ffinanzjar għandu jkun bla ħsara għall-indipendenza tal-BERT ta’ kemm l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ timponi penali finanzjarji fuq intrapriżi li ma jipprovdux l-informazzjoni li tkun meħtieġa biex l-Awtorità twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom qafas xieraq sabiex jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq l-intrapriżi meta dawn ma jikkonformawx ma’ l-obbligi li ġejjin minn dan ir-Regolament.

(42) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tieħu l-miżuri neċessarji fil-każ li intrapriżi li jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni li tkun meħtieġa biex il-BERT twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom qafas xieraq sabiex jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq l-intrapriżi meta dawn ma jikkonformawx ma’ l-obbligi li ġejjin minn dan ir-Regolament.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Fl-ambitu tagħha, biex tilħaq l-għanijiet u twettaq il-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha tkun konformi b’mod partikolari mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji rigward it-trattament ta’ dokumenti sensittivi. Fejn ikun rilevanti, huwa xieraq li jkun żgurat li jkun hemm skambju koerenti u sigur ta’ l-informazzjoni fil-qafas ta’ dan ir-Regolament.

(43) Fl-ambitu tagħha, biex tilħaq l-għanijiet u twettaq il-kompiti tagħha, l-NRAs għandhom jiżguraw li l-BERT tkun konformi b’mod partikolari mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji rigward it-trattament ta’ dokumenti sensittivi. Fejn ikun rilevanti, huwa xieraq li jkun żgurat li jkun hemm skambju koerenti u sigur ta’ l-informazzjoni fil-qafas ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44) L-Awtorità għandha tapplika l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti kif ġie stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi rigward l-ipproċessar tad-data pesonali kif ġie stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data.

(44) L-NRAs għandhom jiżguraw li l-BERT tapplika l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti kif ġie stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi rigward l-ipproċessar tad-data pesonali kif ġie stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi f’ħidmet l-Awtorità għandha tkun possibbli skond ftehimiet xierqa li għandhom jiġu konklużi mal-Komunità.

imħassra

Emenda  42

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46) Għandha tkun żgurata t-tranżizzjoni bla problemi għall-attivitajiet li għaddejjin ta’ l-ENISA li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtorità.

imħassra

Emenda  43

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat għall-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni.

imħassra

Emenda  44

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) B'mod partikolari għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni biex tadatta l-informazzjoni speċifikata fl-Anness għal dan ir-Regolament ma' l-iżviluppi tekniċi jew tas-suq. Peress li dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u ġew imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

imħassra

Emenda  45

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49) Peress li l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, prinċipalment il-funzjonament aħjar tas-suq intern għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-iżvilupp ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi transkomunitarji, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba l-ambitu mifrux ma’ l-Ewropa kollha ta’ dan ir-Regolament u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju, fejn il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif ġie stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif ġie stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

imħassra

Emenda  46

Proposta għal regolament

Premessa 49 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(49a) Fl-1 ta’ Jannar 2014 għandha ssir reviżjoni biex ikun evalwat jekk hemmx bżonn li l-mandat ta’ BERT jiġi estiż. Fil-każ li estensjoni tkun iġġustifikata, għandhom jiġu riveduti r-regolamenti baġitarji u proċedurali, kif ukoll ir-riżorsi umani.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qed tiġi stabbilita Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi bir-responsabbiltajiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

1. Se tiġi stabbilita l-Entità tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (“BERT”) bir-responsabbiltajiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-BERT fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha skond id-Direttiva Qafas u d-Direttivi Speċifiċi, kif stabbilit f’dan ir-Regolament.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu tad-Direttiva Kwadru u tad-Direttivi Speċifiċi, u tibbaża ruħha fuq l-għarfien espert disponibbli fl-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Għandha tikkontribwixxi għall-funzjonament aħjar tas-suq intern għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jinkludu, b’mod partikolari, l-iżvilupp ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi transkomunitarji u livell għoli u effettiv tas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informzzjoni, permezz tal-kompiti elenkati fil-Kapitoli II u III.

2. Il-BERT għandha taġixxi fl-ambitu tad-Direttiva Qafas u tad-Direttivi Speċifiċi, u tibbaża ruħha fuq l-għarfien espert disponibbli fl-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (l-“NRAs”). Għandha tikkontribwixxi għat-tijib tar-regolamentazzjoni nazzjonali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u għall-funzjonament aħjar tas-suq intern għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jinkludu b’mod partikolari, il-promozzjoni ta’ applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-qafas regolatorju tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-iżvilupp ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi transkomunitarji, permezz tal-kompiti elenkati fil-Kapitoli II u III.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti tagħha b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mal-Kummissjoni f’sistema Ewropea għar-regolamentazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

3. Il-BERT għandha twettaq il-kompiti tagħha b’kooperazzjoni ma' l-NRAs u mal-Kummissjoni.

 

Il-BERT għandha sservi bħala mezz għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet konsistenti ta’ l-NRAs. Għandha tipprovdi bażi għall-organizzazzjoni għat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ l-NRAs; Għandha tadotta pożizzjonijiet u kummenti komuni. Barra minn hekk, għandha tagħti parir lill-Kummissjoni u tassisti lill-NRAs fil-kwistjonijiet kollha fi ħdan l-iskop tad-dmirijiet mogħtija lill-NRAs mid-Direttiva Qafas u mid-Direttivi Speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

Ħafna mir-responsabilitajiet regolatorji ta’ l-Awtorità għandhom jitneħħew u jibqgħu f’idejn l-Istati Membri.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-għanijiet u l-kompiti ta’ l-Awtorità għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi ta’ l-Istati Membri rigward is-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni li jaqgħu barra mill-ambitu tat-Trattat KE, b'mod partikolari dawk koperti mit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Fi kwalunkwe każ, l-għanijiet u l-kompiti ta' l-Awtorità għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, l-attivitajiet ta’ l-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali u s-sigurtà ta' l-Istat, inkluż il-benesseri ekonomiku ta’ l-Istat meta l-kwistjonijiet ikunu relatati ma’ kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-Istat.

imħassar

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew se jadottaw Deċiżjoni biex ikun stabbilit uffiċċju sabiex jiżgura riżorsi xierqa għal BERT. Din id-Deċiżjoni se jkun fiha d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) għandha tipprovdi li l-uffiċċju jkun parti mill-amministrazzjoni tal-Komunità fir-rigward ta’ termini u kundizzjonijiet ta’ impjieg u r-responsabilitajiet baġitarji;

 

(b) sakemm huwa meħtieġ biex tiggarantixxi t-twettiq awtonomu tad-dmirijiet tal-BERT, għandha tipprovdi regolamenti speċifiċi tal-persunal għall-uffiċċju; u

 

(c) għandha tistabbilixxi regoli għall-ewwel laqgħa u l-ewwel presidenza tal-BERT.

 

L-uffiċċju għandu jkun stabbilit fi Brussell.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) toħroġ opinjonijiet fuq it-talba tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess u tgħin lill-Kummissjoni billi tipprovdilha l-appoġġ tekniku u amministrattiv addizzjonali fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(a) toħroġ opinjonijiet fuq it-talba tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew jew fuq l-inizjattiva tagħha stess u tgħin lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew billi tipprovdilhom l-appoġġ tekniku addizzjonali fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi;

Ġustifikazzjoni

Il-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni jiddefinixxi l-Awtorità li għandha titwaqqaf, bħala awtorità "li hija responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew". Għalhekk għandha tkun żgurata rabta iktar mill-viċin bejn dan ta’ l-aħħar u l-Awtorità.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) tiżviluppa pożizzjonijiet komuni, linji gwida u l-aħjar prattiki għall-impożizzjoni ta' rimedji regolatorji fil-livell nazzjonali u timmoniterja l-implimentazzjoni tagħhom madwar l-Istati Membri;

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta għandha l-għan li tenfasizza l-irwol tal-BERT li jżid il-konsistenza tar-rimedji permezz ta' l-għoti ta' gwida lill-NRAs u l-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tipprovdi pariri għall-parteċipanti fis-suq u għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq kwistjonijiet regolatorji;

(c) tipprovdi pariri għall-parteċipanti fis-suq (inklużi l-konsumaturi u għaqdiet tal-konsumaturi) u għall-NRAs dwar kwistjonijiet regolatorji;

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da) tpartat esperjenzi u tippromwovi l-innovazzjoni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

Ġustifikazzjoni

L-irwol tal-BERT sabiex tkun promossa l-innovazzjoni fl-Ewropa jrid ikun enfasizzat, peress li l-innovazzjoni hija wkoll fl-interess tal-konsumaturi.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) tipprovdi pariri u għajnuna lill-Kummissjoni jew lil kwalunkwe entità oħra maħtura minn Stat Membru rigward kwalunkwe kwistjoni ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtorità;

imħassar

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) tieħu deċiżjonijiet individwali b’relazzjoni għall-ħruġ tad-drittijiet ta’ użu għan-numri mill-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika (ETNS);

imħassar

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla ta' l-intrapriżi li se jingħataw drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-BERT tipprovdi pariri (bħal f'kull kwistjoni oħra, inklużi l-proċeduri għall-Artikolu 7) lill-Kummissjoni, kif ukoll lil entitatjiet kompetenti oħra b'responsabilitajiet relatati mal-frekwenza, sabiex ikunu jistgħu jwettqu dawn ir-responsabilitajiet b'mod aktar effettiv. Il-BERT ma tiħux f'idejha l-proċeduri attwali mill-Kummissjoni (deskritta bl-użu tal-verb "tgħin"), billi dawn il-proċeduri huma riżervati għall-Kummissjoni u, fid-dawl tal-fatt li aktarx se jkun hemm numru żgħir ta' dawn il-proċeduri, ma jkunx ġustifikat jew proporzjonat li dan il-kompitu jingħata lil xi aġenzija.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) tiġbor u tqassam mill-ġdid il-ħlasijiet ta’ użu għad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri ;

imħassar

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) toħroġ rakkomandazzjonjiet lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar tilwim transkonfinali u dwar kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà elettronika (eAccessibility).

(i) tagħti pariri lill-NRAs dwar tilwim transkonfinali u, fejn xieraq, dwar kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà elettronika (e-Accessibility).

Ġustifikazzjoni

It-terminu ‘rakkomandazzjonijiet’ għandu jkun evitat minħabba li dan kiseb tifsira speċjali fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt i a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia) tiżviluppa pożizzjonijiet komuni dwar kwistjonijiet pan-Ewropej bħalma huma s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet globali (GTSs) sabiex iżżid il-konsistenza regolatorja u tippromwovi suq pan-Ewropew u regoli pan-Ewropej.

Ġustifikazzjoni

Skond il-Qafas Ġenerali attwali ta’ l-UE, il-fornitur tal-GTS għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni individwali ta’ kull Awtorità Regolatorja Nazzjonali sabiex ikun jista’ jipprovdi servizz pan-Ewropew. Hemm varjazzjonijiet konsiderevoli f’dawn l-arranġamenti nazzjonali, u l-obbligi ta’ konformità li joħorġu mis-sistemi ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali wkoll ivarjaw b’mod sinifikanti.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħti opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi.

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, il-BERT għandha tagħti opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi kif stabbilit f’dan ir-Regolament. Il-BERT tista’ wkoll tipprovdi opinjonijiet fuq dawn il-kwistjonijiet lill-Kummissjoni jew lill-NRAs fuq l-inizjattiva tagħha stess.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B’mod partikolari, l-Awtorità għandha tagħti kontribuzzjoni għall-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet fid-Direttiva Kwadru u fid-Direttivi Speċifiċi billi tgħin lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

2. Sabiex tippromwovi l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet fid-Direttiva Qafas u fid-Direttivi Speċifiċi, il-Kummissjoni għandha titlob l-għajnuna tal-BERT fil-preparazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas). Il-Parlament Ewropew jista’ wkoll jitlob għajnuna ta’ din ix-xorta lill-BERT kif meħtieġ minnu b'mod raġonevoli b’rabta ma’ kwalunkwe stħarriġ jew leġiżlazzjoni fl-ambitu tal-funzjonijiet tal-BERT.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kwistjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

3. Il-kwistjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

Ġustifikazzjoni

Ir-responsabilitajiet ta’ l-Awtorità għandhom ikunu definiti b’mod ċar.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u tas-servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi inklużi kwistjonijiet marbuta ma’ ksur tas-sigurtà u/jew ta’ l-integrità, skond l-Artikolu 13a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi);

imħassar

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) analiżijiet ta’ swieq nazzjonali speċifiċi skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru);

(e) analiżi ta’ swieq nazzjonali speċifiċi skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas) u fejn xieraq, swieq sottonazzjonali;

Ġustifikazzjoni

Il-BERT għandha rwol konsultattiv fl-analiżi tas-swieq, fuq livell nazzjonali u fejn xieraq fuq livell sub-nazzjonali.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) kwistjonjiet ta’ numri, skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) u l-aċċess għan-numri u għas-servizzi fil-Komunità, skond l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali);

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kompetenza għandha tibqa’ ta’ l-Istati Membri.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) miżuri dwar kwistjonijiet ta’ frekwenzi tar-radju skond l-Artikoli 4 u 6 tad-Deċiżjoni 676/2002/KE (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju);

(o) kwistjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-BERT kif identifikati mid-Direttiva Kwadra u d-Direttivi Speċifiċi, sakemm jaffettwaw l-immaniġġjar ta’ l-ispettru jew ikunu affettwati bl-immaniġġjar tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Ikun xieraq illi d-Direttivi jispeċifikaw liema kwistjonijiet għandhom jidħlu fi ħdan l-iskop ta’ l-‘Awtorità’.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p) skond l-Artikoli 6a u 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) :

Imħassra

(i) kundizzjonijiet armonizzati relatati mad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi jew tan-numri tar-radju;

 

(ii) emenda jew irtirar tad-drittijiet ta’ użu maħruġa fuq bażi koordinata jew armonizzata;

 

(iii) l-għażla ta’ l-intarpriżi li jistgħu jingħatawlhom drittijiet individwali ta’ użu għall-frekwenzi jew għan-numri għal servizzi b’potenzjal transkonfinali.

 

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt p a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(pa) miżuri li jiżguraw l-iżvilupp ta’ regoli komuni pan-Ewropej u rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet globali (GTSs).

Ġustifikazzjoni

Skond il-Qafas Ġenerali attwali ta’ l-UE, il-fornitur tal-GTS għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni individwali ta’ kull Awtorità Regolatorja Nazzjonali sabiex ikun jista’ jipprovdi servizz pan-Ewropew. Hemm varjazzjonijiet konsiderevoli f’dawn l-arranġamenti nazzjonali, u l-obbligi ta’ konformità li joħorġu mis-sistemi ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali wkoll ivarjaw b’mod sinifikanti.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Barra minn hekk, l-Awtorità għandha twettaq il-kompiti speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 23.

4. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-BERT biex twettaq il-kompiti speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 23.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-Kummissjoni u l-NRAs għandhom iqisu sew l-opinjonijiet imwassla mill-BERT. Fil-każ li BERT tipproponi soluzzjonijiet alternattivi fid-dawl ta’ kundizzjonijiet tas-suq differenti u ‘path dependance’ ta' metodi differenti ta' regolamentazzjoni, l-NRA’s għandhom jikkunsidraw liema soluzzjoni l-aktar li taqbel mal-metodu regolatorju tagħhom. L-NRAs u l-Kummissjoni għandhom jippubblikaw il-mod kif l-opinjoni tal-BERT ġiet ikkunsidrata.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkunu kkunsidrati differenzi li jeżistu fis-swieq nazzjonali meta jkunu proposti soluzzjonijiet.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta’ miżura konċernat fi żmien erba’ ġimgħat minn meta tiġi informata b’dan. L-opinjoni għandha tinkludi analiżi dettaljata u oġġettiva ta’ jekk l-abbozz tal-miżura jikkostitwix ostaklu għas-suq uniku u l-kompatibbiltà tagħha mad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari ma’ l-għanijiet li jissemmew fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru). Fejn ikun xieraq, l-Awtorità għandha tindika liema bidliet għandhom isiru fl-abbozz tal-miżura sabiex ikun żgurat li dawn l-għanijiet jiġu sodisfatti bl-aktar mod effettiv.

2. Il-BERT għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta’ miżura konċernat fi żmien erba’ ġimgħat minn meta tiġi informata b’dan. L-opinjoni għandha tinkludi analiżi dettaljata u oġġettiva ta’ jekk l-abbozz tal-miżura jikkostitwix ostaklu għas-suq uniku u l-kompatibbiltà tagħha mad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari ma’ l-għanijiet li jissemmew fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas). Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha titlob lill-BERT biex tindika liema bidliet għandhom isiru fl-abbozz tal-miżura sabiex ikun żgurat li dawn l-għanijiet jiġu sodisfatti bl-aktar mod effettiv.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn il-Kummissjoni tkun identifikat suq transnazzjonali skond l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), l-Awtorità għandha tagħmel l-analiżi tas-suq b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skond l-Artikolu 16(5) ta’ dik id-Direttiva u tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar dan.

2. Fejn il-Kummissjoni tkun identifikat suq transnazzjonali skond l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), l-Awtorità tista’, fuq talba, tassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali involuti fl-analiżi konġunta tas-suq skond l-Artikolu 16(5) ta’ dik id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn l-Awtorità tikkonkludi li s-suq transnazzjonali rilevanti ma jkunx kompetittiv b’mod effettiv, l-opinjoni lill-Kummissjoni għandha tinkludi abbozz ta’ miżura li jispeċifika l-intrapriża(i) li tqis li għandha/hom tingħażel/jingħażlu bħala li għandha/hom setgħa sinfikanti tas-suq f’dak is-suq u l-obbligi xierqa li għandhom jiġu imposti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Qabel l-għotja ta’ l-opinjoni skond il-paragrafu 1 jew 3, l-Awtorità għandha tikkonsulta ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ma’ l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u għandha twettaq konsultazzjoni pubblika skond l-Artikolu 42 ta’ dan ir-Regolament.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Awtorità għandha tkun tista' tieħu deċiżjonijiet relatati mal-ħruġ tad-drittijiet ta' użu għan-numri mill-Ispazju Ewropew tan-Numri tat-Telefown (ETS) f'konformità ma' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru). Għandha tkun ukoll responsabbli, f’isem l-Istati Membri, mill-amministrazzjoni u mill-iżvilupp ta’ l-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika (ETNS) li ngħatalu l-prefiss 3883.

imħassar

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti assoċjati ma’ l-amministrazzjoni u mal-ġestjoni tal-firxiet tan-numri armonizzati skond l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

imħassar

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Awtorità għandha taħdem ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar kwistjonijiet relatati ma’ frodi jew ma’ użu ħażin tar-riżorsi tan-numri fil-Komunità, b’mod partikolari għal servizzi transkonfinali. Tista’ toħroġ opinjoni dwar azzjoni li tista’ tittieħed fuq il-livell Komunitarju jew nazzjonali sabiex ikunu indirizzati l-frodi u l-użu ħażin kif ukoll tħassib ieħor tal-konsumaturi dwar in-numri.

3. Fuq talba tal-Kummissjoni, il-BERT għandha taħdem ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar kwistjonijiet relatati ma’ frodi jew ma’ użu ħażin tar-riżorsi tan-numri fil-Komunità, b’mod partikolari għal servizzi transkonfinali. Tista’ toħroġ opinjoni dwar azzjoni li tista’ tittieħed fuq il-livell Komunitarju jew nazzjonali sabiex ikunu indirizzati l-frodi u l-użu ħażin kif ukoll tħassib ieħor tal-konsumaturi dwar in-numri.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Awtorità għandha tagħmel analiżi annwali tal-miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri sabiex iċ-ċittadini jkunu informati bl-eżistenza u bl-użu tan-numru tat-telefon Ewropew waħdani ta’ emerġenza “112”, ibbażat fuq l-informazzjoni riċevuta skond l-Artikolu 26(4) tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali). Ir-riżultati ta’ din l-analiżi għandhom ikunu inklużi fir-rapport annwali li jissemma fl-Artikolu 21(2).

imħassar

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tipprovdi pariri lill-Kummissjoni u twettaq studji u analiżijiet, b’mod partikolari dwar aspetti tekniċi u ekonomiċi, rigward l-użu ta’ frekwenzi tar-radju fil-Komunità għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, il-BERT għandha tipprovdi pariri lill-Kummissjoni, lill-Grupp għal Politika dwar l-Ispektrum tar-Radju (“Radio Spectrum Policy Group” - RSPG) jew lill-Kumitat dwar l-Ispektrum tar-Radju (“Radio Spectrum Committee” - RSC), kif ikun xieraq, b’rabta ma’ kwistjonijiet li huma fl-ambitu tar-responsabiltà tagħha li jaffettwaw jew huma affettwati mill-użu ta’ frekwenzi tar-radju fil-Komunità għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Għandha taħdem f’koperazzjoni mill-qrib mal-RSPG u l-RSC kif ikun xieraq.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq it-talba tagħha , l-Awtorità għandha tipprovdi lill-Kummissjoni pariri rigward it-tfassil ta’ għanijiet ta’ politika komuni li jissemmew fl-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni 676/2002/KE (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju), meta dawn jaqgħu fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

3. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-BERT biex tipprovdi pariri lill-RSPG jew lill-RSC, b'rabta ma' pariri ta’ l-RSC lill-Kummissjoni rigward it-tfassil ta’ għanijiet ta’ politika komuni li jissemmew fl-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni 676/2002/KE (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju), meta dawn jaqgħu fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Awtorità għandha tippubblika rapport annwali dwar żviluppi prospettivi fil-frekwenzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u dwar politiki fejn għandha tidentifika l-ħtiġiet u l-isfidi potenzjali.

4. Il-BERT għandha tikkontribwixxi għar-rapporti ppubblikati mill-Kummissjoni, mill-RSPG, mill-RSC jew kwalunkwe entità oħra rilevanti, kif ikun il-każ, dwar żviluppi prospettivi fil-frekwenzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u dwar politiki fejn għandha tidentifika l-ħtiġiet u l-isfidi potenzjali.

Ġustifikazzjoni

L-emendi għandhom l-għan li jiddefinixxu b'aktar ċarezza l-irwoli tal-BERT fir-rigward tal-frekwenzi u jiċċaraw li l-irwol ewlieni tagħha huwa li tagħti parir mhux biss lill-Kummissjoni iżda lill-entitajiet speċifiċi (RSC u RSPG) li diġà ġew mogħtija inkarigi marbutin mal-frekwenzi tar-radju. Il-BERT m'għandhiex tingħata inkarigi li huma diġà mogħtija lill-RSC u lill-RSPG, għax dan iwassal għal nuqqas ta' effettività u għal konfużjoni fil-kompetenzi regolatorji u ta' frekwenza; għal kuntrarju, l-irwol tagħha għandu jkun komplimentari ma' dawn l-entitajiet sabiex ikun żgurat li l-objettivi tal-politika dwar il-komunikazzjoni elettronika jkunu uniformi fl-entitajiet kollha li huma attivi fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar l-ambitu u l-kontenut ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri implimentattivi provduti fl-Artikolu 6a tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni). B’mod partikolari, dan jista’ jinkludi l-valutazzjoni ta’ l-Awtorità tal-benefiċċji li jistgħu jakkumulaw għas-suq uniku fin-netwerks u fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mill-miżuri implimentattivi li ġew adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6a tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) u l-identifikazzjoni tas-servizzi b’potenzjal transkomunitarju li għandhom jibbenfikaw minn dawk il-miżuri.

1. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-BERT sabiex tagħti lill-Kummissjoni, lill-RSPG jew lill-RSC opinjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri implimentattivi provduti fl-Artikolu 6a tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni). B’mod partikolari, dan jista’ jinkludi l-evalwazzjoni tal-BERT tal-benefiċċji li jistgħu jakkumulaw għas-suq uniku fin-netwerks u fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mill-miżuri implimentattivi li ġew adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6a tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) u l-identifikazzjoni tas-servizzi b’potenzjal transkomunitarju li għandhom jibbenfikaw minn dawk il-miżuri.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn opinjoni ta’ l-Awtorità, skond il-paragrafu 1, tkun relatata ma’ l-implimentazzjoni ta’ proċedura komuni ta’ għażla għad-drittijiet ta’ użu li jaqgħu fl-ambitu ta’ l-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), b’mod partikolari, dik l-opinjoni għandha:

imħassar

(a) tidentifika s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li l-provvista tagħhom fuq bażi transkonfinali fil-Komunità għandha tibbenefika mill-użu ta’ frekwenzi jew ta’ numri, li d-drittijiet tagħhom jingħataw permezz ta’ proċedura waħdanija u skond sett wieħed ta’ kundizzjonijiet;

 

(b) tidentifika n-numri jew il-firxiet ta’ numri li jistgħu jintużaw għal servizzi ta’ din ix-xorta;

 

(c) tivvaluta l-livell tad-domanda effettiva jew potenzjali fil-Komunità għal servizzi ta’ din ix-xorta, u

 

(d) tispeċifika kwalunkwe limitazzjoni li tqies li hija xierqa fuq in-numru ta’ drittijiet ta’ użu li għandhom jiġu offruti skond il-proċedura komuni ta’ għażla u skond il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-għażla ta’ l-intrapriżi li għandhom jingħatawlhom dawk id-drittijiet, billi jitqiesu, fejn ikun applikabbli, il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).

 

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk il-Kummissjoni titlob hekk, l-Awtorità għandha tispjega jew tissupplimenta kwalunkwe opinjoni maħruġa skond il-paragrafu 1 fit-terminu ta’ żmien speċifikat f’dik it-talba.

3. Jekk il-Kummissjoni, l-RSPG, l-RSC jew kwalunkwe entità oħra rilevanti titlob hekk, l-Awtorità għandha tispjega jew tissupplimenta kwalunkwe opinjoni maħruġa skond il-paragrafu 1 fit-terminu ta’ żmien speċifikat f’dik it-talba.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm huwa fl-aħjar interess tas-suq intern li l-BERT tikkontribwixxi għall-isforzi tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri relatati ma' l-awtorizzazzjonijiet billi tagħti opinjonijiet lill-Kummissjoni, kull rekwiżit definit dwar il-kontenut ta' din l-opinjoni jmur kontra l-prinċipju tal-flessibilità u l-kapaċità li l-BERT tagħmel użu mill-għarfien speċjalizzat ta' l-NRAs b'mod effettiv.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

imħassar

Proposta għall-għażla ta’ l-intrapriżi

 

Skond l-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), l-Awtorità għandha:

 

(a) tirċievi u tipproċessa l-applikazzjonijiet mingħand l-intrapriżi għad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri u tiġbor il-ħlasijiet amministrattivi imposti fuq l-intrapriżi skond proċedura komuni ta’ għażla;

 

(b) twettaq il-proċedura komuni ta’ għażla u tipproponi l-intrapriża(i) li jistgħu jingħatawlha/hom drittijiet ta’ użu individwali skond dawk id-dispożizzjonijiet;

 

(c) tagħti rapport lill-Kummissjoni fejn issemmi fid-dettall l-applikazzjonijiet li tkun irċeviet, tiddeskrivi l-valutazzjoni li tkun għamlet ta’ dawk l-applikazzjoni, tipproponi l-intrapriża(i) l-aktar eliġibbli li għandhom jingħatawlha/hom drittijiet individwali ta’ użu u tiġġustifika din l-għażla b’referenza għall-kriterji ta’ għażla stabbiliti fil-miżura implimentattiva rilevanti.

 

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-irtirar tad-drittijiet ta’ użu maħruġa skond il-proċeduri komuni provduti fl-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).

Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-BERT biex tagħti opinjoni lill-Kummissjoni, lill-RSPG jew lill-RSC dwar l-irtirar tad-drittijiet ta’ użu maħruġa skond il-proċeduri komuni provduti fl-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

imħassar

Is-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni

 

Minbarra l-kompiti li jissemmew fl-Artikolu 4(3)(b) u fl-Artikolu 19(4) u (5), l-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kultura ta' netwerk u ta' sigurtà ta' informazzjoni, b'mod partikolari billi:

 

(a) tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ metodoloġiji komuni sabiex ikunu prevenuti, indirizzati u jkun hemm reazzjoni għall-kwistjonijiet tas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni;

 

(b) tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar riċerka fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni kif ukoll dwar l-użu effettiv tat-teknoloġiji tal-prevenzjoni tar-riskji; u tippromwovi attivitajiet ta’ valutazzjoni tar-riskji, soluzzjonijiet interoperabbli ta’ ġestjoni tar-riskji u studji dwar soluzzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ prevenzjoni fl-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u dak privat, u

 

(c) tagħti kontribuzzjoni għall-isforzi Komunitarji sabiex ikun hemm kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u, fejn ikun xieraq, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex ikun promoss metodu globali komuni għal kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni.

 

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq l-inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità tista’ tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li jissemmew fl-Artikoli 4(2), 7(1), 8(3), 10(1), 12, 14, 21 u 22.

Fuq l-inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità tista’ tagħti opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, b’mod partikulari dwar kwistjonijiet li jissemmew fl-Artikoli 4(2), 7(1), 8(3), 10(1), 14, 21 u 22 jew dwar kwalunkwe kwistjoni oħra li hija tista’ tqis bħala rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Il-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni jiddefinixxi l-Awtorità li għandha titwaqqaf, bħala awtorità "li hija responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew". Għalhekk għandha tkun żgurata rabta iktar mill-viċin bejn dan ta’ l-aħħar u l-Awtorità. Emendi oħra jħassru l-Artikolu 12 peress li l-Grupp dwar il-Politika ta’ l-Ispektrum tar-Radju (RSPG), il-Kumitat dwar l-Ispektrum tar-Radju (RSC) u l-Kumitat dwar il-Komunikazzjonijiet (CoCOM) diġà jamministraw b’mod effettiv id-drittijiet ta’ l-użu tal-frekwenzi u n-numri tar-radju.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

imħassar

Ġbir ta' ħlasijiet amministrattivi għal servizzi provduti mill-Awtorità

 

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ħlasijiet amministrattivi imposti fuq l-intrapriżi għal servizzi provduti mill-Awtorità skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(2) u abbażi ta' opinjoni ta' l-Awtorità. L-Awtorità għandha tiġbor dawn il-ħlasijiet amministrattivi..

 

2. Il-ħlasijiet amministrattivi għandhom ikunu imposti fuq l-intrapriżi individwali b’mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat li jimminimizza spejjeż amministrattivi addizzjonali u ħlasijiet assoċjati.

 

3. Il-ħlasijiet amministrattivi li jissemmew fil-paragrafu 1 jistgħu jkopru:

 

(a) l-ispejjeż amministrattivi li ħarġet l-Awtorità fil-ġestjoni tal-proċedura ta’ għażla skond l-Artikolu 12;

 

(b) l-ipproċessar ta’ l-appelli skond l-Artikolu 34;

 

(c) l-ispejjeż amministrattivi li saru mill-Awtorità fl-aministrazzjoni ta’ l-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika skond l-Artikolu 8.

 

Il-ħlasijiet kollha għandhom ikunu espressi u għandhom jitħallsu f’euro.

 

4. L-ammont tal-ħlasijiet amministrattivi għandu jkun iffissat f’tali livell sabiex ikun żgurat li d-dħul minn dawn il-ħlasijiet fil-prinċipju jkun biżżejjed sabiex tkun koperta l-ispiża kollha tas-servizzi mogħtija.

 

5. L-Awtorità għandha tippubblika sommarju annwali ta’ l-ispejjeż u tal-ħlasijiet amministrattivi tagħha. Fid-dawl ta’ kwalunkwe differenza bejn is-somma totali tal-ħlasijiet u l-ispejjeż amministrattivi totali, għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni li fiha tindika l-aġġustamenti xierqa li għandhom isiru.

 

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

imħassar

Il-ġbir u t-tqassim mill-ġdid tal-ħlasijiet ta’ użu għad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri u tal-ħlasijiet amministrattivi taħt proċedura komuni ta’ għażla

 

1. Fejn, skond l-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), jiġu imposti ħlasijiet ta’ użu għad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri fuq intrapriżi l-Awtorità għandha tkun responsabbli mill-ġbir u mit-tqassim mill-ġdid ta’ ħlasijiet ta’ użu ta’ din ix-xorta.

 

Malli tirċevi l-ħlasijiet ta’ użu l-Awtorità għandhom tqassamhom mill-ġdid fost l-Istati Membri rilevanti u l-Awtorità skond il-limitu ta’ żmien u l-proporzjon li għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).

 

Jekk il-limitu taż-żmien u l-proprzjon ma jiġux stabbiliti mill-Kummissjoni, il-ħlasijiet ta’ użu għandhom jitqassmu mill-ġdid fuq il-bażi tal-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru li ħtieġlu joħroġ drittijiet ta’ użu fl-aħħar sena kompluta qabel it-tnedija tal-proċedura ta’ għażla.

 

2. Wara proċedura komuni ta’ għażla għad-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi jew għan-numri, l-Awtorità għandha tkun responsabbli mill-ġbir u mit-tqassim mill-ġdid tal-ħlasijiet amministrattivi li jiġu imposti fuq l-intrapriżi magħżula sabiex ikunu koperti l-ispejjeż amministrattivi ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta jimmonitorjaw il-konformità mal-kundizzjonijiet komuni.

 

L-Awtorità għandha tqassam mill-ġdid dawn il-ħlasijiet amministrattivi li jissemmgħu fl-ewwel subparagrafu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali malli tirċevihom, skond il-valuri provduti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

 

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Billi tqis il-politika Komunitarja dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, l-Awtorità għandha tippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni u l-iżvilupp ta’ attivitajiet regolatorji rigward in-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluża s-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni.

1. Billi tqis il-politika Komunitarja dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-BERT għandha tippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri, l-NRAs u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni u l-iżvilupp ta’ attivitajiet regolatorji rigward in-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Fid-dawl ta’ kundizzjonijiet tas-swieq differenti u ‘path dependence’ ta’ metodi regolatorji nazzjonali differenti, il-BERT tista’ tiżviluppa soluzzjonijiet alternattivi għall-problemi fi ħdan il-qafas regolatorju armonizzat.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ikkummissjonar jew it-twettiq ta’ studji dwar netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u r-regolamentazzjoni u l-protezzjoni tagħhom, u

(b) l-ikkummissjonar jew it-twettiq ta’ studji dwar netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u r-regolamentazzjoni tagħhom, u

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-organizzazzjoni jew il-promozzjoni ta’ taħriġ fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-komunikazzjonjiet elettroniċi.

