Proċedura : 2008/0033(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0341/2008

Testi mressqa :

A6-0341/2008

Dibattiti :

PV 13/01/2009 - 17
CRE 13/01/2009 - 17

Votazzjonijiet :

PV 14/01/2009 - 4.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0017

RAPPORT     ***I
PDF 240kDOC 284k
12 ta' Settembru 2008
PE 407.937v02-00 A6-0341/2008

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (Dichloromethane)

(COM(2008)0080 – C6-0068/2008 – 2008/0033(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Carl Schlyter

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (Dichloromethane)

(COM(2008)0080 – C6-0068/2008 – 2008/0033(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0080),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0068/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0000/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) Id-dichloromethane (DCM) qed jintuża fil-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa f’konċentrazzjoni għolja ħafna. Huwa volatili ħafna u għandu effett narkotiku li jwassal għal depressjoni tas-sistema nervuża ċentrali u għal effetti kardjo-tossikoloġiċi meta jkun hemm esponiment għoli, b’riskju dirett ta’ mewt bħala riżultat ta’ użu ħażin. Id-DCM huwa kklassifikat bħala karċinoġen tal-kategorija 3 skont id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta' sustanzi perikolużi 1. Id-DCM huwa sustanza ta’ prijorità skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma 2.

 

1 ĠU Serje I Kapitolu 1967 P. 0234.

 

2 ĠU L 327, 23.10.2000 p. 1.

Ġustifikazzjoni

Il-karatteristiċi perikolużi u l-użu tad-DCM u l-livelli ta’ esponiment għalih għandhom jissemmew fil-leġiżlazzjoni, kif ukoll fl-elenkar tiegħu bħala wieħed mit-33 sustanza ta’ prijorità skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar l-ilma sabiex tkun ikkompletata l-ġustifikazzjoni għar-restrizzjonijiet.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Huma disponibbli alternattivi għad-DCM b’anqas periklu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, kif ukoll bi profil aħjar tar-riskju.

Ġustifikazzjoni

Din is-sejba importanti mill-evalwazzjoni tal-impatt indipendenti mir-"Risk Policy Analysts Limited" (RPA), ikkummissjonata mid-DĠ Intrapriża u Industrija tal-Kummissjoni Ewropea, dwar “Restrizzjonijiet Potenzjali fuq it-Tqegħid fis-Suq u l-Użu ta’ Dichloromethane fi Prodotti għat-Tqaxxir taż-Żebgħa”, għandha tissemma bħala argument sinifikanti għar-restrizzjoni tal-użu tad-DCM.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Premessa 1 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Sabiex jiġi żgurat li l-livell attwali ta’ protezzjoni ma jonqosx u sabiex jiġi evitat li s-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem ikunu esposti għal riskji li s'issa għadna ma nafux bihom jew għadhom mhux kwantifikati, l-ingredjenti kollha alternattivi fil-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa għandhom ikunu evalwati bl-istess reqqa bħad-DCM.

Ġustifikazzjoni

L-eżempji mogħtija hawn fuq juru li hija biss evalwazzjoni sħiħa tar-riskji tal-alternattivi kollha kif previst fir-REACH li tista’ tiżgura l-aktar metodi sikuri għat-tneħħija taż-żebgħa u li kwalunkwe miżuri ta’ kontroll meħtieġa li l-utenti jkollhom bżonn jieħdu jkunu proporzjonati mar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM jintużaw mill-konsumaturi fid-dar biex ineħħu ż-żebgħa, il-verniċ u l-laker kemm ġewwa kif ukoll barra. L-użu sikur tad-DCM mill-konsumaturi ma jistax ikun żgurat permezz ta’ taħriġ jew monitoraġġ. Għaldaqstant, l-unika miżura effettiva u proporzjonata biex ikunu eliminati r-riskji għall-konsumaturi hija li jiġu pprojbiti t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM.

