Proċedura : 2008/0188(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0076/2009

Testi mressqa :

A6-0076/2009

Dibattiti :

PV 23/03/2009 - 16
CRE 23/03/2009 - 16

Votazzjonijiet :

PV 24/03/2009 - 4.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0159

RAPPORT     ***I
PDF 185kDOC 225k
4 ta' Marzu 2009
PE 416.578v02-00 A6-0076/2009

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali fir-rigward tal-estensjoni ta’ ċerti perjodi ta’ żmien

(COM(2008)0618 – C6-0346/2008 – 2008/0188(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Daciana OctaviSa Sârbu

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali fir-rigward tal-estensjoni ta’ ċerti perjodi ta’ żmien

(COM(2008)0618 – C6-0346/2008 – 2008/0188(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0618),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0346/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0076/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-estensjoni proposta tal-programm tar-reviżjoni għandha mnejn ma tkunx biżżejjed biex titlesta l-evalwazzjoni ta’ għadd ta’ sustanzi attivi. Min-naħa l-oħra, jekk tingħata estensjoni sinifikament itwal, dan jista' jmur kontra ż-żieda fl-isforzi biex il-programm tar-reviżjoni jitlesta fiż-żmien xieraq. Għaldaqstant għandha tiġi prevista l-adozzjoni ta’ proċedura aktar flessibbli għall-estensjoni tal-programm tar-reviżjoni u tal-perjodu tranżizzjonali korrispondenti għal kwalunkwe sustanzi attivi li jkun fadal wara l-14.5.2013,

8) L-estensjoni proposta tal-programm tar-reviżjoni għandha mnejn ma tkunx biżżejjed biex titlesta l-evalwazzjoni ta’ għadd ta’ sustanzi attivi. Min-naħa l-oħra, jekk tingħata estensjoni sinifikament itwal, dan jista' jmur kontra ż-żieda fl-isforzi biex il-programm tar-reviżjoni jitlesta fiż-żmien xieraq. Kull estensjoni tal-programm tar-reviżjoni u tal-perjodu tranżizzjonali korrispondenti għal kull sustanza attiva li jifdal wara l-14 ta' Mejju 2014 għandha tkun limitata għal massimu ta' sentejn u għandha sseħħ biss jekk ikun hemm indikazzjonijiet ċari li l-att legali li għandu jieħu post din id-Direttiva mhuwiex se jidħol fis-seħħ qabel l-14 ta' Mejju 2014.

Ġustifikazzjoni

Il-kelma "tranżizzjonali" kienet tħalliet barra bi żball fl-abbozz ta' rapport. Rigward il-bqija, il-proposta hija parti minn ftehima bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Emenda  2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 98/8/KE għandhom ikunu adottati b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni.

Emenda  3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 8 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) B'mod partikulari, is-setgħat għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni biex testendi l-perjodu tar-reviżjoni u l-perjodu tranżizzjonali korrispondenti għal dawk is-sustanzi attivi li jkun fadal għal mhux aktar minn sentejn. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Emenda  4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 8 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c) B'konformità mal-punt 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar ta' liġijiet, l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li juru, safejn possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, kif ukoll li jagħmluhom pubbliċi.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta hija parti minn ftehima bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Emenda  5

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt a

Direttiva 98/8/KE

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt c – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“(i) sal-14 ta’ Mejju 2013 għal kwalunkwe informazzjoni li tingħata għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għajr għal meta t-tali informazzjoni tkun diġà protetta permezz tar-regoli nazzjonali eżistenti li jirrigwardaw il-prodotti bijoċidali. F’dawn il-każijiet, l-informazzjoni għandha tibqa’ tiġi protetta f’dak l-Istat Membru sat-tmiem ta’ kwalunkwe perjodu li jkun fadal għall-protezzjoni tad-dejta kif previst mir-regoli nazzjonali, iżda mhux wara l-14 ta’ Mejju 2013;”

