Proċedura : 2008/2287(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0453/2008

Testi mressqa :

A6-0453/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 20/11/2008 - 6.2

Testi adottati :

P6_TA(2008)0554

RAPPORT     
PDF 111kDOC 58k
19 ta' Novembru 2008
PE 414.198v01-00 A6-0453/2008

dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

(15765/2008 – C6-0426/2008 – 2008/2287(BUD))

Taqsima VI – Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Ville Itälä

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima VI – Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(15765/2008 – C6-0426/2008 – 2008/2287(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, adottat b'mod definittiv fit-13 ta’ Diċembru 2007(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida(3),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 9/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 ppreżentat mill-Kummissjoni fit-6 ta’ Ottubru 2008 (COM(2008)0619),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 8/2008 mħejji mill-Kunsill fit-18 ta' Novembru (15765/2008 – C6-0426/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0453/2008),

A. billi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 8 għall-baġit ġenerali tal-2008 jikkonċerna biss il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u jirrigwarda l-aġġustamenti għall-baġit li jirriżultaw mill-fatt li ż-żieda fil-pagi u l-pensjonijiet kienet iktar baxxa minn dik użata bħala bażi għat-tħejjija tal-abbozz preliminari għall-2008,

B.  billi l-prinċipju li jitressaq baġit ta' emenda li jaġġorna d-data teknika li intużat biex ġie stabbilit il-baġit oriġinarjament, bil-ħsieb li jingħataw lura l-fondi lill-kontributuri tat-taxxa, għandu jiġi milqugħ b'sodisfazzjon, għalkemm, f'dan il-każ, l-ispiża għall-proċedura tista' sfortunatament taqbeż il-flus li fil-fatt se jingħataw lura,

1.  Jieħu nota tal-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 8/2008, li naqqas il-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (spejjeż) b'madwar EUR 318 262 u d-dħul tiegħu b'EUR 48 265;

2.  Japprova l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 8/2008 mingħajr emendi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)

ĠU L 71, 14.3.2008.

(3)

ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kunsill kien talab li l-Istituzzjonijiet jaġġornaw il-baġits tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-pagi, minħabba l-fatt li l-aġġustament tekniku annwali rriżulta f'żidiet kemmxejn iktar baxxi milli kien previst (inflazzjoni iktar baxxa) u li dan kien wassal għal ċerti "bilanċi pożittivi" fil-linji baġitarji korrispondenti għall-2008. Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon din il-filosofija, peress li se twassal biex jingħataw lura lill-kontributuri tat-taxxi fondi li fir-rigward tagħhom saret stima eċċessiva, għalkemm, f'dan il-każ partikolari, wieħed jistaqsi jekk l-ammonti involuti fil-fatt kinux jeħtieġu proċedura amministrattiva bħal din. Dan madankollu ma jnaqqas xejn mill-prinċipju, u issa li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali segwa l-parir tal-Kunsill u saru t-tħejjijiet kollha, hu jista' biss jirrakkomanda approvazzjoni rapida mingħajr emendi.


PROĊEDURA

Titolu

Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 8/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 - Taqsima VI – Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Referenzi

15765/2008 – C6-0426/2008 – 2008/2287(BUD)

Kumitat responsabbli

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG19.11.2008

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)

  Data tal-ħatra

Ville Itälä

13.12.2006

Rapporteur(s) preċedenti

 

Data tat-tħejjija tal-abbozz tal-baġit ta' emenda mill-Kunsill

10.11.2008

Data meta l-Kunsill bagħat l-abbozz tal-baġit ta' emenda

18.11.2008

Eżami fil-kumitat

5.11.2008

10.11.2008

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.11.2008

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Simon Busuttil, Paulo Casaca, Salvador Garriga Polledo, Catherine Guy-Quint, Jutta Haug, Ville Itälä, Anne E. Jensen, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Jan Mulder, Nina Škottová, Helga Trüpel, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Esther De Lange

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

19.11.2008

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Novembru 2008Avviż legali