(3) Il-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM jintużaw mill-konsumaturi fid-dar biex ineħħu ż-żebgħa, il-verniċ u l-laker kemm ġewwa kif ukoll barra. L-użu sikur tad-DCM mill-konsumaturi ma jistax ikun żgurat permezz ta’ taħriġ jew monitoraġġ. Għaldaqstant, l-unika miżura effettiva u proporzjonata biex ikunu eliminati r-riskji għall-konsumaturi hija li jiġu pprojbiti t-tqegħid fis-suq, il-forniment u l-użu ta’ prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jinkiseb ħarsien aħjar tal-konsumaturi, il-possibilità ta’ distribuzzjoni ta’ prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li għandhom id-DCM bħala l-bażi tagħhom minn utenti professjonali u industrijali trid tiġi evitata wkoll.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Peress li l-konsumaturi jista’ jkollhom aċċess għal prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM minkejja l-projbizzjoni permezz tal-katina ta’ distribuzzjoni għal utenti professjonali u industrijali, għandha tiġi inkluża frażi ta’ twissija fuq il-prodott.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Marbuta mal-Emenda 8 li ċċaqlaq din il-premessa fil-forma mmodifikata għall-premessa 8a (ġdida), u mal-emendi li jipprojbixxu d-DCM għall-użu professjonali.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-imwiet irreġistrati fl-Ewropa matul l-aħħar 18-il sena għal użi industrijali u professjonali huma attribwiti prinċipalment għal ventilazzjoni mhux adegwata, tagħmir protettiv personali mhux xieraq, l-użu ta’ tankijiet mhux adegwati u l-esponiment fit-tul għad-DCM. Għaldaqstant għandhom jiġu imposti restrizzjonijiet biex ikunu kkontrollati u mnaqqsa r-riskji involuti fl-użi professjonali u industrijali.

(6) L-imwiet irreġistrati fl-Ewropa matul l-aħħar 18-il sena għal użi industrijali u professjonali huma attribwiti prinċipalment għal ventilazzjoni mhux adegwata, tagħmir protettiv personali mhux xieraq, l-użu ta’ tankijiet mhux adegwati, formolazzjonijiet inadegwati ta’ prodotti li ma jkunx fihom biżżejjed sustanzi li jrażżnu l-fwar u l-esponiment fit-tul għad-DCM. Għaldaqstant għandhom jiġu imposti restrizzjonijiet biex ikunu kkontrollati u mnaqqsa r-riskji involuti fl-użi professjonali u industrijali.

Ġustifikazzjoni

Xi formolazzjonijiet antiki ta’ DCM ma kienx fihom l-ammont xieraq ta’ sustanzi li jrażżnu l-fwar użati biex jimminimizzaw il-vaporizzazzjoni.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Premessa 7 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) L-użu professjonali tal-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM spiss jaqbeż il-limiti tal-esponiment fuq il-post tax-xogħol (“occupational exposure limits” – OELs), minkejja l-ventilazzjoni tajba, u anke meta jkunu użati barra. Il-konformità ma’ l-OELs prattikament ma teżistix, peress li l-utenti ma għandhomx tagħmir għall-kejl adegwat u ma jużawx miżuri ta’ protezzjoni personali adegwati. L-infurzar ta’ l-OELs huwa inadegwat b'mod inerenti minħabba n-numru kbir, id-daqs żgħir u n-natura mobbli tal-intrapriżi involuti.

Ġustifikazzjoni

Din tiġbor fil-qosor xi wħud mir-riżultati ewlenin tal-evalwazzjoni tal-impatt ikkummissjonata mill-Kummissjoni Ewropea, li tirrakkomanda projbizzjoni (interdizzjoni) totali tal-użi professjonali kollha ta’ prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Premessa 7 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma’ l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol1, min iħaddem huwa meħtieġ li jevita l-użu ta’ aġent kimiku perikoluż billi jibdlu b'aġent jew proċess kimiku li, skont il-kundizzjoni tal-użu tiegħu, mhuwiex perikoluż jew huwa inqas perikoluż għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema, u biex japplika biss miżuri ta’ ħarsien u ta’ prevenzjoni fejn din il-bidla ma tkunx possibbli.

 

1 ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.

Ġustifikazzjoni

Id-diskussjoni dwar miżuri adegwati għall-użu professjonali tad-DCM għandha titpoġġa fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiem. Il-prijorità tas-sostituzzjoni fuq il-miżuri għall-protezzjoni u għall-prevenzjoni għandha tkun applikata b’mod effettiv.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM minn professjonisti għandhom għalhekk jiġu pprojbiti biex tkun imħarsa saħħithom u jitnaqqas l-għadd ta' mwiet u inċidenti mhux fatali. Madankollu, meta s-sostituzzjoni tad-DCM titqies partikolarment diffiċli jew mhux xierqa, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu l-użu ulterjuri ta’ DCM minn professjonisti b’liċenzja speċjali. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-għoti u l-monitoraġġ ta’ dawn il-liċenzji, li għandhom ikunu bbażati fuq taħriġ obbligatorju b’rekwiżiti speċifiċi.

