dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolamentle (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġurisidizzjoni u introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali
(COM(2006)0399 – C6-0305/2006 – 2006/0135(CNS))
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Evelyne Gebhardt
Rapporteur għal opinjoni (*) : Carlo Casini, Kumitat għall-Affarijiet Legali
(*) Kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġurisidizzjoni u introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0399),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 61 (c) u l-Artikolu 67 (1) tat-Trattat KE, skont liema huwa ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0305/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0000/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi (tgħaddi) l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi tal-Parlament
Emenda 1
PREMESSA 6A (ġdida)
(6a) Il-possibiltà li tintgħażel il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni fiżika m'għandhiex tippreġudika l-interess tat-tfal.
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 12 u 13 tar-Regolament Nru 2201/2003 japplikaw ukoll għall-għażla tal-ġuriżdizzjoni. Huwa għalhekk essenzjali li l-interessi tat-tfal jittieħed kont tagħhom.
Emenda 2
PREMESSA 6B (ġdida)
(6b) Qabel ma jiġu magħżula l-ġuriżdizzjoni kompetenti u l-liġi applikabbli, huwa importanti li l-miżżewġin ikollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata fir-rigward ta' l-aspetti essenzjali tal-liġi nazzjonali u Komunitarja u l-proċeduri fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni fiżika. Sabiex jiġi garantit dan l-aċċess għall-informazzjoni ta' kwalità adegwata, il-Kummissjoni għandha taġġorna b'mod regolari l-informazzjoni fis-sistema ta' informazzjoni pubblika bbażata fl-Internet u maħluqa b'Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali1.
1 ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25.
Ġustifikazzjoni
L-għan huwa li l-għażla li jagħmlu l-partijiet tkun għażla infurmata, jiġifieri li l-konjuġi jkunu ġew infurmati kif meħtieġ dwar ir-riperkussjonijiet konkreti marbuta ma’ l-għażla tagħhom. F’dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jkun żgurat bl-aħjar mod li l-informazzjoni kompluta u affidabbli tiġi kkomunikata lill-firmatarji tal-konvenzjoni attribwita għall-ġuriżdizzjoni qabel l-iffirmar ta’ l-att.
Emenda 3
PREMESSA 6C (ġdida)
(6c) Il-possibiltà li l-ġuriżdizzjoni u l-liġi applikabbli jintagħżlu bi ftehim reċiproku m'għandhiex tippreġudika d-drittijiet u l-ugwaljanza ta' l-opportunitajiet għaż-żewġ konjuġi.
F'dan ir-rigward, l-imħallfin nazzjonali għandhom ikunu konxji mill-importanza ta' għażla infurmata taż-żewġ konjuġi fir-rigward tal-konsegwenzi legali tal-ftehim milħuq.
Ġustifikazzjoni
L-għan huwa li l-għażla li jagħmlu l-partijiet tkun għażla infurmata, jiġifieri li l-konjuġi jkunu ġew infurmati kif meħtieġ dwar ir-riperkussjonijiet konkreti marbuta ma’ l-għażla tagħhom. L-awtoritajiet kollha għandhom jiżguraw li ż-żewġ konjuġi jkunu konxji mill-konsegwenzi tal-ftehim tagħhom.
Emenda4
PREMESSA 7A (ġdida)
(7a) It-terminu “residenza abitwali” għandu jiġi interpretat b’konformità mal-objettivi ta’ dan ir-regolament. Is-sinifikat tiegħu għandu jiġi determinat mill-imħallef skond il-każ fuq bażi fattwali. Dan it-terminu ma jirreferix għal kunċett tal-liġi nazzjonali, iżda għal kunċett awtonomu tal-liġi Komunitarja.
Emenda 5
PREMESSA 9A (ġdida)
(9a) Il-ftehim infurmat taż-żewġ konjuġi huwa prinċipju essenzjali ta' dan ir-Regolament. Kull imsieħeb tal-koppja għandu jkun jaf eżattament x'inhuma l-konsegwenzi ġuridiċi u soċjali tal-għażla tal-ġuriżdizzjoni u tal-liġi applikabbli.
Ġustifikazzjoni
Huwa possibbli li r-regola dwar il-kunflitt bejn il-liġijiet tagħżel liġi ta' Stat Membru ieħor. F'dan il-każ, l-imħallef għandu japplika l-liġi barranija, u dan jista' joħloq problemi lill-ġuriżdizzjonijiet magħżula. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-imħallef ikun jista' jikkonsulta servizzi adegwati.
Emenda6
ARTIKOLU 1, PUNT 1)
Titolu (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta’ ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fil-kwistjonijiet ta’ responsabilità tal-ġenituri kif ukoll dwar il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta’ ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fil-kwistjonijiet ta’ responsabilità tal-ġenituri kif ukoll dwar il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet ta' divorzju u ta' separazzjoni fiżika.
Emenda 7
ARTIKOLU 1 – PUNT 1 a) (ġdid)
Artikolu 2, punt 11 (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(1a) Fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
"11a. il-frażi 'residenza abitwali' għandha tfisser id-domiċilju ordinarju ta' persuna."