(c) l-organizzazzjoni jew il-promozzjoni ta’ taħriġ għall-NRAs fil-kwistjonijiet li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-funzjonijiet tal-BERT kif stabbiliti fid-Direttiva Qafas u fid-Direttivi Speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

Is-suġġetti tar-rapporti li jistgħu jiġu kkummissjonati mill-Awtorità jew mill-BERT għandhom ikunu limitati għal dawk li huma taħt ir-responsabilità tagħha.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Awtorità għandha tagħmel informazzjoni ta’ din ix-xorta disponibbli għall-pubbliku f’forma faċilment aċċessibbli.

3. Il-BERT għandha tagħmel informazzjoni ta’ din ix-xorta disponibbli għall-pubbliku f’forma faċilment aċċessibbli; Il-kunfidenzjalità għandha tiġi rrispettata kif xieraq.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Awtorità għandha tiġbor informazzjoni xierqa, b’mod partikolari skond l-Artikolu 13a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), sabiex tanalizza riskji kurrenti u emerġenti. B’mod partikolari għandha tistudja fuq il-livell Ewropew, dawk ir-riskju li jistgħu jipproduċu impatt fuq il-flessibilità u d-disponibbiltà tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u fuq l-awtentiċità, l-integrità, u l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni li kien hemm aċċess għaliha u li ġiet trażmessa permezz tagħhom, u tipprovdi r-riżultati ta’ l-analiżi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

imħassar

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex titqajjem kuxjenza u għad-disponibbiltà ta’ informazzjoni f’waqtha, oġġettiva u komprensiva, inkluż dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, għall-utenti kollha, billi, fost l-oħrajn, tippromwovi skambji ta’ l-aħjar prattiki kurrenti, inkluż dwar metodi sabiex l-utenti jiġu mwissija, u billi tfittex sinerġija bejn l-inizjattivi tas-settur pubbliku u dawk tas-settur privat.

imħassar

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 20

imħassar

Il-ġestjoni tar-reġistru ta’ l-informazzjoni dwar l-ispektrum u tad-database dwar ir-roaming taċ-ċellulari

 

1. Sabiex tkun żgurata d-disponibbiltà armonizzata ta’ l-informazzjoni dwar l-użu tal-frekwenzi tar-radju fil-Komunità, għandu jkun disponibbli għall-pubbliku reġistru fil-forma ta’ punt ta’ aċċess komuni għall-provvista ta’ informazzjoni dwar l-użu ta’ l-ispektrum f’kull Stat Membru. L-informazzjoni dwar l-użu ta’ l-ifrekwenzi tar-radju għandha tkun provduta mill-Istati Membri fuq bażi regolari u skond talba li tgħid dan mingħand l-Awtorità. L-Awtorità għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni u mill-pubblikazzjoni tar-reġistru. Ir-reġistru għandu jinkludi l-informazzjoni li ġiet speċifikata fl-Anness għal dan ir-Regolament, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Awtorità tista’ tqisha xierqa. Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri implimentattivi sabiex tadatta l-Anness għall-żviluppi tekniċi jew tas-suq. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 54(3).

 

2. L-Awtorità għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni u mill-pubblikazzjoni ta’ database dwar l-ipprezzar tas-servizzi tal-leħen u tad-data għall-klijenti taċ-ċellulari meta jkun qed jagħmlu roaming fil-Komunità, inklużi, fejn ikun xieraq, l-ispejjeż speċifiċi għat-telefonati bir-roaming li jsiru u li jiġu riċevuti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità. Għandha timmonitorja l-iżviluppi fi prezzijiet ta’ din ix-xorta u tippubblika rapport annwali.

 

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Awtorità għandha timmonitorja l-iżviluppi fis-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u b’mod partikolari l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti u tas-servizzi li l-aktar li jintużaw mill-konsumaturi.

1. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-BERT sabiex timmonitorja l-iżviluppi fis-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u b’mod partikolari l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti u tas-servizzi li l-aktar li jintużaw mill-konsumaturi.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità għandha tippubblika rapport annwali dwar l-iżviluppi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi l-kwistjonijiet tal-konsumatur, fejn għandha tidentifika l-ostakli li fadal sabiex jiġi kompletat is-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll ħarsa ġenerali u analiżi ta’ l-informazzjoni dwar il-proċeduri nazzjonali ta’ appell ipprovduti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), u sakemm jintużaw il-proċeduri ta’ ftehim għat-tilwim barra mill-qorti li jissemmew fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali) fl-Istati Membri.

2. Il-BERT għandha tippubblika rapport annwali dwar l-iżviluppi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi l-kwistjonijiet tal-konsumatur, fejn għandha tidentifika l-ostakli li fadal sabiex jiġi kompletat is-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll ħarsa ġenerali u analiżi ta’ l-informazzjoni dwar il-proċeduri nazzjonali ta’ appell ipprovduti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), u sakemm jintużaw il-proċeduri ta’ ftehim għat-tilwim barra mill-qorti li jissemmew fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali) fl-Istati Membri. Dan ir-rapport għandu jkun ippreżentat lill-Parlament Ewropew, li jista’ mbagħad jippubblika opinjoni.

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Awtorità tista’ tagħti lill-Kummissjoni, flimkien mal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali, opinjoni dwar il-miżuri li jistgħu jittieħdu sabiex jingħelbu l-problemi li ġew identifikati fil-valutazzjoni tal-kwistjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-BERT sabiex tagħti opinjoni dwar il-miżuri li jistgħu jittieħdu sabiex jingħelbu l-problemi li ġew identifikati fl-evalwazzjoni tal-kwistjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 1, flimkien mal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali. Din l-opinjoni għandha tkun preżentata lill-Parlament Ewropew.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Awtorità għandha tippubblika perjodikament rapport dwar l-interoperabbiltà tas-servizzi interattivi tat-televiżjoni diġitali kif jissemma fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

4. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-BERT sabiex tippubblika perjodikament rapport dwar l-interoperabilità tas-servizzi interattivi tat-televiżjoni diġitali kif jissemma fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas).

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar it-titjib ta’ l-interoperabbiltà ta’, l-aċċess għal, u l-użu tas-servizzi u tat-tagħmir terminali tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u b’mod partikolari kwistjonijiet ta’ interoperabbiltà transkonfinali. Għandha tistabbilixxi grupp li jikkonsisti minn rappreżentanti mill-Istati Membri, minn assoċjazzjonijiet ta’ intrapriżi fl-industrija tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, minn assoċjazzjonijiet ta’ utenti aħħarija u minn assoċjazzjonijiet li jirrapreżentaw utenti aħħarija b’diżabbiltà. Il-grupp għandu jqis ukoll il-ħtiġiet partikolari ta’ l-utenti aħħarija b’diżabbiltà u ta’ l-anzjani.

Fuq it-talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-BERT għandha tagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar it-titjib ta’ l-interoperabbiltà ta’, l-aċċess għal, u l-użu tas-servizzi u tat-tagħmir terminali tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u b’mod partikolari kwistjonijiet ta’ interoperabbiltà transkonfinali, li jieħdu ħsieb il-ħtiġiet partikolari ta’ l-utenti aħħarija b’diżabbiltà u ta’ l-anzjani.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità għandha tippubblika rapport annwali dwar il-miżuri li ttieħdu sabiex tittejjeb l-aċċessibbiltà għas-servizzi u għat-tagħmir tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mill-utenti aħħarija b’diżabbiltà, ibbażat fuq l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri u fuq l-informazzjoni li rċeviet l-Awtorità skond l-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali). Ir-rapport għandu jidentifika miżuri li jistgħu jittieħdu fuq il-livell Komunitarju jew nazzjonali sabiex tittejjeb l-aċċessibbiltà. Fejn ikun xieraq, l-Awtorità tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar miżuri li jistgħu jittieħdu fuq livell nazzjonali.

imħassar

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità tista' twettaq kompiti addizzjonali speċifiċi fuq it-talba tal-Kummissjoni.

Il-BERT tista' twettaq kompiti addizzjonali speċifiċi fuq it-talba tal-Kummissjoni, li jkunu suġġetti għall-kunsens tal-membri kollha tagħha.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 24

Artikolu 24

L-entitajiet ta’ l-Awtorità

L-entitajiet tal-BERT

L-Awtorità għandha tkun magħmula minn:

Il-BERT għandha tkun magħmula minn:

(a) Bord Amministrattiv

(a) Bord ta’ Regolaturi

(b) Bord ta’ Regolaturi

 

(c) Direttur

(c) Direttur Maniġerjali

(d) Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerk

 

(e) Grupp Permanenti tal-Partijiet Interessati

 

(f) Bord ta’ l-Appell.

 

 

(Din l-emenda tapplika għal kull parti tat-test. Jekk tiġi adottata jkun jeħtieg li jsiru l-bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn tnax-il membru. Sitta għandhom jinħatru mill-Kummissjoni u sitta mill-Kunsill. Il-membri tal-Bord Amministrattiv għandhom jinħatru b’tali mod li jkunu żgurati l-ogħla standards ta’ kompetenza u ta’ indipendenza, u firxa wiesgħa ta’ kompetenza rilevanti. Il-mandat għandu jkun ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded darba.

1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun magħmul minn membru wieħed għal kull Stat Membru li għandu jkun il-Kap jew ikun nominat bħala rappreżentant għoli ta’ l-NRA indipendenti bir-responsabilità għall-applikazzjoni ġurnata b’ġurnata tal-qafas regolatorju f’dawk l-Istati Membri. L-NRAs għandhom jinnominaw membru alternattiv għal kull Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha tattendi bħala osservatur bil-ftehim minn qabel tal-Bord tar-Regolaturi.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar il-President u l-Viċi-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu. Il-Viċi-President għandu awtomatikament jissostitwixxi lill-President jekk dan ta’ l-aħħar ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq dmirijietu/ dmirijietha. Il-mandati tal-President u tal-Viċi-President għandhom ikunu ta’ sentejn u nofs u għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu. Madankollu, ikun xi jkun il-każ, il-mandat tal-President u dak tal-Viċi-President għandhom jiskadu fil-mument li jieqfu jkunu membri tal-Bord Amministrattiv.

2. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaħtar il-President u l-Viċi-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu. Il-Viċi-President għandu awtomatikament jissostitwixxi lill-President jekk dan ta’ l-aħħar ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq dmirijietu/ dmirijietha. Il-mandati tal-President u tal-Viċi-President għandhom ikunu ta’ sentejn u nofs, skond il-proċeduri ta’ l-elezzjoni stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-laqgħat tal-Bord Amministrattiv għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur ta’ l-Awtorità għandu jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet ħlief jekk il-Bord Amministrattiv jiddeċiedi mod ieħor. Il-Bord Amministrattiv għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena f’sessjoni ordinarja. Għandu wkoll jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu, fuq it-talba tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta’ mill-inqas terz mill-membri tiegħu. Il-Bord Amministrattiv jista’ jistieden lil kwalunkwe persuna b’opinjonijiet potenzjalment rilevanti sabiex tattendi għal-laqgħat tiegħu fil-kapaċità ta’ osservatriċi. Il-membri tal-Bord Amministrattiv, bla ħsara għar-regoli ta’ proċedura, jistgħu jkunu mgħejjuna minn konsulenti jew minn esperti. Is-servizzi segretarjali tal-Bord Amministrattiv għandhom jiġu provduti mill-Awtorità.

3. Il-laqgħat tal-Bord tar-Regolaturi li għandhom jissejħu mill-President, għandhom isiru mill-inqas erba’ darbiet fis-sena f’sessjoni ordinarja. Jista’ wkoll jiltaqa’ b’mod eċċezzjonali fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu, fuq it-talba tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta’ mill-inqas terz mill-membri tiegħu. Il-Bord tar-Regolaturi jista’ jistieden lil kwalunkwe persuna b’opinjonijiet potenzjalment rilevanti sabiex tattendi għal-laqgħat tiegħu fil-kapaċità ta’ osservatriċi. Il-membri tal-Bord tar-Regolaturi, bla ħsara għar-regoli ta’ proċedura, jistgħu jkunu megħjuna minn konsulenti jew minn esperti.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv għandhom ikunu adottat fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri preżenti.

4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi għandhom ikunu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri preżenti sakemm ma jkunx sar dispożizzjoni għalihom f’dan ir-Regolament, fid-Direttiva Qafas u fid-Direttivi Speċifiċi.

 

Il-Bord tar-Regolaturi għandu japprova r-regoli ta’ proċedura tal-BERT b’maġġoranza ta’ żewġ terzi. Dawn ir-Regoli ta’ proċedura għandhom jiggarantixxu li l-membri tal-Bord tar-Regolaturi jkunu dejjem pprovduti b’aġendi sħaħ u b’abbozz tal-proposti qabel kull laqgħa sabiex ikollhom iċ-ċans jipproponu emendi qabel il-vot. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Meta jkunu qed jitwettqu l-kompiti mogħtija minn dan ir-Regolament, il-Bord tar-Regolaturi għandu jaħdem b’mod indipendenti u m’għandu jfittex jew jieħu l-ebda istruzzjoni minn xi Stat Membru jew minn xi interess pubbliku jew privat.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 5 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. Is-servizzi segretarjali tal-Bord tar-Regolaturi għandhom ikunu provduti mill-BERT.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – titolu u paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kompiti tal-Bord Amministrattiv

Il-kompiti tal-Bord tar-Regolaturi

1. Wara li jkun ikkonsulta lill-Bord tar-Regolaturi, il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar id-Direttur skond l-Artikolu 29(2).

1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaħtar id-Direttur Maniġerjali skond [l-Artikolu 26(13b)]. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jieħu d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-prestazzjoni tal-funzjoni tal-BERT kif imniżżel f’Artikolu 3.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Wara li jkun ikkonsulta lid-Direttur, il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks skond l-Artikolu 31(2).

imħassar

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar lill-membri tal-Bord tar-Regolaturi skond l-Artikolu 27(1).

imħassar

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar lill-membri tal-Bord ta’ l-Appell skond l-Artikolu 33(1).

imħassar

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta, qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi skond l-Artikolu 28(3), il-programm ta’ ħidma ta’ l-Awtorità għas-sena ta’ wara u għandu jittrażmettih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali.

5. Wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni, il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta, bi qbil ma' l-Artikolu 30(4) u b'konformità ma' l-abbozz tal-baġit stabbilit skond l-Artikolu 37, qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, il-programm ta’ ħidma tal-BERT għas-sena ta’ wara u għandu jittrażmettih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Bord Amministrattiv għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu skond l-Artikoli 36 sa 38.

imħassar

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Wara li jkun kiseb il-qbil tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv għandu jiddeċiedi jekk jaċċettax kwalunkwe legat, donazzjoni jew għotja minn sorsi Komunitarji oħra.

imħassar

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-Bord Amministrattiv għandu jeżerċita awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur u fuq l-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks.

8. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jeżerċita awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur Maniġerjali.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Fejn ikun meħtieġ, il-Bord Amministrattiv għandu jfassal il-politika ta’ l-istaff ta’ l-Awtorità skond l-Artikolu 49(2).

imħassar

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti ta’ l-Awtorità, skond l-Artikolu 47.

10. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta, f’isem l-BERT, id-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-BERT, skond l-Artikolu 47.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta’ l-Awtorità, kif jissemma fl-Artikolu 28(4), u għandu jittrażmettih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti ta’ l-Awdituri sa mhux aktar tard mil-15 ta’ Ġunju. Kif ipprovdut fl-Artikolu 28(4), dan ir-rapport għandu jinkludi taqsima indipendenti approvata mill-Bord tar-Regolaturi li tikkonċerna l-attivitajiet regolatorji ta’ l-Awtorità matul is-sena meqjusa.

11. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-BERT, u għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti ta’ l-Awdituri sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju. Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob jew lill-President tal-Bord tar-Regolaturi jew lid-Direttur Maniġerjali sabiex jindirizzah dwar kwistjonijiet relevanti relatati ma’ l-attivitajiet tal-BERT.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. Il-Bord Amministrattiv għandu jagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar il-ħlasijiet amministrattivi li l-Awtorità tista’ timponi fuq l-intrapriżi meta twettaq il-kompiti tagħha kif jissemma fl-Artikolu 16.

imħassar

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 13 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

13a. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jipprovdi gwida lid-Direttur Maniġerjali fit-twettiq tad-dmirijiet tad-Direttur Maniġerjali.

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 13 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

13b. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaħtar lid-Direttur Maniġerjali. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jilħaq din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri tiegħu. Id- Direttur Maniġerjali maħtur m’għandux jieħu sehem fit-tħejjija ta’, jew jivvota fuq, tali deċiżjoni.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 13 d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

13d. Il-Bord tar-Regolaturi għandu japprova t-taqsima indipendenti dwar l-attivitajiet regolatorji tar-rapport annwali, li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 26(11) u fl-Artikolu 30(9).

 

(Tqegħid mill-ġdid tat-test fl-Artikolu 28(4).)

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

imħassar

Il-Bord tar-Regolaturi

 

1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun magħmul minn membru wieħed għal kull Stat Membru li għandu jkun il-Kap ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali indipendenti b’responsabbiltà għall-applikazzjoni ta’ kuljum tal-qafas regolatorju fl-Istat Membru, mid-Direttur u minn rappreżentant wieħed li ma jivvotax tal-Kummissjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnominaw membru wieħed alternattiv għal kull Stat Membru.

 

2. Id-Direttur għandu jkun il-President tal-Bord tar-Regolaturi.

 

3. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jeleġġi Viċi-President minn fost il-membri tiegħu. Il-Viċi-President għandu jissostitwixxi lill-President jekk dan ta’ l-aħħar ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq dmirijietu. Il-mandat tal-Viċi-President għandu jkun ta’ sentejn u nofs u għandu jkun jista’ jiġġedded. Madankollu, ikun xi jkun il-każ, il-mandat tal-Viċi-President għandu jiskadi fil-waqt li huwa jieqaf ikun membru tal-Bord tar-Regolaturi.

 

4. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru jew membru alternattiv, ħlief id-Direttur u r-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu vot wieħed.

 

5. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

 

6. Meta jwettaq il-kompiti konferiti lilu minn dan ir-Regolament, il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi b’mod indipendenti u m’għandux ifittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern ta’ Stat Membru jew mingħand l-ebda interess pubbliku jew privat.

 

7. Is-servizzi segretarjali tal-Bord tad-Diretturi għandhom ikunu provduti mill-Awtorità.

 

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28

imħassar

Il-kompiti tal-Bord tar-Regolaturi

 

1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jipprovdi opinjoni lid-Direttur qabel l-adozzjoni ta’ l-opinjonijiet, tar-rakkomandazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet li jissemmew fl-Artikoli 4 sa 23 fil-qasam tal-kompetenza tiegħu. Barra minn hekk, il-Bord tar-Regolaturi għandu jipprovdi gwida lid-Direttur fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tad-Direttur.

 

2. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jagħti opinjoni dwar il-kandidat li għandu jinħatar bħala Direttur skond l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 29(2). Il-Bord għandu jilħaq din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri tiegħu. Id-Direttur m’għandux jipparteċipa fil-preparazzjoni ta’, jew fil-vot dwar, opinjonijiet ta’ din ix-xorta.

 

3. Skond l-Artikolu 26(5) u l-Artikolu 30(4) u skond l-abbozz tal-baġit stabbilit skond l-Artikolu 37, il-Bord tar-Regolaturi għandu japprova l-programm ta’ ħidma ta’ l-Awtorità għas-sena ta’ wara fejn għandhom x’jaqsmu l-attivitajiet tiegħu.

 

4. Il-Bord tar-Regolaturi għandu japprova t-taqsima indipendenti dwar l-attivitajiet regolatorji tar-rapport annwali, provdut fl-Artikolu 26(11) u fl-Artikolu 30(9).

 

 

(L-Artikolu 28(1), (3) u (4) jidħlu fl-Artikolu 26(13a), (13c) u (13d) rispettivament.)

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Awtorità għandha tkun ġestita mid-Direttur tagħha, li għandu jaġixxi b’mod indipendenti fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat rispettivi tal-Kummissjoni, tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord tar-Regolaturi, id-Direttur m’għandux ifittex jew jaċċetta l-ebda struzzjoni mingħand kwalunkwe gvern jew mingħand kwalunkwe entità.

1. Il-BERT għandha tkun amministrata mid-Direttur Maniġerjali tagħha, li għandu jagħti rendikont għal u jaġixxi skond l-istruzzjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu/tagħha. Id-Direttur Maniġerjali m’għandux ifittex jew jaċċetta xi istruzzjoni b’xi mod ieħor mingħand kwalunkwe gvern jew minn xi entità oħra.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttur Maniġerjali għandu jkun membru ta’ l-istaff anzjan b’responsabilitajiet operattivi fi ħdan il-BERT, u għandu jwieġeb għall-Bord tar-Regolaturi.

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Wara konsultazzjoni mal-Bord tar-Regolauri, id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv, fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet u ta’ l-esperjenza rilevanti għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, minn lista ta’ mill-inqas żewġ kandidati li jiġu proposti mill-Kummissjoni. Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Amministrattiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.

2. Id-Direttur Maniġerjali għandu jinħatar mill-Bord tar-Regolaturi, fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet u ta’ l-esperjenza rilevanti għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Qabel il-ħatra, kemm hu xieraq il-kandidat magħżul mill-Bord tar-Regolaturi tista’ tkun suġġetta għal opinjoni bla rbit mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni. Għal dan il-għan, il-kandidat jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta’ ħames snin. Matul id-disa’ xhur qabel tmiem dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni. Fl-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari:

3. Il-mandat tad-Direttur Maniġerjali għandu jkun ta’ ħames snin.

(a) ir-rendiment tad-Direttur;

 

(b) id-dmirijiet u r-rekwiżiti ta’ l-Awtorità fis-snin li ġejjin.

 

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4 – l-ewwel subparagrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Wara konsultazzjoni mal-Bord tar-Regolaturi, il-Bord Amministrattiv li jkun qed jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur imma mhux għal aktar minn tliet snin, billi jqis ir-rapport ta’ evalwazzjoni u biss f’każi fejn jista’ jiġi ġġustifikat mid-dmirijiet u mir-rekwiżiti ta’ l-Awtorità.

4. Il-Bord tar-Regolaturi jista’ jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur Maniġerjali imma mhux għal aktar minn tliet snin, billi jqis ir-rapport ta’ evalwazzjoni u biss f’każi fejn jista’ jiġi ġġustifikat mid-dmirijiet u mir-rekwiżiti ta’ l-BERT.

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Id-Direttur jista’ jitneħħa mill-kariga biss fuq deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv, wara li jkun ikkonsulta lill-Bord tar-Regolaturi. Il-Bord Amministrattiv għandu jilħaq din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ tliet kwarti mill-membri tiegħu.

5. Id-Direttur Maniġerjali jista’ jitneħħa mill-kariga biss fuq deċiżjoni tal-Bord tar-Regolaturi, filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Parlament Ewropew. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jilħaq din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri tiegħu.

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lid-Direttur biex iressaq rapport dwar it-twettiq ta’ dmirijietu.

6. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lid-Direttur Maniġerjali biex iressaq rapport dwar it-twettiq ta’ dmirijietu. Jekk dan ikun neċessarju, il-kumitat responsabbli fil-Parlament Ewropew jista’ jitlob lid-Direttur Maniġerjali sabiex joħroġ u jirrispondi kwalunkwe mistoqsija li jagħmlu l-Membri.

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-Direttur għandu jipprepara ħidmet il-Bord Amministrattiv. Huwa/hija għandu/ha j(t)ipparteċipa, mingħajr ma jkollu/ha d-dritt li j(t)ivvota, f’ħidmet il-Bord Amministrattiv.

2. Id-Direttur Maniġerjali għandu jipprepara l-aġenda tal-Bord tar-Regolaturi. Huwa/hija għandu/ha j(t)ipparteċipa, mingħajr ma jkollu/ha d-dritt tal-vot, fil-ħidma tal-Bord Amministrattiv.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttur Maniġerjali għandu jipprepara, mhux iressaq, l-aġenda. It-tressiq ta’ l-aġenda huwa xogħol eżekuttiv li għandu jsir mill-President.

Emenda  138

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-Direttur għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jissemmew fl-Artikoli 4 sa 23, bla ħsara għall-kunsens tal-Bord tar-Regolaturi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-Direttur Maniġerjali għandu jkun membru ta’ l-istaff anzjan b’responsabilitajiet operattivi fi ħdan il-BERT, u għandu jwieġeb għall-Bord tar-Regolaturi. Din id-dispożizzjoni hija wirt mill-proposta ta’ l-EECMA tal-Kummissjoni u mhijiex konsistenti mal-proposta tal-BERT.

Emenda  139

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull sena, id-Direttur għandu jipprepara abbozz ta’ programm ta’ ħidma ta’ l-Awtorità għas-sena ta’ wara, u jressqu quddiem il-Bord tar-Regolaturi u quddiem il-Kummissjoni qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ dik is-sena.

4. Kull sena, id-Direttur Maniġerjali għandu jipprepara abbozz ta’ programm ta’ ħidma tal-BERT għas-sena ta’ wara, u jressqu quddiem il-Bord tar-Regolaturi u quddiem il-Kummissjoni qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ dik is-sena. Il-Bord tar-Regolaturi għandu japprova l-abbozz tal-programm ta’ ħidma skond l-Artikolu 26(5).

Huwa/hija għandu/ha j(t)ippreżenta l-programm ta’ ħidma qabel l-1 ta’ Settembru biex jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv.

 

Ġustifikazzjoni

Il-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv (flok il-kariga ta' Direttur) tranġaw biex jaqblu ma' emendi proposti f'Artikoli oħra.

Emenda  140

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Id-Direttur għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali ta’ l-Awtorità, taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi u ta’ l-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks kif ikun xieraq, u taħt il-kontroll amministrattiv tal-Bord Amministrattiv.

5. Id-Direttur Maniġerjali għandu jkun responsabbli mis-sorveljanza ta’ l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-BERT, taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttur Maniġerjali għandu jkun membru ta’ l-istaff anzjan b’responsabilitajiet operattivi fi ħdan il-BERT. Implimentazzjoni xierqa għandha tkun ir-responsabilità tal-Bord tar-Regolaturi. Ir-responsabilità tad-Direttur Maniġerjali għandha tkun li jissorvelja l-proċess.

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Kull sena, id-Direttur għandu jipprepara l-abbozz ta’ rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Awtorità b’taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji ta’ l-Awtorità u taqsima dwar kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.

8. Kull sena, id-Direttur Maniġerjali għandu jipprepara l-abbozz ta’ rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-BERT b’taqsima dwar l-attivitajiet konsultattivi tal-BERT u taqsima dwar kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.

Emenda  142

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Rigward l-istaff ta’ l-Awtorità, id-Direttur għandu jeżerċita s-setgħat ipprovduti fl-Artikolu 49(3).

9. Rigward l-istaff tal-BERT, il-Bord tar-Regolaturi jista’ jiddelega lid-Direttur Maniġerjali l-eżerċitar tas-setgħat ipprovduti fl-Artikolu 49(3).

Emenda  143

Proposta għal regolament

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 31

imħassar

L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks

 

1. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks għandu jkun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-kompiti ta’ l-Awtorità li jkunu relatati mas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks għandu jaħdem taħt ir-responsabbiltà ta’, u għandu jirrapporta lid-Direttur. Huwa se jipprepara l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali għal dawn l-attivitajiet.

 

2. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks għandu jinħatar għal perjodu ta’ ħames snin mill-Bord Amministrattiv, fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet u ta’ l-esperjenza rilevanti sabiex jieħu ħsieb kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, minn lista ta’ mill-inqas żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni.

 

3. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks jista’ jitneħħa mill-kariga biss fuq deċiżjoni mill-Bord Amministrattiv, wara li jikkonsulta lid-Direttur. Il-Bord Amministrattiv għandu jilħaq din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ tliet kwarti mill-membri tiegħu.

 

4. Wara konsultazzjoni mad-Direttur, il-Bord Amministrattiv, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jestendi l-mandat ta' l-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks darba għal mhux aktar minn tliet snin f'dawk il-każijiet biss fejn jista' jiġi ġġustifikat bid-dmirijiet u r-rekwiżiti ta' l-Awtorità.

 

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 32

imħassar

Il-Grupp Permanenti tal-Partijiet Interessati

 

1. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks għandu jistabbilixxi Grupp Permanenti tal-Partijiet Interessati li jkun magħmul minn esperti li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti, b'mod partikolari ġejjin mill-industrija tat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet, mill-gruppi tal-konsumaturi u l-esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni. Huwa, f'konsultazzjoni mad-Direttur, għandu jiddetermina l-proċeduri fir-rigward partikolarment tan-numru, il-kompożizzjoni, il-ħatra tal-membri, u l-operat tal-Grupp.

 

2. Il-Grupp għandu jkun presedut mill-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks. Il-mandat tal-membri tiegħu għandu jkun ta' sentejn u nofs. Il-membri tal-Grupp ma jistgħux ikunu membri tal-Bord Amministrattiv jew tal-Bord tar-Regolaturi.

 

3. Ir-Rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom id-dritt ikunu preżenti għal-laqgħat u jipparteċipaw fil-ħidma tal-Grupp.

 

4. Il-Grupp jista' jagħti pariri lill-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks fir-rigward tal-qadi ta' dmirijietu/ha skond dan ir-Regolament, fit-tfassil ta' proposta għall-partijiet rilevanti tal-programm ta' ħidma ta' l-Awtorità, kif ukoll fl-iżgurar ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati fuq il-kwistjonijiet kollha relatati mal-programm ta' ħidma.

 

Emenda  145

Proposta għal regolament

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 33

imħassar

Il-Bord ta’ l-Appell

 

1. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u minn sitt membri alternattivi magħżula minn fost l-istaff anzjan kurrenti jew preċedenti ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jew minn istituzzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji oħra b’esperjenza rilevanti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-Bord ta’ l-Appell jaħtar lill-President tiegħu.

 

2. Il-membri tal-Bord ta’ l-Appell għandhom jinħatru mill-Bord Amministrattiv, fuq proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa għal espressjoni ta’ interess, wara li jiġi konsultat il-Bord tar-Regolaturi.

 

3. Il-mandat tal-membri tal-Bord ta’ l-Appell għandu jkun ta’ ħames snin. Dan it-terminu għandu jkun jista’ jiġġedded. Il-membri tal-Bord ta’ l-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Huma m’għandhomx ikunu vinkolati mill-ebda struzzjoni. Ma jistgħu jwettqu l-ebda dmir ieħor fl-Awtorità, fil-Bord Amministrattiv tagħha jew fil-Bord tar-Regolaturi tagħha. Membru tal-Bord ta’ l-Appell ma jistax jitneħħa(titneħħa) matul il-mandat tiegħu(tagħha), sakemm ma jinstabx(tinstabx) ħati/ja ta’ kondotta ħażina serja, u l-Bord Amministrattiv, wara li jikkonsulta lill-Bord tar-Regolaturi, jieħdu deċiżjoni dwar dan.

 

4. Il-Membri tal-Bord ta’ l-Appell ma jistgħu jieħdu sehem fl-ebda proċedura ta’ appell jekk ikollhom kwalunkwe interess personali fiha, jew jekk preċedentement kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet għall-proċeduri, jew jekk kienu parteċipaw fid-deċiżjoni li qed tiġi appellata.

 

Jekk, għal waħda mir-raġunijiet li jissemmew fl-ewwel subparagrafu, jew għal kwalunke raġuni oħra, membru tal-Bord ta’ l-Appell iqis li wieħed mill-membri sħabu m’għandux jieħu sehem fi kwalunkwe proċedura ta’ appell, il-membru għandu jinforma lill-Bord ta’ l-Appell b’dan. Tista’ titressaq oġġezzjoni fil-konfront ta’ membru tal-Bord ta’ l-Appell minn kwalunkwe parti għall-proċedura ta’ appell minħabba kwalunkwe raġuni li tissemma fl-ewwel subparagrafu, jew jekk ikun issuspettat b’parzjalità. Oġġezzjoni ma tistax tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri, u lanqas m’għandha tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja minn raġuni biex titressaq oġġezzjoni, il-parti għall-proċeduri ta’ appell ma tkun ħadet l-ebda pass proċedurali.

 

5. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jiddeċiedi dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każi li ġew speċifikati fil-paragrafu 4 mingħajr il-parteċipzzjoni tal-membru konċernat. Sabiex tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru konċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord ta’ l-Appell mill-membru alternattiv għalih, ħlief jekk il-membru alternattiv isib ruħu f’pożizzjoni simili. Jekk dan ikun il-każ, il-President għandu jagħżel sostitut minn fost il-membri alternattivi disponibbli.

 

Emenda  146

Proposta għal regolament

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 34

imħassar

L-appelli

 

1. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jkun responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet rigward appelli minn deċiżjonijiet jew miżuri li tkun ħadet l-Awtorità fl-oqsma koperti mill-Artikolu 8(1).

 

2. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza kwalifikata ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jitlaqqa’ kulmeta jkun meħtieġ.

 

3. Appell ippreżentat skond il-paragrafu 1 m’għandux ikollu effett ta’ sospensjoni. Madankollu jekk il-Bord ta’ l-Appell iqis li ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan, jista’ jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kontestata.

 

4. L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għalih, għandha tiġi preżentata bil-miktub lill-Awtorità fi żmien xahrejn min-notifika tad-deċiżjoni jew tal-miżura lill-intrapriża konċernata, jew fin-nuqqas ta’ dan, mill-jum meta l-Awtorità tkun għamlet pubblika l-miżura jew id-deċiżjoni tagħha. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jiddeċiedi dwar l-appell fi żmien xahrejn wara li jkun ġie preżentat l-appell.

 

5. Jekk l-appell ikun ammissibbli, il-Bord ta’ l-Appell għandu jeżamina jekk hux fondat sew. Għandu jistieden lill-partijiet għall-proċeduri ta’ appell kemm-il darba jkun meħtieġ sabiex jippreżentaw sottomissjonijiet dwar in-notifiki li jkun ħareġ jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħra għall-proċeduri ta’ appell, fil-limiti taż-żmien speċifikati. Il-partijiet għall-proċeduri ta’ appell għandu jkollhom il-jedd li jagħmlu preżentazzjoni orali.

 

6. Fit-termini ta’ dan l-Artikolu, il-Bord ta’ l-Appell jista’ jeżerċita kwalunkwe setgħa li tinsab fil-kompetenza ta’ l-Awtorità jew jista’ jirrinvija l-każ quddiem l-entità kompetenti ta’ l-Awtorità. Din ta’ l-aħħar għandha tkun vinkolata bid-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell.

 

7. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jadotta r-regoli ta’ proċeduri tiegħu stess.