(8) It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM minn professjonisti għandhom għalhekk jiġu pprojbiti biex tkun imħarsa saħħithom u jitnaqqas l-għadd ta' mwiet u inċidenti mhux fatali.

Ġustifikazzjoni

Ibbażat fuq l-argumenti fil-premessi 6 u 7 tal-proposta tal-Kummissjoni u l-premessi 7a u 7b tar-rapporteur, id-DCM għandu jkun ipprojbit kompletament ukoll għall-użu professjonali f’konformità mal-evalwazzjoni tal-impatt ikkommissjonata mill-Kummissjoni Ewropea. L-użu ta’ sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol għandu jinbidel, fejn possibbli, u mhux jiġi lleġittimizzat permezz ta' taħriġ dwar miżuri ta' protezzjoni personali. Anke l-aħjar taħriġ ma jassigurax li l-professjonisti se jikkonformaw ma’ limiti ta' esponiment fuq il-post tax-xogħol minħabba l-ispejjeż għoljin ta’ dawn il-miżuri.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Peress li l-professjonisti jista’ jkollhom aċċess għal prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM minkejja l-projbizzjoni permezz tal-katina ta’ distribuzzjoni maħsuba għal utenti industrijali, għandha tiġi inkluża frażi ta’ twissija fuq il-prodott.

Ġustifikazzjoni

Marbuta mal-emenda 8 li ċċaqlaq din il-premessa fil-forma mmodifikata għall-premessa 8a (ġdida), u mal-emendi li jipprojbixxu d-DCM għall-użu professjonali.

Mhuwiex soltu li l-konsumaturi jkollhom aċċess għall-katina tal-provvista għall-utenti industrijali, imma l-professjonisti jista’ jkollhom dan it-tip ta’ aċċess. Għalhekk huwa xieraq li tinżamm twissija li tkun immirata għall-professjonisti.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-għadd ta’ mwiet u inċidenti mhux fatali rreġistrati matul attivitajiet industrijali huma indikazzjoni ta’ l-infurzar mhux adegwat tal-leġiżlazzjoni dwar il-post tax-xogħol. L-esponiment għad-DCM għadu għoli u għandhom japplikaw aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għal ħaddiema f’installazzjonijiet industrijali. Għandhom jiġu adottati miżuri preventivi bħalma huma ventilazzjoni tajba fuq il-post tax-xogħol, tagħmir protettiv personali xieraq u modifikazzjoni addizzjonali tat-tankijiet.

(9) L-għadd ta’ mwiet u inċidenti mhux fatali rreġistrati matul attivitajiet industrijali huma indikazzjoni ta’ l-infurzar mhux adegwat tal-leġiżlazzjoni dwar il-post tax-xogħol. L-esponiment għad-DCM għadu għoli u għandhom japplikaw aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għal ħaddiema f’installazzjonijiet industrijali. Għandhom jiġu adottati miżuri preventivi bħalma huma ventilazzjoni tajba fuq il-post tax-xogħol li tissodisfa l-limiti ta’ esponiment fuq ix-xogħol jew tagħmir respiratorju ta’ protezzjoni bi provvista indipendenti tal-arja, zoni ventilati separati għat-tnixxif ta’ oġġetti mqaxxra, tagħmir protettiv personali xieraq u modifikazzjoni addizzjonali tat-tankijiet.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jiġi speċifikat li l-ventilazzjoni fuq il-post tax-xogħol għandha tkun tali li l-limiti ta’ esponiment fuq ix-xogħol jiġu ssodisfati, jew inkella għandu jintuża tagħmir respiratorju protettiv bi provvista indipendenti tal-arja. Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-esponiment għad-DCM fl-użu industrijali, it-tnixxif tal-oġġetti mqaxxra għandu jsir f’zoni ventilati separati.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) F’Novembru 2007, il-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti ta’ Esponiment fuq ix-Xogħol irrakkomanda valuri ta’ limitu