“(i) sal-14 ta’ Mejju 2014 għal kwalunkwe informazzjoni li tingħata għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għajr għal meta t-tali informazzjoni tkun diġà protetta permezz tar-regoli nazzjonali eżistenti li jirrigwardaw il-prodotti bijoċidali. F’dawn il-każijiet, l-informazzjoni għandha tibqa’ tiġi protetta f’dak l-Istat Membru sat-tmiem ta’ kwalunkwe perjodu li jkun fadal għall-protezzjoni tad-dejta kif previst mir-regoli nazzjonali, iżda mhux wara l-14 ta’ Mejju 2014 jew, jekk applikabbli, mhux wara d-data sa meta ġie estiż il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 16(1) b'konformità mal-Artikolu 16(2);”

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-emenda oriġinali bħala parti minn ftehima bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Emenda  6

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 98/8/KE

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt c – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“(i) sal-14 ta’ Mejju 2013 għal kwalunkwe informazzjoni li tingħata għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għajr għal meta t-tali informazzjoni tkun diġà protetta permezz tar-regoli nazzjonali eżistenti li jirrigwardaw il-prodotti bijoċidali. F’dawn il-każijiet, l-informazzjoni għandha tibqa’ tiġi protetta f’dak l-Istat Membru sat-tmiem ta’ kwalunkwe perjodu li jkun fadal għall-protezzjoni tad-dejta kif previst mir-regoli nazzjonali, iżda mhux wara l-14 ta’ Mejju 2013;”

“(i) sal-14 ta’ Mejju 2014 għal kwalunkwe informazzjoni li tingħata għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għajr għal meta t-tali informazzjoni tkun diġà protetta permezz tar-regoli nazzjonali eżistenti li jirrigwardaw il-prodotti bijoċidali. F’dawn il-każijiet, l-informazzjoni għandha tibqa’ tiġi protetta f’dak l-Istat Membru sat-tmiem ta’ kwalunkwe perjodu li jkun fadal għall-protezzjoni tad-dejta kif previst mir-regoli nazzjonali, iżda mhux wara l-14 ta’ Mejju 2014 jew, jekk applikabbli, mhux wara d-data sa meta ġie estiż il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 16(1) b'konformità mal-Artikolu 16(2);”

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-emenda oriġinali bħala parti minn ftehima bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Emenda  7

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 98/8/KE

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“B’deroga oħra mill-Artikoli 3(1), 5(1), 8(2) u 8(4), u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, Stat Membru jista', sal-14 ta’ Mejju 2013, ikompli japplika s-sistema jew il-prattika attwali tiegħu li jqiegħed fis-suq il-prodotti bijoċidali.”

“B’deroga oħra mill-Artikoli 3(1), 5(1), 8(2) u 8(4), u bla ħsara għall-paragrafi 2 u 3, Stat Membru jista', sal-14 ta’ Mejju 2014, ikompli japplika s-sistema jew il-prattika attwali tiegħu li jqiegħed fis-suq il-prodotti bijoċidali. Jekk deċiżjoni sabiex sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I jew IA tistabbilixxi data iktar tard mill-14 ta' Mejju 2014 għall-konformità mal-Artikolu 16(3), din id-deroga għandha tibqa' tapplika għall-prodotti li fihom dik is-sustanza attiva sad-data stabbilita fid-deċiżjoni."

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-emenda oriġinali bħala parti minn ftehima bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Emenda  8

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt b – punt i

Direttiva 98/8/KE

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tibda programm ta' ħidma ta' tlettax-il sena għall-eżaminazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi kollha li diġà qegħdin fis-suq fid-data msemmija fl-Artikolu 34(1) bħala sustanzi attivi ta' prodott bijoċidali għal skopijiet oħra differenti minn dawk definiti fl-Artikolu 2(2)(c) u (d).

"Wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tibda programm ta' ħidma ta' erbatax-il sena għall-analiżi sistematika tas-sustanzi attivi kollha li diġà qegħdin fis-suq fid-data msemmija fl-Artikolu 34(1) bħala sustanzi attivi ta' prodott bijoċidali għal skopijiet oħra differenti minn dawk definiti fl-Artikolu 2(2)(c) u (d)."

Ġustifikazzjoni

Parti minn ftehima bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Emenda  9

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt b – punt ii

Direttiva 98/8/KE

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Skont ma jkunu l-konklużjonijiet tar-rapport, jista’ jiġi deċiż, f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 28(3), jekk il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-ewwel paragrafu u l-perjodu ta’ tlettax-il sena tal-programm ta’ ħidma għandux jiġi estiż għal perjodu li jkun irid jiġi stabbilit.”

“Skont ma jkunu l-konklużjonijiet tar-rapport, jista’ jiġi deċiż li l-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-ewwel paragrafu u l-perjodu ta’ erbatax-il sena tal-programm ta’ ħidma jkunu estiżi għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandha tkun adottata b'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4)."

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-emenda oriġinali bħala parti minn ftehima bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Emenda  10

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt b – punt ii

Direttiva 98/8/KE

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Skont ma jkunu l-konklużjonijiet tar-rapport, jista’ jiġi deċiż, f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 28(3), jekk il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-ewwel paragrafu u l-perjodu ta’ tlettax-il sena tal-programm ta’ ħidma għandux jiġi estiż għal perjodu li jkun irid jiġi stabbilit.”

“Skont ma jkunu l-konklużjonijiet tar-rapport, jista’ jiġi deċiż jekk il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-ewwel paragrafu u l-perjodu ta’ erbatax-il sena tal-programm ta’ ħidma għandhomx ikunu estiżi għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn. Dik il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tkun adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li l-estensjoni proposta għall-perjodu ta' tranżizzjoni taf ma tkunx biżżejjed biex tiġi ffinalizzata l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi, l-għoti ta' 4 snin minflok ta' 3 snin tiżgura li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonkludu r-reviżjoni tagħhom sal-14.5.2014. Il-possibilità li l-perjodu ta' tranżizzjoni jiġi estiż għal wara l-14.5.2014 għad-dossiers li baqa' għandha tkun limitata għal massimu ta' sentejn sabiex jiġi evitat xi dewmien u l-evalwazzjoni titlesta fi żmien xieraq. Il-proposta hija parti minn ftehima bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Emenda  11

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt b – punt iii

Direttiva 98/8/KE

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) fit-tieni subparagrafu, il-kliem “Matul dan il-perjodu ta’ żmien ta’ 10 snin” għandu jinbidel bil-kliem “Matul dan il-perjodu ta’ tlettax-il sena”.

(iii) fit-tieni subparagrafu, il-kliem “Matul dan il-perjodu ta’ żmien ta’ 10 snin” għandu jinbidel bil-kliem “Matul dan il-perjodu ta’ erbatax-il sena”.

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-emenda oriġinali bħala parti minn ftehima bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Emenda  12

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-aktar tard sal-14 ta’ Mejju 2010. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Mejju 2010.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm referenza għad-dispożizzjoni fi premessa. Il-proposta hija parti minn ftehima bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta attwali tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali saret neċessarja wara li l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha wriet li l-perjodu ta' għaxar snin sal-14 ta' Mejju 2010 maħsub għall-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi użati fil-prodotti bijoċidali bil-għan li jiġu inklużi fil-lista pożittiva tal-Komunità, mhux se jkun biżżejjed. Għalhekk il-perjodu ta' tranzizzjoni li fih is-suq tal-bijoċidali se jkompli jaqa' taħt ir-regoli nazzjonali se jiskadi mingħajr ma tkun għadha ġiet stabbilita l-lista pożittiva tal-Komunità. Fil-prattika, dan se jfisser li l-prodotti importanti, bħal pereżempju d-diżinfettanti fl-isptarijiet se jkollhom jitneħħew mis-suq mill-15 ta' Mejju 2010.