 

Emenda  147

Proposta għal regolament

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 35

imħassar

L-azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

 

1. Tista’ titressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza jew quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 230 tat-Trattat, fejn tiġi kontestata deċiżjoni li jkun ħa l-Bord ta’ l-Appell, jew, f’każi fejn mhemm l-ebda dritt għal appell quddiem il-Bord, li tkun ħadet l-Awtorità.

 

2. Jekk l-Awtorità tonqos milli tieħu deċiżjoni, jistgħu jitressqu proċeduri minħabba nuqqas ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza jew quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 232 tat-Trattat.

 

3. L-Awtorità għandha tkun meħtieġa tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tkun konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza jew tal-Qorti tal-Ġustizzja.

 

Emenda  148

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dħul ta’ l-Awtorità għandu jikkonsisti minn:

1. Id-dħul ta’ l-BERT għandu jitqassam kif ġej:

(a) ħlasijiet għal servizzi provduti mill-Awtorità;

(a) terz tal-finanzjament annwali tagħha għandu jitħallas direttament fil-forma ta’ sussidju tal-Komunità, taħt it-titlu xieraq tal-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea kif stipulat mill-awtorità baġitarja, skond il-punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(1);

(b) proporzjon ta’ ħlasijiet ta’ użu mogħtija mill-applikanti skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 17;

(b) żewġ terzi ta’ l-iffinanzjar annwali tagħha għandu jitħallas bħala kontribuzzjoni diretta mill-NRAs. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-NRAs ikollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex jipparteċipaw fix-xogħol tal-BERT, u li jiffinanzjaw b’mod xieraq il-BERT. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-linja tal-baġit, li l-NRAs għandhom jużaw sabiex jipprovdu r-riżorsi għall-BERT mill-baġits annwali tagħhom. Dawk il-baġits għandhom ikunu pubbliċi.

(c) sussidju mill-Komunità, li jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (it-Taqsima tal-Kummissjoni);

 

(d) kwalunkwe legat, donazzjoni jew għotja kif jissemma fl-Artikolu 26(7).

 

(e) kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet regolatorji tagħhom.

 

 

_____________________

ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata mid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).

Emenda  149

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-dħul u l-infiq kollu ta’ l-Awtorità għandhom ikunu is-suġġett ta’ previżjonijiet għal kull sena finanzjarja, li tikkoinċidi mas-sena kalendarja, u għandhom jiddaħħalu fil-baġit tagħha.

4. Id-dħul u l-infiq kollu għandhom ikunu is-suġġett ta’ previżjonijiet għal kull sena finanzjarja, li tikkoinċidi mas-sena kalendarja, u għandhom jiddaħħalu fil-baġit tagħha.

Emenda  150

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-istruttura organizzattiva u finanzjarja ta’ BERT għandha tkun riveduta fl-1 ta’ Jannar 2014.

Emenda  151

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur għandu jfassal abbozz ta’ baġit preliminari li jkopri n-nefqa operattiva u l-programm ta’ ħidma antiċipat għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jibgħatu lill-Bord Amministrattiv flimkien ma’ lista ta’ impjiegi provviżorji. Kull sena, il-Bord Amministrattiv, fuq il-bażi ta’ l-abbozz ippreparat mid-Direttur, għandu jagħmel stima tad-dħul u ta’ l-infiq ta’ l-Awtorità għa-sena finanzjarja ta’ wara. Din l-istima, inkluż abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment, għandha tkun trażmessa mill-Bord Amministrattiv lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu. Qabel l-adozzjoni ta’ l-istima, l-abbozz ippreparat mid-Direttur għandu jkun trażmess lill-Bord Regolatorju, li jista’ jagħti opinjoni dwar l-abbozz.

1. Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur Maniġerjali għandu jfassal abbozz ta’ baġit preliminari li jkopri n-nefqa operattiva u l-programm ta’ ħidma antiċipat għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jibgħatu lill-Bord tar-Regolaturi flimkien ma’ lista ta’ impjiegi provviżorji. Kull sena, il-Bord tar-Regolaturi, fuq il-bażi ta’ l-abbozz ippreparat mid-Direttur Maniġerjali, għandu jagħmel stima tad-dħul u ta’ l-infiq tal-BERT għas-sena finanzjarja ta’ wara. Din l-istima, inkluż abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment, għandha tkun trażmessa mill-Bord tar-Regolaturi lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu.

Ġustifikazzjoni

Il-Bord tar-Regolaturi għandu jingħata setgħa ikbar fuq il-baġit sabiex tkun żgurata l-indipendenza effettiva mill-Kummissjoni.

Emenda  152

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Id-Direttur Maniġerjali għandu jfassal għall-BERT rapport annwali dwar l-attività, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu ppubblikati.

Ġustifikazzjoni

Skond ir-regoli li bħalissa qedgħin fis-seħħ, kull direttur ta’ aġenzija għandu jiddeċiedi jekk jagħmilx rapport annwali dwar l-attività jew le u d-dikjarzzjoni ta’ assigurazzjoni. Għalhekk, xi wħud jagħmluhom u xi wħud ma jagħmluhomx. Minħabba raġunijiet ta’ konsistenza, ikun aħjar jekk id-diretturi kollha jagħmluhom.

Emenda  153

Proposta għal regolament

Artikolu 38 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38a

 

Sistemi ta’ kontroll interni

 

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni għandu jkun responsabbli għall-ivverifikar tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-BERT.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun iċċarata l-pożizzjoni dwar ir-responsabilità għall-verifika.

Emenda  154

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-intrapriżi li jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni finanzjarja, mitluba mill-Awtorità sabiex twettaq il-kompiti tagħha kif ġie stabbilit f’dan ir-Regolament. L-intrapriżi għandhom jipprovdi din l-informazzjoni fil-pront malli tintalab u skond it-termini ta’ żmien u l-livell ta’ dettall meħtieġa mill-Awtorità. L-Awtorità għandha tagħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw it-talba tagħha għal informazzjoni.

1. L-intrapriżi li jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni finanzjarja, mitluba mill-BERT sabiex twettaq il-kompiti tagħha kif ġie stabbilit f’dan ir-Regolament. L-intrapriżi għandhom jipprovdi din l-informazzjoni fil-pront malli tintalab u skond it-termini ta’ żmien u l-livell ta’ dettall meħtieġa mill-BERT. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-BERT sabiex tagħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw it-talba tagħha għal informazzjoni.

Emenda  155

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Fejn meħtieġ, il-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni mogħtija skond dan l-Artikolu għandha tkun iggarantita. L-Artikolu 46 għandu japplika.

Ġustifikazzjoni

Fejn ikun hemm bżonn, il-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni għandha tiġi żgurata.

Emenda  156

Proposta għal regolament

Artikolu 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħlief f’każi li jaqgħu fl-ambitu ta’ l-Artikolu 20 jew ta’ l-Artikolu 21, meta tkun biħsiebha tieħu miżuri skond id-dispożizzjonijiet deskritti f’dan ir-Regolament, fejn ikun xieraq, l-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati u tagħtihom l-opportunità li jikkummentaw dwar l-abbozz ta’ miżura f’perjodu raġonevoli ta’ żmien. L-Awtorità għandha tqiegħed ir-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, ħlief fil-każ ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

Meta tkun biħsiebha toħroġ opinjoni skond id-dispożizzjonijiet deskritti f’dan ir-Regolament, fejn ikun xieraq, il-BERT għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati u tagħtihom l-opportunità li jikkummentaw dwar l-abbozz ta’ opinjoni f’perjodu raġonevoli ta’ żmien. Il-BERT għandha tqiegħed ir-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, ħlief fil-każ ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

Emenda  157

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista’ timponi penali finanzjarji fuq l-intrapriżi jekk jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni li tissemma fl-Artikolu 41. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

imħassar

Emenda  158

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta jiġu imposti penali skond dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tippubblika l-ismijiet ta’ l-intrapriżi involuti u l-ammonti ta’ u r-raġunijiet għall-penali finanzjarji imposti.

3. 3. Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni ta’ l-intrapriżi għall-fatt li huma jonqsu li jikkonformaw mat-talba għal informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 41. Jekk xieraq, u fuq talba ta’ BERT, il-Kummissjoni tista’ tippubblika l-ismijiet ta’ dawk l-intrapriżi.

 

Emenda  159

Proposta għal regolament

Artikolu 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istaff ta’ l-Awtorità, inklużi d-Direttur, l-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanzja, għandu jagħmel dikjarazzjoni ta’ l-impenji u dikjarazzjoni ta’ l-interessi fejn jindika kwalunkwe interess dirett jew indirett, li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom. Dikjarazzjonijiet ta’ din ix-xorta għandhom isiru bil-miktub.

L-istaff tal-BERT, membri tal-Bord tar-Regolaturi u d-Direttur Maniġerjali tal-BERT għandhom jagħmlu dikjarazzjoni annwali ta’ l-impenji u dikjarazzjoni ta’ l-interessi fejn jindika kwalunkwe interess dirett jew indirett, li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom. Dikjarazzjonijiet ta’ din ix-xorta għandhom isiru bil-miktub.

Emenda  160

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità għandha tiżgura li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw informazzjoni oġġettiva, affidabbli u faċilment aċċesibbli, b’mod partikolari, fejn ikun xieraq, rigward ir-riżultati ta’ ħidmietha. Għandha wkoll tagħmel pubbliċi d-dikjarazzjonjiet ta’ l-interessi magħmula mid-Direttur u mill-Uffiċjali issekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanzja, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet ta’ l-interessi magħmula mill-esperti.

2. Il-BERT għandha tiżgura li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw informazzjoni oġġettiva, affidabbli u faċilment aċċesibbli, b’mod partikolari, fejn ikun xieraq, rigward ir-riżultati ta’ ħidmietha. Għandha wkoll tagħmel pubbliċi d-dikjarazzjonjiet ta’ l-interessi magħmula mill-membri tal-Bord tar-Regolaturi u mid-Direttur Maniġerjali.

Emenda  161

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-membri tal-Bordijiet ta’ l-Awtorità, id-Direttur, l-esperti esterni, u l-membri ta’ l-istaff ta’ l-Awtorità, inklużi l-Uffiċjali issekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja huma suġġetti għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità skond l-Artikolu 287 tat-Trattat, anki wara li dmirijiethom ikunu waqfu.

2. Il-membri tal-Bord tar-Regolaturi tal-BERT, id-Direttur Maniġerjali, l-esperti esterni, u l-membri ta’ l-istaff tal-BERT għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità skond l-Artikolu 287 tat-Trattat, anki wara li dmirijiethom ikunu waqfu.

Emenda  162

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu is-suġġetti għal ilment lill-Ombudsman jew ta’ proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.

imħassar

Emenda  163

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-istaff ta’ l-Awtorità, inkluż id-Direttur u l-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks għandhom japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea sabiex jiġu applikati dawn ir-regolamenti tal-persunal u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg.

1. Għall-istaff tal-BERT għandhom japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea sabiex jiġu applikati dawn ir-regolamenti tal-persunal u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg.

Emenda  164

Proposta għal regolament

Artikolu 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni min-naħa tal-pajjiżi Ewropej li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Komunità, fejn il-pajjiżi konċernati jkunu adottata u qed japplika leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament. Skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehimiet, għandhom isiru arranġamenti li għandhom jispeċifikaw ir-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni min-naħa ta’ dawn il-pajjiżi f’ħidmet l-Awtorità, b’mod partikolari, in-natura u l-firxa ta’ parteċipazzjoni ta’ din ix-xorta. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu, b'mod partikolari, dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-istaff. Jistgħu jipprovdu għal rappreżentazzjoni, mingħajr vot, fuq il-Bord tar-Regolaturi.

Il-BERT għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni min-naħa tal-pajjiżi Ewropej li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Komunità, fejn il-pajjiżi konċernati jkunu adottataw u qed japplikaw leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament. Skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehimiet, għandhom isiru arranġamenti li għandhom jispeċifikaw ir-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni min-naħa ta’ dawn il-pajjiżi f’ħidmet il-BERT, b’mod partikolari, in-natura u l-firxa ta’ parteċipazzjoni ta’ din ix-xorta. Wara deċiżjoni mill-Bord tar-Regolaturi, dawn l-arranġamenti jistgħu jipprovdu għal rappreżentazzjoni, mingħajr vot, waqt il-laqgħat tal-Bord tar-Regolaturi

Emenda  165

Proposta għal regolament

Artikolu 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien ħames snin mill-bidu effettiv tal-ħidma u kull ħames snin minn dak inhar ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat ta’ ħidmet l-Awtorità u tal-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni għandha tkopri r-riżultati miksuba mill-Awtorità u l-metodi ta’ ħidma tagħha, b’relazzjoni għall-għan, għall-mandat u għall-kompiti tagħha li ġew iddefiniti f’dan ir-regolament u fil-programmi ta’ ħidma annwali tagħha. L-evalwazzjoni għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet interessati, kemm fuq il-livell Komunitarju kif ukoll fuq il-livell nazzjonali. Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Fi żmien tliet snin mill-bidu effettiv tal-ħidma, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat ta’ ħidmet il-BERT. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jkopri r-riżultati miksuba mill-BERT u l-metodi ta’ ħidma tagħha, b’relazzjoni għall-għan, għall-mandat u għall-kompiti tagħha li ġew iddefiniti f’dan ir-Regolament u fil-programmi ta’ ħidma annwali tagħha. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jqis il-fehmiet tal-partijiet interessati, kemm fuq il-livell Komunitarju kif ukoll fuq il-livell nazzjonal u għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Il-Parlament Ewropew għandu joħroġ opinjoni dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni.

Emenda  166

Proposta għal regolament

Artikolu 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 56

imħassar

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

 

1. Sa mhux aktar tard mill-14 ta' Marzu 2011, l-Awtorità għandha tassumi r-responsabbiltà għall-attivitajiet kollha mwettqa mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni qabel dik id-data u li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

 

2. L-interess bħala sid ta’ kwalunkwe proprjetà mobbli li għandha l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni fid-data li tissemma fil-paragrafu 1 t’hawn fuq għandha tiġi trasferita lill-Awtorità b’effett minn dik id-data.

 

Emenda  167

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-1 ta’ Jannar 2014 għandha ssir reviżjoni biex ikun evalwat jekk hemmx bżonn li l-mandat tal-BERT jiġi estiż. Fil-każ li tkun ġustifikata estensjoni, ir-regolamenti baġitarji u ta’ proċedura, kif ukoll ir-riżorsi umani, għandhom ikunu riveduti.

Ġustifikazzjoni

Hija rilevanti reviżjoni, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar il-prospetti futuri tal-BERT.

(1)

 


NOTA SPJEGATTIVA

L-isfond: Il-Programmi Kwadri

L-ewwel Proposta ta’ Qafas tal-Kummissjoni fl-2001 daħlet fis-seħħ bħala riżultat tal-pjan Ewropew sabiex jingħata bidu għal-liberalizzazzjoni għas-suq Ewropew tat-telekomunikazzjoni. Permezz tal-ftuħ u r-ristrutturar tas-suq, l-Ewropa ippermettiet li jinħolqu strutturi tas-suq li jħallu aktar fil-libertà l-potenzjal sabiex ikunu mġedda u żviluppati swieq kompetittivi fi ħdan l-industrija tal-komunikazzjoni. Tmien snin wara, il-kompitu tar-reviżjoni huwa li jerġa’ jitqies dak li kien intlaħaq f’dan il-perjodu ta’ żmien, ikun analiżżat b’mod kritiku s-suċċess tal-qafas regolatorju ta’ l-UE li jgħin fit-tranżizzjoni għal suq kompetittiv u integrat u jitressqu ideat u direzzjonijiet ġodda fejn meħtieġ

B’mod ġenerali, kompetizzjoni mtejba f’dan is-settur turi li hi ta’ importanza kbira għall-investiment u l-innovazzjoni. L-isforzi taw il-frott u l-effett ta’ din il-liberalizzazzjoni kien ferm pożittivi, fejn inħolqu t-tkabbir, l-impjiegi u opportunitajiet ekonomiċi u soċjali ġodda. Illum, is-settur tas-servizz tat-telekomunikazzjoni huwa settur ta’ teknoloġija għolja li qed jikber b’rata mgħaġġla, b’innovazzjoni għolja, investimenti u produttività kunsiderevoli, u qligħ li spiss jinsab bejn wieħed u ieħor ’l fuq mill-ekonomija tan-negozju mhux finanzjarja. Dan jagħmlu parti kruċjali ta’ l-ekonomija tan-negozju mhux finanzjarja ma’ Eurostat fejn kienet ikkalkolata medja ta’ 3.5% tal-valur miżjud għall-UE ta’ 27 Stat Membru fl-2005.

F’kuntest ta’ kompetittività b’relazzjoni mal-kompetituri tagħha, l-investiment f’dan is-settur għadda dawk fl-Istati Uniti u fir-Reġjun tal-Paċifiku ta’ l-Asja fl-2005. F’din l-istess sena, is-suq ta’ l-Ewropa għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika tela’ għal xi 273 biljun Euro. L-effetti inħassu b’mod ċar mill-konsumatur. Il-kompetizzjoni bejn l-operaturi tat-telekomunikazzjoni naqqset b’mod drastiku l-ispejjeż tat-telefonati f’dawn l-aħħar 20 sena. Bejn is-sena 2000 u l-2006, l-UE ikkalkulat li l-ħlas medju ta’ telefonata ta’ tliet minuti naqas b’65% u l-ħlas ta’ telefonata ta’ għaxar minuti naqas b’74%.

Filwaqt li l-liberalizzazzjoni kienet storja ta’ suċċess sa issa, aħna xorta waħda għandna r-reponsabilità li niżguraw li aħna bħala dawk li nagħmlu l-politika nkomplu nipprovdu l-aħjar kundizzjonijiet lill-kumpaniji tagħna, b’mod speċjali fid-dawl ta’ l-aspirazzjonijiet tagħna li nittrasformaw l-Ewropa f’ekonomija ta’ għarfien u l-importanza tas-settur tat-telekomunikazzjoni li jilħaq dan l-oġġettiv. Għal dan il-għan aħna ma nistgħux inserrħu fuq is-suċċess miksub. Għadhom jeżistu restrizzjonijiet li jostakolaw il-ħolqien tagħna ta’ suq integrat. Għadhom jeżistu kwistjonijiet transkonfinali u differenzi bejn Stati Membri fir-rigward ta’ aċċess għall-broadband, id-diġitalizzazzjoni u servizzi. Dawn jeħtieġ li jkunu riżolti jekk irridu niggarantixxu suq verament komuni.

Il-Proposta tal-Kummissjoni tal-ECCMA: Problemi Prinċipali

Fl-evalwazzjoni kurrenti tal-qafas għal telekomunikazzjonijiet Ewropej, il-Kummissjoni pproponiet l-istabbiliment ta’ l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjoni Elettronika (EECMA) (COM(2007)0699; 2007/0249(COD)). Ir-rapporteur huwa ta’ l-opinjoni li l-proposta ta’ l-EECMA, anke jekk intenzjonata b’mod tajjeb, minn taħt jinkixfu bosta diffikultajiet. Il-proposta tal-Kummissjoni tesprimi l-intenzjoni tajba li ttejjeb it-tħaddim tas-Suq Uniku. Madankollu, dawn il-proposti tant mistennija dwar l-EECMA jistgħu għall-kuntrarju jnaqqsu l-kompetittività Ewropea, billi jżidu u joħolqu burokrazija kbira u għalhekk ixekklu l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea sabiex tintroduċi regolamenti aħjar li kienu pubblikament organizzati mill-President Barroso. Barra minn hekk, permezz ta’ dan, din tmur ukoll kontra l-prinċipji ta’ sussidjarjetà, fejn tneħħi l-poter mill-Istati Membri u l-NRAs li jinsabu f’dan il-qasam. Ikun bla ħtieġa bogħod mis-swieq li hija maħsuba li tirregola, filwaqt li topera f’iżolament minn dawk li jimxu b’għarfien minn ġurnata għal oħra ta’ dawk is-swieq. L-eżistenza u t-tħaddim tagħha jikkontradixxi l-għan fit-tul biex ikun sostitwit ir-regolament ex-ante permezz ta’ liġi tal-kompetizzjoni, fejn tagħmel iċ-ċertezza regolatorja inqas ċerta u r-regolament Ewropew inqas prevedibbli. Il-propost twaħħid ta’ kumpaniji ma’ l-ENISA huwa diffiċli biex wieħed jifhmu. Fil-fatt, it-twaħħid ta’ kumpaniji ta’ l-ENISA ma’ l-EECMA jista’ jservi biss biex iħassar il-funzjoni ta’ din ta’ l-aħħar. Il-Kummissjoni mhux se tnaqqas ħafna fit-termini ta’ spejjeż amministrattivi u tispiċċa biss li ddgħajjef il-mira ċentrali ta’ l-aġenzija, billi żżomm ma’ kwistjonijiet mhux relatati ta’ l-ENISA.

Mill-ġdid għall-essenzjal: BERT

Ir-rapporteur targumenta li m’għandniex ngħaġġlu wisq biex inwarrbu l-kwalitajiet pożittivi li wieħed isib fil-Grupp Ewropew tar-Regolaturi kurrenti għal networks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (“European Regulators Group” - ERG), għalkemm jinnota li xi tip ta’ riforma hija meħtieġa għas-suċċess tagħha fil-futur. Hija tinnota wkoll li xi wħud mit-tweġibiet jinsabu fil-proposta ta’ l-EECMA tal-Kummissjoni, għalkemm tonqos milli toħloq aġenzija Ewropea goffa. Għalhekk, ir-rapporteur jipproponi l-BERT, (l-Entità tar-Regolaturi Ewropej fit-Telekomunikazzjoni), li tieħu taħt idejha ħafna mill-funzjonijiet ta’ l-EECMA bla ma tadotta n-natura ta’ aġenzija tqila u tkun ibbażata fuq il-prattiki tajbin ta’ l-(ERG) filwaqt li tirristruttura l-funzjoni u l-metodi ta’ ħidma tagħha, u ssaħħaħ l-obbligi tal-Kummissjoni sabiex tikkonsulta din l-entità ġdida u tikkonsidra bir-reqqa l-ideat tagħha. L-istabbiliment tal-BERT, li huwa bbażat fuq Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, jinkludi l-ERG tal-lum fil-liġi Ewropea billi formalment tikkostitwixxi entità ta’ konsulenza, fejn il-funzjonijiet u r-responsabilitajiet tagħha jkunu attribwiti b’mod speċifiku għaliha permezz ta’ regolament. B’hekk l-BERT ikollha grad ikbar ta’ effiċjenza u leġittimità milli għandu l-ERG illum, filwaqt li tħares il-parteċipazzjoni effettiva ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs), u l-esperjenza ta’ operat prezzjuża tagħhom.

X’tagħmel l-BERT?

Il-BERT tkun konsulent espert indipendenti għall-Kummissjoni u tibqa’ indipendenti kemm mill-gvern kif ukoll mill-industrija. Bħall-EECMA, il-BERT tkun topera bħala l-entità ta’ konsulenza ewlenija għall-Kummissjoni, iżda anke għall-NRAs individwali sabiex tħeġġeġ approċċ regolatorju konsistenti fl-Unjoni Ewropea kollha. Il-BERT tesprimi l-ideat tagħha b’mod ħieles u mhux biss fuq talba tal-Kummissjoni u tkompli tiżviluppa l-pożizzjonijiet komuni dettaljati ta’ illum ta’ l-ERG fuq swieq ta’ prijorità, tistabbilixxi programm ta’ konformità sabiex ikunu segwiti l-azzjonijiet tal-NRAs u jkunu identifikati diverġenzi mhux ġustifikati.

Il-bilanċ kurrenti ta’ koordinazzjoni, ibbażat fuq il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, għandu r-raison d'être partikolari tiegħu u r-realtà tas-suq intern hija li għadu ġabra ta’ ħafna swieq sekondarji differenti, bil-kartatteristiċi u d-dinamiċi partikolari tagħhom. Koerenza fl-intervent regolatorju għalhekk fil-fatt ifisser li jkun żgurat li r-regolament ikun applikat b’mod proporzjonali, filwaqt li jkunu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi ta’ kompetizzjoni li jinqalgħu f’post u żmien partikulari, u l-aħjar li jagħmlu dan huma l-NRAs li huma fl-operat.

Il-kompitu ta’ l-ENISA naturalment ma jkunx inkluż fir-responsabilità tal-BERT, mhux biss minħabba n-nuqqas ta’ sinerġija bejn ir-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, iżda għax barra minn hekk mossa bħal din tista’ xxekkel l-indipendenza tagħha.

Il-politika dwar l-ispektrum, il-kompożizzjoni u l-kompetenzi ta’ l-NRAs differenti jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor peress li mhux l-NRAs kollha għandhom kompetenza f’dan il-qasam. Konsegwentament, il-Grupp tal-Politika dwar l-Ispektrum tar-Radju u l-Kumitat dwar l-Ispektrum tar-Radju għandhom ikomplu jwettqu l-kompiti tagħhom, u għalkemm il-BERT ma tkunx qed tmexxi l-politika dwar l-ispektrum Ewropea, madankollu sistema ta’ kooperazzjoni mill-qrib ma’ dawn l-entitajiet eżistenti għandha tkun żviluppata fejn tħalli lill-BERT toffri konsulenza lill-Kummissjoni, fejn meħtieġ, fl-għażla ta’ kumpaniji li jingħataw id-dritt li jużaw frekwenzi u numri tar-radju f’kull proċess ta’ liċenzjar eventwali pan-Ewropew.

L-Istruttura & l-Istaff

Il-BERT għandha tkun totalment responsabbli u trasparenti għall-istituzzjonijiet rilevanti Ewropej. Il-BERT tkun magħmula mir-rappreżentanti ta’ l-NRA ta’ kull Stat Membru bħalma hi bħalissa s-struttura ta’ l-ERG. Din ikollha struttura ferm eħfef mill-EECMA, iżda jkollha l-istaff tagħha stess sabiex tiggarantixxi l-indipendenza tagħha kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri.

Il-Bord tar-Regolaturi jkun magħmul mir-rappreżentanti tas-27 NRA. Sabiex tkun imtejba r-responsabilità, it-trasparenza u l-viżibilità tal-BERT, tinħoloq il-pożizzjoni ta’ Direttur Maniġerjali. Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lid-direttur sabiex jieħu sehem fid-dibattiti tagħha u jinforma lill-Membri dwar ix-xogħol u l-progress li jkun sar mill-BERT. Huwa jagħti wkoll tagħrif aġġornat dwar l-iżvilupp tas-suq Ewropew fil-komunikazzjoni elettronika.

Finanzjament u Trasparenza

Il-BERT għandha tkun iffinanzjata kif ġej: Terz tal-finanzjament tal-BERT għandu jiġi mill-baġit tal-Komunità u żewġ terzi mill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali. Għandhom isiru dispożizzjonijiet f’kull Stat Membru sabiex ikun żgurat li l-NRAs għandhom biżżejjed finanzjament sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu b’mod tajjeb għall-BERT. Ir-raġuni bażika wara dan it-tqassim hija li t-terz tal-kontribuzzjoni mill-Komunità jiżgura li l-BERT tkun kemxejn imdaħħla fis-sistema tal-Komunità, filwaqt li kontribuzzjoni minima mill-Komunità ma tħallix lill-BERT milli tieħu l-karatteristiċi ta’ aġenzija Ewropea, li jien iddiskutejt il-perikli tagħha hawn fuq. Id-dħul tal-BERT fis-sistema tal-Komunità jiżgura r-responsabilità u t-trasparenza tagħha. Sabiex tkompli tirċievi finanzjament mill-Komunitàjiet Ewropej il-BERT ikollha bżonn tissodisfa ċerti rekwiżiti Ewropej u jkollha tagħti spjegazzjoni tar-rendikont tagħha lill-finanzjaturi tagħha. Il-kofinanzjament joffri assigurazzjoni ta’ l-indipendenza u l-effetività tal-BERT akbar minn dak li bħalissa qed igawdu l-ERGs u jħajjar lill-NRAs sabiex joffru għajnuna ta’ kwalità għolja lill-BERT filwaqt li jikkontribwixxu għall-funzjoni tagħha.

Responsabilità

Kif imsemmi qabel, il-BERT tkun reponsabbli għall-azzjonijiet tagħha. Il-BERT tagħmel rapport annwali komprensiv dwar l-attivitajiet tagħha, li għandhom isiru disponibbli b’mod pubbliku. Il-kontijiet tal-BERT ikunu suġġetti għall-iskrutinju tal-kumitat tal-kontroll baġitarju. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza, id-Direttur Maniġerjali jagħti rendikont annwali ta’ l-interessi tiegħu. Filwaqt li l-għażla tad-Direttur Maniġerjali għandha tkun mill-Bord tar-Regolaturi, il-proċess ikun imħares ukoll mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew li huma responsabbli bil-kompitu li joħorġu opinjonijiet li ma jorbtux dwar il-kandidat propost. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew għandu jkun jista’ jitlob lid-Direttur Maniġerjali u/jew lil xi Membru ieħor tal-Bord tar-Regolaturi biex jippreżentaha b’laqgħa ta’ informazzjoni jew biex jattendi s-smigħ.

Missjoni Ċara: Perjodu ta’ Żmien Ċar.

It-temporalità ta’ ħtieġa ta’ entità m’għandhiex tintesa. Il-BERT tkun entità tranżitorja li tibqa’ fis-seħħ sakemm il-liġi tal-kompetizzoni u s-swieq jevolvu sa dak il-punt fejn regolament ex-ante ma jkunx meħtieġ aktar. Meta wieħed iqis li din l-entità għandha jkollha ħajja qasira, ikun iktar f’loku li l-vjaġġ isir b’BERT li tkun flessibbli aktar milli b’xi biċċa apparat tqil tal-Kummissjoni fil-forma ta’ EECMA. M’għandu jkun hemm l-ebda dubju dwar il-missjoni tagħha: għandu jkun assolutament ċar li din ma jkollha l-ebda skop ieħor ħlief li tiżviluppa kundizzjonijiet kruċjali għas-suq tat-telekomunikazzjoni ħalli dan ta’ l-aħħar jopera mill-aktar fis taħt liġi ġenerali ta’ kompetizzjoni biss.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (29.5.2008)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(COM(2007)0699 – C6-0428/2007 – 2007/0249(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Proposta tal-Kummissjoni

Sfond

Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi indipendenti u ġdida taħdem f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni. Skond il-proposta, l-Awtorità l-ġdida se tinkludi bord ta’ regolaturi magħmul mill-kapijiet ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ l-Istati Membri kollha ta’ l-UE u se tissostitwixxi l-Grupp tar-Regolaturi Ewropej (ERG).

Il-Kummissjoni tipproponi li l-aġenzija l-ġdida tipprovdi pariri esperti lill-Kummissjoni, prinċipalment sabiex jiġu mħejjija deċiżjonijiet regolatorji, u sabiex tippromwovi s-suq intern billi ttejjeb il-konsistenza fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ l-UE, u se tagħmilha ta’ ċentru ta’ għarfien espert għan-netwerks u għas-servizzi fuq livell ta’ l-UE tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

L-Awtorità l-ġdida għandha anki tieħu f’idejha l-funzjonijiet ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA – European Network and Information Security Agency), biex b’hekk jingħelbu ħafna mill-problemi li ġew identifikati f’ħidmet l-ENISA.

             Il-kompiti ewlenin ta' l-Awtorità l-ġdida

L-Awtorità tkun tikkumplimenta (u mhux tirriproduċi, kif tisħaq il-Kummissjoni) fil-livell Ewropew il-kompiti regolatorji li jitwettqu fil-livell nazzjonali mill-awtoritajiet regolatorji billi:

Ø Tipprovdi qafas għar-regolaturi nazzjonali biex jikkooperaw flimkien

Ø Sorveljanza regolatorja tad-definizzjoni tas-suq, l-analiżi u l-implimentazzjoni tar-rimedji

Ø Definizzjoni ta' swieq transnazzjonali

Ø Konsulenza dwar l-armonizzazzjoni tal-frekwenza tar-radju

Ø Setgħat għad-deċiżjoni dwar l-amministrazzjoni u l-konsulenza fir-rigward tal-portabbiltà tan-numri

Ø Is-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni

Ø Funzjonijiet ġenerali ta' informazzjoni u ta' konsulenza

L-impatt finanzjarju

Għall-perjodu sħiħ 2010 - 2013, l-ispiża ta' l-Awtorità tat-Telecom il-ġdida, kif proposta mill-Kummissjoni, se tkun ta' EUR 88,3 miljun, li minnhom EUR 34 miljun se jkunu spiża operattiva u EUR 54,3 miljun se jkunu spiża amministrattiva (EUR 39,2 miljun għar-riżorsi umani u EUR 15,1 miljun għal spejjeż amministrattivi oħra).

Il-baġit annwali huwa stmat għal EUR 10 miljun fl-ewwel sena, u jiżdied għal EUR 28 miljun mit-tielet sena 'l quddiem. Barra mill-kontribuzzjoni Komunitarja, l-Awtorità tista’ tiġbor ħlasijiet għal uħud mis-servizzi. Id-dħul li l-Awtorità tirċievi għas-servizzi provduti huwa mistenni li jikkontribwixxi għall-iffinanzjar ta’ l-attività tagħha.

Huwa stmat li ladarba tiġi stabbilita l-Awtorità se tespandi għal staff permanenti ta' 134. Dan jinkludi t-teħid tal-kompiti u r-riżorsi ta' ENISA fl-2011.

Kif tirrimarka l-Kummissjoni, ma’ dawn l-ispejjeż wieħed għandu jipparaguna t-tfaddil li jintlaħaq billi l-ENISA tiġi inkorporata fl-Awtorità proposta. Il-baġit annwali kurrenti ta’ l-ENISA huwa ta’ madwar EUR 8 miljun. Għalkemm huwa mistenni dan it-tfaddil minħabba l-għeluq ta' l-ENISA, il-Kummissjoni diġà osservat, fid-dikjarazzjoni finanzjarja, li l-proposta attwali għall-aġenzija l-ġdida se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid ta' l-intestatura relevanti fil-perspettiva finanzjarja.

Evalwazzjoni

Mil-lat baġitarju, ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom irrakkomandat li t-twaqqif ta' l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi jiġi rrifjutat minħabba inċertezzi rigward l-iffinanzjar tagħha. Hija waslet għal din il-konklużjoni minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

1) L-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi l-ġdida trid tiġi ffinanzjata taħt is-sottointestatura 1a tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007 - 2013 fejn il-marġini saru partikolarment limitati. Taħt din l-intestatura, diġà kien meħtieġ ċertu programmar mill-ġdid sabiex tintlaħaq ftehima dwar l-iffinanzjar tal-Galileo. Il-marġini tas-sottointestatura 1a għall-2008, li tirriżulta minn dan, kienet b'konsegwenza 0. U fil-fatt, il-Kummissjoni diġà tat indikazzjoni fid-dikjarazzjoni finanzjarja tal-proposta tagħha li t-twaqqif ta' l-Aġenzija tat-Telecom se teħtieġ programmar mill-ġdid fis-sottointestatura 1a.