għal Medja Skont il-Ħin (Time Weighted Average) ta’ tmien siegħat u għal Livell ta’ Esponiment fuq Perjodu Qasir ta’ 15-il minuta. Huwa xieraq li dawn il-livelli jiġu stabbiliti bħala limiti massimi li għandhom jinkisbu b’ventilazzjoni effettiva tal-egżost għall-użu industrijali, bla ħsara għal livelli aktar baxxi stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti ta’ Esponiment fuq ix-Xogħol għandhom jiġu implimentati bħala referenza għas-sistemi ta’ ventilazzjoni ta' egżost f’użu industrijali. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu l-livell massimu tal-UE, filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiffissaw livell aktar baxx (kif diġà huwa l-każ pereżempju tal-Ungerija).

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Anness

Direttiva 76/769/KEE

Anness I – punt (xx) – kolonna 2 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Permezz ta’ deroga għall-paragrafu (1), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-provvista ta’ prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom id-dichloromethane lil professjonisti bil-liċenzja.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Huwa diffiċli li tiġi ġġustifikata l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa bbażati fuq id-DCM għall-professjonisti bil-liċenzja, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, li tirrikjedi is-sostituzzjoni ta' sustanza perikoluża fejn dan jista' jsir. Barra minn hekk, ma tikkunsidrax ir-riżultati ċari li ħafna professjonisti ma għandhomx il-mezzi li jassiguraw il-konformità mal-limiti ta’ l-esponiment fuq ix-xogħol u mhumiex jinvestu f’tagħmir ta’ protezzjoni personali adegwat. Fl-aħħar nett, ma tikkunsidrax il-fatt li huwa prattikament impossibbli li jkunu infurzati kundizzjonijiet xierqa ta’ użu minħabba n-numru kbir, id-daqs żgħir u n-natura mobbli tal-intrapriżi involuti.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Anness

Direttiva 76/769/KEE

Anness I – punt (xx) – kolonna 2 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-liċenzja msemmija fil-paragrafu (2) għandha tingħata lil professjonisti mħarrġa fl-użu sikur ta’ prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom id-dichloromethane. It-taħriġ għandu jkopri:

imħassar

(a) l-għarfien, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa,

 

(b) l-użu ta’ ventilazzjoni adegwata,

 

(c) l-użu ta’ tagħmir protettiv personali xieraq.

 

Ġustifikazzjoni

L-evalwazzjoni tal-impatt ikkummissjonata mill-Kummissjoni Ewropea sabet livell għoli ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, li hija enfasizzata minn nuqqas inerenti ta’ infurzar. Billi l-professjonisti ma għandhomx il-mezzi ta’ kejl biex jassiguraw il-konformità mal-limiti ta’ l-esponiment fuq ix-xogħol u mhumiex jinvestu f’tagħmir adegwat għall-protezzjoni personali minħabba l-ispejjeż għoljin, it-taħriġ mhux se jsolvi dawn il-problemi. F’sitwazzjoni bħal din, projbizzjoni sħiħa hija l-unika miżura sinifikanti.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Anness

Direttiva 76/769/KEE

Anness I – punt (xx) – kolonna 2 – punt 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom dichloromethane f’konċentrazzjonijiet daqs jew akbar minn 0.1 % bil-massa jistgħu biss jintużaw fi stallazzjonijiet industrijali jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(4) Il-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom dichloromethane f’konċentrazzjonijiet daqs jew akbar minn 0.1 % bil-massa jistgħu biss jintużaw fi stallazzjonijiet industrijali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ventilazzjoni effettiva għall-egżost jew tagħmir respiratorju protettiv bi provvista ta’ l-arja indipendenti,

(a) l-operazzjoni ta’ ventilazzjoni effettiva għall-egżost li jkun ġie ppruvat li tiżgura konformità sħiħa mal-limiti nazzjonali ta’ esponiment fuq ix-xogħol li m’għandhomx jaqbżu l-100 ppm (353 mg/m3) għal Medja Skont il-Ħin (Time Weighted Average ) ta' tmien siegħat jew 200ppm (706mg/m3) għal Livell ta’ Esponiment fuq Perjodu Qasir ta' 15-il minuta, jew l-użu ppruvat ta’ tagħmir respiratorju protettiv bi provvista ta’ l-arja indipendenti.