Ġustifikazzjoni
Għandha tingħata definizzjoni tal-frażi 'residenza abitwali' sabiex kemm jitsa' jkun jiġu evitati interpretazzjonijiet arbitrarji. Naturalment, il-qorti trid teżamina l-fatti rilevanti kollha qabel ma tapplika d-definizzjoni.
(b) ikun il-post ta' l-aħħar residenza abitwali komuni tal-konjuġi għal mill-inqas tliet snin, jew
(b) fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, dan huwa l-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-konjuġi għal mill-inqas tliet snin, bil-kundizzjoni li din is-sitwazzjoni ma ntemmitx iktar minn tliet snin qabel ma l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni, jew;
Ġustifikazzjoni
Huwa neċessarju li jiġi definit il-mument preċiż fejn japplikaw il-kriterji.
(c) wieħed mil-konjuġi huwa/hija ċittadin ta' Stat Membru, jew, fil-każ
tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha "id-domiċilju" fit-territorjuf'wieħed minn dawn l-aħħar Stati Membri.
c) fil-mument meta ntlaħaq il-ftehim, wieħed mill-konjuġi huwa/hija ċittadin ta' dan l-Istat Membru, jew, fil-każ
tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha "id-domiċilju" fit-territorju
ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ Stati Membri.
Ġustifikazzjoni
Huwa neċessarju li jiġi definit il-mument preċiż fejn japplikaw il-kriterji.
Emenda 11
ARTIKOLU 1, PUNT 2)
Artikolu 3a (1), punt c a) (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(ca) iż-żwieġ tagħhom ikun sar f'dak l-Istat Membru.
Ġustifikazzjoni
Huwa raġonevoli li l-għażla, mill-persuni involuti, ta' pajjiż fejn jiċċelebraw iż-żwieġ tagħhom titqies li timplika li jaċċettaw il-liġi ta' dak il-pajjiż ukoll.
Emenda 12
ARTIKOLU 1, PUNT 2)
Artikolu 3a (2) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
2. Ftehim li jagħti ġuriżdizzjoni ser ikun espress bil-miktub u ffirmat miż-żewġ konjuġi sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata pussess.
2. Ftehim li jagħti ġuriżdizzjoni jista’ jintlaħaq u jiġi emendat fi kwalunkwe mument, iżda sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata pussess. Huwa għandu japplika għal kull livell tal-proċedura ġudizzjarja.
Dan il-ftehim huwa fformulat bil-kitba, datat u ffirmat miż-żewġ konjuġi. Jekk il-liġi ta' l-Istat Membru li fih wieħed mill-konjuġi għandu r-residenza abitwali tiegħa/tagħha fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tipprevedi esiġenzi formali ulterjuri għal ftehimiet bħal dawn, dawn l-esiġenzi għandhom jiġu sodisfatti. Jekk il-konjuġi għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri differenti, li l-liġijiet rispettivi tagħhom jipprevedu esiġenzi formali ulterjuri, il-ftehim huwa valida jekk jissodisfa l-esiġenzi ta' waħda minn dawn il-liġijiet.
Jekk il-ftehim huwa parti minn kuntratt ta' żwieġ, l-esiġenzi formali ta' dan il-kuntratt taż-żwieġ għandhom jiġu sodisfatti.
Emenda13
ARTIKOLU 1, PUNT 3)
Artikoli 4 u 5 (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
3) Fl-Artikoli 4 u 5, it-termini “Artikolu 3” tbiddlu mat-termini “Artikoli 3 u 3a”.
3) Fl-Artikoli 4 u 5, it-termini “Artikolu 3” tbiddlu mat-termini “Artikoli 3, 3a u 7”.
Emenda 14
ARTIKOLU 1, PUNT 5)
Artikolu 7, punt a) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(a) il-konjuġi kellhom ir-residenza abitwali ta' qabel fit-territorju ta' Stat Membru għal mill-inqas tliet snin; jew;
(a) il-konjuġi preċedentement kellhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju ta' l-Istat Membru msemmi matul mill-inqas tliet snin, bil-kundizzjoni li dan il-perjodu ma seħħx iktar minn tliet snin qabel ma l-qorti ngħatat l-ġuriżdizzjoni, jew;
Meta l-ġuriżdizzjoni kompetenti skond dan ir-Regolament tinsab fi Stat Membru li l-liġi tiegħu ma tipprevedix id-divorzju jew ma tirrikonoxxix l-eżistenza jew il-validità taż-żwieġ in kwistjoni, il-ġuriżdizzjoni tingħata:
(a) lill-Istat Membru tan-nazzjonalità ta' wieħed mill-konjuġi; jew
b) lill-Istat Membru li fih ġie ċċelebrat iż-żwieġ.”
Ġustifikazzjoni
L-emenda tirregola s-sitwazzjonijiet li fihom, skond il-kriterji ta' l-Artikoli 3, 3a u 7 tar-Regolament, il-ġuriżdizzjoni mogħtija ma tipprevedix id-divorzju jew ma tirrikonoxxix l-eżistenza jew il-validità taż-żwieġ in kwistjoni.