Madankollu, ma ġie provdut l-ebda dettall ieħor ta' dan l-eżerċizzju. L-iffinanzjar ta' l-Aġenzija tat-Telecom il-ġdida mhijiex inkluża la fl-aħħar programmar finanzjarju tal-Kummissjoni tal-31 ta' Jannar 2008 u lanqas fit-tabelli mehmuża ma' l-APS għall-2009, li fihom hemm sempliċiment miktub li l-aġenzija, li trid titwaqqaf fl-2010, "se tiġi ffinanzjata permezz ta' rijorganizzazzjoni parzjali fil-qasam tal-politika tas-soċjetà ta' l-informatika u parzjalment b'żieda ta' EUR 37,5 miljun għall-perjodu 2009-2013." S'issa l-Kummissjoni ma kinetx kapaċi tispeċifika b'mod preċiż kif se jsir dan.

Jekk l-iffinanzjar ta' l-aġenzija diġà jeħtieġ programmar mill-ġdid, kwalunkwe prijorità li toħroġ mill-ġdid fil-futur se tkun għaliha iktar u iktar iebsa - jew anki wkoll impossibbli - li tiffinanzja fil-marġini attwali. Dan jidher mhux aċċettabbli għar-rapporteur għal opinjoni tagħkom (ara Emenda 1).

2) F'dan il-kuntest, irid jiġi osservat għal darba oħra li l-aġenziji bħall-aġenzija l-ġdida proposta hawnhekk iridu jagħmlu wkoll ix-xogħol amminstrattiv. Għalhekk hemm bżonn li jkun hemm ħsieb serju dwar il-possibilità li jiġu ffinanzjati korpi bħal dawn taħt l-Intestatura 5 ta' l-MFF, li għandha l-vantaġġ addizzjonali li l-marġini mhumiex daqshekk stretti daqs dawk ta' l-intestaturi operattivi l-oħrajn (ara Emenda 2).

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda          1

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Iqis li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva mhuwiex kompatibbli mal-limitu tas-sottointestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali attwali 2007 - 2013 mingħajr ma jkun hemm ħsara għall-iffinanzjar ta' prijoritajiet oħra; jinnota li l-Kummissjoni kkomunikat l-intenzjonijiet tagħha li tiffinanzja l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi l-ġdida, fi ħdan is-sottointestatura 1a, parzjalment permezz tar-rijorganizzazzjoni u parzjalment b'żieda għall-perjodu 2009-2013; madankollu jinnota li l-awtorità baġitarja għadha ma rċeviet l-ebda informazzjoni rigward id-dettalji ta' dan l-eżerċizzju b'tali mod li, s'issa, tibqa' mhux ċara liema huma l-programmi jew il-prijoritajiet milquta u x'konsegwenzi jirriżultaw minn dan matul il-perjodu finanzjarju u jekk jibqax ikun hemm marġini biżżejjed fis-sottointestatura 1a;

Emenda  2

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Jinnota li l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi proposta trid ukoll tissodisfa x-xogħol amministrattiv u tgħin lill-Kummissjoni; għalhekk huwa ta' l-opinjoni li għandhom jiġu esplorati l-possibilitajiet kollha biex tiġi ffinanzjata l-Awtorità l-ġdida taħt l-Intestatura 5 tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007 - 2013 fejn jidher li għad hemm biżżejjed marġini disponibbli;

Emenda  3

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1 c (ġdid)

Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1c. Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 għandhom japplikaw għat-twaqqif ta' l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi; jisħaq li, jekk l-awtorità leġiżlattiva tiddeċiedi favur it-twaqqif ta' aġenzija bħal din, il-Parlament jidħol f'negozjati mal-qasam l-ieħor ta' l-awtorità baġitarja bil-għan li jintlaħaq ftehim fil-ħin dwar l-iffinanzjar ta' din l-aġenzija, bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Ftehima Interistituzzjonali;

PROĊEDURA

Titolu

Awtorità Ewropea tas-Suq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Referenzi

COM(2007)0699 – C6-0428/2007 – 2007/0249(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.12.2007

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Jutta Haug

20.9.2004

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

8.4.2008

29.5.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

29.5.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Simon Busuttil, Daniel Dăianu, Brigitte Douay, James Elles, Szabolcs Fazakas, Markus Ferber, Vicente Miguel Garcés Ramón, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Ville Itälä, Anne E. Jensen, Silvana Koch-Mehrin, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Mario Mauro, László Surján, Kyösti Virrankoski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marusya Ivanova Lyubcheva, Gianluca Susta


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT (3.6.2008)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(COM(2007)0699 – C6-0428/2007 – 2007/0249(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Umberto Guidoni

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta’ suq waħdieni effettiv tat-telekomunikazzjonijiet fl-UE, il-Kummissjoni qed tipproponi Awtorità ġdida indipendenti li taħdem b’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs) u mal-Kummissjoni. L-Awtorità l-ġdida, li tirrispondi lill-Parlament Ewropew, se tinkludi bord ta’ regolaturi magħmul mill-kapijiet ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE kollha.

L-awtorità l-ġdida se tagħti opinjoni esperta lill-Kummissjoni, se ttejjeb il-konsistenza fl-applikazzjoni tar-regoli ta' l-UE u se taġixxi bħala ċentru ta' għarfien espert għan-netwerks ta' komunikazzjoni elettronika u s-servizzi fuq il-livell ta' l-UE. L-Awtorità l-ġdida għandha anki tieħu f’idejha l-funzjonijiet ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA – European Network and Information Security Agency), biex b’hekk jingħelbu ħafna mill-problemi li ġew identifikati f’ħidmet l-ENISA..

Il-proposta, fl-Artikolu 38(10) tagħti kwittanza lill-Parlament Ewropew.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Dan jitlob l-istabbiliment ta’ entità Komunitarja ġdida, l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“Awtorità”). L-Awtorità għandha tagħmel kontribut effettiv biex tavvanza l-proċess ta’ l-ikkompletar tas-suq intern permezz ta' l-assistenza tagħha lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Din tkun topera bħala punt ta’ referenza u tistabbilixxi kunfidenza minħabba l-indipendenza tagħha, il-kwalità tal-pariri li tagħti u l-informazzjoni li xxerred, it-trasparenza tal-proċeduri tagħha u l-metodi ta’ ħidma, u d-diliġenza tagħha fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha.

(12) Dan jitlob l-istabbiliment ta’ entità Komunitarja ġdida, bbażata fuq it-tisħiħ tal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej (ERG) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“Awtorità”). L-Awtorità għandha tagħmel kontribut effettiv biex tavvanza l-proċess ta’ l-ikkompletar tas-suq intern permezz ta' l-assistenza tagħha lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Din tkun topera bħala punt ta’ referenza u tistabbilixxi kunfidenza minħabba l-indipendenza tagħha, il-kwalità tal-pariri li tagħti u l-informazzjoni li xxerred, it-trasparenza tal-proċeduri tagħha u l-metodi ta’ ħidma, u d-diliġenza tagħha fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha.

Ġustifikazzjoni

Ma hemmx bżonn li tinħoloq aġenzija ġdida. Minflok, għandu jkun hemm entità bħal ERG msaħħaħ inkorporata fil-liġi ta’ l-UE. Id-deċiżjoni ta’ l-Awla Manja tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Mejju 2006 fil-każ C-217/04 Uk vs Parlament u Kunsill tindika li l-Artikolu 95 jista’ jintuża bħal bażi għat-twaqqif ta’ entità tal-Komunità. Dan jagħti iktar spazju biex jingħata aktar poter lill-ERG billi dan il-Grupp jingħata personalità legali u għalhekk indipendenza.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-Awtorità għandha taġixxi bħala ċentru ta’ għarfien espert fuq il-livell Ewropew dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, fejn tipprovdi gwida u pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni jew lill-entitajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri. Is-sigurtà u s-saħħa tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet u tas-sistemi ta' informazzjoni għadhom tħassib primarju għas-soċjetà u jikkostitwixxi element ewlieni fil-qafas regolatorju ta' l-UE għan-netwerks u s-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Hemm ir-riskju li l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern jiddgħajjef minħabba applikazzjoni eteroġenja tad-dispożizzjonijiet relatati mas-sigurtà kif stabbiliti fid-Direttiva Kwadru u fid-Direttivi Speċifiċi. L-opinjoni ta' l-Awtorità li tipprovdi pariri tekniċi fuq it-talba tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri għandha tiffaċilita l-applikazzjoni konsistenti ta' dawk id-direttivi fil-livell nazzjonali.

(24) ENISA estiża għandha taġixxi bħala ċentru ta’ għarfien espert fuq il-livell Ewropew dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, fejn tipprovdi gwida u pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni jew lill-entitajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri. Is-sigurtà u s-saħħa tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet u tas-sistemi ta' informazzjoni għadhom tħassib primarju għas-soċjetà u jikkostitwixxi element ewlieni fil-qafas regolatorju ta' l-UE għan-netwerks u s-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Hemm ir-riskju li l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern jiddgħajjef minħabba applikazzjoni eteroġenja tad-dispożizzjonijiet relatati mas-sigurtà kif stabbiliti fid-Direttiva ta’ Qafas u fid-Direttivi Speċifiċi. L-opinjoni ta’ l-ENISA, b'mandat estiż, minħabba li hi inkluża kemm fid-Direttorat Ġenerali tas- Soċjetà ta’ l-Informatika u l-Midja u kemm fid-Direttorat Ġenerali Ġustizzja, Libertà u Sigurtà u li tipprovdi pariri tekniċi fuq it-talba tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri għandha tiffaċilita l-applikazzjoni konsistenti ta' dawk id-direttivi fil-livell nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-mandat ta’ l-ENISA jiskadi fl-2009 u sakemm ma jkunx hemm entità oħra li tibda twettaq il-kompiti tagħha, in-Netwerk Ewropew u s-sigurtà ta’ l-informazzjoni ma jistgħux ikunu mmonitorjati u trattati b’mod xieraq. Barra minn hekk, bħalissa għaddejja it-tieni evalwazzjoni ta’ l-ENISA. Għalhekk, deċizjoni definittiva dwar il-futur ta’ l-ENISA, għandha tistenna r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qed tiġi stabbilita Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi bir-responsabbiltajiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

1. Qed jiġi stabbilit Grupp tar-Regolaturi Ewropej (ERG) imsaħħaħ bħala l-awtorità bir-responsabbiltajiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ma hemmx bżonn li tinħoloq aġenzija ġdida. Minflok, għandha tinħoloq entità bħal ERG imsaħħaħ inkorporata fil-liġi ta’ l-UE. Id-deċiżjoni ta’ l-Awla Manja tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Mejju 2006 fil-każ C-217/04 Uk vs Parlament u Kunsill tindika li l-Artikolu 95 jista’ jintuża bħal bażi għat-twaqqif ta’ entità tal-Komunità. Dan jagħti iktar spazju biex jingħata aktar poter lill-ERG billi dan il-Grupp jingħata personalità legali u għalhekk indipendenza.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Id-Direttur għandu jħejji rapport annwali dwar l-attività għall-Awtorità, flimkien ma stqarrija ta’ assigurazzjoni. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu ppubblikati.

Ġustifikazzjoni

Skond ir-regoli li bħalissa qedgħin fis-seħħ, kull direttur ta’ aġenzija għandu jiddeċiedi jekk jagħmilx jew le rapport annwali dwar l-attività u d-dikjarzzjoni ta’ assigurazzjoni. Għalhekk, xi wħud jagħmluhom u xi wħud ma jagħmluhomx. Minħabba raġunijiet ta’ konsistenza, ikun aħjar jekk id-diretturi kollha jagħmluhom.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 38 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38a

 

Sistemi ta’ kontroll interni

 

L-awditur intern tal-Kummissjoni se jkun responsabbli għall-verifika tas-sistemi ta’ kontroll interni ta’ l-Awtorità.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun iċċarata l-pożizzjoni dwar ir-responsabilità għall-verifika.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jitfasslu mill-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli jistgħu jiddevjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jekk il-ħtiġiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament ta’ l-Awtorità jeħtieġu dan u biss bil-qbil preċedenti tal-Kummissjoni.

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jitfasslu mill-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli jistgħu jiddevjaw biss mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jekk il-ħtiġiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament ta’ l-Awtorità jeħtieġu dan u bil-kunsens preċedenti tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tkun armonizzata t-terminoloġija mal-proposti riċenti dwar l-Impriżi-Konġunti.

PROCEDURE

Titolu

Awtorità Ewropea tas-Suq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Referenzi

COM(2007)0699 – C6-0428/2007 – 2007/0249(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

10.12.2007

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Umberto Guidoni

22.1.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

2.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

9

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Herbert Bösch, Paulo Casaca, Jorgo Chatzimarkakis, Esther De Lange, Szabolcs Fazakas, Dan Jørgensen, Bogusław Liberadzki, Nils Lundgren, Ashley Mote, José Javier Pomés Ruiz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Rübig


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (6.6.2008)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(COM(2007)0699 – C6-0428/2007 – 2007/0249(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Bernhard Rapkay

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-istabbiliment ta’ suq intern tat-telekomunikazzjonijiet li jaħdem tajjeb huwa kwistjoni ta’ l-akbar prijorità politika fl-UE. Fl-ewwel rapport ta' Ġunju 2006, il-Kummissjoni pproponiet emendi fil-qafas legali. Minn dan l-eżami komprensiv u dettaljat ħarġu bosta problemi li għadhom ma ġewx solvuti.

Sabiex tgħin ħalli jingħelbu dawn l-ostakli, il-Kummissjoni qed tipproponi Awtorità ġdida u indipendenti li taħdem mill-qrib ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs) u mal-Kummissjoni. L-Awtorità l-ġdida, li għandha tirrispondi lill-Parlament Ewropew, se tinkludi bord ta’ regolaturi magħmul mill-kapijiet ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE kollha u se tissostitwixxi l-Grupp tar-Regolaturi Ewropej (ERG). Hija għandha, b'mod partikolari, tieħu f'idejha dawn il-kompiti:

· konsulenza speċjalizzata għall-Kummissjoni biex tkun iggarantita applikazzjoni aktar konsistenti tar-regoli ta' l-UE,

· sorveljanza regolatorja tad-definizzjoni tas-suq, l-analiżi u l-implimentazzjoni tar-rimedji,

· definizzjoni ta' swieq transnazzjonali,

· konsulenza dwar l-armonizzazzjoni tal-frekwenza tar-radju u setgħa biex tieħu d-deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tan-numerazzjoni,

· rwol bħala ċentru ta’ għarfien espert għan-netwerks u għas-servizzi fuq livell ta’ l-UE tal-komunikazzjonijiet elettroniċi,

· garanzija tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni (jiġifieri, tieħu f’idejha l-funzjonijiet ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u ta’ l-Informazzjoni (ENISA)).

Din il-proposta tal-Kummissjoni qed tiltaqa' ma' reżistenza ċara fil-Kunsill. F'dan li ġej qed jiġi propost mudell alternattiv ta' Korp Konġunt (Netwerk) ta' l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali. Dan in-Netwerk huwa assoċjazzjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali mingħajr personalità legali individwali, jiġifieri mhuwiex speċifikament parti mill-amministrazzjoni Komunitarja b'mod dirett jew indirett. B'differenza għall-proposta tal-Kummissjoni, il-punt ċentrali huwa l-ħolqien ta' proċedura ta' teħid komuni ta' deċiżjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jaqgħu taħt il-liġi nazzjonali. Permezz tan-Netwerk ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali la tinħoloq awtorità fil-livell ta' UE u lanqas ma jiġu ddelegati s-setgħat ta' deċiżjoni ta' l-istituzzjonijiet tal-KE. Is-setgħat tar-regolazzjoni tan-Netwerk għandhom jiġu mnaqqxa u definiti fid-direttiva qafas lilhinn minn dan ir-regolament.

Fuq inizjattiva tiegħu stess jew – fil-każijiet previsti b'mod ċar fid-direttiva – in-netwerk għandu jadotta opinjonijiet u pożizzjonijiet komuni b'rabta mal-mandat li, skond id-direttiva qafas, huwa r-responsabilità ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Dawn il-pożizzjonijiet komuni għandhom jorbtu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali daqs ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, jiġifieri kull proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għandu jikkunsidrahom kemm jista'. Id-deċiżjonijiet tan-Netwerk għandhom jittieħdu fil-proċedura ta' maġġoranza, fejn kull awtorità regolatorja nazzjonali jkollha vot wieħed. In-Netwerk għandu jkun fdat bl-istess kompiti ewlenin kif ġie spjegat fil-proposta tal-Kummissjoni. Fil-konfront tal-Parlament għandu jkun hemm l-obbligu ta' rapport annwali min-naħa tan-Netwerk.

Biex tkun żgurata l-indipendenza tan-Netwerk ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali minn mezzi finanzjarji u materjali ta' l-Istati Membri, għandha tingħata l-possibilità ta' finanzjament mill-Komunità. In-Netwerk m'għandu l-ebda personalità legali, u għalhekk kull għotja diretta ta' mezzi tiġi eliminata. Għaldaqstant, għandu jsir finanzjament "indirett" prinċipalment permezz tal-forniment ta' mezzi materjali fil-forma ta' riżorsi amministrattivi xierqa min-naħa tal-Komunità. Konsegwenza ta' dan, għandu jitwaqqaf korp amministrattiv mingħajr personalità legali fil-forma ta' Uffiċċju tan-Netwerk ta' l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali.

Minħabba li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jgawdu minn spazji wiesgħa ta' deċiżjoni konsegwenza ta' l-approċċ regolatorju orjentat lejn il-proċedura, hija neċessarja miżura minima ta' koordinazzjoni fil-proċedura ta' regolazzjoni tas-suq. Il-kompitu tas-suq komuni li jitneħħew l-ostakli ta' l-aċċess jinneċessitaw strateġija ta' regolamentazzjoni "bottom-up", li tiġbor l-informazzjoni b'mod effettiv dwar problemi ta' aċċess u fuq din il-bażi tikkoordina rimedji bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Il-kawżi ta' ostakli għas-suq komuni għandhom jiġu megħluba bl-aktar mod effettiv mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-post, li mbagħad huma obbligati jikkordinaw is-soluzzjonijiet fil-kuntest tal-proċedura proposta tan-Netwerk ta' l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali, li tkun imnaqqxa fil-liġi Komunitarja.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi n-Netwerk ta' l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għas-Swieq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

 

(Din l-emenda tapplika fit-test kollu. L-adozzjoni ta' l-emenda tinneċessita emendi korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (minn hawn 'il quddiem insejjaħ “ir-Regolament ENISA”) stabbilixxa l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) fl-2004 għal perjodu ta' ħames snin, bil-għan li tkun tiżgura livell għoli u effettiv ta' sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni fi ħdan il-Komunità, sabiex tiġi żviluppata kultura ta' sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni għall-ġid taċ-ċittadini, il-konsumaturi, l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea, u b'hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (minn hawn 'il quddiem insejjaħ “ir-Regolament ENISA”) stabbilixxa l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) fl-2004 għal perjodu ta' ħames snin, bil-għan li tkun tiżgura livell għoli u effettiv ta' sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni fi ħdan il-Komunità, sabiex tiġi żviluppata kultura ta' sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni għall-ġid taċ-ċittadini, il-konsumaturi, l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea, u b'hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Kwalunkwe modifikazzjoni ta' l-għanijiet, l-istruttura u l-organizzazzjoni ta' l-ENISA għaldaqstant se tkun soġġetta għar-reviżjoni futura tar-Regolament ENISA.

Ġustifikazzjoni

L-objettivi u l-kompiti ta' l-Awtoritá proposta mill-Kummissjoni huma distinti mill-funzjonijiet ewlenin ta' l-ENISA. Il-ħtieġa li titkompla l-ENISA hi kkonfermata fl-evalwazzjoni reċenti ta' l-2007 u għalhekk it-twaqqif ta' Awtoritá ġdida jew ta' kwalunkwe Netwerk Ewropew ieħor għandu jkun bla ħsara għat-tkomplija l-ENISA.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għalhekk, tinħtieġ bażi istituzzjonali aktar sostanzjali għall-istabbiliment ta’ entità li tiġbor flimkien l-għarfien espert u l-esperjenza ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, flimkien ma’ sett iddefinit b’mod ċar ta’ kompetenzi, fejn titqies il-ħtieġa biex din l-entità teżerċita awtorità reali f’għajnejn il-membri tagħha u s-settur li qed jiġi regolat permezz tal-kwalità tal-produzzjoni tiegħu.

(7) Għalhekk, tinħtieġ bażi istituzzjonali aktar sostanzjali għall-istabbiliment ta’ entità fuq il-bażi ta' aktar żvilupp ta' l-ERG, li tiġbor flimkien l-għarfien espert u l-esperjenza ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, flimkien ma’ sett iddefinit b’mod ċar ta’ kompetenzi, fejn titqies il-ħtieġa biex din l-entità teżerċita awtorità reali f’għajnejn il-membri tagħha u s-settur li qed jiġi regolat permezz tal-kwalità tal-produzzjoni tiegħu.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Dan jitlob l-istabbiliment ta’ entità Komunitarja ġdida fil-forma ta' Netwerk ta' l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għas-Swieq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (in-"Netwerk"). In-Netwerk għandu jagħti attenzjoni speċjali biex jiżgura li l-konsumaturi jkunu jistgħu jkomplu jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-soċjetà ta' l-informazzjoni, mill-innovazzjoni u min-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss, waqt li jingħata inċentiv lill-investiment, prijoritá lill-kompetizzjoni bejn l-infrastrutturi u jkun promoss aċċess aħjar għas-soċjetà ta' l-informazzjoni speċjalment f'żoni rurali permezz tal-konnettività bi frekwenza wiesgħa u mobbli (mobile broadband).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tenfasizza li r-Reviżjoni tal-Qafas tat-telecom ta' l-UE għandha l-ewwel tfittex li trawwem l-għanijiet billi taġġorna l-provvista materjali, billi l-arranġamenti organizzattivi pjuttost għandhom importanza sekondarja. Jeħtieġ li jkunu indirizzati kwistjonijiet aktar importanti biex ir-regolament isir aktar kompatibbli ma' inċentivi sabiex isir investiment fin-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss u jkun aktar kompatibbli ma' dawn l-investimenti, sabiex jappoġġja l-aċċessibilitá għal frekwenza aktar wiesgħa f'żoni inqas popolati.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar “L-evalwazzjoni ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)” ippreżentat valutazzjoni ta’ rapport estern ta’ esperti27 li evalwa r-rendiment ta’ l-Aġenzija minn mindu ġiet stabbilita u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta’ Ġestjoni ta’ l-ENISA rigward ir-Regolament ta’ l-ENISA u nieda konsultazzjoni pubblika. Is-sejbiet ewlenin ta’ dak ir-rapport ta’ l-esperti kkonferma l-validità tal-politika wara l-ħolqien ta’ l-ENISA u tal-miri oriġinali tagħha, u b’mod partikolari l-kontribuzzjoni li tagħti sabiex jinkiseb suq tabilħaqq intern fil-komunikazzjonijiet elettroniċi.

imħassra

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fl-istess ħin, ġew identifikati numru ta’ problemi, li jinkludu, b’mod partikolari, kwistjonijiet relatati ma’ l-istruttura organizattiva tagħha, it-taħlita ta’ ħiliet u d-daqs ta’ l-istaff operattiv tagħha, u diffikultajiet loġistiċi. Il-funzjonijiet ewlenin ta’ l-ENISA għandhom jevolvu b'tali mod li jiffurmaw element ta' qofol ta' l-Awtorità li abbażi ta' identifikazzjoni aktar ċara ta' l-għanijiet u tal-kompiti, għandha iiżgura li dawk l-għanijiet u dawk il-kompiti jistgħu jiġu sodisfatti b’mod aktar effiċjenti, iffokat u effettiv fl-infiq, li jkun konsistenti mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar, minn awtorità waħda b’kompetenza fuq kwistjonijiet li jaqgħu fil-qafas regolatorju ta’ l-UE tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

imħassra

Ġustifikazzjoni

L-inkorporazzjoni ta' l-ENISA man-Netwerk, li hi proposta mill-Kummissjoni, għadha ma ġietx iġġustifikata biżżejjed biex tkun aċċettata għalissa: kemm in-netwerk regolatorju telecom kif ukoll l-ENISA għandhom objettivi differenti. Barra minn hekk, f'diversi stati membri, ir-regolaturi nazzjonali telecom mhux neċessarjament għandhom is-setgħat li huma koperti fl-ambitu ta' attivitajiet ta' l-ENISA. Jekk ikunu inkorporati, jistgħu jinħolqu effetti detrimentali biex jiffunzjonaw kemm l-ENISA kif ukoll in-Netwerk. L-Awtorità m'għandux ikollha setgħat ta' sigurtà li diġà huma ttrattati b'mod effttiv mill-ENISA.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Dan jitlob l-istabbiliment ta’ entità Komunitarja ġdida, l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“Awtorità”). L-Awtorità għandha tagħmel kontribut effettiv biex tavvanza l-proċess ta’ l-ikkompletar tas-suq intern permezz ta' l-assistenza tagħha lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Din tkun topera bħala punt ta’ referenza u tistabbilixxi kunfidenza minħabba l-indipendenza tagħha, il-kwalità tal-pariri li tagħti u l-informazzjoni li xxerred, it-trasparenza tal-proċeduri tagħha u l-metodi ta’ ħidma, u d-diliġenza tagħha fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha.

(12) In-Netwerk għandu jagħmel kontribut effettiv biex javvanza l-proċess ta’ l-ikkompletar tas-suq intern permezz ta' l-assistenza tiegħu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Dan ikun jopera bħala punt ta’ referenza u jistabbilixxi kunfidenza minħabba l-indipendenza tiegħu, il-kwalità tal-pariri li jagħti u l-informazzjoni li jxerred, it-trasparenza tal-proċeduri tiegħu u l-metodi ta’ ħidma, u d-diliġenza tiegħu fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilu.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-Awtorità għandha tkun stabbilita fl-istruttura istituzzjonali u fil-bilanċ tas-setgħat eżistenti tal-Komunità. Għandha tkun indipendenti b’relazzjoni għal kwistjonijiet tekniċi u jkollha awtonomiija legali, amministrativa u finanzjarja. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ u xieraq li għandha tkun entità Komunitarja li jkollha personalità legali u li teżerċita l-kompiti konferiti lilha minn dan ir-Regolament.

(15) In-Netwerk għandu jkun stabbilit fl-istruttura istituzzjonali u fil-bilanċ tas-setgħat eżistenti tal-Komunità.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-Awtorità għandha tgħin lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe estensjoni ta’ l-obbligi Komunitarji għall-portabbiltà tan-numri. Estensjoni ta’ din ix-xorta tista’ tikkonċerna, b'mod partikolari, l-ambitu ta’ l-informazzjoni li għandha tiġi portata jew it-tipi ta’ netwerk (jiġifieri, fiss jew mobbli) li bejniethom għandhom jiġu portati n-numri u l-informazzjoni. Il-bidliet f’dan l-obbligu għandhom iqisu l-prezzijiet li jintalbu mingħand l-utenti u l-ispejjeż tal-bidla għall-intarpriżi, kif ukoll l-esperjenzi fl-Istati Membri.

(19) In-Netwerk għandu jgħin lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri rigward kwalunkwe estensjoni ta’ l-obbligi Komunitarji għall-portabbiltà tan-numri. Estensjoni ta’ din ix-xorta tista’ tikkonċerna, b'mod partikolari, l-ambitu ta’ l-informazzjoni li għandha tiġi portata jew it-tipi ta’ netwerk (jiġifieri, fiss jew mobbli) li bejniethom għandhom jiġu portati n-numri u l-informazzjoni. Il-bidliet f’dan l-obbligu għandhom iqisu l-prezzijiet li jintalbu mingħand l-utenti u l-ispejjeż tal-bidla għall-intarpriżi, kif ukoll l-esperjenzi fl-Istati Membri.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) L-Awtorità għandu jkollha s-setgħat meħtieġa sabiex twettaq il-funzjonijiet regolatorji b’mod effiċjenti u fuq kollox indipendenti. Billi jirrifletti s-sitwazzjoni fuq livell nazzjonali, il-Bord tar-Regolaturi għalhekk għandu jaġixxi b’mod indipendenti minn kwalunkwe interess tas-suq u m’għandux ifittex jew jieħu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika jew privata oħra.

(33) In-Netwerk għandu jkollu s-setgħat meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet regolatorji b’mod effiċjenti.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-funzjonament bla problemi ta’ l-Awtorità jeħtieġ li d-Direttur tagħha jinħatar fuq bażi ta’ mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll ta’ kompetenza u ta’ esperjenza rilevanti għan-netwerks, għas-servizzi u għas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u li huwa jwettaq dmirijietu b’indipendenza u bi flessibilità sħiħa rigward l-organizzazzjoni tal-funzjonament intern ta’ l-Awtorità. Id-Direttur għandu jiżgura l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-kompiti ta’ l-Awtorità b’mod indipendenti.

(34) Il-funzjonament bla problemi tan-Netwerk jeħtieġ li d-Direttur tiegħu jinħatar fuq bażi ta’ mertu u ta’ ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll ta’ kompetenza u ta’ esperjenza rilevanti għan-netwerks, għas-servizzi u għas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u li huwa jwettaq dmirijietu bi flessibilità rigward l-organizzazzjoni tal-funzjonament intern tan-Netwerk. Id-Direttur għandu jiżgura l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-kompiti tan-Netwerk.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-partijiet li jiġu affetwati mid-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità jkollhom rikors għar-rimedji meħtieġa. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu xieraq ta’ appell sabiex id-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità jistgħu jkunu suġġetti għal appell quddiem Bord ta’ l-Appell speċjalizzat, li d-deċiżjonijiet tiegħu, min-naħa tagħhom, jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

imħassra

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46) Għandha tkun żgurata t-tranżizzjoni bla problemi għall-attivitajiet li għaddejjin ta’ l-ENISA li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtorità.

imħassra

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu tad-Direttiva Kwadru u tad-Direttivi Speċifiċi, u tibbaża ruħha fuq l-għarfien espert disponibbli fl-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Għandha tikkontribwixxi għall-funzjonament aħjar tas-suq intern għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jinkludu, b’mod partikolari, l-iżvilupp ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi transkomunitarji u livell għoli u effettiv tas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informzzjoni, permezz tal-kompiti elenkati fil-Kapitoli II u III.

2. In-Netwerk għandu jaġixxi fl-ambitu tad-Direttiva Kwadru u tad-Direttivi Speċifiċi, u jibbaża ruħu fuq l-għarfien espert disponibbli fl-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Għandu jikkontribwixxi għall-funzjonament aħjar tas-suq intern għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jinkludu, b’mod partikolari, l-iżvilupp ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi transkomunitarji, permezz tal-kompiti elenkati fil-Kapitoli II u III.

Ġustifikazzjoni

L-Awtorità m’għandux ikollha setgħat ta’ sigurtà li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u ta’ l-Informazzjoni (l-ENISA) diġà qiegħda tieħu ħsieb b’mod effettiv.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) toħroġ opinjonijiet fuq it-talba tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess u tgħin lill-Kummissjoni billi tipprovdilha l-appoġġ tekniku u amministrattiv addizzjonali fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi;

(a) toħroġ opinjonijiet fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess u tgħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni billi tipprovdilhom l-appoġġ tekniku u amministrattiv addizzjonali fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi;

Ġustifikazzjoni

Il-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni jiddefinixxi l-Awtorità li għandha titwaqqaf, bħala awtorità "li hija responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew". Għalhekk hemm bżonn li wieħed jiżgura li jkun hemm rabta iktar qawwija bejn dan ta’ l-aħħar u l-Awtorità.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artiklu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) tipprovdi pariri u għajnuna lill-Kummissjoni jew lil kwalunkwe entità oħra maħtura minn Stat Membru rigward kwalunkwe kwistjoni ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtorità;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Awtorità m’għandux ikollha setgħat ta’ sigurtà li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u ta’ l-Informazzjoni (l-ENISA) diġà qiegħda tieħu ħsieb b’mod effettiv.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) tieħu deċiżjonijiet individwali b’relazzjoni għall-ħruġ tad-drittijiet ta’ użu għan-numri mill-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika (ETNS);

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Uffiċju Ewropew għar-Radjukomunikazzjoni (l-ERO) diġà għandu arranġamenti sodisfaċenti stabbiliti.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla ta' l-intrapriżi li se jingħataw drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-drittijiet ta’ l-użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri huma diġà mmexxija b’mod effettiv mill-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (l-RSPG), il-Kumitat għall-Ispettru tar-Radju (l-RSC) u mill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet (il-CoCom).

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) tiġbor u tqassam mill-ġdid il-ħlasijiet ta’ użu għad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri ;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (l-RSPG) diġà jieħu ħsieb il-kwistjonijiet ta’ spettru b’mod effettiv.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) toħroġ rakkomandazzjonjiet lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar tilwim transkonfinali u dwar kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà elettronika (eAccessibility).

imħassar

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħti opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi.

1. Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni, in-Netwerk għandu jagħti opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet fil-paragrafu 3 li jikkonċernaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-Kummissjoni tista’ titlob opinjoni dwar kwistjonijiet oħra li jikkonċernaw komunikazzjonijiet elettroniċi, bil-kundizzjoni li t-talba tkun immotivata u proporzjonata u li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmati u tingħatalhom l-opportunità għal skrutinju hekk kif issir it-talba.

Ġustifikazzjoni

Il-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni jiddefinixxi l-Awtorità li għandha titwaqqaf, bħala awtorità "li hija responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew". Għalhekk hemm bżonn li wieħed jiżgura li jkun hemm rabta iktar qawwija bejn dan ta’ l-aħħar u l-Awtorità. Talbiet għal opinjonijiet mill-Kummissjoni għandhom ikunu meqjusa u għandhom isiru b'mod responsabbli.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u tas-servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi inklużi kwistjonijiet marbuta ma’ ksur tas-sigurtà u/jew ta’ l-integrità, skond l-Artikolu 13a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi);

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-ENISA) diġà tieħu ħsieb dawn il-kwistjonijiet ta’ sigurtà b’mod effettiv.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) analiżijiet ta’ swieq nazzjonali speċifiċi skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru);

(e) f'koperazzjoni ma' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali relevanti, analiżijiet ta’ swieq nazzjonali speċifiċi skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru);

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjonijiet tas-suq jistgħu jsiru bl-iktar mod effettiv mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u għalhekk il-koperazzjoni hi ferm mixtieqa.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) kwistjonjiet ta’ numri, skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) u l-aċċess għan-numri u għas-servizzi fil-Komunità, skond l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali);

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kompetenza għandha tibqa’ f’idejn l-Istati Membri.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) miżuri dwar kwistjonijiet ta’ frekwenzi tar-radju skond l-Artikoli 4 u 6 tad-Deċiżjoni 676/2002/KE (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju);

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (l-RSPG) diġà jieħu ħsieb il-kwistjonijiet ta’ spettru b’mod effettiv.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p) skond l-Artikoli 6a u 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) :

imħassar

(i) kundizzjonijiet armonizzati relatati mad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi jew tan-numri tar-radju;

 

(ii) emenda jew irtirar tad-drittijiet ta’ użu maħruġa fuq bażi koordinata jew armonizzata;

 

(iii) l-għażla ta’ l-intarpriżi li jistgħu jingħatawlhom drittijiet individwali ta’ użu għall-frekwenzi jew għan-numri għal servizzi b’potenzjal transkonfinali.