(b) tankijiet tat-tqaxxir magħluqa u mgħottija meta ma jkunux qed jintużaw,

(b) it-tankijiet tat-tqaxxir kollha mgħottija meta ma jkunux qed jintużaw,

 

(ba) zona ventilata separata għat-tnixxif tal-oġġetti mqaxxra,

(c) ingwanti protettivi xierqa għall-operaturi.

(c) ingwanti u maskri protettivi xierqa għall-operaturi.

Ġustifikazzjoni

1. L-għadd ta’ mwiet u inċidenti mhux fatali rreġistrati matul attivitajiet industrijali huma indikazzjoni ċara ta’ l-infurzar mhux adegwat tal-leġiżlazzjoni dwar il-post tax-xogħol. Kwalunkwe użu tad-DCM għandu jkun suġġett għal prova ċara li l-limiti ta’ esponiment fuq ix-xogħol qed jiġu rrispettati. Bħala minimu, il-ventilazzjoni tal-egżost għandha tikseb il-valuri tal-limitu rakkomandati mill-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti ta’ Esponiment fuq ix-Xogħol, filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiffissaw limiti aktar baxxi. Inkella, l-użu ta’ tagħmir respiratorju protettiv xieraq bi provvista indipendenti tal-arja jrid jiġi ppruvat.

2. Jekk is-sistemi kollha jiġu koperti, inklużi dawk li mhumiex “verament magħluqa”, jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-fwar tad-DCM.

3. Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-esponiment għad-DCM fl-użu industrijali, it-tnixxif tal-oġġetti mqaxxra għandu jsir f’zoni ventilati separati.

4. Id-DCM huwa volatili ħafna. L-ewwel mod kif id-DCM jidħol fil-bniedem huwa meqjus li huwa n-nifs ( ATSDR, 2000 Toxicological Profiles for Methylene Chloride, Agency for Toxic Substances and Disease Registry, U.S. Department of Health and Human Services, GA, Stati Uniti.). Permezz tal-użu ta' ingwanti u maskri adattati, l-operaturi jkunu mħarsa minn esponiment għad-DCM mill-ġilda u permezz tan-nifs.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni – att li jemenda

Anness

Direttiva 76/769/KEE

Anness I – punt (xx) – kolonna 2 – punt 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Mingħajr ħsara għal leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tikkonċerna l-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u l-ittikkettar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, il-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom aktar minn 0.1 % bil-massa ta’ dichloromethane għandhom jiġu mmarkati b’mod leġġibbli u li ma jitħassarx sa [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni] kif ġej: “Riżervat għal użi industrijali u professjonali”.”

(5) Mingħajr ħsara għal leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tikkonċerna l-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u l-ittikkettar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, il-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom aktar minn 0.1 % bil-massa ta’ dichloromethane għandhom jiġu mmarkati b’mod leġġibbli u li ma jitħassarx sa [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni] kif ġej: “Perikoluż! Riżervat għal użi industrijali biss”.”

Ġustifikazzjoni

Il-konsumatur ikun allarmat u konvint b’mod aktar b’saħħtu li l-kontenut huwa ta' ħsara għalih.

Jekk l-użu professjonali jiġi pprojbit, it-twissija għandha tiġi addattata kif xieraq.


NOTA SPJEGATTIVA

Despite good ventilation, stripping of small areas, immediate collection of stripped off paint residues and closing of paint stripper cans, the exposure limit (100 ppm) is regularly exceeded. Therefore, one must use self-contained respirators at such work places, except it is proven without doubt through measurements that for specific paint strippers or through special protection procedures the exposure limit is not exceeded.

Filtering masks are not an effective protection. When using respirators, general precaution examination has to be applied to the persons wearing them. If the paint stripping work will last more than 20% of the weekly work hours, a special permission has to be requested from the responsible regulatory body for workplace safety.

VCI - the German Chemical Industry Association, 2000

1. Introduction

Dichloromethane (DCM) is a colourless chemical compound with a penetrating ether-like or mild sweet odour. The key markets are: production of pharmaceuticals, solvent and auxiliary applications, paint stripper manufacture and adhesives. Of the total production of 244 000 tonnes in 2005, 13 000 tonnes of "virgin" DCM were used for paint strippers (ca. 5%), with another 1 500 - 11 000 tonnes being reclaimed from pharmaceutical production for use as paint stripper.