Emenda16
ARTIKOLU 1, POINT 6)Artikoli 12(1) (Regolament (KE) nru 2201/2003)
(c) il-liġi ta’ l-istat fejn il-konjuġi għexu għal mill-imqas ħames snin;
(c) il-liġi ta’ l-Istat fejn il-konjuġi kellhom preċedentement ir-residenza abitwali tagħhom għal mill-inqas tliet snin;
Ġustifikazzjoni
Jidher ftit arbitrarju li fl-Artikolu 20a (1) (c) u 3a (1) (b) u fl-Artikolu 7 (a) jinsabu kriterji ta' dewmien differenti. Ir-Rapporteur qed jipproponi li d-dewmien kollu jkun ta' tliet snin.
Emenda 22
ARTIKOLU 1, PUNT 7)
Artikolu 20a (1), punt c a) (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
c a) il-liġi ta' l-Istat li fih ġie ċċelebrat iż-żwieġ;
Ġustifikazzjoni
Jidher li huwa loġiku li dan il-kriterju jkun ukoll inkluż ma' l-oħrajn fl-għażla tal-liġi applikabbli.
Emenda 23
ARTIKOLU 1, PUNT 7)
Artikolu 20a (1), punt d a) (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(da) il-liġi ta' l-Istat li fih sar iż-żwieġ.
Ġustifikazzjoni
Huwa raġonevoli li l-għażla, mill-persuni involuti, ta' pajjiż fejn jiċċelebraw iż-żwieġ tagħhom titqies li timplika li jaċċettaw il-liġi ta' dak il-pajjiż ukoll.
Emenda 24
ARTIKOLU 1, PUNT 7)
Artikolu 20a (2) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
2. Ftehim li jindika l-liġi applikabbli ser ikun espress bil-miktub u jkun iffirmat miż-żewġ konjuġi sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni.
2. Ftehim li jindika l-liġi applikabbli ser ikun espress bil-miktub u jkun iffirmat miż-żewġ konjuġi sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni.
Madankollu, jekk il-liġi ta' l-Istat Membru li fih wieħed mill-konjuġi għandu r-residenza abitwali tiegħa/tagħha fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tipprevedi esiġenzi formali ulterjuri għal ftehimiet bħal dawn, dawn l-esiġenzi għandhom jiġu sodisfatti. Jekk il-konjuġi għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri differenti, li l-liġijiet rispettivi tagħhom jipprevedu esiġenzi formali ulterjuri, il-ftehim huwa valida jekk jissodisfa l-esiġenzi ta' waħda minn dawn il-liġijiet.
Jekk il-ftehima hija parti minn kuntratt ta' żwieġ, l-esiġenzi formali tal-kuntratt taż-żwieġ għandhom jiġu sodisfatti.
Ġustifikazzjoni
Din hija kjarifika għas-sitwazzjonijiet fejn il-liġi nazzjonali jew il-kuntratt taż-żwieġ jipprevedu esiġenzi iktar iebsa mir-Regolament.
2 a. Jekk il-liġi indikata skond l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu ma tirrikonoxxix is-separazzjoni jew id-divorzju jew jekk tirrikonoxxihom b'mod li huwa diskriminatorju fir-rigward ta' waħda mill-persuni li qed jiżżewġu, għandha tapplika l-lex fori.
Ġustifikazzjoni
L-għan ta' din l-emenda huwa li jittratta l-problemi li jiffaċċjaw ċerti nisa minn pajjiżi terzi li jixtiequ separazzjoni jew divorzju fi Stat Membru. L-interess ta' l-individwu li jottjeni separazzjoni jew divorzju bħala espressjoni ta' l-awtonomija personali għandu jkollu prijorità fuq l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali. F'każijiet bħal dawn, l-applikazzjoni ta' dik il-liġi nazzjonali spiss tkun ostaklu għal ċerti persuni residenti fi Stat Membru li jridu separazzjoni jew divorzju.
Emenda 26
ARTIKOLU 1, PUNT 7)
Artikolu 20 b, parti introduttorja (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
Fin-nuqqas ta’ għażla skond Artikolu 20a, divorzju u separazzjoni legali ser ikunu suġġetti għall-liġi ta' l-Istat:
Fin-nuqqas ta’ għażla skond Artikolu 20a, divorzju u separazzjoni legali ser ikunu suġġetti, f’ordni mill-kbir għaż-żgħir, għal-liġi ta' l-Istat Membru:
Emenda 27
ARTIKOLU 1, PUNT 7)
Artikolu 20b, punt a) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(a) fejn il-konjuġi għandhom ir-resdenzakomuni abitwali, jew fin-nuqqas ta’ dan,
(a) fejn il-konjuġi għandhom ir-residenza abitwali fil-mument meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni, jew, fin-nuqqas ta’ dan,
Ġustifikazzjoni
Huwa neċessarju li jiġi definit il-mument preċiż fejn japplikaw il-kriterji.