 

Ġustifikazzjoni

Il-Grupp għal Politika dwar l-Ispektrum tar-Radju (l-RSPG) diġà jieħu ħsieb il-kwistjonijiet ta’ l-ispektrum b’mod effettiv.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-opinjonijiet kollha tan-Netwerk għandhom jitressqu quddiem il-Parlament Ewropew, u n-Netwerk għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew, fil-qafas tal-proċess regolatorju bi skrutinju, dwar il-proposti finali tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Il-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni jiddefinixxi l-Awtorità li għandha titwaqqaf, bħala awtorità "li hija responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew". Għalhekk hemm bżonn li wieħed jiżgura li jkun hemm rabta iktar qawwija bejn dan ta’ l-aħħar u l-Awtorità.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skond l-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), jekk l-Awtorità tirċievi talba mingħand il-Kummissjoni sabiex tanalizza suq rilevanti speċifiku fi Stat Membru, għandha tagħti opinjoni u tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa, inklużi r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika u ta’ l-analiżi tas-suq. Jekk l-Awtorità ssib li l-kompetizzjoni f’dak is-suq ma tkunx effettiva, wara konsultazzjoni pubblika, l-opinjoni tagħha għandha tinkludi abbozz ta’ miżura li jispeċifika l-intrapriża(i) li tqis li għandha/hom tingħażel/jintgħażlu bħala li għandha/hom setgħa sinfikanti tas-suq f’dak is-suq u l-obbligi xierqa li għandhom jiġu imposti.

1. Skond l-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), jekk in-Netwerk jirċievi talba mingħand il-Kummissjoni sabiex janalizza suq rilevanti speċifiku fi Stat Membru, għandu jwettaq reviżjoni tas-suq f'koperazzjoni ma' l-awtoritá regolatorja nazzjonali relevanti. In-Netwerk u l-awtorità regolatorja nazzjonali relevanti għandhom jagħtu opinjoni konġunta, li fl-aħħarnett taqa' taħt is-sorveljanza tan-Netwerk, u jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa, inklużi r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika u ta’ l-analiżi tas-suq. Jekk in-Netwerk u l-awtorità regolatorja nazzjonali jsibu li l-kompetizzjoni f’dak is-suq ma tkunx effettiva, wara konsultazzjoni pubblika, l-opinjoni tagħhom għandha tinkludi abbozz ta’ miżura li jispeċifika l-intrapriża(i) li jqisu li għandha/hom tingħażel/jintgħażlu bħala li għandha/hom setgħa sinfikanti tas-suq f’dak is-suq u l-obbligi xierqa li għandhom jiġu imposti.

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjonijiet tas-suq jistgħu jsiru bl-aktar mod effettiv bil-parteċipazzjoni diretta ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-Awtoritá għandha tissorvelja r-reviżjoni u tkun responsabbli għar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Awtorità għandha tagħti lill-Kummissjoni fuq it-talba tagħha l-informazzjoni kollha disponibbli biex twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1.

3. In-Netwerk u l-awtorità regolatorja nazzjonali għandhom jagħtu lill-Kummissjoni fuq it-talba tagħha l-informazzjoni kollha disponibbli biex twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjonijiet tas-suq jistgħu jsiru bl-aktar mod effettiv bil-parteċipazzjoni diretta ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-Awtoritá għandha tissorvelja r-reviżjoni u tkun responsabbli għar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Qabel l-għotja ta’ l-opinjoni skond il-paragrafu 1 jew 3, l-Awtorità għandha tikkonsulta ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ma’ l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u għandha twettaq konsultazzjoni pubblika skond l-Artikolu 42 ta’ dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Awtorità għandha tkun tista' tieħu deċiżjonijiet relatati mal-ħruġ tad-drittijiet ta' użu għan-numri mill-Ispazju Ewropew tan-Numri tat-Telefown (ETS) f'konformità ma' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru). Għandha tkun ukoll responsabbli, f’isem l-Istati Membri, mill-amministrazzjoni u mill-iżvilupp ta’ l-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika (ETNS) li ngħatalu l-prefiss 3883.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Uffiċju Ewropew għar-Radjukomunikazzjoni (l-ERO) diġà għandu arranġamenti sodisfaċenti stabbiliti.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti assoċjati ma’ l-amministrazzjoni u mal-ġestjoni tal-firxiet tan-numri armonizzati skond l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Uffiċju Ewropew għar-Radjukomunikazzjoni (l-ERO) diġà għandu arranġamenti sodisfaċenti stabbiliti.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tipprovdi pariri lill-Kummissjoni u twettaq studji u analiżijiet, b’mod partikolari dwar aspetti tekniċi u ekonomiċi, rigward l-użu ta’ frekwenzi tar-radju fil-Komunità għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, in-Netwerk għandu jipprovdi pariri lill-Kummissjoni u jikkopera mill-qrib mal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet, mal-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (l-RSPG) u/jew mal-Kumitat għall-Ispettru tar-Radju (l-RSC), kif xieraq, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tiegħu, partikolarment dawk li jaffettwaw jew huma affettwati mill-użu ta’ frekwenzi tar-radju fil-Komunità għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. In-Netwerk għandu jaħdem f’koperazzjoni mill-qrib ma' l-RSPG u l-RSC kif ikun xieraq.

Ġustifikazzjoni

Il-kompetenzi tan-Netwerk għandhom ikunu kompatibbli ma' l-entitajiet eżistenti li huma involuti fi kwistjonijiet ta' politika ta' frekwenza, li huma l-RSC u l-RSPG fir-rigward tal-frekwenzi, u l-CoCom fir-rigward ta' ħafna kwistjonijiet oħra tat-telecom, inklużi aspetti tekniċi u ekonomiċi.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Awtorità għandha tippubblika rapport annwali dwar żviluppi prospettivi fil-frekwenzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u dwar politiki fejn għandha tidentifika l-ħtiġiet u l-isfidi potenzjali.

4. Flimkien mal-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (l-RSPG), in-Netwerk għandu jżomm rekord ta’ żviluppi prospettivi fil-frekwenzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Minn żmien għall-ieħor, kif suppost jew skond it-talba tal-Kummissjoni, in-Netwerk għandu jipprovdi rapport dwar il-ħtiġiet u l-isfidi potenzjali.

Ġustifikazzjoni

L-obbligu li jitħejja rapport annwali huwa wieħed strett u tqil wisq. Ir-rapporti għandhom jitħejjew kif u meta l-Awtorità tħoss li hemm bżonnhom jew meta jintalbu skond kif inhu previst. Il-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (l-RSPG) jista’ jkun l-aħjar korp sabiex iwettaq din il-kompetenza.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn opinjoni ta’ l-Awtorità, skond il-paragrafu 1, tkun relatata ma’ l-implimentazzjoni ta’ proċedura komuni ta’ għażla għad-drittijiet ta’ użu li jaqgħu fl-ambitu ta’ l-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), b’mod partikolari, dik l-opinjoni għandha:

imħassar

(a) tidentifika s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li l-provvista tagħhom fuq bażi transkonfinali fil-Komunità għandha tibbenefika mill-użu ta’ frekwenzi jew ta’ numri, li d-drittijiet tagħhom jingħataw permezz ta’ proċedura waħdanija u skond sett wieħed ta’ kundizzjonijiet;

 

(b) tidentifika n-numri jew il-firxiet ta’ numri li jistgħu jintużaw għal servizzi ta’ din ix-xorta;

 

(c) tivvaluta l-livell tad-domanda effettiva jew potenzjali fil-Komunità għal servizzi ta’ din ix-xorta, u

 

(d) tispeċifika kwalunkwe limitazzjoni li tqies li hija xierqa fuq in-numru ta’ drittijiet ta’ użu li għandhom jiġu offruti skond il-proċedura komuni ta’ għażla u skond il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-għażla ta’ l-intrapriżi li għandhom jingħatawlhom dawk id-drittijiet, billi jitqiesu, fejn ikun applikabbli, il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).

 

Ġustifikazzjoni

Il-kompetenza għandha tibqa’ f’idejn l-Istati Membri.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

imħassar

Proposta għall-għażla ta’ l-intrapriżi

 

Skond l-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), l-Awtorità għandha:

 

(a) tirċievi u tipproċessa l-applikazzjonijiet mingħand l-intrapriżi għad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri u tiġbor il-ħlasijiet amministrattivi imposti fuq l-intrapriżi skond proċedura komuni ta’ għażla;

 

(b) twettaq il-proċedura komuni ta’ għażla u tipproponi l-intrapriża(i) li jistgħu jingħatawlha/hom drittijiet ta’ użu individwali skond dawk id-dispożizzjonijiet;

 

(c) tagħti rapport lill-Kummissjoni fejn issemmi fid-dettall l-applikazzjonijiet li tkun irċeviet, tiddeskrivi l-valutazzjoni li tkun għamlet ta’ dawk l-applikazzjoni, tipproponi l-intrapriża(i) l-aktar eliġibbli li għandhom jingħatawlha/hom drittijiet individwali ta’ użu u tiġġustifika din l-għażla b’referenza għall-kriterji ta’ għażla stabbiliti fil-miżura implimentattiva rilevanti.

 

Ġustifikazzjoni

Id-drittijiet ta’ l-użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri huma diġà mmexxija b’mod effettiv mill-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (l-RSPG), il-Kumitat għall-Ispettru tar-Radju (l-RSC) u mill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet (il-CoCom).

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – l-ewwel paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-irtirar tad-drittijiet ta’ użu maħruġa skond il-proċeduri komuni provduti fl-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).

Fuq it-talba tal-Kummissjoni jew ta’ l-RSPG, in-Netwerk għandu jagħti opinjoni lill-Kummissjoni u lill-RSPG dwar l-irtirar tad-drittijiet ta’ użu maħruġa skond il-proċeduri komuni provduti fl-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).

Ġustifikazzjoni

L-Awtorità għandu jkollha rwol ta’ koordinazzjoni għall-immaniġġjar ta’ l-ispettru, u għandha taħdem kemm mal-Kummissjoni kif ukoll mal-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (l-RSPG).

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

imħassar

Is-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni

 

Minbarra l-kompiti li jissemmew fl-Artikolu 4(3)(b) u fl-Artikolu 19(4) u (5), l-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kultura ta' netwerk u ta' sigurtà ta' informazzjoni, b'mod partikolari billi:

 

(a) tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ metodoloġiji komuni sabiex ikunu prevenuti, indirizzati u jkun hemm reazzjoni għall-kwistjonijiet tas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni;

 

(b) tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar riċerka fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni kif ukoll dwar l-użu effettiv tat-teknoloġiji tal-prevenzjoni tar-riskji; u tippromwovi attivitajiet ta’ valutazzjoni tar-riskji, soluzzjonijiet interoperabbli ta’ ġestjoni tar-riskji u studji dwar soluzzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ prevenzjoni fl-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u dak privat, u

 

(c) tagħti kontribuzzjoni għall-isforzi Komunitarji sabiex ikun hemm kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u, fejn ikun xieraq, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex ikun promoss metodu globali komuni għal kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni.

 

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

imħassar

Il-ġbir u t-tqassim mill-ġdid tal-ħlasijiet ta’ użu għad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri u tal-ħlasijiet amministrattivi taħt proċedura komuni ta’ għażla

 

1. Fejn, skond l-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), jiġu imposti ħlasijiet ta’ użu għad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri fuq intrapriżi l-Awtorità għandha tkun responsabbli mill-ġbir u mit-tqassim mill-ġdid ta’ ħlasijiet ta’ użu ta’ din ix-xorta.

 

Malli tirċevi l-ħlasijiet ta’ użu l-Awtorità għandhom tqassamhom mill-ġdid fost l-Istati Membri rilevanti u l-Awtorità skond il-limitu ta’ żmien u l-proporzjon li għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).

 

Jekk il-limitu taż-żmien u l-proprzjon ma jiġux stabbiliti mill-Kummissjoni, il-ħlasijiet ta’ użu għandhom jitqassmu mill-ġdid fuq il-bażi tal-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru li ħtieġlu joħroġ drittijiet ta’ użu fl-aħħar sena kompluta qabel it-tnedija tal-proċedura ta’ għażla.

 

2. Wara proċedura komuni ta’ għażla għad-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi jew għan-numri, l-Awtorità għandha tkun responsabbli mill-ġbir u mit-tqassim mill-ġdid tal-ħlasijiet amministrattivi li jiġu imposti fuq l-intrapriżi magħżula sabiex ikunu koperti l-ispejjeż amministrattivi ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta jimmonitorjaw il-konformità mal-kundizzjonijiet komuni.

 

L-Awtorità għandha tqassam mill-ġdid dawn il-ħlasijiet amministrattivi li jissemmgħu fl-ewwel subparagrafu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali malli tirċevihom, skond il-valuri provduti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

 

Ġustifikazzjoni

Il-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (l-RSPG) diġà jieħu ħsieb il-kwistjonijiet ta’ spettru b’mod effettiv.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Billi tqis il-politika Komunitarja dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, l-Awtorità għandha tippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni u l-iżvilupp ta’ attivitajiet regolatorji rigward in-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluża s-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni.

1. Billi jqis il-politika Komunitarja dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, in-Netwerk għandu jippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni kemm bejn l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, kif ukoll bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni u l-iżvilupp ta’ attivitajiet regolatorji rigward in-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Ġustifikazzjoni

Il-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni jiddefinixxi l-Awtorità li għandha titwaqqaf, bħala awtorità "li hija responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew". Għalhekk hemm bżonn li wieħed jiżgura li jkun hemm rabta iktar qawwija bejn dan ta’ l-aħħar u l-Awtorità. L-Awtorità m’għandux ikollha setgħat ta’ sigurtà li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u ta’ l-Informazzjoni (l-ENISA) diġà qiegħda tieħu ħsieb b’mod effettiv.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Awtorità għandha tiġbor informazzjoni xierqa, b’mod partikolari skond l-Artikolu 13a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), sabiex tanalizza riskji kurrenti u emerġenti. B’mod partikolari għandha tistudja fuq il-livell Ewropew, dawk ir-riskju li jistgħu jipproduċu impatt fuq il-flessibilità u d-disponibbiltà tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u fuq l-awtentiċità, l-integrità, u l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni li kien hemm aċċess għaliha u li ġiet trażmessa permezz tagħhom, u tipprovdi r-riżultati ta’ l-analiżi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-ENISA) diġà tieħu ħsieb dawn il-kwistjonijiet ta’ sigurtà b’mod effettiv.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex titqajjem kuxjenza u għad-disponibbiltà ta’ informazzjoni f’waqtha, oġġettiva u komprensiva, inkluż dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, għall-utenti kollha, billi, fost l-oħrajn, tippromwovi skambji ta’ l-aħjar prattiki kurrenti, inkluż dwar metodi sabiex l-utenti jiġu mwissija, u billi tfittex sinerġija bejn l-inizjattivi tas-settur pubbliku u dawk tas-settur privat.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-ENISA) diġà tieħu ħsieb dawn il-kwistjonijiet ta’ sigurtà b’mod effettiv.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni u mill-pubblikazzjoni ta’ database dwar l-ipprezzar tas-servizzi tal-leħen u tad-data għall-klijenti taċ-ċellulari meta jkun qed jagħmlu roaming fil-Komunità, inklużi, fejn ikun xieraq, l-ispejjeż speċifiċi għat-telefonati bir-roaming li jsiru u li jiġu riċevuti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità. Għandha timmonitorja l-iżviluppi fi prezzijiet ta’ din ix-xorta u tippubblika rapport annwali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-intervent tar-roaming ċellulari u tad-dejta kien maħsub biss bħala miżura għat-titjib tas-suq u ma kienx maħsub li jkun wieħed permanenti. Monitoraġġ kontinwu jaqa’ fil-kompetenza tal-Kummissjoni, u jista’ jintalab imma m’għandux jitniżżel fir-Regolament.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità tista' twettaq kompiti addizzjonali speċifiċi fuq it-talba tal-Kummissjoni.

In-Netwerk jista’ jwettaq kompiti addizzjonali speċifiċi fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Ġustifikazzjoni

Il-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni jiddefinixxi l-Awtorità li għandha titwaqqaf, bħala awtorità "li hija responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew". Għalhekk hemm bżonn li wieħed jiżgura li jkun hemm rabta iktar qawwija bejn dan ta’ l-aħħar u l-Awtorità.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-entitajiet ta’ l-Awtorità

L-organizzazzjoni tan-Netwerk

L-Awtorità għandha tkun magħmula minn:

In-Netwerk għandu jaħtar direttur, jorganizza s-segretarjat tiegħu, ifassal pjan ta' baġit u jiddetermina s-sit uffiċjali tiegħu.

(a) Bord Amministrattiv

 

(b) Bord ta’ Regolaturi

 

(c) Direttur

 

(d) Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerk

 

(e) Grupp Permanenti tal-Partijiet Interessati

 

(f) Bord ta’ l-Appell.

 

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25

imħassar

Il-Bord Amministrattiv

 

1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn tnax-il membru. Sitta għandhom jinħatru mill-Kummissjoni u sitta mill-Kunsill. Il-membri tal-Bord Amministrattiv għandhom jinħatru b’tali mod li jkunu żgurati l-ogħla standards ta’ kompetenza u ta’ indipendenza, u firxa wiesgħa ta’ kompetenza rilevanti. Il-mandat għandu jkun ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded darba.

 

2. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar il-President u l-Viċi-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu. Il-Viċi-President għandu awtomatikament jissostitwixxi lill-President jekk dan ta’ l-aħħar ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq dmirijietu/ dmirijietha. Il-mandati tal-President u tal-Viċi-President għandhom ikunu ta’ sentejn u nofs u għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu. Madankollu, ikun xi jkun il-każ, il-mandat tal-President u dak tal-Viċi-President għandhom jiskadu fil-mument li jieqfu jkunu membri tal-Bord Amministrattiv.

 

3. Il-laqgħat tal-Bord Amministrattiv għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur ta’ l-Awtorità għandu jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet ħlief jekk il-Bord Amministrattiv jiddeċiedi mod ieħor. Il-Bord Amministrattiv għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena f’sessjoni ordinarja. Għandu wkoll jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu, fuq it-talba tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta’ mill-inqas terz mill-membri tiegħu. Il-Bord Amministrattiv jista’ jistieden lil kwalunkwe persuna b’opinjonijiet potenzjalment rilevanti sabiex tattendi għal-laqgħat tiegħu fil-kapaċità ta’ osservatriċi. Il-membri tal-Bord Amministrattiv, bla ħsara għar-regoli ta’ proċedura, jistgħu jkunu mgħejjuna minn konsulenti jew minn esperti. Is-servizzi segretarjali tal-Bord Amministrattiv għandhom jiġu provduti mill-Awtorità.

 

4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv għandhom ikunu adottat fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri preżenti.

 

5. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Ir-regoli ta’ proċeduri għandhom jistabbilixxu f’aktar dettall l-arraġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, speċjalment il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom membru wieħed jista’ jaġixxi f’isem ieħor u anki, fejn ikun xieraq, ir-regoli li jirregolaw il-kworums.

 

Ġustifikazzjoni

Il-Bord Amministrattiv jista’ jipperikola l-indipendenza tar-regolaturi, u huwa korp burokratiku li m’hemmx bżonnu u għandu jitneħħa.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 26

imħassar

Il-kompiti tal-Bord Amministrattiv

 

1. Wara li jkun ikkonsulta lill-Bord tar-Regolaturi, il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar id-Direttur skond l-Artikolu 29(2).

 

2. Wara li jkun ikkonsulta lid-Direttur, il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks skond l-Artikolu 31(2).

 

3. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar lill-membri tal-Bord tar-Regolaturi skond l-Artikolu 27(1).

 

4. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar lill-membri tal-Bord ta’ l-Appell skond l-Artikolu 33(1).

 

5. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta, qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi skond l-Artikolu 28(3), il-programm ta’ ħidma ta’ l-Awtorità għas-sena ta’ wara u għandu jittrażmettih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali.

 

6. Il-Bord Amministrattiv għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu skond l-Artikoli 36 sa 38.

 

7. Wara li jkun kiseb il-qbil tal-Kummissjoni, il-Bord Amministrattiv għandu jiddeċiedi jekk jaċċettax kwalunkwe legat, donazzjoni jew għotja minn sorsi Komunitarji oħra.

 

8. Il-Bord Amministrattiv għandu jeżerċita awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur u fuq l-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks.

 

9. Fejn ikun meħtieġ, il-Bord Amministrattiv għandu jfassal il-politika ta’ l-istaff ta’ l-Awtorità skond l-Artikolu 49(2).

 

10. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti ta’ l-Awtorità, skond l-Artikolu 47.

 

11. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta’ l-Awtorità, kif jissemma fl-Artikolu 28(4), u għandu jittrażmettih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti ta’ l-Awdituri sa mhux aktar tard mil-15 ta’ Ġunju. Kif ipprovdut fl-Artikolu 28(4), dan ir-rapport għandu jinkludi taqsima indipendenti approvata mill-Bord tar-Regolaturi li tikkonċerna l-attivitajiet regolatorji ta’ l-Awtorità matul is-sena meqjusa.

 

12. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

 

13. Il-Bord Amministrattiv għandu jagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar il-ħlasijiet amministrattivi li l-Awtorità tista’ timponi fuq l-intrapriżi meta twettaq il-kompiti tagħha kif jissemma fl-Artikolu 16.

 

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

imħassar

Il-Bord tar-Regolaturi

 

1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun magħmul minn membru wieħed għal kull Stat Membru li għandu jkun il-Kap ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali indipendenti b’responsabbiltà għall-applikazzjoni ta’ kuljum tal-qafas regolatorju fl-Istat Membru, mid-Direttur u minn rappreżentant wieħed li ma jivvotax tal-Kummissjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnominaw membru wieħed alternattiv għal kull Stat Membru.

 

2. Id-Direttur għandu jkun il-President tal-Bord tar-Regolaturi.

 

3. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jeleġġi Viċi-President minn fost il-membri tiegħu. Il-Viċi-President għandu jissostitwixxi lill-President jekk dan ta’ l-aħħar ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq dmirijietu. Il-mandat tal-Viċi-President għandu jkun ta’ sentejn u nofs u għandu jkun jista’ jiġġedded. Madankollu, ikun xi jkun il-każ, il-mandat tal-Viċi-President għandu jiskadi fil-waqt li huwa jieqaf ikun membru tal-Bord tar-Regolaturi.

 

4. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru jew membru alternattiv, ħlief id-Direttur u r-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu vot wieħed.

 

5. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

 

6. Meta jwettaq il-kompiti konferiti lilu minn dan ir-Regolament, il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi b’mod indipendenti u m’għandux ifittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern ta’ Stat Membru jew mingħand l-ebda interess pubbliku jew privat.

 

7. Is-servizzi segretarjali tal-Bord tad-Diretturi għandhom ikunu provduti mill-Awtorità.

 

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28

imħassar

Il-kompiti tal-Bord tar-Regolaturi

 

1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jipprovdi opinjoni lid-Direttur qabel l-adozzjoni ta’ l-opinjonijiet, tar-rakkomandazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet li jissemmew fl-Artikoli 4 sa 23 fil-qasam tal-kompetenza tiegħu. Barra minn hekk, il-Bord tar-Regolaturi għandu jipprovdi gwida lid-Direttur fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tad-Direttur.

 

2. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jagħti opinjoni dwar il-kandidat li għandu jinħatar bħala Direttur skond l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 29(2). Il-Bord għandu jilħaq din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri tiegħu. Id-Direttur m’għandux jipparteċipa fil-preparazzjoni ta’, jew fil-vot dwar, opinjonijiet ta’ din ix-xorta.

 

3. Skond l-Artikolu 26(5) u l-Artikolu 30(4) u skond l-abbozz tal-baġit stabbilit skond l-Artikolu 37, il-Bord tar-Regolaturi għandu japprova l-programm ta’ ħidma ta’ l-Awtorità għas-sena ta’ wara fejn għandhom x’jaqsmu l-attivitajiet tiegħu.

 

4. Il-Bord tar-Regolaturi għandu japprova t-taqsima indipendenti dwar l-attivitajiet regolatorji tar-rapport annwali, provdut fl-Artikolu 26(11) u fl-Artikolu 30(9).

 

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 29

imħassar

Id-Direttur

 

1. L-Awtorità għandha tkun ġestita mid-Direttur tagħha, li għandu jaġixxi b’mod indipendenti fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat rispettivi tal-Kummissjoni, tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord tar-Regolaturi, id-Direttur m’għandux ifittex jew jaċċetta l-ebda struzzjoni mingħand kwalunkwe gvern jew mingħand kwalunkwe entità.

 

2. Wara konsultazzjoni mal-Bord tar-Regolauri, id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv, fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet u ta’ l-esperjenza rilevanti għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, minn lista ta’ mill-inqas żewġ kandidati li jiġu proposti mill-Kummissjoni. Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Amministrattiv jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.

 

3. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta’ ħames snin. Matul id-disa’ xhur qabel tmiem dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni. Fl-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari:

 

(a) ir-rendiment tad-Direttur;

 

(b) id-dmirijiet u r-rekwiżiti ta’ l-Awtorità fis-snin li ġejjin.

 

4. Wara konsultazzjoni mal-Bord tar-Regolaturi, il-Bord Amministrattiv li jkun qed jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur imma mhux għal aktar minn tliet snin, billi jqis ir-rapport ta’ evalwazzjoni u biss f’każi fejn jista’ jiġi ġġustifikat mid-dmirijiet u mir-rekwiżiti ta’ l-Awtorità.

 

Il-Bord Amministrattiv għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-ħsieb li għandu li jestendi l-mandat tad-Direttur. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tiegħu, id-Direttur jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu.

 

5. Id-Direttur jista’ jitneħħa mill-kariga biss fuq deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv, wara li jkun ikkonsulta lill-Bord tar-Regolaturi. Il-Bord Amministrattiv għandu jilħaq din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ tliet kwarti mill-membri tiegħu.

 

6. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lid-Direttur biex iressaq rapport dwar it-twettiq ta’ dmirijietu.

 

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 30

imħassar

Il-kompiti tad-Direttur

 

1. Id-Direttur għandu jkun responsabbli talli jirrappreżenta lill-Awtorità u għandu jkun inkarigat mill-ġestjoni tagħha.

 

2. Id-Direttur għandu jipprepara ħidmet il-Bord Amministrattiv. Huwa/hija għandu/ha j(t)ipparteċipa, mingħajr ma jkollu/ha d-dritt li j(t)ivvota, f’ħidmet il-Bord Amministrattiv.

 

3. Id-Direttur għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jissemmew fl-Artikoli 4 sa 23, bla ħsara għall-kunsens tal-Bord tar-Regolaturi.

 

4. Kull sena, id-Direttur għandu jipprepara abbozz ta’ programm ta’ ħidma ta’ l-Awtorità għas-sena ta’ wara, u jressqu quddiem il-Bord tar-Regolaturi u quddiem il-Kummissjoni qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ dik is-sena.

 

Huwa/hija għandu/ha j(t)ippreżenta l-programm ta’ ħidma qabel l-1 ta’ Settembru biex jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv.

 

5. Id-Direttur għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali ta’ l-Awtorità, taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi u ta’ l-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks kif ikun xieraq, u taħt il-kontroll amministrattiv tal-Bord Amministrattiv.

 

6. Id-Direttur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa, prinċipalment l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ l-avviżi, sabiex ikun żgurat il-funzjonament ta’ l-Awtorità skond dan ir-Regolament.

 

7. Id-Direttur għandu jagħmel stima tad-dħul u ta’ l-infiq ta’ l-Awtorità skond l-Artikolu 37 u għandu jimplimenta l-baġit ta’ l-Awtorità skond l-Artikolu 38.

 

8. Kull sena, id-Direttur għandu jipprepara l-abbozz ta’ rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Awtorità b’taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji ta’ l-Awtorità u taqsima dwar kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.

 

9. Rigward l-istaff ta’ l-Awtorità, id-Direttur għandu jeżerċita s-setgħat ipprovduti fl-Artikolu 49(3).

 

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 31

imħassar

L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks

 

1. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks għandu jkun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-kompiti ta’ l-Awtorità li jkunu relatati mas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks għandu jaħdem taħt ir-responsabbiltà ta’, u għandu jirrapporta lid-Direttur. Huwa se jipprepara l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali għal dawn l-attivitajiet.

 

2. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks għandu jinħatar għal perjodu ta’ ħames snin mill-Bord Amministrattiv, fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet u ta’ l-esperjenza rilevanti sabiex jieħu ħsieb kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, minn lista ta’ mill-inqas żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni.

 

3. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks jista’ jitneħħa mill-kariga biss fuq deċiżjoni mill-Bord Amministrattiv, wara li jikkonsulta lid-Direttur. Il-Bord Amministrattiv għandu jilħaq din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ tliet kwarti mill-membri tiegħu.

 

4. Wara konsultazzjoni mad-Direttur, il-Bord Amministrattiv, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jestendi l-mandat ta' l-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks darba għal mhux aktar minn tliet snin f'dawk il-każijiet biss fejn jista' jiġi ġġustifikat bid-dmirijiet u r-rekwiżiti ta' l-Awtorità.

 

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 32

imħassar

Il-Grupp Permanenti tal-Partijiet Interessati

 

1. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks għandu jistabbilixxi Grupp Permanenti tal-Partijiet Interessati li jkun magħmul minn esperti li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti, b'mod partikolari ġejjin mill-industrija tat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet, mill-gruppi tal-konsumaturi u l-esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni. Huwa, f'konsultazzjoni mad-Direttur, għandu jiddetermina l-proċeduri fir-rigward partikolarment tan-numru, il-kompożizzjoni, il-ħatra tal-membri, u l-operat tal-Grupp.

 

2. Il-Grupp għandu jkun presedut mill-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks. Il-mandat tal-membri tiegħu għandu jkun ta' sentejn u nofs. Il-membri tal-Grupp ma jistgħux ikunu membri tal-Bord Amministrattiv jew tal-Bord tar-Regolaturi.

 

3. Ir-Rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom id-dritt ikunu preżenti għal-laqgħat u jipparteċipaw fil-ħidma tal-Grupp.

 

4. Il-Grupp jista' jagħti pariri lill-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks fir-rigward tal-qadi ta' dmirijietu/ha skond dan ir-Regolament, fit-tfassil ta' proposta għall-partijiet rilevanti tal-programm ta' ħidma ta' l-Awtorità, kif ukoll fl-iżgurar ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati fuq il-kwistjonijiet kollha relatati mal-programm ta' ħidma.

 

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 33

imħassar

Il-Bord ta’ l-Appell

 

1. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u minn sitt membri alternattivi magħżula minn fost l-istaff anzjan kurrenti jew preċedenti ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jew minn istituzzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji oħra b’esperjenza rilevanti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-Bord ta’ l-Appell jaħtar lill-President tiegħu.

 

2. Il-membri tal-Bord ta’ l-Appell għandhom jinħatru mill-Bord Amministrattiv, fuq proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa għal espressjoni ta’ interess, wara li jiġi konsultat il-Bord tar-Regolaturi.

 

3. Il-mandat tal-membri tal-Bord ta’ l-Appell għandu jkun ta’ ħames snin. Dan it-terminu għandu jkun jista’ jiġġedded. Il-membri tal-Bord ta’ l-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Huma m’għandhomx ikunu vinkolati mill-ebda struzzjoni. Ma jistgħu jwettqu l-ebda dmir ieħor fl-Awtorità, fil-Bord Amministrattiv tagħha jew fil-Bord tar-Regolaturi tagħha. Membru tal-Bord ta’ l-Appell ma jistax jitneħħa(titneħħa) matul il-mandat tiegħu(tagħha), sakemm ma jinstabx(tinstabx) ħati/ja ta’ kondotta ħażina serja, u l-Bord Amministrattiv, wara li jikkonsulta lill-Bord tar-Regolaturi, jieħdu deċiżjoni dwar dan.

 

4. Il-Membri tal-Bord ta’ l-Appell ma jistgħu jieħdu sehem fl-ebda proċedura ta’ appell jekk ikollhom kwalunkwe interess personali fiha, jew jekk preċedentement kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet għall-proċeduri, jew jekk kienu parteċipaw fid-deċiżjoni li qed tiġi appellata.

 

Jekk, għal waħda mir-raġunijiet li jissemmew fl-ewwel subparagrafu, jew għal kwalunke raġuni oħra, membru tal-Bord ta’ l-Appell iqis li wieħed mill-membri sħabu m’għandux jieħu sehem fi kwalunkwe proċedura ta’ appell, il-membru għandu jinforma lill-Bord ta’ l-Appell b’dan. Tista’ titressaq oġġezzjoni fil-konfront ta’ membru tal-Bord ta’ l-Appell minn kwalunkwe parti għall-proċedura ta’ appell minħabba kwalunkwe raġuni li tissemma fl-ewwel subparagrafu, jew jekk ikun issuspettat b’parzjalità. Oġġezzjoni ma tistax tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri, u lanqas m’għandha tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja minn raġuni biex titressaq oġġezzjoni, il-parti għall-proċeduri ta’ appell ma tkun ħadet l-ebda pass proċedurali.

 

5. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jiddeċiedi dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każi li ġew speċifikati fil-paragrafu 4 mingħajr il-parteċipzzjoni tal-membru konċernat. Sabiex tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru konċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord ta’ l-Appell mill-membru alternattiv għalih, ħlief jekk il-membru alternattiv isib ruħu f’pożizzjoni simili. Jekk dan ikun il-każ, il-President għandu jagħżel sostitut minn fost il-membri alternattivi disponibbli.

 

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 34

imħassar

L-appelli

 

1. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jkun responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet rigward appelli minn deċiżjonijiet jew miżuri li tkun ħadet l-Awtorità fl-oqsma koperti mill-Artikolu 8(1).