DCM has a unique profile of adverse effects to human health - and it is listed as one of 33 priority substances under the Water Framework Directive. DCM-based paint strippers contain between 60-90% of DCM. DCM boils between 30-40°C and is extremely volatile - i.e. it evaporates very fast. DCM is classified as a carcinogen category 3. It has a narcotic effect, leading to depression of the central nervous system, loss of consciousness, and to cardio-toxicological effects at high exposure, with a direct risk of death as a result of misuse. Other effects include irritation of the eyes and respiratory tract, lung oedema and acute effects on the heart, liver and kidneys. It also leads to light-headedness and headache.

According the Scientific Committee on Health and Environment Risks, a major concern from the toxicity of DCM is the risk to especially susceptible populations. Children are more susceptible due to a potential for higher exposure (higher ventilation rate than adults; the concentration of DCM is higher at floor level). People with a predisposition to cardiovascular disease may be at a higher risk, too.

According to the Commission, between 1989 and 2007, 18 fatalities (9 for industrial use, 8 for professional use, 1 for consumer use) and 56 non-fatal injuries have been registered in the EU.

The risks from DCM in paint strippers have been assessed in three Commission studies (1999, 2004 and 2007) - all of which concluded the need for risk reduction measures for consumer and professional use, and two of which also called for further risk reduction measures for industrial use(1).

Various alternatives to DCM-based paint strippers are already available on the market: physical/mechanical stripping, pyrolitic/thermal stripping, and chemical stripping involving other chemicals than DCM. Alternative chemical paint strippers are the most widely used. They contain a large variety of chemicals. These substances have very diverse hazard profiles and could pose other risks to the user than DCM. However, according to the Commission studies and its own impact assessment, on balance, there are alternatives with a (much) better human health and environmental hazard and risk profile.

A number of European countries have already put in place national measures to ban or substitute DCM (Austria, Denmark, Sweden) or are in the process of doing so (Germany).

2. Why ban consumer use of DCM?

There is no way to ensure the safe use of DCM by consumers:

- they are not able to assess the risk;

- they do not have access to the same equipment (especially engineering controls) as users involved in industrial uses - and in some cases, the working conditions at home may be much worse than those for tradesmen (for example, paint stripping may be undertaken in a basement, or an enclosed area with closed windows, due to bad weather, or in the presence of vulnerable persons such as children, elderly relatives or those with health conditions); and

- they do not know about the adequate personal protection equipment, and even if they did, it would be highly unlikely that they would be ready to pay for it (cost of independent air supply with compressor and mask, plus appropriate gloves: ca. € 2750; cost of DCM paint stripper: ca. € 10/litre).

As a result of the above, and taking into account the fact that alternatives are available, and their use is likely to result in little if any economic impact to the consumer, consumer uses of DCM-based paint strippers should be banned.

3. Why ban professional use of DCM?

Council Directive 98/24/EC on the protection of the health and safety of workers from the risks related to chemical agents at work sets out a clear hierarchy of norms. Employers shall first seek to replace a hazardous chemical by another chemical or process which, under its condition of use, is not hazardous or less hazardous, and only apply protection and prevention measures where such substitution is not possible. Given the availability of safer alternatives, it is clear from current EU law on workers' health and safety that DCM should be substituted.

DCM bears the safety phrase "do not breathe gas/fumes/vapour/spray". Given its very high volatility, the only way to comply with this is to use independent air supply respirators. However, the full equipment costs around € 2750 - and working in a full-body overall with an oxygen flask and fluororubber gloves is rather unpleasant, and therefore rarely undertaken.

Occupational exposure limits (OELs) are regularly exceeded significantly, even in conditions of good ventilation, including outdoor use (see also the introductory quote). Note that DCM only becomes detectable to the human nose at concentrations well above OELs. Professionals might think they are not exposed because they do not smell anything - yet they may already be well above the OEL.

It also bears the safety phrase "avoid contact with skin and eyes" and "Wear suitable protective clothing and gloves". However, the different types available all have serious limitations: The cheapest ones (EVA - ca. € 10/pair) have little mechanical strength, and DCM will break through quickly. PVA gloves (ca. € 25/pair) have a good chemical resistance, but cannot be used where water is present. Fluororubber gloves (€ 50/pair) are the most appropriate, but DCM will break through at the latest after 3 hours.