Emenda 28
ARTIKOLU 1, PUNT 7)
Artikolu 20b, punt b) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(b) fejn il-konjuġi kellhom l-aħħar residenza komuni abitwali sakemm wieħed jew waħda minnhom għadu jgħix hemm, jew fin-nuqqas ta’ dan,
(b) fejn il-konjuġi kellhom ir-residenza abitwali sakemm wieħed jew waħda minnhom kien għadu jgħix hemm fil-mument meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni, jew fin-nuqqas ta’ dan,
Ġustifikazzjoni
Huwa neċessarju li jiġi definit il-mument preċiż fejn japplikaw il-kriterji.
Emenda 29
ARTIKOLU 1, PUNT 7)
Artikolu 20b, punt c) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(c) ta’ fejn iż-żewġ konjuġi għandhom in-nazzjonalità, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, it-tnejn li huma għandhom id-"domiċilju", jew fin-nuqqas ta' dan,
(c) tan-nazzjonalità taż-żewġ konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda, tad-''domiċilju'' taż-żewġ konjuġi fil-mument meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni, jew fin-nuqqas ta' dan,
Ġustifikazzjoni
Huwa neċessarju li jiġi definit il-mument preċiż fejn japplikaw il-kriterji.
Jekk il-liġi indikata skond l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu ma tirrikonoxxix is-separazzjoni jew id-divorzju jew jekk tirrikonoxxihom b'mod li huwa diskriminatorju fir-rigward ta' waħda mill-persuni li qed jiżżewġu, għandha tapplika l-lex fori.
Emenda 31
ARTIKOLU 1, PUNT 7)
Artikolu 20e a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
Artikolu 20e a
Informazzjoni min-naħa ta' l-Istati Membri
1. Sa mhux aktar tard mill-...1, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-regoli nazzjonali tagħhom fir-rigward ta' l-esiġenzi formali li japplikaw għall-ftehimiet rigward l-għażla tal-ġuriżdizzjoni kompetenti u tal-liġi applikabbli għall-kuntratti taż-żwieġ .
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kull tibdil ulterjuri f'dawn ir-regoli lill-Kummissjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni li ġiet komunikata lilha skond l-ewwel paragrafu permezz ta' miżuri adegwati, b'mod partikolari permezz tan-netwerk ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.
1 3 xhur wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Ġustifikazzjoni
L-għan huwa li l-għażla li jagħmlu l-partijiet tkun għażla infurmata, jiġifieri li l-konjuġi jkunu ġew infurmati kif meħtieġ dwar ir-riperkussjonijiet konkreti marbuta ma’ l-għażla tagħhom. F’dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jkun żgurat bl-aħjar mod li l-informazzjoni kompluta u affidabbli tiġi kkomunikata lill-firmatarji tal-konvenzjoni attribwita għall-ġuriżdizzjoni qabel l-iffirmar ta’ l-att.
NOTA SPJEGATTIVA
L-għan ta’ din il-proposta għal regolament huwa li jiġi stabbilit qafas ġuridiku ċar u komprensiv li jkopri, fl-istess waqt, kemm regoli relatati mal-ġurisprudenza, ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi rigward kwistjonijiet matrimonjali, kif ukoll regoli relatati mal-liġi applikabbli, billi, fuq kollox, jiġi introdott ċertu ammont ta’ awtonomija tal-partijiet.
Għalhekk, sal-lum, koppja "internazzjonali" li tixtieq tiddivorzja hija suġġetta għar-regoli tal-ġurisprudenza tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 tal-Kunsill(1) (imsejjaħ "Brussell II a") li jippermetti lill-konjuġi l-għażla bejn diversi kompetenzi alternattivi. Ladarba proċediment ta’ divorzju jitressaq quddiem il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, il-liġi applikabbli hija għalhekk determinata fuq il-bażi tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet ta’ dak l-Istat. Madankollu, dawn ir-regoli nazzjonali tal-kunflitt tal-liġijiet huma differenti għal kollox.
It-taħlit flimkien ta’ dan in-nuqqas ta’ qbil fil-livell tar-regoli nazzjonali tal-kunflitti tal-liġijiet u d-dipożizzjonijiet Komunitarji attwali rigward l-attribuzzjoni tal-ġurisprudenza jista’ jiġġenera għadd ta’ problemi fil-każ tad-divorzji "internazzjonali". Minbarra n-nuqqas ta' sigurtà ġuridika, li jirriżulta mid-diffikultà għal dawk il-konjuġi biex jiddeterminaw liema liġi se tapplika għall-każ tagħhom(2), se jinħoloq ir-riskju li l-Kummissjoni tikkunsidra bħala riskju reali, ta’ "l-għaġla lejn il-Qorti", espressjoni li tiddeskrivi s-sitwazzjoni fejn il-parti l-iktar infurmata mill-konjuġi se tipprova tagħżel l-ewwel hi l-ġuriżdizzjoni li tħares l-iktar l-interessi tagħha. Barra minn hekk, iċ-ċittadini Komunitarji li huma residenti f'pajjiż terz jista’ jkollhom diffikultajiet sabiex isibu l-ġurisprudenza kompetenti fir-rigward tad-divorzju u sabiex l-Istat ta’ l-oriġini rispettiv tagħhom jirrikonoxxi ġudizzju ta’ divorzju li jkun għadda pajjiż terz.
Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tillimita dawn ir-riskji u li timmitiga dawn in-nuqqasijiet, partikolarment billi tintroduċi l-possibiltà għall-partijiet li jagħżlu bi ftehim komuni l-ġuriżdizzjoni kompetenti u l-liġi applikabbli.
L-għażla tal-ġuriżdizzjoni
L-Artikolu 3a jintroduċi l-possibiltà għall-konjuġi li jagħżlu bi ftehim komuni l-ġuriżdizzjoni kompetenti fil-proċediment ta’ divorzju tagħhom. Bla dubju ta’ xejn, dan joffri l-vantaġġ taż-żieda fl-ammont ta' awtonomija tal-partijiet u jippermettilhom li jagħżlu liberament, skond ċerti kriterji ta' rabtiet mill-qrib, il-ġuriżdizzjoni li huma għandhom rabtiet sostanzjali magħha. L-ewwelnett, jeħtieġ li jkun żgurat li l-kriterji ta' rabtiet mill-qrib ikunu sodi biżżejjed u fformulati b’mod preċiż, mingħajr ma jkollhom karattru restrittiv bla bżonn. Madankollu, ir-rapporteur qed jipproponi li jiżdied l-Artikolu 7 a li jirregola s-sitwazzjonijiet li fihom, skond il-kriterji ta' l-Artikoli 3, 3a u 7, il-ġuriżdizzjoni mogħtija ma tipprevedix id-divorzju jew ma tirrikonoxxix l-eżistenza jew il-validità taż-żwieġ in kwistjoni.
L-għażla tal-liġi applikabbli
L-Artikolu 20a jikkostitwixxi innovazzjoni billi għall-ewwel darba, huwa jintroduċi l-possibiltà għall-konjuġi li jagħżlu bi ftehima komuni l-liġi applikabbli fil-proċedura ta' divorzju tagħhom. Skond ir-rapporteur, jidher loġiku li tiġi prevista wkoll il-possibiltà li l-konjuġi jagħżlu l-liġi ta' l-Istat ta' residenza abitwali tal-konjuġi fejn dawn ikunu jgħixu fil-mument meta jkun ġie konkluż il-ftehim, kif ukoll il-liġi ta' l-Istat li fih ikun ġie ċċelebrat iż-żwieġ.
Minbarra dan, wieħed jista' jkollu xi dubji rigward in-nuqqas ta' qbil bejn l-Artikolu 20a u l-Artikoli 3, 3a u 7 f'termini ta' kriterji ta' dewmien differenti. Skond ir-rapporteur, l-estensjoni tad-dewmien tar-residenza għall-Artikolu 20a tidher bħala arbitrarja. Huwa għalhekk li r-rapporteur qed jipproponi li d-dewmien kollu jsir ta' tliet snin.
L-għażla infurmata
Barra minn hekk, l-għan huwa li l-għażla li jagħmlu l-partijiet tkun għażla infurmata, jiġifieri li l-konjuġi jkunu ġew infurmati kif meħtieġ dwar ir-riperkussjonijiet marbuta ma’ l-għażla tagħhom. F’dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jkun żgurat bl-aħjar mod li l-informazzjoni kompluta u affidabbli tiġi kkomunikata lill-firmatarji tal-konvenzjoni attribwita għall-ġuriżdizzjoni qabel l-iffirmar ta’ l-att. Huwa wkoll importanti li l-aċċess għall-informazzjoni jkun garantit ukoll b'mod indipendenti mis-sitwazzjoni finanzjarja ta' kull wieħed mill-konjuġi. Hawnhekk ta’ min jerġa’ jinnota l-importanza li tingħata informazzjoni preċiża u kompluta lill-konjuġi rigward il-konsegwenzi ta’ l-għażla tagħhom tal-ġuriżdizzjoni u tal-liġi applikabbli fil-każ ta' divorzju, peress li hemm differenzi konsiderevoli fil-leġiżlazzjonijiet ta' l-Istati Membri dwar diversi punti bħalma huma r-raġunijiet u l-forom tad-divorzju, il-kundizzjonijiet ta’ kif jista’ jinkiseb divorzju, il-perjodu meħtieġ għas-separazzjoni u aspetti determinanti oħra għall-proċediment. Barra minn hekk, meta jitqies li l-liġi ma tinbidilx, jista' jagħti l-każ li konvenzjoni li tindika l-liġi applikabbli ffirmata fi żmien partikolari ma tibqax tikkorrispondi mal-aspettattivi leġittimi tal-partijiet fil-waqt meta din għandha tipproduċi l-effetti tagħha, peress li l-leġiżlazzjoni ta' l-Istat ikkonċernat sadanittant tkun ġiet emendata.