 

2. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza kwalifikata ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jitlaqqa’ kulmeta jkun meħtieġ.

 

3. Appell ippreżentat skond il-paragrafu 1 m’għandux ikollu effett ta’ sospensjoni. Madankollu jekk il-Bord ta’ l-Appell iqis li ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan, jista’ jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kontestata.

 

4. L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għalih, għandha tiġi preżentata bil-miktub lill-Awtorità fi żmien xahrejn min-notifika tad-deċiżjoni jew tal-miżura lill-intrapriża konċernata, jew fin-nuqqas ta’ dan, mill-jum meta l-Awtorità tkun għamlet pubblika l-miżura jew id-deċiżjoni tagħha. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jiddeċiedi dwar l-appell fi żmien xahrejn wara li jkun ġie preżentat l-appell.

 

5. Jekk l-appell ikun ammissibbli, il-Bord ta’ l-Appell għandu jeżamina jekk hux fondat sew. Għandu jistieden lill-partijiet għall-proċeduri ta’ appell kemm-il darba jkun meħtieġ sabiex jippreżentaw sottomissjonijiet dwar in-notifiki li jkun ħareġ jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħra għall-proċeduri ta’ appell, fil-limiti taż-żmien speċifikati. Il-partijiet għall-proċeduri ta’ appell għandu jkollhom il-jedd li jagħmlu preżentazzjoni orali.

 

6. Fit-termini ta’ dan l-Artikolu, il-Bord ta’ l-Appell jista’ jeżerċita kwalunkwe setgħa li tinsab fil-kompetenza ta’ l-Awtorità jew jista’ jirrinvija l-każ quddiem l-entità kompetenti ta’ l-Awtorità. Din ta’ l-aħħar għandha tkun vinkolata bid-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell.

 

7. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jadotta r-regoli ta’ proċeduri tiegħu stess.

 

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 35

imħassar

L-azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

 

1. Tista’ titressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza jew quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 230 tat-Trattat, fejn tiġi kontestata deċiżjoni li jkun ħa l-Bord ta’ l-Appell, jew, f’każi fejn mhemm l-ebda dritt għal appell quddiem il-Bord, li tkun ħadet l-Awtorità.

 

2. Jekk l-Awtorità tonqos milli tieħu deċiżjoni, jistgħu jitressqu proċeduri minħabba nuqqas ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza jew quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 232 tat-Trattat.

 

3. L-Awtorità għandha tkun meħtieġa tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tkun konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza jew tal-Qorti tal-Ġustizzja.

 

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punti a sa e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ħlasijiet għal servizzi provduti mill-Awtorità;

(a) terz tal-finanzjament annwali tagħha għandu jitħallas direttament fil-forma ta’ sussidju tal-Komunità, taħt l-intestatura xierqa tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej kif stipulat mill-awtorità Baġitarja, skond il-punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 2006;

(b) proporzjon ta’ ħlasijiet ta’ użu mogħtija mill-applikanti skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 17;

(b) żewġ terzi tad-dħul annwali tagħha għandhom ikunu kontribuzzjoni diretta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-Istati Membri huma obbligati li jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu mgħammra bir-riżorsi finanzjari u umani adegwati sabiex ikunu jistgħu iwettqu l-kompiti assenjati lilhom mill-BERT, u sabiex dan ta’ l-aħħar ikun iffinanzjat tajjeb. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-linja tal-baġit, li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali minn issa ’l quddiem għandhom jużaw sabiex jipprovdu r-riżorsi għall-BERT mill-baġits annwali tagħhom. Il-baġits għandhom ikunu ppubblikati.

(c) sussidju mill-Komunità, li jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (it-Taqsima tal-Kummissjoni);

 

(d) kwalunkwe legat, donazzjoni jew għotja kif jissemma fl-Artikolu 26(7).

 

(e) kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet regolatorji tagħhom.

 

Ġustifikazzjoni

L-Awtorità m’għandux ikollha s-setgħa li tiġbor ħlasijiet. Sabiex tkun żgurata indipendenza effettiva mill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tkun fil-biċċa l-kbira tagħha ffinanzjata mill-Istati Membri.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-nefqa ta’ l-Awtorità għandha tkopri l-ispejjeż ta’ l-istaff flimkien ma’ l-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi.

2. In-nefqa tan-Netwerk għandha tkopri l-ispejjeż ta’ l-istaff flimkien ma’ l-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi inklużi dawk b’rabta mat-twaqqif ta’ segretarjat indipendenti.

Ġustifikazzjoni

L-Awtorità għandu jkollha segretarjat li jkopri l-bżonnijiet amministrattivi kollha ta’ l-operat tagħha.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Bord Amministrattiv għandu jagħti opinjoni dwar il-kontabbiltà finali ta’ l-Awtorità.

imħassar

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jitfasslu mill-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli jistgħu jiddevjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jekk il-ħtiġiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament ta’ l-Awtorità jeħtieġu dan u biss bil-qbil preċedenti tal-Kummissjoni.

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għan-Netwerk għandhom jitfasslu min-Netwerk wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli jistgħu jiddevjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jekk il-ħtiġiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tan-Netwerk jeħtieġu dan u biss bil-qbil preċedenti tal-Kummissjoni.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 40

imħassar

Il-miżuri kontra l-frodi

 

1. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 li jikkonċerna l-invetigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u atti illegali oħra għandhom japplikaw, mingħajr restrizzjoni.

 

2. L-Awtorità għandha taderixxi mal-Ftehim Inter-Istituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċji Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u immedjatament għandha tadotta dispożizzjonijiet xierqa għall-istaff kollu ta’ l-Awtorità.

 

3. Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti implimentattivi li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw b’mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm il-ħtieġa, jwettqu kontrolli fuq il-post fost il-benefiċjarji tal-flus mogħtija mill-Awtorità kif ukoll kontrolli ta’ l-istaff responsabbli mill-allokazzjoni ta’dawn il-flus.

 

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Bord tar-Regolaturi, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur, jista’ jawtorizza lill-partijiet interessati biex josservaw il-proċeduri ta’ wħud mill-attivitajiet ta’ l-Awtorità.

imħassar

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu is-suġġetti għal ilment lill-Ombudsman jew ta’ proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.

imħassar

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 48

imħassar

L-istatus legali

 

1. L-Awtorità għandha tkun entità tal-Komunità b’personalità legali.

 

2. F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Awtorità għandha tgawdi l-aktar kapaċità legali estensiva mogħtija lill-persuni legali skond id-dritt nazzjonali. B’mod partikolari, tista’ takkwista u tbigħ proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti għal proċeduri legali.

 

3. L-Awtorità għandha tkun irrappreżenta mid-Direttur tagħha.

 

4. Is-sede ta’ l-Awtorità għandha tkun fi [...]. Sakemm l-uffiċċji tagħha jkunu lesti, se tkun ospitata fil-bini tal-Kummissjoni.

 

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 49

imħassar

L-istaff

 

1. Għall-istaff ta’ l-Awtorità, inkluż id-Direttur u l-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks għandhom japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea sabiex jiġu applikati dawn ir-regolamenti tal-persunal u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg.

 

2. Il-Bord Amministrattiv, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa skond l-arranġamenti provduti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

 

3. Rigward l-istaff tagħha, l-Awtorità għandha teżerċita s-setgħat ikkonferiti lill-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u lill-awtorità li għandha l-jedd li tikkonkludi l-kuntratti skond il-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ l-Uffiċjali l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

 

4. Il-Bord Amministrattiv jista’ jadotta dispożizzjonijiet sabiex l-esperti nazzjonali mill-Istati Membri jkunu jistgħu jiġu impjegati bħala ħaddiema issekondati ma’ l-Awtorità.

 

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 50

imħassar

Il-privileġġi u l-immunitajiet

 

Għall-Awtorità u għall-istaff tagħha għandu japplika l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej.

 

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 51

imħassar

Ir-responsabbiltà ta’ l-Awtorità

 

1. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, l-Awtorità għandha tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu li tkun ikkawżat hija jew li jkun ikkawża l-istaff tagħha fit-twettiq ta’ dmirijiethom. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima dwar ir-rimedji għal dannu ta’ din ix-xorta.

 

2. Ir-responsabbiltà finanzjarja u dixxiplinari personali ta’ l-istaff ta’ l-Awtorità fil-konfront ta’ l-Awtorità għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet rilevanti li japplikaw għall-istaff ta’ l-Awtorità.

 

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 54 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 54a

 

In-Netwerk ta' l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali għandu jagħmel rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tiegħu.

Emenda                      69

Proposta għal regolament

Artikolu 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien ħames snin mill-bidu effettiv tal-ħidma u kull ħames snin minn dak inhar ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat ta’ ħidmet l-Awtorità u tal-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni għandha tkopri r-riżultati miksuba mill-Awtorità u l-metodi ta’ ħidma tagħha, b’relazzjoni għall-għan, għall-mandat u għall-kompiti tagħha li ġew iddefiniti f’dan ir-regolament u fil-programmi ta’ ħidma annwali tiegħu. L-evalwazzjoni għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet interessati, kemm fuq il-livell Komunitarju kif ukoll fuq il-livell nazzjonali. Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Fi żmien ħames snin mill-bidu effettiv tal-ħidma, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat ta’ ħidmet in-Netwerk u tal-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni għandha tkopri r-riżultati miksuba min-Netwerk u l-metodi ta’ ħidma tiegħu, b’relazzjoni għall-għan, għall-mandat u għall-kompiti tiegħu li ġew iddefiniti f’dan ir-Regolament u fil-programmi ta’ ħidma annwali tiegħu. L-evalwazzjoni għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet interessati, kemm fuq il-livell Komunitarju kif ukoll fuq il-livell nazzjonali. Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

F'każ li r-rapport ta’ evalwazzjoni skond il-paragrafu 1 jindika li, minħabba raġunijiet oġġettivament iġġustifikati rilevanti għall-iffunzjonar tas-suq intern, ikun neċessarju li tittawwal l-effettività tan-Netwerk għal żmien fiss, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jkunu qed jaġixxu skond l-Artikolu 251 tat-Trattat KE, jistgħu, għal darba waħda biss, itawlu l-effettività tan-Netwerk għal perjodu li ma jaqbiżx is-sentejn.

 

In-Netwerk għandu jieqaf jiffunzjona mhux aktar tard minn ħames snin wara l-bidu tiegħu, sakemm il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jkunu qed jaġixxu skond l-Artikolu 251 tat-Trattat KE, itawlu l-effettività tan-Netwerk għal żmien fiss, minħabba raġunijiet li jkunu oġġettivament iġġustifikati mill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolamentazzjoni teħtieġ li tirrifletti n-natura tranżitorja tar-regolamentazzjoni ex-ante tat-telecoms, li eventwalment ikollha ċċedi postha għal-liġi ġenerali tal-kompetizzjoni. L-introduzzjoni ta’ “klawsola ta’ estinzjoni” tkun pass prattiku lejn id-deregolamentazzjoni u tibgħat sinjali lis-suq li huma konsistenti ma' l-objettivi tal-politika li tippromwovi l-investimenti.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 56

imħassar

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

 

1. Sa mhux aktar tard mill-14 ta' Marzu 2011, l-Awtorità għandha tassumi r-responsabbiltà għall-attivitajiet kollha mwettqa mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni qabel dik id-data u li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

 

2. L-interess bħala sid ta’ kwalunkwe proprjetà mobbli li għandha l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni fid-data li tissemma fil-paragrafu 1 t’hawn fuq għandha tiġi trasferita lill-Awtorità b’effett minn dik id-data.

 

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-ENISA) diġà tieħu ħsieb il-kwistjonijiet ta’ sigurtà b’mod effettiv, u b’hekk dawn m’għandhomx ikunu inklużi fil-mandat ta' l-Awtorità.

PROĊEDURA

Titolu

Awtorità Ewropea tas-Suq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Referenzi

COM(2007)0699 – C6-0428/2007 – 2007/0249(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.12.2007

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

       Data tal-ħatra

Bernhard Rapkay

18.2.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

1.4.2008

6.5.2008

19.5.2008

 

Data ta’ l-adozzjoni

3.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, David Casa, Manuel António dos Santos, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Dariusz Maciej Grabowski, Benoît Hamon, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in ‘t Veld, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Guntars Krasts, Kurt Joachim Lauk, Andrea Losco, Astrid Lulling, Florencio Luque Aguilar, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Dariusz Rosati, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Cornelis Visser

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Katerina Batzeli, Dragoş Florin David, Mia De Vits, Harald Ettl, Ján Hudacký, Margaritis Schinas, Theodor Dumitru Stolojan


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (18.6.2008)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-Proposta għal regolament regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

(COM(2007)0699 – C6-0428/2007 – 2007/0249(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Edit Herczog

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jappoġġja t-twaqqif ta' organizzazzjoni aktar effettiva u iżgħar, integrata fis-sistema legali Ewropea.

L-isem ġdid, Entità għar-Regolaturi Ewropej fit-Telekomunicazzjoni (BERT) juri bidla fin-natura ta' l-organizzazzjoni, u jirrifletti li l-BERT hija magħmula mir-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs). L-entità l-ġdida ma jkollhiex is-setgħat ta' awtorità, iżda tibqa' integrata fis-sistema legali Ewropea.

It-tisħiħ tan-natura deċentralizzata tar-regolamentazzjoni

It-test rivedut tar-Regolament huwa maħsub sabiex jipprovdi sistema li ma tikkontradixxix l-objettiv fuq tul taż-żmien li l-liġi tal-kompetizzjoni tissostitwixxi r-regolament ex-ante, u jiżgura li r-regolamenti dwar il-komunikazzjoni elettronika fl-Ewropa jiddependu fuq sistema deċentralizzata ta' regolaturi indipendenti li fiha l-NRAs ikollhom irwol deċiżiv.

L-ogħla entità ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-BERT ikun il-Bord tar-Regolaturi. Il-Bord tar-Regolaturi huwa magħmul mill-NRAs(1), u huwa presedut minn wieħed mill-membri maħtura mill-Bord tar-Regolaturi għal perjodu ta' sena. Il-Bord tar-Regolaturi jieħu d-deċiżjonijiet relatati mal-ħidmiet tal-BERT b'maġġoranza kwalifikata (żewġ terzi). Kif previst fil-proposti tal-Kummissjoni, ma twaqqaf l-ebda Bord Amministrattiv.

Regoli mtejba ta' tmexxija biex jiżguraw li jkun hemm teħid ta' deċiżjonijiet regolatorji effiċjenti u fil-ħin

Għandu jitwaqqaf Bord Eżekuttiv li jkun magħmul minn mhux aktar minn ħames membri (jiġifieri ċ-Chairperson għas-sena attwali, iċ-ċhairperson preċedenti u dak/dik prospettiv/a, li jaġixxu bħala viċi-Chairpersons, u żewġ membri oħra, maħtura mill-Bord tar-Regolaturi.) Il-Bord Eżekuttiv huwa responsabbli għat-tmexxija strateġika tal-BERT u jipprovdi gwida u istruzzjonijiet lid-Direttur Eżekuttiv fit-twettiq ta' ħidmietu/ħidmietha.

Id-Direttur Eżekuttiv huwa responsabbli għat-tmexxija ta' kuljum tal-ħidma tal-BERT, u jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tar-Regolaturi għal perjodu ta' tliet snin (li jista' jiġġedded darba biss).

L-uffiċċju tal-BERT għandu jaħdem taħt id-direzzjoni tad-Direttur Eżekuttiv. Għal kwistjonijiet regolatorji huwa se jkun magħmul minn 15-il espert ipprovdut mir-regolaturi nazzjonali u 15-il ħaddiem taċ-ċivil Komunitarji. L-għadd totali ta' l-istaff m'għandux jaqbeż l-40. Din iċ-ċifra hija ferm inqas meta mqabbla maċ-ċifri ta' ħtiġijiet ta' ħaddiema proposti mill-EECMA.

Sabiex tapprofitta mill-għarfien speċjalizzat ta' l-NRAs, il-BERT għandha twaqqaf gruppi ta' ħidma responsabbli għat-temi regolatorji ewlenin relatati mal-ħidma tagħha, li fihom ir-rappreżentanti ta' l-NRAs jaħdmu flimkien mar-rappreżentanti tal-BERT.

Responsabilitajiet iffukati sabiex itejbu l-azzjonijiet regolatorji konsistenti

Il-BERT għandha tkun responsabbli għal ħames kwistjonijiet ewlenin:

· Il-kontribut konsistenti ta' l-implimentazzjoni tar-rimedji fl-Istati Membri permezz ta' irwol ikbar fil-proċedura ta' l-Artikolu 7;

· L-adozzjoni ta’ pożizzjonijiet regolatorji komuni li jridu jitqiesu bis-sħiħ mir-regolaturi nazzjonali;

· L-għoti ta’ opinjonijiet lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-analiżi ta' swieq transnazzjonali;

· L-għoti ta’ parir dwar kwistjonijiet ta' politika dwar l-ispektrum tar-radju ta' interess pan-Ewropew (inkluż għall-RSPG (il-Grupp għal Politika dwar l-Ispektrum tar-Radju)/RSC(il-Kumitat għall-Ispektrum tar-Radju));

· Il-koordinazzjoni u l-koperazzjoni internazzjonali.

Barra minn hekk, il-BERT twettaq ħidmiet speċifiċi amministrattivi, ta' rreġistrar u ta' monitoraġġ, relatati ma' kwistjonijiet Pan-Ewropej (l-istess kif maħsub għall-EECMA), b'mod partikulari ħidmiet li jikkontribwixxu għal livell miżjud ta' kuxjenza mill-konsumatur, sakemm dawn il-ħidmiet ma jmorrux kontra r-regoli dwar delegazzjonijiet applikabbli għall-Kummissjoni, u bl-eċċezzjoni ta' dawk relatati ma' kwistjonijiet ta' sigurtà tan-netwerk.

Il-baġit tal-BERT se jkun iffinanzjat mill-baġit ta’ l-UE. Se jitwaqqaf Kumitat Baġitarju, li jikkonsisti f’rappreżentanti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni biex japprova l-baġit. L-użu tal-fondi komunitarji jkun suġġett għall-approvazzjoni u l-monitoraġġ mill-Parlament u mill-Kunsill, u l-implimentazzjoni tiegħu tkun suġġetta għal kwittanza mill-Parlament.

Il-programm annwali ta' ħidma tal-BERT se jkun iffinalizzat wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, u se jkun ippreżentat lill-Parlament u lill-Kunsill.

Se jiġi preżentat rapport annwali lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament.

Iċ-Chairperson jista', fuq bażi annwali, jiġi mistieden jattendi għal udjenza quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u tal-Kunsill sabiex iwieġeb għal mistoqsijiet li jikkonċernaw ir-rendiment tal-BERT.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jitlob lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru), id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ l-Aċċess), id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (li minn hawn ’il quddiem flimkien se jissejħu “id-Direttiva Kwadru u d-Direttivi Speċifiċi”) għandhom l-għan li joħolqu suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Komunità filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ investiment, innovazzjoni u protezzjoni tal-konsumatur permezz ta’ żjieda fil-kompetizzjoni.

(1) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva ta’ Qafas), id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ l-Aċċess), id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (li minn hawn ’il quddiem flimkien se jissejħu “id-Direttiva ta’ Qafas u d-Direttivi Speċifiċi”), kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kunfidenza tal-konsumatur fil-qasam diġitali 1 għandhom l-għan li joħolqu suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Komunità filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ investiment, innovazzjoni u protezzjoni tal-konsumatur permezz ta’ żjieda fil-kompetizzjoni.

___________

1 Testi Adottati, P6_TA(2007)0287.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 22 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Is-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet globali huma każ partikolari meta l-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni jistgħu jkunu neċessarji. Huwa ġeneralment rikonoxxut li dawn is-servizzi, li jikkonsistu f’servizzi ta’ vuċi u ta’ dejta mmaniġġjati għan-negozji għal kumpaniji multinazzjonali li jinsabu f’pajjiżi differenti u ħafna drabi f’kontinenti differenti, huma transkonfinali b’mod inerenti u fl-Ewropa, huma pan-Ewropej. L-Awtorità għandha tiżviluppa approċċ regolatorju komuni sabiex il-benefiċċji ekonomiċi ta’ servizzi integrati u kontinwi jkunu jistgħu jakkumulaw għall-partijiet kollha ta’ l-Ewropa.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) B’mod partikolari, l-Awtorità għandha tivvaluta l-ħtieġa għal proċedura waħdanija ta’ għażla fuq il-livell Komunitarju għad-drittijiet ta’ użu bla ħsara għall-kundizzjonijiet armonizzati, tagħti parir lill-Kummissjoni dwar it-termini u l-kriterji li għandhom jiġu applikati fi proċedura ta’ għażla ta’ din ix-xorta u tirċievi u tivvaluta applikazzjonijiet mingħand intrapriżi għal drittijiet ta’ użu ta’ din ix-xorta. L-Awtorità għandu jkollha wkoll il-kompitu li, fejn ikun xieraq, tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-irtirar ta’ drittijiet ta’ użu ta’ din ix-xorta.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Bidla ta’ konformità

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-Awtorità għandha taġixxi bħala ċentru ta’ għarfien espert fuq il-livell Ewropew dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, fejn tipprovdi gwida u pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni jew lill-entitajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri. Is-sigurtà u s-saħħa tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet u tas-sistemi ta' informazzjoni għadhom tħassib primarju għas-soċjetà u jikkostitwixxi element ewlieni fil-qafas regolatorju ta' l-UE għan-netwerks u s-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Hemm ir-riskju li l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern jiddgħajjef minħabba applikazzjoni eteroġenja tad-dispożizzjonijiet relatati mas-sigurtà kif stabbiliti fid-Direttiva Kwadru u fid-Direttivi Speċifiċi. L-opinjoni ta' l-Awtorità li tipprovdi pariri tekniċi fuq it-talba tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri għandha tiffaċilita l-applikazzjoni konsistenti ta' dawk id-direttivi fil-livell nazzjonali.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Bidla ta’ konformità

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Jistgħu jiġu imposti ħlasijiet amministrattivi fuq il-fornituri tal-komunikazzjonijiet elettroniċi talli jiġġestixxu s-sistema ta’ awtorizzazzjoni u għall-għotja tad-drittijiet ta’ użu. Minbarra l-ħlasijiet amministrattivi, jistgħu jiġu imposti ħlasijiet ta’ użu għall-użu tal-frekwenzi u tan-numri. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrativ fuq l-intrapriżi, f’każ ta’ proċedura komuni ta’ għażla l-Awtorità għandha tiġbor u tqassam mill-ġdid lill-Istati Membri il-ħlasijiet amministrattivi u l-ħlasijiet ta' użu.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Bidla ta’ konformità

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ l-aħjar prattika regolatorja u tal-konsistenza fl-applikazzjoni tar-regolamentazzjoni fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi billi trawwem l-iskambu ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u tagħmel l-informazzjoni xierqa disponibbli għall-pubbliku b’mod faċilment aċċessibbli. L-Awtorità għandu jkollha l-possibbiltà li tindirizza kwistjonijiet ekonomiċi u tekniċi u li jkollha aċċess għall-aktar informazzjoni aġġornata disponibbli sabiex tkun tista’ tirrispondi għall-isfidi ekonomiċi u tekniċi li toħloq soċjetà ta’ l-informazzjoni li qed tiżviluppa, pereżempju f’oqsma bħas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni u t-tagħmir għall-identifikazzjoni tal-frekwenzi tar-radju.

(27) L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ l-aħjar prattika regolatorja u tal-konsistenza fl-applikazzjoni tar-regolamentazzjoni fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi billi trawwem l-iskambu ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u tagħmel l-informazzjoni xierqa disponibbli għall-pubbliku b’mod faċilment aċċessibbli. . L-Awtorità għandu jkollha l-possibbiltà li tindirizza kwistjonijiet ekonomiċi u tekniċi u li jkollha aċċess għall-aktar informazzjoni aġġornata disponibbli sabiex tkun tista’ tirrispondi għall-isfidi ekonomiċi u tekniċi li toħloq soċjetà ta’ l-informazzjoni li qed tiżviluppa.

Ġustifikazzjoni

Bidla ta’ konformità

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Biex tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha kif ġew stabbliti f’dan ir-Regolament u sabiex tifhem aħjar l-isfidi fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi r-riskji kurrenti u emerġenti fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, l-Awtorità jeħtieġ li tkun tista’ tanalizza żviluppi kurrenti u emerġenti. Għal dak il-fini l-Awtorità tista’ tiġbor informazzjoni xierqa, b’mod partikolari dwar ksur tas-sigurtà u ta’ l-integrità li kellu impatt sinifikanti fuq ħidmet in-netwerk jew is-servizzi provduti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skond l-Artikolu 13a(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru), kif ukoll permezz ta’ kwestjonarji.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Bidla ta’ konformità

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-partijiet li jiġu affetwati mid-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità jkollhom rikors għar-rimedji meħtieġa. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu xieraq ta’ appell sabiex id-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità jistgħu jkunu suġġetti għal appell quddiem Bord ta’ l-Appell speċjalizzat, li d-deċiżjonijiet tiegħu, min-naħa tagħhom, jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Bidla ta’ konformità

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Għalhekk, il-proċeduri ta’ l-Awtorità għandhom jiżguraw li l-Awtorità jkollha aċċess għall-għarfien espert ta' l-ispeċjalisti u għal esperjenza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, partikolarment f’oqsma ta’ kumplessità teknika u ta’ bidla mgħaġġla bħas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni.

(38) Għalhekk, il-proċeduri ta’ l-Awtorità għandhom jiżguraw li l-Awtorità jkollha aċċess għall-għarfien espert ta' l-ispeċjalisti u għal esperjenza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, partikolarment f’oqsma ta’ kumplessità teknika u ta’ bidla mgħaġġla.

Ġustifikazzjoni

Bidla ta’ konformità

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Sabiex ikun żgurat li l-grad meħtieġ ta’ kompetenza u ta’ esperjenza jinfluwenza it-twettiq tal-kompiti ta’ l-Awtorità relatati mas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, għandu jinħatar Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks. Għandu jiġi stabbilit Grupp Permanenti tal-Partijiet Interessati sabiex jipprovdi pariri lill-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks, jinkoraġġixxi l-qsim ta’ l-esperjenza u ta’ l-aħjar prattiki f’dawn il-kwistjonijiet u jżomm djalogu regolari mas-settur privat, ma’ l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u ma’ partijiet interessati oħra.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Bidla ta’ konformità

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46) Għandha tkun żgurata t-tranżizzjoni bla problemi għall-attivitajiet li għaddejjin ta’ l-ENISA li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtorità.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Bidla ta’ konformità

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qed tiġi stabbilita Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi bir-responsabbiltajiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

1. Qed tiġi stabbilita Entità ta' Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjonijiet (BERT) (l-"Awtorità") bir-responsabbiltajiet stabbiliti f’dan ir-Regolament

Ġustifikazzjoni

Għandu jingħata isem ġdid lill-Awtorità li tkopri l-preżenza tar-Regolaturi f'din l-entità.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu tad-Direttiva Kwadru u tad-Direttivi Speċifiċi, u tibbaża ruħha fuq l-għarfien espert disponibbli fl-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Għandha tikkontribwixxi għall-funzjonament aħjar tas-suq intern għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jinkludu, b’mod partikolari, l-iżvilupp ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi transkomunitarji u livell għoli u effettiv tas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informzzjoni, permezz tal-kompiti elenkati fil-Kapitoli II u III.

2. L-Awtorità għandha taġixxi fl-ambitu tad-Direttiva Kwadru u tad-Direttivi Speċifiċi, u tibbaża ruħha fuq l-għarfien espert disponibbli fl-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Għandha tikkontribwixxi għall-funzjonament aħjar tas-suq intern għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jinkludu, b’mod partikolari, l-iżvilupp ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi transkomunitarji permezz tal-kompiti elenkati fil-Kapitoli II u III.

Ġustifikazzjoni

L-isem ġdid juri bidla fil-funzjonijiet ta' qofol. Għandhom jitneħħew ir-referenzi għal kompiti relatati mas-sigurtà tan-netwerk u ta' l-informazzjoni, peress li l-BERT ma tista' twettaq dawn il-funzjonijiet.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-għanijiet u l-kompiti ta’ l-Awtorità għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi ta’ l-Istati Membri rigward is-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni li jaqgħu barra mill-ambitu tat-Trattat KE, b'mod partikolari dawk koperti mit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Fi kwalunkwe każ, l-għanijiet u l-kompiti ta' l-Awtorità għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, l-attivitajiet ta’ l-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali u s-sigurtà ta' l-Istat, inkluż il-benesseri ekonomiku ta’ l-Istat meta l-kwistjonijiet ikunu relatati ma’ kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-Istat.

5. L-għanijiet u l-kompiti ta' l-Awtorità għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, l-attivitajiet ta’ l-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali u s-sigurtà ta' l-Istat, inkluż il-benesseri ekonomiku ta’ l-Istat meta l-kwistjonijiet ikunu relatati ma’ kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-Istat.

Ġustifikazzjoni

Anke f'din l-emenda, l-isem ġdid juri bidla fil-funzjoni ċentrali; għandhom jitneħħew ir-referenzi għal kompiti relatati mas-sigurtà tan-netwerk u ta' l-informazzjoni, peress li l-BERT ma tista' twettaq dawn il-funzjonijiet.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) tiżviluppa pożizzjonijiet komuni, linji gwida u l-aħjar prattiki għall-impożizzjoni ta' rimedji regolatorji fil-livell nazzjonali u timmoniterja l-implimentazzjoni tagħhom madwar l-Istati Membri;

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta għandha l-għan li tenfasizza l-irwol tal-BERT li jżid il-konsistenza tar-rimedji permezz ta' l-għoti ta' gwida lill-NRAs u l-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tipprovdi pariri għall-parteċipanti fis-suq u għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq kwistjonijiet regolatorji;

(c) tipprovdi pariri għall-parteċipanti fis-suq (inklużi l-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi) u għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq kwistjonijiet regolatorji;

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da) skambju ta’ esperjenzi u promozzjoni ta’ l-innovazzjoni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

Ġustifikazzjoni

L-irwol tal-BERT sabiex tkun promossa l-innovazzjoni fl-Ewropa jrid ikun enfasizzat, peress li l-innovazzjoni tinteressa wkoll lill-konsumaturi.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artiklu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) tipprovdi pariri u għajnuna lill-Kummissjoni jew lil kwalunkwe entità oħra maħtura minn Stat Membru rigward kwalunkwe kwistjoni ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtorità;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kompiti relatati mas-sigurtà ta’ l-informazzjoni u tan-netwerks tneħħew, peress li BERT ser issir parti minn ENISA. ENISA għandha prijoritajiet differenti li jirrikjedu struttura ta’ organizzazzjoni u ta’ governanza differenti. BERT se tkun tista’ taqdi dmirijitha l-aħjar jekk tinżamm l-indipendenza ta’ l-NRAs. It-taħlit ta’ BERT ma’ ENISA se jwassal b’mod inevitabbli għal deterjorament ta’ l-indipendenza ta’ l-NRAs, għal konfużjoni ta’ prijoritajiet u għal inċertezzi fl-operazzjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, l-NRAs m’humiex neċessarjament involuti fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ l-informazzjoni u tan-netwerks fl-Istati Membri, b’tali mod li kwalunkwe entità Komunitarja mmexxija minn NRA ma tkunx tista’ tindirizza (jew ma tkun effettiva fl-indirizzar) kwistjonijiet bħal dawn fil-livell Komunitarju.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) tieħu deċiżjonijiet individwali b’relazzjoni għall-ħruġ tad-drittijiet ta’ użu għan-numri mill-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika (ETNS);

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-BERT ma tistax tieħu deċiżjonijiet relatati man-numri fl-ETNS, billi dawn is-setgħat huma riżervati għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li aktarx se jkun hemm numru żgħir ta' dawn il-proċeduri, ma jkunx ġustifikat jew proporzjonat li dawn il-kompiti jingħataw lil xi aġenzija.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla ta' l-intrapriżi li se jingħataw drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-BERT tipprovdi pariri (bħal f'kull kwistjoni oħra, inklużi l-proċeduri għall-Artikolu 7) lill-Kummissjoni, kif ukoll lil entitatjiet kompetenti oħra b'responsabilitajiet relatati mal-frekwenza, sabiex ikunu jistgħu jwettqu dawn ir-responsabilitajiet b'mod aktar effettiv. Il-BERT ma tiħux f'idejha l-proċeduri attwali mill-Kummissjoni (deskritta bl-użu tal-verb "tgħin"), billi dawn il-proċeduri huma riżervati għall-Kummissjoni u, fid-dawl tal-fatt li aktarx se jkun hemm numru żgħir ta' dawn il-proċeduri, ma jkunx ġustifikat jew proporzjonat li dan il-kompitu jingħata lil xi aġenzija.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) tiġbor u tqassam mill-ġdid il-ħlasijiet ta’ użu għad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri ;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-BERT ma tistax tiġbor ħlasijiet għall-użu, u lanqas ma tista' tqassam mill-ġdid dawn il-ħlasijiet, peress li l-BERT m'għandhiex tieħu f'idejha l-inkarigu li twettaq il-proċeduri ta' ħruġ ta' liċenzji. Għal darb'oħra, fid-dawl tal-fatt li aktarx se jkun hemm numru żgħir ta' dawn il-proċeduri, ma jkunx ġustifikati jew proporzjonat li dan il-kompitu jiġi ssekondat lil ħaddieħor.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt i a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia) tipprovdi pariri u assistenza għall-parteċipanti fis-suq u għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ piraterija u sigurtà.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi enfasizzat l-irwol ta’ BERT fiż-żieda tas-sigurtà tad-dejta u fit-tisħiħ ta’ l-obbligi sabiex ikun hemm konformità mad-dritt ta’ l-awtur u ma’ drittijiet relatati.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt i b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ib) tassisti lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fi kwistjonijiet ta’ interoperabilità tas-sistemi tat-telekomunikazzjoni użati mis-servizzi ta’ l-emerġenza, speċjalment waqt emerġenzi u diżastri kbar, u l-istabbiliment tas-sistema ta’ komunikazzjoni li twissi minn qabel u tavża liċ-ċittadini, stipulata fl-Artikolu 26a tad-Direttiva 2002/22/KE.

(Nota: Ir-referenza għall-Artikolu 26a tad-Direttiva 2002/22/KE (USD) jirreferi għal Artikolu possibilment ġdid kif propost mill-EM 224 għall-abbozz ta’ rapport Harbour.)

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt i c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ic) tiżviluppa approċċ regolatorju komuni għas-servizzi pan-Ewropej, bħas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet globali, sabiex tiżgura konsistenza bejn ir-regoli nazzjonali;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħti opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi.