Importantly, current enforcement practices are inherently inadequate, especially due to the large number, small size and mobile nature of the enterprises involved.

Finally, EU legislation on workers' health and safety does not apply to self-employed workers, which however represent a significant number of painters and decorators.

In summary, current legislation on workers' health and safety either does not apply (self-employed workers) or is largely ignored (no substitution, inadequate personal protection), and is not enforced.

4. Economic impact

The Commission proposes a ban on the professional use of DCM in paint strippers, unless a Member State establishes a training and licensing system for such use. This stands in contrast to the recommendations of the RPA impact assessment from 2007(2).

The Commission estimates the costs for its training and licensing proposal at € 1,9 million in the first year and € 1,3 million in the subsequent years ( training of 10 000 employees). The licensing of 10 000 individuals and 800 businesses would result in further costs of € 1,34 million. These costs do not yet include the costs of engineering controls and/or personal protective equipment (PPE).

It is interesting to compare these figures to the estimated profits of the manufacturers of DCM. The annual profit for the industry is estimated at between € 430 000 and € 1,1 million for professional use by RPA.

In other words, if 10 000 employees and 800 businesses were to be trained and licensed across the EU, the costs for this would clearly outweigh the profits of the manufacturing industry. It is difficult to see why professional users and authorities should pay millions for training and licensing (and additional millions for PPE) to uphold a comparatively small profit for the manufacturer.

Moreover, many DCM manufacturers also offer alternatives to DCM, so they could compensate part if not all of their losses by shifting to alternatives.

5. The "risk reduction measures" proposed by industry

The manufacturers of DCM propose the following measures instead of a ban for consumers:

- container equal to or smaller than 1 litre,

- narrow-neck containers with child-safe closure,

- addition of vapour retardant,

- a visible safety label requiring use only with adequate ventilation.

For professional use, they propose the following measures:

- addition of vapour retardant,

- provision of safety information.

The impact assessment by RPA has shown clearly that these measures are entirely inadequate. In fact, most of them are non-measures, as they represent the status quo. The most common container size for consumers is already 1 litre. Narrow-neck containers with child-safe closure are already mandated by law. While narrow-necks may be effective in reducing spillage, they do not reduce exposure during use (the user still needs to decant (parts of) the content into a jar, so that in the end exposure would not be reduced).

Almost all products on the market contain vapour retardants - above all to increase the effectiveness of DCM, as it would otherwise evaporate before it can be fully effective as a paint stripper.

DCM already has to be labelled by law to warn the user not to breathe gas/fumes/vapour/spray (appropriate wording to be specified by the manufacturer). Adding a provision on "adequate ventilation" adds nothing and is of no use: what does it mean, all the more so since the human nose can detect DCM only at levels well above occupational exposure limits?

Finally, it goes without saying that manufacturers are already obliged by law to provide safety information to downstream professional users.

All in all, the measures proposed by industry - and unfortunately echoed by some Member States - are to be seen as a cynical attempt to stop a long overdue restriction of a chemical with a unique profile of adverse effects with suggestions that are already status quo, and that have clearly failed to provide adequate protection.

(1)

See Commission impact assessment accompanying the proposal

(2)

RPA - Risk and Policy Analysts Ltd, UK


PROĊEDURA

Titolu

Sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (dichloromethane)

Referenzi

COM(2008)0080 – C6-0068/2008 – 2008/0033(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.2.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.3.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

11.3.2008

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

25.3.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Carl Schlyter

3.3.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

24.6.2008

 

 

 

Data tal-adozzjoni

9.9.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Anne Ferreira, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Marie Anne Isler Béguin, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Aldis Kušķis, Marie-Noëlle Lienemann, Peter Liese, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Amalia Sartori, Carl Schlyter, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Giovanni Berlinguer, Iles Braghetto, Nicodim Bulzesc, Philip Bushill-Matthews, Bairbre de Brún, Milan Gaľa, Genowefa Grabowska, Jutta Haug, Erna Hennicot-Schoepges, Caroline Lucas, Alojz Peterle, Donato Tommaso Veraldi

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Elisabetta Gardini, Graham Watson

Aġġornata l-aħħar: 9 t'Ottubru 2008Avviż legali