Ir-rapporteur qed jipproponi li jiġi previst mekkaniżmu fejn il-Kummissjoni tkun responsabbli għas-sistema ta' informazzjoni pubblika bbażata fl-Internet (li taħdem fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali) fejn il-persuni kollha jistgħu jsibu informazzjoni aġġornata rigward l-aspetti essenzjali tal-liġi nazzjonali u Komunitarja. Minbarra dan, huwa essenzjali li l-ġuriżdizzjoni li tiġi magħżula tagħti importanza kbira lill-għażla infurmata taż-żewġ konjuġi.
Ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġursidizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji matrimonjali u f’materji ta’ responsabiltà tal-ġenituri li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, ĠU L 338 tat-23.12.2003, p. 1.
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġurisidizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali
(*) Proċedura ma' kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta tal-Kummissjoni titratta biss id-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni u tal-liġi applikabbli fil-każ ta' talba għal divorzju jew ta' separazzjoni. Għaldaqstant din ma tkoprix l-annullament taż-żwieġ, u lanqas id-dritt għall-manteniment. Il-proposta tippreżenta ruħha bħala emenda parzjali tar-regolament fis-seħħ 2201/2203, li l-ambitu tiegħu huwa aktar wiesa', għaliex ikopri ukoll ir-raġunijiet li minħabba fihom jista' jiġi annullat żwieġ, ir-responsabilità tal-ġenituri u r-rikonoxximent tas-sentenzi dwar kwistjonijiet matrimonjali f'kuntest tar-relazzjonijiet bejn l-istati.
Il-proposta li qed tiġi eżaminata tirreferi primarjament għall-koppji ''internazzjonali'', jiġifieri dawk li jkollhom ċittadinanza differenti jew residenza fi Stati differenti. L-innovazzjoni ewlenija li qed jintroduċi r-regolament il-ġdid hija l-fakultà tal-għażla li l-konjuġi għandhom tal-ġuriżdizzjoni li għaliha jistgħu jagħmlu rikors u tal-liġi applikabbli, iżda f'din l-għażla hemm il-limiti. Din tista' sseħħ bejn ġuriżdizzjonijiet u liġijiet li għandhom relazzjoni oġġettiva mar-rapport taż-żwieġ ikkonċernat. Skond din il-proposta, dan il-fattur ta' konnessjoni jikkonsisti essenzjalment fir-residenza. Konsegwentement, jekk iż-żewġ konjuġi għandhom l-istess nazzjonalità u t-tnejn dejjem għexu fl-istat li tiegħu għandhom in-nazzjonalità, huma m'għandhomx id-dritt li jagħżlu;
jistgħu biss jirrikorru għall-qrati tal-Istat fejn joqogħdu, li se japplikaw il-lex loci, identika għal-lex fori.
B'mod ġenerali l-proposta tidher li hija waħda raġonevoli. Fil-fatt, din taqbel perfettament maċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-persuni, li tirrappreżenta waħda mil-libertajiet fundamentali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Europea, b'rispett lejn l-awtonomija tan-naħat li jistgħu għaldaqstant jagħżlu, jekk ikunu jixtiequ, liema qorti u liema liġi għandhom jirregolaw il-proċedura li ttemm ir-rabta taż-żwieġ tagħhom.
Madankollu r-rapporteur iqis li l-proposta kkonċernata trid tkun tkun suġġetta għal xi korrezzjonijiet sabiex tkun aktar effettiva.
Qabel kollox, hemm bżonn li jiġi ppreċiżat li l-għażla tal-partijiet tkun tista' tirrigwarda biss il-ġuriżdizzjoni u l-liġi ta' Stat Membru wieħed, u, b'mod aktar ġenerali, fid-dawl tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-proposta kkonċernata ma tistax tobbliga l-awtorità ta' Stat li ma japprovax id-divorzju jew li ma jirrikonoxxix dak it-tip ta' żwieġ sabiex jiddikjara x-xoljiment.