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħti opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Awtorità tista' wkoll, fuq inizjattiva tagħha stess, tagħti opinjonijiet lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar kull kwistjoni li tikkonċerna l-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B’mod partikolari, l-Awtorità għandha tagħti kontribuzzjoni għall-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet fid-Direttiva Kwadru u fid-Direttivi Speċifiċi billi tgħin lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

2. B’mod partikolari, l-Awtorità għandha tagħti kontribuzzjoni għall-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet fid-Direttiva Kwadru u fid-Direttivi Speċifiċi billi tgħin lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru). F'dan il-kuntest l-Awtorità għandha tagħti għajnuna lill-Parlament Ewropew fir-rigward ta' kull talba għal informazzjoni jew leġiżlazzjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-funzjonijiet tagħha.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 3 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u tas-servizzi pubbliċi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi inklużi kwistjonijiet marbuta ma’ ksur tas-sigurtà u/jew ta’ l-integrità, skond l-Artikolu 13a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru) u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi);

imħassar

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 3 - punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) analiżijiet ta’ swieq nazzjonali speċifiċi skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru);

imħassar

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt h a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ha) Implimentazzjoni effettiva tas-sistemi tat-telekomunikazzjoni interoperabbli għas-servizzi ta’ l-emerġenza kif ukoll għas-sistema ta’ komunikazzjoni li twissi minn qabel u tavża liċ-ċittadini stipulata fl-Artikolu 26a tad-Direttiva 2002/22/KE.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 3 - punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) miżuri dwar kwistjonijiet ta’ frekwenzi tar-radju skond l-Artikoli 4 u 6 tad-Deċiżjoni 676/2002/KE (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju);

imħassar

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p) skond l-Artikoli 6a u 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) :

imħassar

(i) kundizzjonijiet armonizzati relatati mad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi jew tan-numri tar-radju;

 

(ii) emenda jew irtirar tad-drittijiet ta’ użu maħruġa fuq bażi koordinata jew armonizzata;

 

(iii) l-għażla ta’ l-intarpriżi li jistgħu jingħatawlhom drittijiet individwali ta’ użu għall-frekwenzi jew għan-numri għal servizzi b’potenzjal transkonfinali.

 

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt p a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(pa) l-għoti ta' pariri lill-RSPG (Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju) u/jew lill-RSC (Kumitat għall-Ispettru tar-Radju) jew entitajiet relevanti oħra, jekk ikun xieraq, fir-rigward ta' kwistjonijiet fil-kamp ta' kompetenza ta' l-Awtorità, sakemm dawn il-kwistjonijiet jolqtu jew huma milquta mill-immaniġġjar ta' l-ispektrum.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt p – punt i a ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia) kundizzjonijiet armonizzati għall-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi pan-Ewropej, bħal servizzi tat-telekomunikazzjonijiet globali;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Il-Kummissjoni għandha tqis bis-sħiħ l-opinjonijiet mogħtija mill-Awtorità, u tiddikkjara pubblikament kif dawn ġew ikkunsidrati.

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet proposti fl-Artikolu jiċċaraw li dawk li jirċievu l-opinjonijiet provduti minn BERT jistgħu jkunu biss il-Kummissjoni u l-NRAs (sakemm ma jingħadx mod ieħor f’paragrafi speċifiċi fir-Regolament). Il-kisba ta’ opinjoni ta’ BERT mhix għażla imma rekwiżit f’każijiet meta l-azzjoni tal-Kummissjoni jista’ jkollha impatt fuq is-swieq nazzjonali. Id-dritt ta’ BERT li taġixxi fuq inizjattiva tagħha hija regola ġenerali (aktar milli limitata għal kwistjonijiet speċifiċi, kif kien ġie propost inizzjalment mill-Kummissjoni fl-Artikolu 15, li aħna pproponejna li nħassruħ kompletament). Sabiex ikun evitat kull dubju, qed issir referenza għal kompitu ta’ BERT sabiex tikkontribwixxi wkoll għall-miżuri ta’ implimentazzjoni teknika meħuda mill-Kummissjoni. Id-disponibilità ta’ BERT għall-Parlament tidher f’lingwa addizzjonali. Il-kompiti kollha li BERT mhix fil-pożizzjoni li twettaq, tneħħew, jew minħabba periklu ta’ konfużjoni tal-kompetenzi (bħall-kwistjonijiet tas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni) jew bħala setgħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-fatt li l-opinjoni provduta ma tkunx appoġġjati minna. Bidliet miżjuda jiżguraw li l-Kummissjoni tqis kemm jista’ jkun l-opinjonijiet ta’ BERT.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - titolu u paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-konsultazzjoni ma’ l-Awtorità dwar id-definizzjoni u l-analiżi tas-swieq nazzjonali, u dwar ir-rimedji

Il-konsultazzjoni ma’ l-Awtorità dwar id-definizzjoni u l-analiżi tas-swieq nazzjonali

1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità meta taġixxi skond l-Artikolu 7(4) u (8) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità meta taġixxi skond l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta’ miżura konċernat fi żmien erba’ ġimgħat minn meta tiġi informata b’dan. L-opinjoni għandha tinkludi analiżi dettaljata u oġġettiva ta’ jekk l-abbozz tal-miżura jikkostitwix ostaklu għas-suq uniku u l-kompatibbiltà tagħha mad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari ma’ l-għanijiet li jissemmew fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru). Fejn ikun xieraq, l-Awtorità għandha tindika liema bidliet għandhom isiru fl-abbozz tal-miżura sabiex ikun żgurat li dawn l-għanijiet jiġu sodisfatti bl-aktar mod effettiv.

2. Il-Kummissjoni għandha titlob opinjoni mill-Awtorità dwar l-abbozz ta’ miżura konċernat fi żmien erba’ ġimgħat minn meta tiġi informata b’dan. L-opinjoni għandha tinkludi analiżi dettaljata u oġġettiva ta’ jekk l-abbozz tal-miżura jikkostitwix ostaklu għas-suq uniku u l-kompatibbiltà tagħha mad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari ma’ l-għanijiet li jissemmew fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru). Fejn ikun xieraq, l-Awtorità għandha tindika liema bidliet għandhom isiru fl-abbozz tal-miżura sabiex ikun żgurat li dawn l-għanijiet jiġu sodisfatti bl-aktar mod effettiv.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Awtorità għandha tagħti lill-Kummissjoni fuq it-talba tagħha l-informazzjoni kollha disponibbli biex twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 2.

3. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Awtorità sabiex tipprovdilha l-informazzjoni kollha disponibbli biex twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Ir-riferenza għar-rimedji tneħħiet minn din id-dispożizzjoni sabiex tkun tidher il-fehma tagħna li s-setgħat ta' veto tal-Kummissjoni m'għandhomx ikunu estiżi għar-rimedji. Madankollu, kif irrimarkat hawn fuq fir-rigward ta' l-Artikolu 4, aħna nemmnu li hemm irwol li jrid jitwettaq mill-BERT li jrid jiġi rifless ukoll f'emendi xierqa għad-Direttiva ta' Qafas.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

L-analiżijiet tas-swieq nazzjonali mill-Awtorità

imħassar

1. Skond l-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), jekk l-Awtorità tirċievi talba mingħand il-Kummissjoni sabiex tanalizza suq rilevanti speċifiku fi Stat Membru, għandha tagħti opinjoni u tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa, inklużi r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika u ta’ l-analiżi tas-suq. Jekk l-Awtorità ssib li l-kompetizzjoni f’dak is-suq ma tkunx effettiva, wara konsultazzjoni pubblika, l-opinjoni tagħha għandha tinkludi abbozz ta’ miżura li jispeċifika l-intrapriża(i) li tqis li għandha/hom tingħażel/jintgħażlu bħala li għandha/hom setgħa sinfikanti tas-suq f’dak is-suq u l-obbligi xierqa li għandhom jiġu imposti.

 

2. Fejn ikun xieraq, l-Awtorità tista’ tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni rilevanti qabel ma toħroġ l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni.

 

3. L-Awtorità għandha tagħti lill-Kummissjoni fuq it-talba tagħha l-informazzjoni kollha disponibbli biex twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1.

 

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 6 għandu jitħassar kollu kemm hu minħabba li l-BERT mhix f'pożizzjoni li tieħu l-inkarigu li twettaq proċedura ta' analiżi tas-suq, peress li m'għandhiex l-għarfien lokali relevanti li jkun meħtieġ għal proċedura effettiva.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn il-Kummissjoni tkun identifikat suq transnazzjonali skond l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), l-Awtorità għandha tagħmel l-analiżi tas-suq b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skond l-Artikolu 16(5) ta’ dik id-Direttiva u tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar dan.

2. Fejn il-Kummissjoni tkun identifikat suq transnazzjonali skond l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), l-Awtorità tista’, fuq talba, tassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali involuti fl-analiżi konġunti tas-suq skond l-Artikolu 16(5) ta’ dik id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn l-Awtorità tikkonkludi li s-suq transnazzjonali rilevanti ma jkunx kompetittiv b’mod effettiv, l-opinjoni lill-Kummissjoni għandha tinkludi abbozz ta’ miżura li jispeċifika l-intrapriża(i) li tqis li għandha/hom tingħażel/jingħażlu bħala li għandha/hom setgħa sinfikanti tas-suq f’dak is-suq u l-obbligi xierqa li għandhom jiġu imposti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Qabel l-għotja ta’ l-opinjoni skond il-paragrafu 1 jew 3, l-Awtorità għandha tikkonsulta ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ma’ l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u għandha twettaq konsultazzjoni pubblika skond l-Artikolu 42 ta’ dan ir-Regolament.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Awtorità għandha tagħti lill-Kummissjon fuq it-talba tagħha l-informazzjoni kollha disponibbli biex twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

5. L-Awtorità għandha tagħti lill-Kummissjoni fuq it-talba tagħha l-informazzjoni kollha disponibbli biex twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Għal kuntrarju tas-swieq nazzjonali (fejn l-NRAs għandhom iżommu s-setgħa li jieħdu miżuri), is-setgħa tal-Kummissjoni li tieħu miżuri fir-rigward tas-swieq trans-nazzjonali hija rikonoxxuta, madankollu, ma jkunx ġustifikabbli u lanqas proporzjonat, kif ukoll inflessibbli, li jkun definit kontenut speċifiku u metodoloġija għall-BERT fir-rigward ta' l-opinjoni li trid tagħti, b'mod partikulari, peress li m'hemm ebda preċedent li jikkonċerna l-analiżi tas-swieq trans-nazzjonali.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Awtorità għandha tkun tista' tieħu deċiżjonijiet relatati mal-ħruġ tad-drittijiet ta' użu għan-numri mill-Ispazju Ewropew tan-Numri tat-Telefown (ETS) f'konformità ma' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru). Għandha tkun ukoll responsabbli, f’isem l-Istati Membri, mill-amministrazzjoni u mill-iżvilupp ta’ l-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika (ETNS) li ngħatalu l-prefiss 3883.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Jitneħħew ir-riferenzi għas-setgħat tal-BERT li tieħu deċiżjonijiet (ara wkoll il-kummenti għall-Artiklou 3).

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti assoċjati ma’ l-amministrazzjoni u mal-ġestjoni tal-firxiet tan-numri armonizzati skond l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru).

imħassar

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet tekniċi relatati ma’ l-implimentazzjoni tan-numru tat-telefon Ewropew ta’ emerġenza 112 skond l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali).

2. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet tekniċi relatati ma’ l-implimentazzjoni:

 

(a) tan-numru tat-telefon Ewropew ta’ emerġenza 112 skond l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2002/22/KE;

 

(b) ta’ kwistjonijiet ta’ interoperabilità rigward is-sistemi ta’ telekomunikazzjonijiet għas-servizzi ta’ emerġenza;

 

(c) tas-sistema ta’ komunikazzjoni ma’ l-UE kollha għat-twissija u għall-avżar taċ-ċittadini kif stipulat fl-Artikolu 26a tad-Direttiva 2002/22/KE.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tipprovdi pariri lill-Kummissjoni u twettaq studji u analiżijiet, b’mod partikolari dwar aspetti tekniċi u ekonomiċi, rigward l-użu ta’ frekwenzi tar-radju fil-Komunità għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, jew b'inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità għandha tipprovdi pariri lill-Kummissjoni, lill-RSPG u/jew lill-RSC jew entitajiet rilevanti oħra, kif ikun xieraq, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' kompetenza tagħha li jolqtu jew li huma milquta mill-użu ta’ frekwenzi tar-radju fil-Komunità għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, kif ukoll telabora parir konġunt lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tfassil ta' l-objettivi komuni ta' politika msemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni 676/2002/KE (Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju), b'ħidma mill-qrib ma' l-RSPG u l-RSC, skond il-każ.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq it-talba tagħha , l-Awtorità għandha tipprovdi lill-Kummissjoni pariri rigward it-tfassil ta’ għanijiet ta’ politika komuni li jissemmew fl-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni 676/2002/KE (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju), meta dawn jaqgħu fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

3. Fuq it-talba tagħha, jew b'inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità għandha tipprovdi pariri lill-RSPG u/jew lill-RSC jew entitajiet rilevanti oħra, skond kif iħossu li jkun xieraq, lill-Kummissjoni rigward it-tfassil ta’ għanijiet ta’ politika komuni li jissemmew fl-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni 676/2002/KE (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju), meta dawn jaqgħu fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Awtorità għandha tippubblika rapport annwali dwar żviluppi prospettivi fil-frekwenzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u dwar politiki fejn għandha tidentifika l-ħtiġiet u l-isfidi potenzjali.

4. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għar-rapporti ppubblikati mill-Kummissjoni, mill-RSPG, mill-RSC jew kwalunkwe korp ieħor rilevanti, kif ikun il-każ, dwar żviluppi prospettivi fil-frekwenzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u dwar politiki fejn għandha tidentifika l-ħtiġiet u l-isfidi potenzjali.

Ġustifikazzjoni

L-emendi għandhom l-għan li jiddefinixxu b'aktar ċarezza l-irwoli tal-BERT fir-rigward tal-frekwenzi u jiċċaraw li l-irwol ewlieni tagħha huwa li tagħti parir mhux biss lill-Kummissjoni iżda lill-entitajiet speċifiċi (RSC u RSPG) li diġà ġew mogħtija inkarigi marbutin mal-frekwenzi tar-radju. Il-BERT m'għandhiex tingħata inkarigi li huma diġà mogħtija lill-RSC u l-RSPG, għax dan iwassal għal nuqqas ta' effettività u konfużjoni fil-kompetenzi regolatorji u ta' frekwenza; għal kuntrarju, l-irwol tagħha għandu jkun komplimentari ma' dawn l-entitajiet sabiex ikun żgurat li l-objettivi tal-politika dwar il-komunikazzjoni elettronika jkunu uniformi fl-entitajiet kollha li huma attivi fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar l-ambitu u l-kontenut ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri implimentattivi provduti fl-Artikolu 6a tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni). B’mod partikolari, dan jista’ jinkludi l-valutazzjoni ta’ l-Awtorità tal-benefiċċji li jistgħu jakkumulaw għas-suq uniku fin-netwerks u fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mill-miżuri implimentattivi li ġew adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6a tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) u l-identifikazzjoni tas-servizzi b’potenzjal transkomunitarju li għandhom jibbenfikaw minn dawk il-miżuri.

1. Fuq it-talba tal-Kummissjoni u/jew ta' l-RSPG u ta’ l-RSC jew kwalunkwe korp ieħor relevanti, l-Awtorità għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar l-ambitu u l-kontenut ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri implimentattivi provduti fl-Artikolu 6a tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni). B’mod partikolari, dan jista’ jinkludi l-valutazzjoni ta’ l-Awtorità tal-benefiċċji li jistgħu jakkumulaw għas-suq uniku fin-netwerks u fis-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi mill-miżuri implimentattivi li ġew adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6a tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) u l-identifikazzjoni tas-servizzi b’potenzjal transkomunitarju li għandhom jibbenfikaw minn dawk il-miżuri.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn opinjoni ta’ l-Awtorità, skond il-paragrafu 1, tkun relatata ma’ l-implimentazzjoni ta’ proċedura komuni ta’ għażla għad-drittijiet ta’ użu li jaqgħu fl-ambitu ta’ l-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), b’mod partikolari, dik l-opinjoni għandha:

imħassar

(a) tidentifika s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li l-provvista tagħhom fuq bażi transkonfinali fil-Komunità għandha tibbenefika mill-użu ta’ frekwenzi jew ta’ numri, li d-drittijiet tagħhom jingħataw permezz ta’ proċedura waħdanija u skond sett wieħed ta’ kundizzjonijiet;

 

(b) tidentifika n-numri jew il-firxiet ta’ numri li jistgħu jintużaw għal servizzi ta’ din ix-xorta;

 

(c) tivvaluta l-livell tad-domanda effettiva jew potenzjali fil-Komunità għal servizzi ta’ din ix-xorta, u

 

(d) tispeċifika kwalunkwe limitazzjoni li tqies li hija xierqa fuq in-numru ta’ drittijiet ta’ użu li għandhom jiġu offruti skond il-proċedura komuni ta’ għażla u skond il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-għażla ta’ l-intrapriżi li għandhom jingħatawlhom dawk id-drittijiet, billi jitqiesu, fejn ikun applikabbli, il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).

 

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk il-Kummissjoni titlob hekk, l-Awtorità għandha tispjega jew tissupplimenta kwalunkwe opinjoni maħruġa skond il-paragrafu 1 fit-terminu ta’ żmien speċifikat f’dik it-talba.

3. Jekk il-Kummissjoni u/jew l-RSPG u l-RSC jew kwalunkwe korp ieħor relevanti, jitolbu hekk, l-Awtorità għandha tispjega jew tissupplimenta kwalunkwe opinjoni maħruġa skond il-paragrafu 1 fit-terminu ta’ żmien speċifikat f’dik it-talba.

Ġustifikazzjoni

Minkejja li huwa fl-aħjar interess tas-suq intern li l-BERT tikkontribwixxi għall-isforzi tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri relatati ma' l-awtorizzazzjonijiet billi tagħti opinjonijiet lill-Kummissjoni, kull rekwiżit definit dwar il-kontenut ta' din l-opinjoni jmur kontra l-prinċipju tal-flessibilità u l-kapaċità li l-BERT tagħmel użu mill-għarfien speċjalizzat ta' l-NRAs b'mod effettiv.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

Proposta għal regolamentl-għażla ta’ l-intrapriżi

imħassar

Skond l-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), l-Awtorità għandha:

 

(a) tirċievi u tipproċessa l-applikazzjonijiet mingħand l-intrapriżi għad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri u tiġbor il-ħlasijiet amministrattivi imposti fuq l-intrapriżi skond proċedura komuni ta’ għażla;

 

(b) twettaq il-proċedura komuni ta’ għażla u tipproponi l-intrapriża(i) li jistgħu jingħatawlha/hom drittijiet ta’ użu individwali skond dawk id-dispożizzjonijiet;

 

(c) tagħti rapport lill-Kummissjoni fejn issemmi fid-dettall l-applikazzjonijiet li tkun irċeviet, tiddeskrivi l-valutazzjoni li tkun għamlet ta’ dawk l-applikazzjoni, tipproponi l-intrapriża(i) l-aktar eliġibbli li għandhom jingħatawlha/hom drittijiet individwali ta’ użu u tiġġustifika din l-għażla b’referenza għall-kriterji ta’ għażla stabbiliti fil-miżura implimentattiva rilevanti.

 

Ġustifikazzjoni

Il-BERT m'għandhiex ikollha l-iskop, jew titqiegħed f'sitwazzjoni, li jkollha rwol attiv fit-twettiq ta' proċeduri ta' għażla fil-livell komunitarju, peress li l-assenjazzjoni ta' dawn l-inkarigi mill-Kummissjoni lill-BERT ma tkunx ġustifikata fid-dawl tan-numru potenzjali ta' dawn il-proċeduri.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

L-irtirar tad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri maħruġa skond proċeduri komuni

imħassar

Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-irtirar tad-drittijiet ta’ użu maħruġa skond il-proċeduri komuni provduti fl-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni). Din l-opinjoni għandha teżamina jekk kienx hemm ksur serju u ripetut tal-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet ta’ użu.

 

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 13 għandu jitneħħa, b'konformità mal-kummenti li saru dwar l-Artikoli 11 u 12.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Is-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni

imħassar

Minbarra l-kompiti li jissemmew fl-Artikolu 4(3)(b) u fl-Artikolu 19(4) u (5), l-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kultura ta' netwerk u ta' sigurtà ta' informazzjoni, b'mod partikolari billi:

 

(a) tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ metodoloġiji komuni sabiex ikunu prevenuti, indirizzati u jkun hemm reazzjoni għall-kwistjonijiet tas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni;

 

(b) tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar riċerka fil-qasam tas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni kif ukoll dwar l-użu effettiv tat-teknoloġiji tal-prevenzjoni tar-riskji; u tippromwovi attivitajiet ta’ valutazzjoni tar-riskji, soluzzjonijiet interoperabbli ta’ ġestjoni tar-riskji u studji dwar soluzzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ prevenzjoni fl-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u dak privat, u

 

(c) tagħti kontribuzzjoni għall-isforzi Komunitarji sabiex ikun hemm kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u, fejn ikun xieraq, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex ikun promoss metodu globali komuni għal kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Il-BERT ma jkollhiex kompiti u dmirijiet relatati ma' kwistjonijiet ta' sigurtà tan-netwerks. L-għaqda ta' l-ENISA mal-BERT twassal għal konfużjoni fl-objettivi tal-politika, fil-prijoritajiet u fl-immaniġġjar, kif ukoll diffikultajiet oħra bla bżonn u li ma jistgħux jitbassru, u jikkompromettu l-ħidma bla xkiel u l-effikaċja tar-reġim riformat.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

L-inizjattiva tagħha stess

imħassar

Fuq l-inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità tista’ tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li jissemmew fl-Artikoli 4(2), 7(1), 8(3), 10(1), 12, 14, 21 u 22.

 

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni m'għadx hemm bżonnha u, fid-dawl tal-kliem imtejjeb ta' l-Artikolu 4, għandha titneħħa.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

Ġbir ta' ħlasijiet amministrattivi għal servizzi provduti mill-Awtorità

imħassar

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ħlasijiet amministrattivi imposti fuq l-intrapriżi għal servizzi provduti mill-Awtorità skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(2) u abbażi ta' opinjoni ta' l-Awtorità. L-Awtorità għandha tiġbor dawn il-ħlasijiet amministrattivi..

 

2. Il-ħlasijiet amministrattivi għandhom ikunu imposti fuq l-intrapriżi individwali b’mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat li jimminimizza spejjeż amministrattivi addizzjonali u ħlasijiet assoċjati.

 

3. Il-ħlasijiet amministrattivi li jissemmew fil-paragrafu 1 jistgħu jkopru:

 

(a) l-ispejjeż amministrattivi li ħarġet l-Awtorità fil-ġestjoni tal-proċedura ta’ għażla skond l-Artikolu 12;

 

(b) l-ipproċessar ta’ l-appelli skond l-Artikolu 34;

 

(c) l-ispejjeż amministrattivi li saru mill-Awtorità fl-aministrazzjoni ta’ l-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika skond l-Artikolu 8.

 

Il-ħlasijiet kollha għandhom ikunu espressi u għandhom jitħallsu f’euro.

 

4. L-ammont tal-ħlasijiet amministrattivi għandu jkun iffissat f’tali livell sabiex ikun żgurat li d-dħul minn dawn il-ħlasijiet fil-prinċipju jkun biżżejjed sabiex tkun koperta l-ispiża kollha tas-servizzi mogħtija.

 

5. L-Awtorità għandha tippubblika sommarju annwali ta’ l-ispejjeż u tal-ħlasijiet amministrattivi tagħha. Fid-dawl ta’ kwalunkwe differenza bejn is-somma totali tal-ħlasijiet u l-ispejjeż amministrattivi totali, għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni li fiha tindika l-aġġustamenti xierqa li għandhom isiru.

 

Ġustifikazzjoni

L-emenda tirrifletti li l-BERT mhix se jipprovdi servizzi li għalihom ikun iġġustifikat il-ġbir ta' ħlasijiet amministrattivi.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

Il-ġbir u t-tqassim mill-ġdid tal-ħlasijiet ta’ użu għad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri u tal-ħlasijiet amministrattivi taħt proċedura komuni ta’ għażla

imħassar

1. Fejn, skond l-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), jiġu imposti ħlasijiet ta’ użu għad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri fuq intrapriżi l-Awtorità għandha tkun responsabbli mill-ġbir u mit-tqassim mill-ġdid ta’ ħlasijiet ta’ użu ta’ din ix-xorta.

Malli tirċevi l-ħlasijiet ta’ użu l-Awtorità għandhom tqassamhom mill-ġdid fost l-Istati Membri rilevanti u l-Awtorità skond il-limitu ta’ żmien u l-proporzjon li għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 6b tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).

 

Jekk il-limitu taż-żmien u l-proprzjon ma jiġux stabbiliti mill-Kummissjoni, il-ħlasijiet ta’ użu għandhom jitqassmu mill-ġdid fuq il-bażi tal-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru li ħtieġlu joħroġ drittijiet ta’ użu fl-aħħar sena kompluta qabel it-tnedija tal-proċedura ta’ għażla.

 

2. Wara proċedura komuni ta’ għażla għad-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi jew għan-numri, l-Awtorità għandha tkun responsabbli mill-ġbir u mit-tqassim mill-ġdid tal-ħlasijiet amministrattivi li jiġu imposti fuq l-intrapriżi magħżula sabiex ikunu koperti l-ispejjeż amministrattivi ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta jimmonitorjaw il-konformità mal-kundizzjonijiet komuni.

L-Awtorità għandha tqassam mill-ġdid dawn il-ħlasijiet amministrattivi li jissemmgħu fl-ewwel subparagrafu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali malli tirċevihom, skond il-valuri provduti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu jitħassar kollu sabiex juri li l-BERT mhix se tkun involuta fil-ġbir u r-ridistribuzzjoni ta' ħlasijiet għall-użu u ħlasijiet amministrattivi.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Billi tqis il-politika Komunitarja dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, l-Awtorità għandha tippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni u l-iżvilupp ta’ attivitajiet regolatorji rigward in-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluża s-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni.

1. Billi tqis il-politika Komunitarja dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, l-Awtorità għandha tippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni u l-iżvilupp ta’ attivitajiet regolatorji rigward in-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 19 - paragrafu 2 - punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-organizzazzjoni jew il-promozzjoni ta’ taħriġ fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-komunikazzjonjiet elettroniċi.

(c) l-organizzazzjoni jew il-promozzjoni ta’ taħriġ għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għal awtoritajiet nazzjonali u korpi ta’ l-UE oħra fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-komunikazzjonjiet elettroniċi.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Awtorità għandha tagħmel informazzjoni ta’ din ix-xorta disponibbli għall-pubbliku f’forma faċilment aċċessibbli.

3. L-Awtorità għandha tagħmel informazzjoni ta’ din ix-xorta disponibbli għall-pubbliku f’forma faċilment aċċessibbli li tippermetti wkoll l-aċċess remot.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Awtorità għandha tiġbor informazzjoni xierqa, b’mod partikolari skond l-Artikolu 13a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), sabiex tanalizza riskji kurrenti u emerġenti. B’mod partikolari għandha tistudja fuq il-livell Ewropew, dawk ir-riskju li jistgħu jipproduċu impatt fuq il-flessibilità u d-disponibbiltà tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u fuq l-awtentiċità, l-integrità, u l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni li kien hemm aċċess għaliha u li ġiet trażmessa permezz tagħhom, u tipprovdi r-riżultati ta’ l-analiżi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex titqajjem kuxjenza u għad-disponibbiltà ta’ informazzjoni f’waqtha, oġġettiva u komprensiva, inkluż dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, għall-utenti kollha, billi, fost l-oħrajn, tippromwovi skambji ta’ l-aħjar prattiki kurrenti, inkluż dwar metodi sabiex l-utenti jiġu mwissija, u billi tfittex sinerġija bejn l-inizjattivi tas-settur pubbliku u dawk tas-settur privat.

5. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex titqajjem kuxjenza u għad-disponibbiltà ta’ informazzjoni f’waqtha, oġġettiva u komprensiva għall-utenti kollha, billi, fost l-oħrajn, tippromwovi skambji ta’ l-aħjar prattiki kurrenti u billi tfittex sinerġija bejn l-inizjattivi tas-settur pubbliku u dawk tas-settur privat.

Ġustifikazzjoni

Għall-għanijiet ta’ l-ippjanar u l-allokazzjoni, id-dmirijiet marbuta mat-taħriġ fis-sottosezzjoni 2(c) għandhom ikunu definiti b’mod iktar restrittiv. Is-sottosezzjoni 4 titneħħa kollha kemm hi u s-sottosezzjoni 5 titneħħa parzjalment biex tidher it-tneħħija tad-dmirijiet marbuta mas-sigurtà tan-netwerks.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 20

imħassar

Il-ġestjoni tar-reġistru ta’ l-informazzjoni dwar l-ispektrum u tad-database dwar ir-roaming taċ-ċellulari

 

1. Sabiex tkun żgurata d-disponibbiltà armonizzata ta’ l-informazzjoni dwar l-użu tal-frekwenzi tar-radju fil-Komunità, għandu jkun disponibbli għall-pubbliku reġistru fil-forma ta’ punt ta’ aċċess komuni għall-provvista ta’ informazzjoni dwar l-użu ta’ l-ispektrum f’kull Stat Membru. L-informazzjoni dwar l-użu ta’ l-ifrekwenzi tar-radju għandha tkun provduta mill-Istati Membri fuq bażi regolari u skond talba li tgħid dan mingħand l-Awtorità. L-Awtorità għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni u mill-pubblikazzjoni tar-reġistru. Ir-reġistru għandu jinkludi l-informazzjoni li ġiet speċifikata fl-Anness għal dan ir-Regolament, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Awtorità tista’ tqisha xierqa. Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri implimentattivi sabiex tadatta l-Anness għall-żviluppi tekniċi jew tas-suq. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 54(3).

 

2. L-Awtorità għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni u mill-pubblikazzjoni ta’ database dwar l-ipprezzar tas-servizzi tal-leħen u tad-data għall-klijenti taċ-ċellulari meta jkun qed jagħmlu roaming fil-Komunità, inklużi, fejn ikun xieraq, l-ispejjeż speċifiċi għat-telefonati bir-roaming li jsiru u li jiġu riċevuti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità. Għandha timmonitorja l-iżviluppi fi prezzijiet ta’ din ix-xorta u tippubblika rapport annwali.

 

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Awtorità għandha tippubblika rapport annwali dwar l-iżviluppi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi l-kwistjonijiet tal-konsumatur, fejn għandha tidentifika l-ostakli li fadal sabiex jiġi kompletat is-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll ħarsa ġenerali u analiżi ta’ l-informazzjoni dwar il-proċeduri nazzjonali ta’ appell ipprovduti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), u sakemm jintużaw il-proċeduri ta’ ftehim għat-tilwim barra mill-qorti li jissemmew fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali) fl-Istati Membri.

2. L-Awtorità għandha tippubblika rapport annwali dwar l-iżviluppi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi l-kwistjonijiet tal-konsumatur, fejn għandha tidentifika l-ostakli li fadal sabiex jiġi kompletat is-suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, anke dawk marbuta ma’ nuqqas ta’ għarfien tal-konsumatur u ma’ problemi oħra msemmija fost l-oħrajn fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kunfidenza tal-konsumatur fil-qasam diġitali.

Ir-rapport għandu jinkludi wkoll ħarsa ġenerali u analiżi ta’ l-informazzjoni dwar il-proċeduri nazzjonali ta’ appell ipprovduti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), u sakemm jintużaw il-proċeduri ta’ ftehim għat-tilwim barra mill-qorti li jissemmew fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva Servizz Universali) fl-Istati Membri. Dawk il-partijiet tar-rapport li jittrattaw kwistjonijiet li jaffettwaw lill-konsumaturi (inklużi paraguni dwar it-tariffi bl-imnut) għandhom ikunu ppubblikati fuq il-websajt ta’ l-Awtorità b’mod li jkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità għandha tkun magħmula minn:

L-Awtorità għandha tkun magħmula minn:

(a) Bord Amministrattiv

(a) Bord tar-Regolaturi

(b) Bord tar-Regolaturi

(b) Bord Eżekuttiv

(c) Direttur

(c) Direttur Eżekuttiv

(d) Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerk

 

(e) Grupp Permanenti tal-Partijiet Interessati

(e) Grupp Permanenti tal-Partijiet Interessati

(f) Bord ta’ l-Appell.

 

(Din l-emenda tesiġi bidla ta’ l-ismijiet tal-korpi rispettivi fit-test kollu inkluż:

Bidla tal-Bord Amministrattiv għal “Bord tar-Regolaturi” fl-Artikoli 25, 26, 29, 30, 37, 38, 39, 46 u 49.

Bidla tal-Bord tar-Regolaturi għal “Bord Eżekuttiv” fl-Artikoli: 28, 30 u 37

Bidla tad-Direttur għal “Direttur Eżekuttiv” fl-Artikoli: 25, 26, 27, 30, 32, 37, 38, 44, 45 u 46)

Ġustifikazzjoni

L-emenda turi bidla materjali fl-istruttura ta’ governanza, u tneħħi karigi u korpi (Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerk u Bord ta’ l-Appell) li, fid-dawl ta’ l-emendi proposti fl-Artikolu 3, isiru rrelevanti u mhux meħtieġa.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn tnax-il membru. Sitta għandhom jinħatru mill-Kummissjoni u sitta mill-Kunsill. Il-membri tal-Bord Amministrattiv għandhom jinħatru b’tali mod li jkunu żgurati l-ogħla standards ta’ kompetenza u ta’ indipendenza, u firxa wiesgħa ta’ kompetenza rilevanti. Il-mandat għandu jkun ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded darba.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkollu stejtus ta’ osservatur u għandu jkun magħmul minn membru wieħed għal kull Stat Membru, li għandu jkun il-kap jew ir-rappreżentant ta’ livell għoli ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali b’responsabiltà għall-applikazzjoni ta’ kuljum tal-qafas regolatorju f’dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ l-Istati EFTA u tal-pajjiżi ta’ adeżjoni, għandu jkollhom stejtus ta’ osservaturi.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar il-President u l-Viċi-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu. Il-Viċi-President għandu awtomatikament jissostitwixxi lill-President jekk dan ta’ l-aħħar ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq dmirijietu/ dmirijietha. Il-mandati tal-President u tal-Viċi-President għandhom ikunu ta’ sentejn u nofs u għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu. Madankollu, ikun xi jkun il-każ, il-mandat tal-President u dak tal-Viċi-President għandhom jiskadu fil-mument li jieqfu jkunu membri tal-Bord Amministrattiv.

2. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaħtar iċ-Chairperson tiegħu u membri oħra tal-Bord Eżekuttiv minn fost il-membri tiegħu. Iċ-Chairperson għandu jinħatar għal perjodu ta’ sena. Qabel ma jagħmel perjodu bħala Chairperson, iċ-Chairperson irid jagħmel perjodu ta’ sena bħala Viċi Chairperson. Dik il-persuna għandha tagħmel perjodu bħala Viċi Chairperson ukoll għas-sena wara l-perjodu bħala Chairperson.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv għandhom ikunu adottat fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri preżenti.

4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi għandhom ikunu adottat fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri preżenti, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Ir-regoli ta’ proċeduri għandhom jistabbilixxu f’aktar dettall l-arraġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, speċjalment il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom membru wieħed jista’ jaġixxi f’isem ieħor u anki, fejn ikun xieraq, ir-regoli li jirregolaw il-kworums.

5. Kull membru għandu jkollu vot wieħed.

Ġustifikazzjoni

Il-Bord Amministrattiv ser jitneħħa mill-istruttura ta’ governanza, b’hekk l-istruttura ta’ governanza ssir aktar sempliċi, flessibbli u trasparenti. Il-Bord tar-Regolaturi ikun il-korp ewlieni għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ BERT. Il-Bord tar-Regolaturi ser jibqa’ jikkonsisti mill-kapijiet ta’ l-NRAs ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE, imma l-Kummissjoni jew il-Kunsill jitneħħew mill-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, li jkun kompletament kkontrollat mill-NRAs. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jkun membru bla dritt għall-vot tal-Bord tar-Regolaturi, li jiżgura li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni tkun artikulata (simili għall-funzjonament ta’ l-ERG). Ninnutaw li livell ta’ kontroll definit tajjeb fuq BERT mill-Kunsill u mill-Parlament ikun żgurat billi jiġu preservati u raffinati mekkaniżmi oħra ta’ kontroll, bħall-aċċess għall-programm annwali tax-xogħol u l-ħruġ ta' rapport annwali (Artikolu 26), irrappurtat miċ-Chairperson ta’ BERT (Artikolu 28), u u permezz tal-parteċipazzjoni fl-istabbiliment tal-baġit u fl-għoti tal-kwittanzi (Artikoli 37 u 38).

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara li jkun ikkonsulta lill-Bord tar-Regolaturi, il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar id-Direttur skond l-Artikolu 29(2).

1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaħtar id-Direttur Eżekuttiv skond l-Artikolu 29(2).

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Wara li jkun ikkonsulta lid-Direttur, il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks skond l-Artikolu 31(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar ir-rendiment tal-funzjonijiet ta’ l-Awtorità, kif stipulat fl-Artikolu 3.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar lill-membri tal-Bord tar-Regolaturi skond l-Artikolu 27(1).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar lill-membri tal-Bord ta’ l-Appell skond l-Artikolu 33(1).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta, qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi skond l-Artikolu 28(3), il-programm ta’ ħidma ta’ l-Awtorità għas-sena ta’ wara u għandu jittrażmettih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali.

5. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta, qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena u wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni, il-programm ta’ ħidma ta’ l-Awtorità għas-sena ta’ wara u għandu jittrażmettih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-Bord Amministrattiv għandu jeżerċita awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur u fuq l-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks.

8. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jeżerċita awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur Eżekuttiv.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta’ l-Awtorità, kif jissemma fl-Artikolu 28(4), u għandu jittrażmettih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti ta’ l-Awdituri sa mhux aktar tard mil-15 ta’ Ġunju. Kif ipprovdut fl-Artikolu 28(4), dan ir-rapport għandu jinkludi taqsima indipendenti approvata mill-Bord tar-Regolaturi li tikkonċerna l-attivitajiet regolatorji ta’ l-Awtorità matul is-sena meqjusa.

11. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta’ l-Awtorità, kif jissemma fl-Artikolu 28(4), u għandu jittrażmettih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti ta’ l-Awdituri sa mhux aktar tard mil-15 ta’ Ġunju. Kif ipprovdut fl-Artikolu 28(4), dan ir-rapport għandu jinkludi taqsima indipendenti approvata mill-Bord tar-Regolaturi li tikkonċerna l-attivitajiet regolatorji ta’ l-Awtorità matul is-sena kkunsidrata inklużi miżuri meħuda għall-promozzjoni ta’ kuxjenza fost il-konsumaturi.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. Il-Bord Amministrattiv għandu jagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar il-ħlasijiet amministrattivi li l-Awtorità tista’ timponi fuq l-intrapriżi meta twettaq il-kompiti tagħha kif jissemma fl-Artikolu 16.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Peress li l-Bord Amministrattiv jitneħħa mill-istruttura ta’ governanza, il-kompiti u d-dmirijiet tiegħu jgħaddu għall-Bord tar-Regolaturi, sabiex il-kompiti u d-dmirijiet inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Bord Amministrattiv u l-Bord tar-Regolaturi jingħataw lil korp wieħed. Il-lista tal-kompiti tranġat biex jintwera li BERT ma tiħux deċiżjonijiet (u ma tiġborx l-ispejjeż għall-proċeduri tagħha) u li ma jkollhiex dmirijiet marbuta mas-sigurtà tan-netwerks.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun magħmul minn membru wieħed għal kull Stat Membru li għandu jkun il-Kap ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali indipendenti b’responsabbiltà għall-applikazzjoni ta’ kuljum tal-qafas regolatorju fl-Istat Membru, mid-Direttur u minn rappreżentant wieħed li ma jivvotax tal-Kummissjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnominaw membru wieħed alternattiv għal kull Stat Membru.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-Direttur għandu jkun il-President tal-Bord tar-Regolaturi.

2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn massimu ta’ ħames membri, li tnejn minnhom għandhom ikunu Viċi Chairpersons tal-Bord tar-Regolaturi u li wieħed minnhom għandu jkun iċ-Chairperson tal-Bord tar-Regolaturi. Il-laqgħat tal-Bord Amministrattiv għandhom jissejħu mill-President tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jeleġġi Viċi-President minn fost il-membri tiegħu. Il-Viċi-President għandu jissostitwixxi lill-President jekk dan ta’ l-aħħar ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq dmirijietu. Il-mandat tal-Viċi-President għandu jkun ta’ sentejn u nofs u għandu jkun jista’ jiġġedded. Madankollu, ikun xi jkun il-każ, il-mandat tal-Viċi-President għandu jiskadi fil-waqt li huwa jieqaf ikun membru tal-Bord tar-Regolaturi.

3. Kwalunkwe Viċi-President għandu jissostitwixxi lill-President jekk dan ta’ l-aħħar ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq dmirijietu.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru jew membru alternattiv, ħlief id-Direttur u r-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu vot wieħed.

4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-Bord Eżekuttiv għandu jaġixxi b’maġġoranza sempliċi. Kull membru tal-Bord Eżekuttiv għandu jkollu vot wieħed. Fil-każ li ma jkunx hemm maġġoranza, il-vot taċ-Chairperson għandu jkun deċiżiv.

Ġustifikazzjoni

Flimkien ma’ l-emenda l-oħra marbuta ma’ dan l-Artikolu.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Meta jwettaq il-kompiti konferiti lilu minn dan ir-Regolament, il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi b’mod indipendenti u m’għandux ifittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern ta’ Stat Membru jew mingħand l-ebda interess pubbliku jew privat.

6. Meta jwettaq il-kompiti konferiti lilu minn dan ir-Regolament, l-Awtorità, kemm jekk permezz tal-Bord tar-Regolaturi u kemm jekk permezz tal-Bord Eżekuttiv, għandha taġixxi b’mod indipendenti u m’għandhiex tfittex jew tieħu istruzzjonijiet mingħand l-ebda gvern ta’ Stat Membru jew mingħand l-ebda interess pubbliku jew privat.

Ġustifikazzjoni

L-emendi juru li filwaqt li l-Bord tar-Regolaturi jieħu l-kompiti u d-dmirijiet tal-Bord Amministrattiv, jitwaqqaf ukoll Bord Eżekuttiv magħmul minn għadd żgħir ta’ membri eletti minn fost il-membri tal-Bord tar-Regolaturi (inklużi Chairperson u żewġ Viċi Chairpersons).

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Is-servizzi segretarjali tal-Bord tad-Diretturi għandhom ikunu provduti mill-Awtorità.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-emendi juru li filwaqt li l-Bord tar-Regolaturi jieħu l-kompiti u d-dmirijiet tal-Bord Amministrattiv, jitwaqqaf ukoll Bord Eżekuttiv magħmul minn għadd żgħir ta’ membri eletti minn fost il-membri tal-Bord tar-Regolaturi (inklużi Chairperson u żewġ Viċi Chairpersons).

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kompiti tal-Bord tar-Regolaturi

Il-kompiti tal-Bord Eżekuttiv

1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jipprovdi opinjoni lid-Direttur qabel l-adozzjoni ta’ l-opinjonijiet, tar-rakkomandazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet li jissemmew fl-Artikoli 4 sa 23 fil-qasam tal-kompetenza tiegħu. Barra minn hekk, il-Bord tar-Regolaturi għandu jipprovdi gwida lid-Direttur fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tad-Direttur.

1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun responsabbli biex jirrappreżenta lill-Awtorità u biex jiżgura li l-Awtorità twettaq xogħolha skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Bord Eżekuttiv għandu jipprovdi istruzzjonijiet lid-Direttur Eżekuttiv li jkunu essenzjali għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv.

2. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jagħti opinjoni dwar il-kandidat li għandu jinħatar bħala Direttur skond l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 29(2). Il-Bord għandu jilħaq din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri tiegħu. Id-Direttur m’għandux jipparteċipa fil-preparazzjoni ta’, jew fil-vot dwar, opinjonijiet ta’ din ix-xorta.

2. Iċ-Chairperson tal-Bord Eżekuttiv jista’ jattendi seduta ta’ smigħ kull sena quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew biex jagħti rapport dwar ir-rendiment ta’ l-Awtorità.

3. Skond l-Artikolu 26(5) u l-Artikolu 30(4) u skond l-abbozz tal-baġit stabbilit skond l-Artikolu 37, il-Bord tar-Regolaturi għandu japprova l-programm ta’ ħidma ta’ l-Awtorità għas-sena ta’ wara fejn għandhom x’jaqsmu l-attivitajiet tiegħu.

 

4. Il-Bord tar-Regolaturi għandu japprova t-taqsima indipendenti dwar l-attivitajiet regolatorji tar-rapport annwali, provdut fl-Artikolu 26(11) u fl-Artikolu 30(9).

 

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttur

Id-Direttur Eżekuttiv

1. L-Awtorità għandha tkun ġestita mid-Direttur tagħha, li għandu jaġixxi b’mod indipendenti fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat rispettivi tal-Kummissjoni, tal-Bord Amministrattiv u tal-Bord tar-Regolaturi, id-Direttur m’għandux ifittex jew jaċċetta l-ebda struzzjoni mingħand kwalunkwe gvern jew mingħand kwalunkwe entità.

1. L-Awtorità għandha tkun ġestita mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jaġixxi skond l-istruzzjonijiet tal-Bord Eżekuttiv.

2. Wara konsultazzjoni mal-Bord tar-Regolauri, id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv, fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet u ta’ l-esperjenza rilevanti għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tar-Regolaturi, fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet u ta’ l-esperjenza rilevanti għan-netwerks u għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

3. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta’ ħames snin. Matul id-disa’ xhur qabel tmiem dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni. Fl-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari:

3. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta’ tliet snin. Matul id-disa’ xhur qabel tmiem dan il-perjodu, il-Bord tar-Regolaturi għandu jagħmel evalwazzjoni. Fl-evalwazzjoni, il-Bord tar-Regolaturi għandu jevalwa b’mod partikolari:

(a) ir-rendiment tad-Direttur;

(a) ir-rendiment tad-Direttur Eżekuttiv;

(b) id-dmirijiet u r-rekwiżiti ta’ l-Awtorità fis-snin li ġejjin.

(b) id-dmirijiet u r-rekwiżiti ta’ l-Awtorità fis-snin li ġejjin.

4. Wara konsultazzjoni mal-Bord tar-Regolaturi, il-Bord Amministrattiv li jkun qed jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur imma mhux għal aktar minn tliet snin, billi jqis ir-rapport ta’ evalwazzjoni u biss f’każi fejn jista’ jiġi ġġustifikat mid-dmirijiet u mir-rekwiżiti ta’ l-Awtorità.

4. Il-Bord tar-Regolaturi jista’ jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv imma mhux għal aktar minn tliet snin, billi jqis ir-rapport ta’ evalwazzjoni.

 

Il-Bord Amministrattiv għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-ħsieb li għandu li jestendi l-mandat tad-Direttur. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tiegħu, id-Direttur jista’ jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu.

 

Jekk il-mandat ma jiġix estiż, id-Direttur għandu jibqa’ fil-kariga tiegħu sakemm jinħatar is-suċċessur tiegħu.

Jekk il-mandat ma jiġix estiż, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibqa’ fil-kariga tiegħu sakemm jinħatar is-suċċessur tiegħu.

 

5. Id-Direttur jista’ jitneħħa mill-kariga biss fuq deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv, wara li jkun ikkonsulta lill-Bord tar-Regolaturi. Il-Bord Amministrattiv għandu jilħaq din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ tliet kwarti mill-membri tiegħu.

5. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss fuq deċiżjoni tal-Bord tar-Regolaturi fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ tliet kwarti mill-membri tiegħu.

 

6. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lid-Direttur biex iressaq rapport dwar it-twettiq ta’ dmirijietu.

 

Ġustifikazzjoni

L-istejtus tad-Direttur huwa rivedut u l-kariga tissejjaħ Direttur Eżekuttiv sabiex tintwera bidla fl-irwol tad-Direttur Eżekuttiv fl-istruttura ta’ governanza riveduta. Id-Direttur Eżekuttiv huwa elett mill-Bord tar-Regolaturi u għandu l-inkarigu ta’ maniġer responsabbli mill-kwistjonijiet operattivi ta’ kuljum. Peress li d-Direttur Eżekuttiv jaġixxi skond istruzzjonijiet mill-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv ma jistax ikun responsabbli quddiem il-Parlament u l-Kunsill.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 30 - titolu u paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kompiti tad-Direttur

Il-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv

1. Id-Direttur għandu jkun responsabbli talli jirrappreżenta lill-Awtorità u għandu jkun inkarigat mill-ġestjoni tagħha.

 

1. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jkun awtorizzat mill-Bord Eżekuttiv biex jirrappreżenta lill-Awtorità fi kwistjonijiet speċifiċi u għandu jkun inkarigat mill-ġestjoni ta’ l-Awtorità.

Ġustifikazzjoni

Il-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv (flok il-kariga ta' Direttur) tranġaw biex jaqblu ma' emendi proposti f'Artikoli oħra.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-Direttur għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jissemmew fl-Artikoli 4 sa 23, bla ħsara għall-kunsens tal-Bord tar-Regolaturi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv (flok il-kariga ta' Direttur) tranġaw biex jaqblu ma' emendi proposti f'Artikoli oħra.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull sena, id-Direttur għandu jipprepara abbozz ta’ programm ta’ ħidma ta’ l-Awtorità għas-sena ta’ wara, u jressqu quddiem il-Bord tar-Regolaturi u quddiem il-Kummissjoni qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ dik is-sena.

4. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara abbozz ta’ programm ta’ ħidma ta’ l-Awtorità għas-sena ta’ wara, u jressqu quddiem il-Bord tar-Regolaturi. Il-Bord tar-Regolaturi għandu japprovaw l-abbozz tal-programm ta’ ħidma u jgħaddih lill-Kummissjoni qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ dik is-sena.

Huwa/hija għandu/ha j(t)ippreżenta l-programm ta’ ħidma qabel l-1 ta’ Settembru biex jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv.

 

Ġustifikazzjoni

Il-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv (flok il-kariga ta' Direttur) tranġaw biex jaqblu ma' emendi proposti f'Artikoli oħra.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Id-Direttur għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali ta’ l-Awtorità, taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi u ta’ l-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks kif ikun xieraq, u taħt il-kontroll amministrattiv tal-Bord Amministrattiv.

5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali ta’ l-Awtorità, taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 31

L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks

imħassar

1. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks għandu jkun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-kompiti ta’ l-Awtorità li jkunu relatati mas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks għandu jaħdem taħt ir-responsabbiltà ta’, u għandu jirrapporta lid-Direttur. Huwa se jipprepara l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali għal dawn l-attivitajiet.

 

2. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks għandu jinħatar għal perjodu ta’ ħames snin mill-Bord Amministrattiv, fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet u ta’ l-esperjenza rilevanti sabiex jieħu ħsieb kwistjonijiet ta’ sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni, minn lista ta’ mill-inqas żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni.

 

3. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks jista’ jitneħħa mill-kariga biss fuq deċiżjoni mill-Bord Amministrattiv, wara li jikkonsulta lid-Direttur. Il-Bord Amministrattiv għandu jilħaq din id-deċiżjoni fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ tliet kwarti mill-membri tiegħu.

 

4. Wara konsultazzjoni mad-Direttur, il-Bord Amministrattiv, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jestendi l-mandat ta' l-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks darba għal mhux aktar minn tliet snin f'dawk il-każijiet biss fejn jista' jiġi ġġustifikat bid-dmirijiet u r-rekwiżiti ta' l-Awtorità.

 

Ġustifikazzjoni

BERT m’huwiex se jieħu l-kompiti mogħtija lil ENISA, għalhekk, il-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tan-Netwerks m’hijiex meħtieġa (ara wkoll l-emendi għall-Artikolu 3).

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks għandu jistabbilixxi Grupp Permanenti tal-Partijiet Interessati li jkun magħmul minn esperti li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti, b'mod partikolari ġejjin mill-industrija tat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet, mill-gruppi tal-konsumaturi u l-esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni. Huwa, f'konsultazzjoni mad-Direttur, għandu jiddetermina l-proċeduri fir-rigward partikolarment tan-numru, il-kompożizzjoni, il-ħatra tal-membri, u l-operat tal-Grupp.

1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jistabbilixxi Grupp Permanenti tal-Partijiet Interessati li jkun magħmul minn esperti li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti, b'mod partikolari ġejjin mill-industrija tat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet, mill-gruppi tal-konsumaturi u l-esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni. Huwa għandu, f'konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv, jiddetermina l-proċeduri fir-rigward partikolarment tan-numru, il-kompożizzjoni, il-ħatra tal-membri, u l-operat tal-Grupp.

2. Il-Grupp għandu jkun presedut mill-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks. Il-mandat tal-membri tiegħu għandu jkun ta' sentejn u nofs. Il-membri tal-Grupp ma jistgħux ikunu membri tal-Bord Amministrattiv jew tal-Bord tar-Regolaturi.

2. Il-Grupp għandu jkun presedut mid-Direttur Eżekuttiv. Il-mandat tal-membri tiegħu għandu jkun ta' sentejn u nofs. Il-membri tal-Grupp ma jistgħux ikunu membri tal-Bord tar-Regolaturi.

3. Ir-Rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom id-dritt ikunu preżenti għal-laqgħat u jipparteċipaw fil-ħidma tal-Grupp.

3. Ir-Rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom id-dritt ikunu preżenti għal-laqgħat u jipparteċipaw fil-ħidma tal-Grupp.

4. Il-Grupp jista' jagħti pariri lill-Uffiċjal Kap għas-Sigurtà tan-Netwerks fir-rigward tal-qadi ta' dmirijietu/ha skond dan ir-Regolament, fit-tfassil ta' Proposta għal regolamentl-partijiet rilevanti tal-programm ta' ħidma ta' l-Awtorità, kif ukoll fl-iżgurar ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati fuq il-kwistjonijiet kollha relatati mal-programm ta' ħidma.

4. Il-Grupp jista' jagħti pariri tal-Bord tar-Regolaturi fir-rigward tal-qadi ta' dmirijietu/ha skond dan ir-Regolament, fit-tfassil ta' Proposta għal regolamentl-partijiet rilevanti tal-programm ta' ħidma ta' l-Awtorità, kif ukoll fl-iżgurar ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati fuq il-kwistjonijiet kollha relatati mal-programm ta' ħidma.

Ġustifikazzjoni

Il-Grupp tal-Partijiet Interessati Permanenti huwa bord sinifikanti ta’ l-Awtorità, billi jirrappreżenta lill-partijiet interessati relevanti u l-interessi tal-konsumaturi u ta’ l-impjegati kif ukoll lir-rappreżentanti ta’ l-impjegati.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 33

Il-Bord ta’ l-Appell

imħassar

1. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u minn sitt membri alternattivi magħżula minn fost l-istaff anzjan kurrenti jew preċedenti ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jew minn istituzzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji oħra b’esperjenza rilevanti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-Bord ta’ l-Appell jaħtar lill-President tiegħu.

 

2. Il-membri tal-Bord ta’ l-Appell għandhom jinħatru mill-Bord Amministrattiv, fuq proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa għal espressjoni ta’ interess, wara li jiġi konsultat il-Bord tar-Regolaturi.

 

3. Il-mandat tal-membri tal-Bord ta’ l-Appell għandu jkun ta’ ħames snin. Dan it-terminu għandu jkun jista’ jiġġedded. Il-membri tal-Bord ta’ l-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Huma m’għandhomx ikunu vinkolati mill-ebda struzzjoni. Ma jistgħu jwettqu l-ebda dmir ieħor fl-Awtorità, fil-Bord Amministrattiv tagħha jew fil-Bord tar-Regolaturi tagħha. Membru tal-Bord ta’ l-Appell ma jistax jitneħħa(titneħħa) matul il-mandat tiegħu(tagħha), sakemm ma jinstabx(tinstabx) ħati/ja ta’ kondotta ħażina serja, u l-Bord Amministrattiv, wara li jikkonsulta lill-Bord tar-Regolaturi, jieħdu deċiżjoni dwar dan.

 

4. Il-Membri tal-Bord ta’ l-Appell ma jistgħu jieħdu sehem fl-ebda proċedura ta’ appell jekk ikollhom kwalunkwe interess personali fiha, jew jekk preċedentement kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet għall-proċeduri, jew jekk kienu parteċipaw fid-deċiżjoni li qed tiġi appellata.

 

Jekk, għal waħda mir-raġunijiet li jissemmew fl-ewwel subparagrafu, jew għal kwalunke raġuni oħra, membru tal-Bord ta’ l-Appell iqis li wieħed mill-membri sħabu m’għandux jieħu sehem fi kwalunkwe proċedura ta’ appell, il-membru għandu jinforma lill-Bord ta’ l-Appell b’dan. Tista’ titressaq oġġezzjoni fil-konfront ta’ membru tal-Bord ta’ l-Appell minn kwalunkwe parti għall-proċedura ta’ appell minħabba kwalunkwe raġuni li tissemma fl-ewwel subparagrafu, jew jekk ikun issuspettat b’parzjalità. Oġġezzjoni ma tistax tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri, u lanqas m’għandha tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja minn raġuni biex titressaq oġġezzjoni, il-parti għall-proċeduri ta’ appell ma tkun ħadet l-ebda pass proċedurali.

 

5. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jiddeċiedi dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każi li ġew speċifikati fil-paragrafu 4 mingħajr il-parteċipzzjoni tal-membru konċernat. Sabiex tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru konċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord ta’ l-Appell mill-membru alternattiv għalih, ħlief jekk il-membru alternattiv isib ruħu f’pożizzjoni simili. Jekk dan ikun il-każ, il-President għandu jagħżel sostitut minn fost il-membri alternattivi disponibbli.

 

Ġustifikazzjoni

Billi BERT ma tiħux deċiżjonijiet li jistgħu jiġu appellati, dan l-Artikolu m’huwiex meħtieġ.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 34

L-appelli

imħassar

1. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jkun responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet rigward appelli minn deċiżjonijiet jew miżuri li tkun ħadet l-Awtorità fl-oqsma koperti mill-Artikolu 8(1).

 

2. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza kwalifikata ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jitlaqqa’ kulmeta jkun meħtieġ.

 

3. Appell ippreżentat skond il-paragrafu 1 m’għandux ikollu effett ta’ sospensjoni. Madankollu jekk il-Bord ta’ l-Appell iqis li ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan, jista’ jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kontestata.

 

4. L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għalih, għandha tiġi preżentata bil-miktub lill-Awtorità fi żmien xahrejn min-notifika tad-deċiżjoni jew tal-miżura lill-intrapriża konċernata, jew fin-nuqqas ta’ dan, mill-jum meta l-Awtorità tkun għamlet pubblika l-miżura jew id-deċiżjoni tagħha. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jiddeċiedi dwar l-appell fi żmien xahrejn wara li jkun ġie preżentat l-appell.

 

5. Jekk l-appell ikun ammissibbli, il-Bord ta’ l-Appell għandu jeżamina jekk hux fondat sew. Għandu jistieden lill-partijiet għall-proċeduri ta’ appell kemm-il darba jkun meħtieġ sabiex jippreżentaw sottomissjonijiet dwar in-notifiki li jkun ħareġ jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħra għall-proċeduri ta’ appell, fil-limiti taż-żmien speċifikati. Il-partijiet għall-proċeduri ta’ appell għandu jkollhom il-jedd li jagħmlu preżentazzjoni orali.

 

6. Fit-termini ta’ dan l-Artikolu, il-Bord ta’ l-Appell jista’ jeżerċita kwalunkwe setgħa li tinsab fil-kompetenza ta’ l-Awtorità jew jista’ jirrinvija l-każ quddiem l-entità kompetenti ta’ l-Awtorità. Din ta’ l-aħħar għandha tkun vinkolata bid-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell.

 

7. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jadotta r-regoli ta’ proċeduri tiegħu stess.

 

Ġustifikazzjoni

Billi BERT ma tiħux deċiżjonijiet li jistgħu jiġu appellati, dan l-Artikolu m’huwiex meħtieġ.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 35

L-azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

imħassar

1. Tista’ titressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza jew quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 230 tat-Trattat, fejn tiġi kontestata deċiżjoni li jkun ħa l-Bord ta’ l-Appell, jew, f’każi fejn mhemm l-ebda dritt għal appell quddiem il-Bord, li tkun ħadet l-Awtorità.

 

2. Jekk l-Awtorità tonqos milli tieħu deċiżjoni, jistgħu jitressqu proċeduri minħabba nuqqas ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza jew quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 232 tat-Trattat.

 

3. L-Awtorità għandha tkun meħtieġa tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tkun konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza jew tal-Qorti tal-Ġustizzja.

 

Ġustifikazzjoni

Billi BERT ma tiħux deċiżjonijiet li jistgħu jiġu appellati, dan l-Artikolu m’huwiex meħtieġ.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dħul ta’ l-Awtorità għandu jikkonsisti minn:

1. Id-dħul ta’ l-Awtorità għandu jikkonsisti minn għotja mill-Komunità, li tiddaħħal fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

(a) ħlasijiet għal servizzi provduti mill-Awtorità;

 

(b) proporzjon ta’ ħlasijiet ta’ użu mogħtija mill-applikanti skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 17;

 

(c) sussidju mill-Komunità, li jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (it-Taqsima tal-Kummissjoni);

 

(d) kwalunkwe legat, donazzjoni jew għotja kif jissemma fl-Artikolu 26(7).

 

(e) kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet regolatorji tagħhom.

 

Ġustifikazzjoni

Peress li BERT għandha ħafna dmirijiet li tassisti l-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, huwa ġustifikat li BERT għandha tkun iffinanzjata mill-fondi Komunitarji.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur għandu jfassal abbozz ta’ baġit preliminari li jkopri n-nefqa operattiva u l-programm ta’ ħidma antiċipat għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jibgħatu lill-Bord Amministrattiv flimkien ma’ lista ta’ impjiegi provviżorji. Kull sena, il-Bord Amministrattiv, fuq il-bażi ta’ l-abbozz ippreparat mid-Direttur, għandu jagħmel stima tad-dħul u ta’ l-infiq ta’ l-Awtorità għa-sena finanzjarja ta’ wara. Din l-istima, inkluż abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment, għandha tkun trażmessa mill-Bord Amministrattiv lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu. Qabel l-adozzjoni ta’ l-istima, l-abbozz ippreparat mid-Direttur għandu jkun trażmess lill-Bord Regolatorju, li jista’ jagħti opinjoni dwar l-abbozz.

1. Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ baġit preliminari li jkopri n-nefqa operattiva u l-programm ta’ ħidma antiċipat għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jibgħatu lill-Bord tar-Regolaturi flimkien ma’ lista ta’ impjiegi provviżorji. Kull sena, il-Bord tar-Regolaturi, fuq il-bażi ta’ l-abbozz ippreparat mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jagħmel stima tad-dħul u ta’ l-infiq ta’ l-Awtorità għa-sena finanzjarja ta’ wara. Din l-istima, inkluż abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment, għandha tkun trażmessa mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tar-Regolaturi u lill-kumitat baġitarju ta’ l-Awtorità (il-“Kumitat Bagitarju”).

 

Il-Kumitat Baġitarju għandu jkun magħmul minn 16-il membru, li sebgħa minnhom għandhom jinħatru mill-Parlament Ewropew, sebgħa mill-Kunsill u tnejn mill-Kummissjoni. Il-Kumitat Baġitarju għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu. Il-Kumitat Baġitarju m'għandux ikun korp permanenti. Il-Kumitat Baġitarju għandu japprova l-istima li tiddaħħal fl-abbozz ta’ baġit u fil-pjan ta’ stabbiliment bħala ammont kopert mill-finanzjament Komunitarju skond l-Artikolu 26, u għandu jgħaddi d-deċiżjoni tiegħu lill-Bord tar-Regolaturi u lill-Kummissjoni.

 

Il-Bord tar-Regolaturi għandu jiffinalizza l-abbozz ta’ baġit u l-pjan ta’ stabbiliment, filwaqt li jqis id-deċiżjoni tal-Kumitat Baġitarju.

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet jirriflettu l-eliminazzjoni tal-Bord Amministrattiv fl-istruttura ta’ governanza fl-Artikolu 24. Setgħat marbuta mal-baġit ingħataw lill-Bord tar-Regolaturi. Il-proposta tirrifletti li BERT ser tkun ko-iffinanzjata minn sorsi Komunitarji u ta’ l-Istati Membri. Huwa wkoll propost, għal raġunijiet ta' trasparenza u kontrol maqsum ta' l-infiq ta' l-iffinanzjar Komunitarju, li se jiġi stabbilit "Kumitat Baġitarju”, li jikkonsisti f’rappreżentanti tal-Kunsill, tal-Parlament u tal-Kummissjoni, u li jkollu l-iskop speċifiku li japprova l-porżjon tal-baġit ta’ BERT li jkun kopert mill-iffinanzjar Komunitarju. Din l-istituzzjoni għandha tkun soluzzjoni adegwata, proporzjonata u bbilanċjata tajjeb sabiex ikun żgurat li kemm il-Kunsill kif ukoll il-Parlament jkollhom kontroll xieraq fuq l-użu ta' l-iffinanzjar Komunitarju, filwaqt li l-Kummissjoni tkun tista' wkoll tipprovdi l-input professjonali tagħha permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fil-Kumitat Baġitarju.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-istima lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (li minn hawn ’il quddiem se jissejħu l-“awtorità baġitarja”) flimkien ma’ l-abbozz tal-baġit ġenerali preliminari tal-Komunitajiet Ewropej.

2. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-istima, approvata mill-Kumitat Baġitarju u li ngħatat lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 1, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (li minn hawn ’il quddiem se jissejħu l-“awtorità baġitarja”) flimkien ma’ l-abbozz tal-baġit ġenerali preliminari ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 77.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Bord Amministrattiv, mingħajr dewmien, għandu jinnotifika lill-awtorità baġitarja bil-ħsieb li għandu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tiegħu, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li jkun relatat ma’ proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta’ bini. Għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan. Jekk kwalunkwe fergħa mill-awtorità baġitarja biħsiebha toħroġ opinjoni, fi żmien ġimgħatejn wara li tirċievi l-informazzjoni dwar il-proġett ta’ bini, għandha tinnotifika lill-Awtorità bil-ħsieb li għandha li toħroġ opinjoni ta’ din ix-xorta. Jekk ma tingħtax risposta, l-Awtorità tista’ tipproċedi bl-operazzjoni pjanata.

6. Il-Bord tar-Regolaturi, mingħajr dewmien, għandu jinnotifika lill-awtorità baġitarja bil-ħsieb li għandu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tiegħu, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li jkun relatat ma’ proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta’ bini, fil-każ li l-proġett propost jirrikjedi aktar finanzjament Komunitarju. F’każ bħal dan, l-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dan. Jekk kwalunkwe fergħa mill-awtorità baġitarja biħsiebha toħroġ opinjoni, fi żmien ġimgħatejn wara li tirċievi l-informazzjoni dwar il-proġett ta’ bini, għandha tinnotifika lill-Awtorità bil-ħsieb li għandha li toħroġ opinjoni ta’ din ix-xorta. Jekk ma tingħtax risposta, l-Awtorità tista’ tipproċedi bl-operazzjoni pjanata.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 77.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħlief f’każi li jaqgħu fl-ambitu ta’ l-Artikolu 20 jew ta’ l-Artikolu 21, meta tkun biħsiebha tieħu miżuri skond id-dispożizzjonijiet deskritti f’dan ir-Regolament, fejn ikun xieraq, l-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati u tagħtihom l-opportunità li jikkummentaw dwar l-abbozz ta’ miżura f’perjodu raġonevoli ta’ żmien. L-Awtorità għandha tqiegħed ir-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, ħlief fil-każ ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

Meta tkun biħsiebha toħroġ opinjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, fejn ikun xieraq, l-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati, inklużi l-Grupp tal-Partijiet interessati u gruppi oħra ta’ l-interess tal-konsumatur, u tagħtihom l-opportunità li jikkummentaw dwar l-abbozz ta’ opinjoni f’perjodu raġonevoli ta’ żmien. L-Awtorità għandha tqiegħed ir-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, ħlief fil-każ ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-bidliet huwa biex jintwerew il-bidliet tas-setgħat u d-dmirijiet ta’ BERT fl-Artikolu 3. Huwa propost li BERT ma jkollhiex setgħat biex timponi miżuri, u li sservi primarjament bħala korp konsultattiv li jagħti opinjonijiet biss. L-għan ta’ referenza għall-gruppi ta’ l-interess tal-konsumatur huwa li jkun żgurat li l-interess tal-konsumatur jitqies kif xieraq.