Sabiex jiġi evitat dan l-effett mhux mixtieq, il-Kummissjoni tipproponi li l-perjodu ta' tranżizzjoni jittawwal bi tliet snin sal-14 ta' Mejju 2013. Fil-każ li dawn it-tliet snin ma jkunux biżżejjed ukoll, il-Kummissjoni tintroduċi l-possibilità li l-perjodu jittawwal aktar permezz ta' deċiżjoni ta' komitoloġija.

Ir-Rapporteur tilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni biex il-perjodu ta' tranżizzjoni jittawwal sabiex tkun tista' titlesta l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi użati fil-prodotti bijoċidali u biex l-Istati Membri jingħataw żmien adegwat għat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet u biex joħorġu l-awtorizzazzjonijiet u r-reġistrazzjonijiet għal dawn il-prodotti, kif ukoll biex l-industrija tkun tista' tipprepara u tissottometti d-dossiers kompleti.

Madankollu, ir-Rapporteur, bil-ħsieb ta' ftehima mal-Kunsill u mal-Kummissjoni sabiex jintlaħaq ftehim dwar l-ewwel qari, u biex ma tkunx ipperikolata l-adozzjoni meħtieġa u urġenti tal-estensjoni tal-perjodu ta' tranżizzjoni, tissuġġerixxi l-bidliet li ġejjin għall-proposta tal-Kummissjoni:

· il-perjodu ta' tranżizzjoni jittawwal b'erba' snin minflok bi tlieta (sal-14 ta' Mejju 2014 minflok sal-14 ta' Mejju 2013) sabiex jiġi żgurat li l-prodotti bijoċidali kollha li għandhom sustanzi attivi jiġu evalwati fi żmien xieraq u b'hekk jinħoloq suq b'regoli armonizzati;

· min-naħa l-oħra, l-estensjoni tal-iskadenza tad-dossiers li għad fadal, tiġi limitata għal massimu ta' sentejn permezz ta' deċiżjoni ta' komitoloġija sabiex jiġi evitat id-dewmien indefinit tal-proċess kollu;

· skont il-paragrafu 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar ta' liġijiet, fl-artikoli għandu jitħassar l-obbligu li għandhom l-Istati Membri li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-testi tat-traspożizzjonijiet tagħhom fil-liġi nazzjonali, inklużi t-tabelli ta' korrelazzjoni ta' dawk it-traspożizzjonijiet u d-Direttiva, u jiġi ssostitwit fi premessa bi stedina lill-Istati Membri biex ifasslu tabelli bħal dawn.

Fl-aħħar, ir-Rapporteur tixtieq li ssir stqarrija konġunta bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-fatt li l-kwistjonijiet ta' persuni li japprofittaw ruħhom (dawk magħrufa bħala free-riders) u tal-protezzjoni tad-dejta huma kwistjonijiet importanti li jeħtieġ li jiġu indirizzati bħala prijorità fir-reviżjoni sħiħa tad-Direttiva 98/8/KE.


PROĊEDURA

Titolu

It-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali

Referenzi

COM(2008)0618 – C6-0346/2008 – 2008/0188(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.10.2008

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

21.10.2008

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Daciana Octavia Sârbu

21.11.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

22.1.2009

 

 

 

Data tal-adozzjoni

17.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Margrete Auken, Liam Aylward, Irena Belohorská, Maria Berger, Johannes Blokland, John Bowis, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Christa Klaß, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Marie-Noëlle Lienemann, Peter Liese, Marios Matsakis, Linda McAvan, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vittorio Prodi, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bushill-Matthews, Bairbre de Brún, Jutta Haug, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Johannes Lebech, Caroline Lucas, Hartmut Nassauer, Justas Vincas Paleckis, Alojz Peterle

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Marzu 2009Avviż legali