Barra minn hekk, fil-proposta tal-Kummissjoni l-konjuġi jistgħu jagħżlu kwalunkwe waħda mill-ġuriżdizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament 2201/2003. F'dan il-każ isir inutli l-kriterju aktar restrittiv imsemmi fl-artikolu 3 a (b). Teknikament, is-soluzzjoni l-aktar sempliċi tkun it-tħassir ta' dak il-punt. Madankollu, mill-proposta jidher li l-orjentament tal-Kummissjoni huwa wieħed li jistabbilixxi rabta mal-liġi tal-forum fil-mument meta tiġi attribwita lill-partijiet is-setgħa li jiddeċiedu awtonomament liema qorti jqabbdu. Jidher li l-punt (b) hekk għandu jinftiehem. Jekk wieħed irid iżomm dan il-punt u jġibu konformi mal-artikolu 3 (billi titwessa' l-awtonomija tal-partijiet), ir-rapporteur jissuġġerixxi li jiġi rriformulat l-artikolu 3(a) kollu. Naturalment, jibqa' validu u applikabbli l-artikolu 3 f'każ li ma tkunx ġiet eżerċitata l-fakultà tal-għażla tal-ġuriżdizzjoni kompetenti.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 3 a, paragrafu 1 (Regolament (KE) Nru. 2201/2003)
1. Il-konjuġi jistgħu jiftehmu li qorti jew il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fi proċediment bejniethom relatat ma’ divorzju jew separazzjoni legali ġaladarba jkollhom rabtiet sostanzjali ma’ dak l-Istat Membru bis-saħħa tal-fatt li :
1. Il-konjuġi jistgħu jiftehmu li l-qrati ta' Stat Membru għandhom ġuriżdizzjoni fi proċediment bejniethom relatat ma’ divorzju jew separazzjoni legali ġaladarba jkun hemm konnessjoni sostanzjali bejn ir-rapport ta' żwieġ tagħhom u l-Istat Membru magħżul bis-saħħa tal-fatt li:
(a) kull kompetenza mniżżla f' Artikolu 3 japplika, jew
(a) il-konjuġi kellhom f'dan l-Istat ir-residenza abitwali għal tal-anqas tliet snin konsekuttivi sakemm dan il-perjodu ma ntemmx aktar minn tliet snin qabel ma saret it-talba għad-divorzju jew għas-separazzjoni; jew
(b) ikun il-post tal-aħħar residenza abitwali komuni tal-konjuġi għal mill-inqas tliet snin, jew
(b) dan l-Istat ikun l-aħħar residenza abitwali tal-konjuġi u l-konvenut għadu jgħix hemm fil-mument tat-talba; jew
(c) wieħed mil-konjuġi huwa/hija ċittadin ta' Stat Membru, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha "id-domiċilju" fit-territorju f'wieħed minn dawn l-aħħar Stati Membri.
(c) f'dan l-Istatil-konjuġi attur għandu r-residenza abitwali u attwali u ilu jgħix hemmhekk għal tal-anqas sitt xhur jekk huwa/hija ċittadin tal-istess Stat jew tal-anqas għal sena jekk mhux/mhix ċittadin ta' dak l-Istat jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu/għandha hemmhekk id-''domiċilju'', jew jew
(ca)iż-żwieġ tagħhom kien iċċelebrat f'dak l-Istat Membru.
Ġustifikazzjoni
Ir-riformulazzjoni tal-artikolu 3 a tippermetti li jkun hemm ġerarkija aktar fl-ordni tal-kriterji ta' kollegament: residenza fuq tul ta' żmien; residenza anki qasira, sakemm tkun dik tal-aħħar u tkun konġunta mar-residenza attwali tal-konjuġi attur; ir-residenza attwali tal-attur għal xi żmien; il-post fejn kien iċċelebrat iż-żwieġ. B'dan il-mod tiġi evitata kull kontraddizzjoni fost il-kriterji kkonċernati, kif ukoll dawk tal-artikolu 3 tal-istess regolament, li ser ikompli jipi applikat f'każ li ma jkunx hemm qbil bejn il-partijiet.
Emenda 2
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 3 a, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru. 2201/2003)
2. Ftehim li jagħti ġuriżdizzjoni ser ikun espress bil-miktub u ffirmat miż-żewġ konjuġisa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata pussess.
2. Ftehim li jagħti ġurisdizzjoni jista' jiġi konkluż u modifikat fi kwalunkwe ħin, iżda mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata pussess.Dan għandu japplika għal kull grad tal-proċediment ġudizzjarju.
Tali ftehim għandu jkun espress bil-miktub, datat u ffirmat miż-żewġ konjuġi.Jekk il-liġi tal-Istat Membru fejn wieħed mill-konjuġi għandu r-residenza abitwali fil-mument li jiġi konkluż il-ftehim, tipprevedi rekwiżiti formali supplimentari, dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati.Jekk il-konjugi għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri differenti, li l-liġijiet rispettivi tagħhom jipprevedu esiġenzi formali supplimentari, il-ftehima hija valida jekk tissodisfa l-esiġenzi ta' waħda minn dawn il-liġijiet.
Jekk il-ftehima hija parti minn kuntratt ta' żwieġ, l-esiġenzi formali ta' dan il-kuntratt taż-żwieġ għandhom jiġu ssodisfati.
Ġustifikazzjoni
Tajjeb li jiġu ppreċiżati r-rekwiżiti formali tal-ftehim, li jiġu preċiżati l-effetti u jiġu mħarsa r-regoli ġenerali ta' kompetenza f'każ ta' nuqqas ta' qbil.
Emenda 3
ARTIKOLU 1 , POINT 5 (A) (ġdid)
Artikolu 7 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru. 2201/2003)
5 a)għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 7a
Forum necessitatis
Meta l-ġurisdizzjoni kompetenti skond dan ir-Regolament tinsab fi Stat Membru li l-liġi tiegħu ma tipprevedix id-divorzju jew ma tirrikonoxxix l-eżistenza jew il-validità taż-żwieġ in kwistjoni, il-ġurisdizzjoni tingħata:
a)lill-Istat Membru tan-nazzjonalità ta' wieħed mill-konjugi;jew
b)lill-Istat Membru li fih ġie ċċelebrat iż-żwieġ."
Ġustifikazzjoni
Stat Membru ma jistax jiġi obbligat li jirrikonoxxi bħala żwieġ, anke għal raġunijiet ta' xoljiment biss, att li mhux rikonoxxut bħala tali mil-liġi tal-Istat.Bl-istess mod, mhux konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà li jiġi impost fuq qorti ta' Stat Membru li l-liġi tiegħu ma tipprevedix dan l-istitut, l-obbligu li jagħti d-divorzju.
Min-naħa l-oħra, koppja internazzjonali għandha d-dritt għal dikjarazzjoni ta' divorzju minn tal-anqas qorti tal-Unjoni jekk iż-żwieġ kkonċernat ikollu xi kollegament mat-territorju tal-istess Unjoni; għaldaqstant, fin-nuqqas ta' għażla mill-partijiet, il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru tan-nazzjonalità ta' wieħed miż-żewġ konjuġi jew li fih iż-żwieġ kien iċċelebrat, għandha tapplika awtomatikament.
Emenda 4
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20 a, paragrafu 1 (Regolament (KE) nru. 2201/2003)
1. Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli għal divorzju jew separazzjoni legali. Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu waħda mil-liġijiet li gejjin:
1. Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli għal divorzju jew separazzjoni legali. Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu fost il-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom konnessjoni sostanzali mar-rapport matrimonjali kif stipulat fl-Artikolu 3 a.
(a)il-liġi tal-Istat tal-aħħar residenza abitwali komuni tal-konjuġi safejn wieħed jew waħda minnhom ghadhom jgħixu hemm;
(b) il-liġi ta’ l-Istat tan-nazzjonalità ta’ wieħed jew waħda mill-konjuġi, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, id-“domiċilju” ta’ wieħed jew waħda mill-konjuġi;
(c) il-liġi tal-istat fejn il-konjuġi għexu għal mill-inqas ħames snin;
(d)il-liġi ta’ l-Istat Membru fejn tintefa’ l-applikazzjoni.
Ġustifikazzjoni
Il-kriterju hawnhekk issuġġerit huwa aktar wiesa' minn dak tal-proposta tal-Kummissjoni li teskludi l-liġi tar-residenza tal-attur u tal-konvenut biss (anke jekk fi prinċipju din tista' terġa' tkun applikabbli permezz ta' għażla tal-imħallef, b'konformità mal-ittra (d) tal-artikolu 20 a).
Emenda 5
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20 a, paragrafu 2 (Regolament (KE) nru. 2201/2003)
2. Ftehim li jindika l-liġi applikabbli ser ikun espress bil-miktub u jkun iffirmat miż-żewġ konjuġi sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata l-pussess.
2. L-għażla tal-partijiet għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-artikolu 3(a), paragrafu 2.
Ġustifikazzjoni
L-emenda għandha l-għan li tiżgura li r-rekwiżiti formali li japplikaw għall-konvenzjoni li tistipula l-liġi applikabbli jikkorrispondu għal dawk li japplikaw għall-għażla tal-liġi.
Emenda 6
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20 b, parti introduttorja (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
Fin-nuqqas ta’ għażla skond Artikolu 20a, divorzju u separazzjoni legali ser ikunu suġġetti għall-liġi tal-Istat:
Fin-nuqqas ta’ għażla skond Artikolu 20a, divorzju jew separazzjoni legali ser ikunu suġġetti għall-liġi tal-Istat Membru:
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja
15.2.2007
Rapporteur ta’ opinjoni:
Data tal-ħatra
Carlo Casini
2.10.2006
Eżami fil-kumitat
4.10.2007
19.12.2007
Data tal-adozzjoni
9.9.2008
Riżultat tal-votazzjoni finali
+:
–:
0:
25
0
0
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
Carlo Casini, Marek Aleksander Czarnecki, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Klaus-Heiner Lehne, Katalin Lévai, Antonio Masip Hidalgo, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Sharon Bowles, Vicente Miguel Garcés Ramón, Jean-Paul Gauzès, Georgios Papastamkos, Gabriele Stauner, József Szájer, Jacques Toubon, Ieke van den Burg
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali
Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Emine Bozkurt, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Panayiotis Demetriou, Bárbara Dührkop Dührkop, Urszula Gacek, Kinga Gál, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Stavros Lambrinidis, Kartika Tamara Liotard, Viktória Mohácsi, Javier Moreno Sánchez, Rareş-Lucian Niculescu, Inger Segelström, Csaba Sógor, Vladimir Urutchev, Renate Weber, Tatjana Ždanoka
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Edit Bauer, Frieda Brepoels, Simon Busuttil, Evelyne Gebhardt, Sophia in ‘t Veld, Iliana Malinova Iotova, Ona Juknevičienė, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Antonio Masip Hidalgo, Bill Newton Dunn, Luca Romagnoli, María Isabel Salinas García, Eva-Britt Svensson
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali