RAPPORT dwar djalogu attiv maċ-ċittadini dwar l-Ewropa

26.2.2009 - (2008/2224(INI))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Rapporteur: Gyula Hegyi
Rapporteur għal opinjoni (*):
Sylvia-Yvonne Kaufmann, Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
(*) Kumitat Assoċjat – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2008/2224(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0107/2009

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar djalogu attiv maċ-ċittadini dwar l-Ewropa

(2008/2224(INI))

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni "Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija' iffirmata fit-22 ta' Ottubru 2008,

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta' April 2008 'Niddibattu l-Ewropa – Nibnu fuq l-Esperjenza tal-Pjan D għad-Demokrazija, id-Djalogu u d-Dibattitu' (Pjan D) (COM(2008)0158),

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' April 2008 'Komunikazzjoni tal-Ewropa permezz ta' mezzi tax-xandir awdjoviżivi', SEC(2008) 0506),

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2007 'Nikkomunikaw dwar l-Ewropa permezz tal-Internet – Ninvolvu liċ-ċittadini' (SEC(2007)1742),

- wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2007 'Proposta għal ftehima Inter-Istituzzjonali dwar Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija' (COM(2007)0569),

- wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007 sal-2013 il-programm 'L-Ewropa għaċ-Ċittadini' biex tkun promossa ċittadinanza Ewropea attiva[1],

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-1 ta' Frar 2006 'White Paper dwar Politika Ewropea ta' Komunikazzjoni', (COM(2006) 0035),

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta' Ottubru 2005 "Il-kontribut tal-Kummissjoni għall-perjodu ta' riflessjoni u lil hinn minnu: il-Pjan D għad-Demokrazija, id-Djalogu u d-Dibattitu' (COM(2005)0494),

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar il-White Paper dwar politika ta' komunikazzjoni Ewropea[2],

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni tal-Unjoni Ewropea[3],

- wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi kif ukoll il-Kumitat għall-Petizzjoni (A6-0107/2009),

A.  billi Unjoni Ewropea demokratika u trasparenti tiddependi mill-progress tad-djalogu bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet Ewropej, inkluż il-Parlament, iżda wkoll mid-dibattitu kostanti dwar l-Ewropa fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali,

B.   billi wara li ġie miċħud it-Trattat Kostituzzjonali fi Franza u fl-Olanda, 53.4% tal-poplu Irlandiż ivvota f'referendum kontra r-ratifikazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona u billi nies li jifhmu b'mod adegwat il-politiki tal-Unjoni Ewropea u t-Trattati x'aktarx li jopponuhom aktar,

C.  billi l-istħarriġ tal-Ewrobarometru 69 wera li 52% taċ-ċittadini tal-Unjoni jemmnu b'mod ċar li s-sħubija ta' pajjiżhom mal-UE hija ħaġa tajba, filwaqt li huma biss 14% li jemmnu bil-kontra,

D.  billi l-għarfien tal-Unjoni Ewropea, kemm tal-politiki tagħha u kif taħdem, kif ukoll tad-drittijiet garantiti mit-Trattati, huwa fundamentali sabiex iċ-ċittadini jerġgħu jiksbu l-fiduċja fl-istituzzjonijiet Ewropej,

E.   billi Kummissarju separat għall-istrateġija tal-komunikazzjoni kien maħtur għall-ewwel darba fl-2004, għalkemm l-ebda politika ta' komunikazzjoni bħala tali għadha ma ġiet adottata minħabba n-nuqqas ta' bażi legali xierqa fit-Trattati,

L-opinjoni pubblika

1.  Ifakkar li l-eżerċizzji ta' stħarriġ juru li anqas ma ċittadin tal-Unjoni jkun edukat u anqas ma jkun għani, aktar ikun hemm il-possibilità li jopponi li sseħħ aktar integrazzjoni Ewropea, ħaġa li tindika li l-idea Ewropea, minkejja l-isforzi kollha preċedenti, prinċipalment tilħaq lill-parti tas-soċjetà Ewropea li hi edukata tajjeb u għanja; iqis djalogu attiv bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha bħala essenzjali biex iwettaq fil-prattika l-prinċipji u l-valuri tal-proġett tal-Unjoni Ewropea, iżda jagħraf li s’issa m'għamilx suċċess kbir;

2.  Jiddispjaċih għall-fatt li, minkejja l-isforzi u l-ideat tajba tal-Kummissjoni, is-suċċess miksub fiż-żieda tal-livell ta' għarfien u interess taċ-ċittadini Ewropej fi kwistjonijiet Ewropej kien limitat ħafna, xi ħaġa li sfortunatament dehret fir-referendum Irlandiż;

3.  Jenfasizza l-importanza partikolari tal-ħolqien ta' kollegamenti koeżivi ta' komunikazzjoni b'kontenut maħsub għal udjenzi partikolari kemm bejn l-UE u r-reġjunijiet b'karatteristiċi partikolari kif ukoll bejn l-UE u gruppi soċjali partikolari;

4.  Jinnota li, skont stħarriġ riċenti tal-opinjoni pubblika, il-maġġoranza l-kbira tal-Ewropej huma favur li l-Unjoni Ewropea titkellem b'leħen wieħed dwar kwistjonijiet ta' politika barranija; jenfasizza l-fatt li ġiet inkluża stqarrija dwar dan b'talba taċ-ċittadini Ewropej fl-ittra miftuħa/rakkomandazzjonijiet mill-parteċipanti fil-konferenza ta' konklużjoni tas-sitt proġetti taċ-ċittadini tal-"Pjan D" fid-9 ta' Diċembru 2007; jenfasizza li 27 rakkomandazzjoni stipulati f'din l-ittra miftuħa jinkludu wkoll sejħa għall-Unjoni biex tieħu azzjoni aktar effettiva fil-qasam tal-politika soċjali u l-koeżjoni soċjali, b'mod partikulari bil-għan li jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-pagi u titrawwem l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u, b'mod aktar ġenerali, biex tingħata attenzjoni speċifika għall-kwistjonijiet marbuta mal-ugwaljanza, li ta' spiss huma minsija; jissuġġerixxi li huwa importanti għalhekk li tingħata ħarsa lejn x’qegħdin jikkomunikaw l-azzjonijiet u jitqabbel kif dan qiegħed ivarja mill-messaġġ li l-UE trid twassal liċ-ċittadini tagħha;

5.       Jinnota li l-maġġoranza tan-nisa ivvutaw ‘le’ fl-aħħar referenda dwar l-Unjoni Ewropea: 56 % fi Franza (Flash Eurobarometer 171), 63 % fl-Olanda (id. 172) u 56% fl-Irlanda (id. 245); jemmen li wieħed mill-fatturi wara l-votazzjoni negattiva ġejja, fost l-oħrajn, minn involviment dgħajjef tal-istituzzjonijiet Ewropej fil-politiki li jikkonċernaw b’mod dirett in-nisa u li huma l-bażi ta’ inugwaljanzi persistenti bejn is-sessi, bħalma huma l-politiki fir-rigward tar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja u fir-rigward tal-għajnuna għall-persuni dipendenti ;

Aspetti kostituzzjonali u interistituzzjonali

6.  Jisħaq fuq il-bżonn li jitlesta l-proċess tar-ratifika tat-Trattat ta' Liżbona, ħaġa li se tkompli żżid it-trasparenza tal-UE u l-involviment taċ-ċittadini fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet; ifakkar f'dan il-kuntest fl-opportunitajiet ġodda għal demokrazija parteċipattiva li t-Trattat ta’ Liżbona se jipprovdi, speċjalment l-inizjattiva taċ-ċittadini;

7.  Jenfasizza l-bżonn għal sforzi koordinati u azzjoni konġunta mill-istituzzjonijiet tal-UE kollha u mill-Istati Membri biex jikkomunikaw maċ-ċittadini tal-UE dwar kwistjonijiet Ewropej; jilqa' b'sodisfazzjon u jieħu nota tad-Dikjarazzjoni Konġunta msemmija hawn fuq tat-22 ta' Ottubru 2008, li tistipula objettivi ċari għat-titjib tal-komunikazzjoni tal-UE min-naħa tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri; huwa tal-opinjoni li jista' jkun aktar ambizzjuż, ladarba l-Parlament kien talab għal ftehima Interistituzzjonali dwar il-politika tal-komunikazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kollha;

8.   Jemmen li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jibdew diskussjonijiet ulterjuri dwar l-Ewropa, u immedjatament iwettqu fil-prattika l-kunċetti stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Konġunta msemmija hawn fuq, fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Frar 2006 u fid-Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2007;

9.  Huwa tal-istess opinjoni bħall-Kummissjoni li demokrazija parteċipattiva tista’ tissupplimenta b’użu d-demokrazija rappreżentattiva; jenfasizza madankollu li demokrazija parteċipattiva mhux biss tfisser li wieħed jisma’ liċ-ċittadin, iżda jfisser ukoll li ċ-ċittadini jingħataw opportunitajiet reali biex jinfluwenzaw il-politika Ewropea. jiġbed l-attenzjoni li sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet imsemmija hawn fuq, l-istituzzjonijiet għandhom ikun ħafna aktar miftuħa u jadottaw l-approċċi meħtieġa sabiex jippermettu liċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tagħhom jipparteċipaw b'mod effettiv f'kull stadju meta jkun hemm dibattitu dwar kwistjonijiet tal-UE; jinnota wkoll li l-aċċess pubbliku għal dokumenti prodotti mill-istituzzjoijiet jeħtieġ li jingħata fuq bażi kemm jista’ jkun wiesgħa, minħabba li dan huwa rekwiżit essenzjali biex issir influwenza;

10.  Jisħaq dwar l-importanza u l-valur tal-proċess ta' konsultazzjoni bħala għodda effettiva sabiex iċ-ċittadini jingħataw aktar setgħat billi jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom b'mod dirett lill-proċess politiku fil-livell tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu passi ulterjuri biex ixxerred tagħrif fil-ħin dwar il-konsultazzjonijiet futuri tal-UE permezz tal-midja u forums xierqa oħra fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, biex titwessa' l-medda tal-opinjonijiet tal-partijiet interessati li jkunu ħarġu matul il-konsultazzjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE u biex tirreklama b'mod aktar wiesa' l-konsultazzjonijiet tal-Internet dwar il-politiki u l-inizjattivi tal-UE sabiex ikun żgurat li l-partijiet interessati kollha, speċjalment l-impriżi żgħar u ta' daqs medju u l-organizzazzjonijiet lokali mhux governattivi (NGOs) ikunu involuti fid-dibattitu; jenfasizza l-importanza tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, bħalma huma n-netwerks tal-professjonisti u tal-konsumaturi fil-livelli kollha, kemm transnazzjonali u kemm dawk lokali, li jipprovdu pjattaformi għal skambju ta' opinjonijiet infurmat dwar il-politiki tal-UE u b'hekk jikkontribwixxu għal kwalità ta' leġiżlazzjoni tal-UE aħjar; jagħraf il-problemi fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni u jħeġġeġ lill-konsumaturi u lin-negozjanti biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u biex jirrappurtaw il-problemi attwali lill-istituzzjonijiet tal-UE;

11. Jemmen li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-isforzi ta' komunikazzjoni tagħhom u jibnu sħubija mas-soċjetà ċivili sabiex ikunu sfruttati s-sinerġiji possibbli; jisħaq fuq il-bżonn għall-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u x-xewqa li jinħolqu rabtiet bejn l-istazzjonijiet tat-televixin tal-Kummissjoni u tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn ir-rappreżentazzjonijiet tagħha fl-Istati Membri u l-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament; jitlob lill-Kummissjoni u lir-rappreżentanzi tal-Parlament fl-Istati Membri biex itejbu l-kooperazzjoni fir-rigward tal-konsultazzjoni maċ-ċittadini, it-tixrid tal-informazzjoni, l-għarfien u l-ideat dwar l-UE u l-għoti ta' opportunitajiet lill-votanti biex jiltaqgħu ma' MEPs eletti f'pajjiżi differenti u ma' uffiċjali tal-UE;

12. Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni tappoġġja l-irwol tal-Parlament u tal-partiti politiċi Ewropej, u jirrikonoxxi l-bżonn li jitnaqqas id-distakk bejn il-politiki nazzjonali u Ewropej, speċjalment matul il-kampanji elettorali Ewropej;

13. Jistieden lit-tliet istituzzjonijiet ewlenin biex jikkunsidraw il-possibilità li jsiru diskussjonijiet konġunti miftuħa li jiżdiedu mad-dibattiti miftuħa tal-Parlament, li fihom jindirizzaw suġġetti li jolqtu lill-konsumaturi u l-ħajja tagħhom ta' kuljum u dan sabiex tissaħħilhom il-fiduċja fis-suq intern u fil-protezzjoni tal-konsumatur; jenfasizza li l-intergruppi tal-Parlament iwettqu bis-sħiħ l-irwol tagħhom bħala intermedjarji maċ-ċittadini'', strumenti reali ta' kollegament bejn l-isfera politika u s-soċjetà ċivili;

14. Jinnota b’sodisfazzjon li l-Kummissjoni kkunsidrat ħafna mill-ideat li l-Parlament diġà ressaq, bħall-forums taċ-ċittadini, kemm fuq livell Ewropew u kemm fuq livell nazzjonali, irwol iktar prominenti għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-użu innovattiv ta’ mezzi ġodda tal-midja;

Ħidma lokali

15. Jistieden lill-Kummissjoni biex testendi d-djalogu tagħha fil-livelli kollha billi tadatta l-messaġġ tagħha għall-gruppi mmirati differenti skont il-kuntest soċjali li ġejjin minnu; għalhekk jipproponi li d-djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha għandu jissaħħaħ billi tkun ipprovduta l-istess informazzjoni, imfassla għal gruppi mmirati individwali, għal kulħadd u li tiffaċilita d-dibattitu fost u maċ-ċittadini infurmati; iqis li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jinkorporaw il-konklużjonijiet tad-dibattiti lokali organizzati taħt l-awspiċju tal-Pjan D fil-politiki tagħhom, u jqisu dak li jistennew iċ-ċittadini mill-UE meta jkunu qed jiddeċiedu dwar leġiżlazzjoni ġdida;

16. Jistieden lill-Istati Membri biex iniedu kampanji effettivi ta' komunikazzjoni tal-UE fil-livelli kollha; nazzjonali, reġjonali u lokali; jistieden lill-Kummissjoni biex ixxerred l-aħjar prattiki identifikati minn kampanji ta' dan it-tip u jipproponi l-ħolqien ta' sistema ta' komunikazzjoni permanenti u interattiva bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u ċ-ċittadini, b'kampanji frekwenti ta' natura lokali u reġjonali mill-UE, bl-assistenza tal-midja reġjonali u l-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili, tal-NGOs, tal-kmamar tal-kummerċ, tat-trejdunjins u tal-organizzazzjonijiet tal-professjonisti;

17. Jisħaq li l-politika ta' koeżjoni tal-UE hija l-bażi tal-integrazzjoni Ewropea u tas-solidarjetà soċjali; iqis, għaldaqstant, li ċ-ċittadini għandhom ikun konxji fil-ħajja tagħhom ta' kuljum bl-isforzi u s-suċċessi tal-politiki tal-Komunità, li jenfasizzaw il-kontribuzzjoni tal-UE u l-vantaġġi dovuti għall-proġett Ewropew komuni; jixtieq f'dan il-kuntest li l-awtoritajiet lokali jaqdu aħjar l-obbligi tagħhom tal-informazzjoni dwar l-għajnuna li jkunu rċevew mill-Unjoni Ewropea; jenfasizza wkoll li l-volontarjat ta' dawk li ġew eletti fuq livell lokali u reġjonali huwa meħtieġ għall-iżvilupp tal-informazzjoni u għall-edukazzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward il-ħolqien ta' parti mill-programm Erasmus għall-politiċi fuq livell lokali u reġjonali;

18. Jenfasizza li l-involviment tal-imsieħba fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (FSE) 2007-2013, jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex tkun promossa l-politika ta' koeżjoni tal-UE u twassalha biex tkun aktar qrib taċ-ċittadini; jenfasizza li dawn l-imsieħba għandhom opportunità unika biex jaraw personalment il-kwistjonijiet reali li l-aktar jikkonċernaw liċ-ċittadini; jistieden għalhekk, lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-prinċipju tas-sħubija jkun implimentat b'mod ġust fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; jenfasizza l-importanza għall-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex jagħmlu użu mill-possibilitajiet finanzjarji eżistenti pprovduti mill-FSE (ESF), sabiex jitjiebu l-ħiliet ta' dawn l-imsieħba, speċjalment fir-rigward tat-taħriġ; jinnota l-irwol sinifikanti li kellhom il-fondi strutturali biex ikattru l-koperazzjoni transkonfinali permezz ta' proġetti u programmi tal-komunità, li ħeġġeġ l-iżvilupp ta' ċittadinanza attiva u demokrazija parteċipattiva; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja u taħdem fi sħubija ma' proġetti u programmi ta' dan it-tip;

19. enfasizza l-bżonn, fil-kuntest tal-elezzjonijiet Ewropej li ħa jsiru dalwaqt, għall-informazzjoni f'livell lokali u reġjonali għal ċittadini, speċjalment għaż-żgħażagħ u dawk li ħa jivvutaw għall-ewwel darba; f'kuntest iktar ġenerali, jenfasizza l-importanza tal-involviment tal-MEPs, flimkien mal-uffiċjali eletti fuq livell lokali u reġjonali, fil-proċess ta' konsultazzjoni maċ-ċittadini fir-reġjuni tagħhom, minħabba li huma l-vuċi tal-pubbliku fl-UE; jappoġġja l-isforzi tal-Kumitat tar-Reġjuni biex isaħħaħ il-konsultazzjoni f'livell reġjonali u biex jinkludi netwerks reġjonali u parteċipanti lokali u reġjonali prinċipali f'dan il-proċess sabiex jinkoraġġixxi dibattitu iktar qrib iċ-ċittadini, b'tali mod illi wieħed ikun jaf l-opinjonijiet u l-interessi tagħhom;

20. Jisħaq fuq il-ħtieġa li Membri tal-Parlament jinvolvu ruħhom aktar mill-qrib fil-proċess ta' komunikazzjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u li jsiru aktar bidliet għall-organizzazzjoni tax-xogħol tal-Parlament sabiex il-Membri jkunu jistgħu jimpenjaw ruħhom fi djalogu maċ-ċittadini fl-aktar livell lokali possibbli; jixtieq li, filwaqt li jkunu qed iseħħu l-kampanji tal-partiti politiċi, il-Membri parlamentari Ewropej ikunu involuti mill-qrib u fuq il-post fil-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej;

21. Jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi kampanji ta' komunikazzjoni lokali u fuq skala żgħira bl-involviment ta' parteċipanti lokali, u biex tippromwovi attivitajiet li jippermettu liċ-ċittadini li jkunu infurmati aħjar dwar il-pajjiżi ta' oriġini tal-immigranti kif ukoll biex dawn ikunu infurmati aħjar bid-drittijiet u d-doveri marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE, bħala l-iktar mod effettiv u sinifikattiv ta' kif jistgħu jinkisbu dawn l-għanijiet ta' komunikazzjoni, u anki biex jitkomplew l-isforzi li saru fil-kuntest tas-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali 2008.

L-Edukazzjoni, il-Midja u l-ICT, iċ-Ċittadinanza attiva

22. Jenfasizza l-importanza li l-politika u l-istorja Ewropeja jiddaħħlu fil-kurrikulum tal-iskejjel ta' kull Stat Membru sabiex jissaħħu l-valuri Ewropej, u jiġu żviluppati dipartimenti ta' Studji Ewropej fil-programmi universitarji; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-promozzjoni ta' dawn il-proġetti; jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu kors tal-iskola dwar l-istorja tal-integrazzjoni Ewropea u l-funzjonament tal-UE, biex jifforma l-bażi ta' għarfien Ewropew komuni;

23. Jenfasizza l-irwol partikolari tal-edukazzjoni ċivika bħala l-forza essenzjali li timbotta ċ-ċittadinanza attiva; jinnota l-bżonn għal appoġġ ta’ mudell attiv għall-edukazzjoni ċivika li tipprovdi liż-żgħażagħ opportunitajiet fejn ikunu involvuti b'mod dirett mal-ħajja pubblika, mar-rappreżentanti politiċi fil-livell nazzjonali, fil-livell lokali kif ukoll fil-livell Ewropew, mar-rappreżentanti ta' NGOs u ma' inizjattivi ċiviċi; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tappoġġja proġetti pilota li jippromwovu mudell ta’ edukazzjoni ċivika bħal dan fl-Istati Membri;

24. Jirrakkomanda li l-programmi bħal Erasmus, Leonardo da Vinci, Grundtvig u Comenius ikunu promossi b’mod aktar effettiv, permezz ta' komunikazzjoni aktar wiesgħa, u organizzata sabiex jitħeġġu l-aktar nies possibbli biex jipparteċipaw, tiżdied il-parteċipazzjoni minn ċittadini inqas affluwenti u biex tkun iffaċilitata l-mobilità tagħhom fl-UE; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li dawn il-programmi b'mod partikolari huma popolari ħafna maż-żgħażagħ u jagħtu kontribut importanti għas-suċċess tal-integrazzjoni Ewropea;

25. Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tal-21 ta' Diċembru 2007 li tagħti objettivi ċari dwar kif il-websajt 'Europa' tista' tinbidel f'sit web 2.0 orjentat għas-servizzi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli l-bini tas-sit il-ġdid sa mill-2009 u jemmen li l-websajt il-ġdida għandha tipprovdi forum biex iċ-ċittadini jaqsmu mal-oħrajn il-fehmiet tagħhom u jipparteċipaw fi stħarriġiet li jsiru onlajn fejn l-NGOs, l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-individwi kollha jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom tal-proġetti ta' komunikazzjoni tal-UE tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tiġbor u tippubblika fuq din il-paġna tal-web l-esperjenzi ta' dawk li jkunu bbenefikaw mill-attivitajiet finanzjati skont il-Pjan D;

26. Jilqa' b'sodisfazzjon l-idea tal-'EU Tube', peress li bi kważi 1.7 miljun spettatur, huwa għodda unika li biha jkunu kkomunikati l-politiki tal-UE fost l-utenti tal-Internet; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tħejji linji gwida dwar kampanji effiċjenti tal-Internet u biex dawn taqsamhom ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE;

27. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel użu aħjar tal-materjal awdjoviżiv li hemm disponibbli dwar l-Ewropa bis-Satellita billi jkunu stabbiliti rabtiet ma' stazzjonijiet tat-televiżjoni lokali u ma' midja komunitarja li jkunu interessati li jakkwistaw materjal bħal dan għax-xandir, sabiex tintlaħaq udjenza aktar wiesgħa;

28. Jidhirlu li n-netwerk 'Europe Direct' huwa għodda importanti biex ikunu mwieġba l-mistoqsijiet taċ-ċittadini fuq punti partikulari bil-posta jew b'telefonati bla ħlas minn kulfejn ikunu fl-UE, għodda li għandha tkompli tkun irreklamata aktar;

29. Iqis li l-oqsma tal-politika dwar il-ħarsien tal-konsumatur u s-suq intern huma ta' importanza kbira biex issir komunikazzjoni dwar l-Ewropa mal-konsumaturi u man-negozji; jitlob lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom fil-komunikazzjoni tal-benefiċċji tas-Suq Uniku fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu u jsaħħu l-komunikazzjoni u l-informazzjoni interattiva għal djalogu effikaċi bejn il-konsumaturi, in-negozji u l-istituzzjonijiet permezz ta' mezzi elettroniċi varji bi strumenti moderni u biex jikkontribwixxu għal żvilupp fil-kummerċ elettroniku (e-commerce);

30. Jitlob lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-isforzi tagħha ta' koordinazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni u tal-informazzjoni tal-konsumatur dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-konsumatur permezz ta' żieda fir-riżorsi finanzjarji u umani; jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu r-riżorsi finanzjarji u umani allokati lin-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumatur sabiex titqajjem kuxjenza u tkun żgurata l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur tal-UE u jħeġġeġ lill-Istati Membri, minħabba l-kriżi finanzjarja internazzjonali u l-livelli dejjem jogħlew tad-dejn tal-konsumaturi, biex isiru sforzi li jtejbu l-livell ta' litteriżmu finanzjarju tal-konsumaturi b'mod partikulari rigward d-drittijiet u l-obbligi tagħhom kif ukoll il-mezzi ta' rikors li jirrigwardaw it-tifdil u l-kreditu;

31. Jistieden lill-Istati Membri biex iżidu r-riżorsi umani u finanzjarji allokati għan-netwerk SOLVIT li jagħmluha possibbli li jissolvew problemi li jinħolqu minn applikazzjoni ħażina jew in-nuqqas ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità mingħajr ħlas; jitlob lill-Kummissjoni biex tħaffef is-simplifikazzjoni tas-servizzi varji għall-għoti ta' informazzjoni u ta' pariri dwar is-Suq Uniku; għalhekk, jappoġġja l-kunċett li jinsab fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2007 bl-isem "Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21" (COM(2007)0724) ta' strateġija integrata fil-għoti ta' Servizzi ta' Assistenza għas-Suq Uniku permezz tat-twaqqif ta' paġna fl-internet (single-entry); jinnota l-inizjattivi tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u dwar ir-regolamentazzjoni aħjar; b'mod partikolari, jitlob li jkun hemm titjib fl-appoġġ għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju li jirrapreżentaw sors importanti ta' impjiegi fl-Ewropa.

32.  Jinnota li Sena Ewropea tal-Volontarjat tkun opportunità ideali għall-istituzzjonijiet tal-UE biex tibni relazzjoni maċ-ċittadini; jinnota li hemm aktar minn 100 miljun voluntiera fl-UE, u jistieden lill-Kummissjoni biex tħejji l-bażi sabiex l-2011 tiġi ddikjarata bħala s-Sena Ewropea billi tressaq proposta leġiżlattiva xierqa għal dan il-għan kemm jista' jkun malajr;

33. Jenfasizza l-importanza li jitqiesu l-opinjonijiet taċ-ċittadini dwar l-Ewropa bħala figura globali, li tqis b'mod partikulari l-irwol prominenti tal-Parlament Ewropew f'dak il-qasam; għaldaqstant jinkoraġġixxi l-involviment tal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-membri tal-Kunsill fiż-żjariet ta' "Pjan D" minn Membri tal-Kummissjoni, minħabba li dawn għandhom irwol importanti biex jintlaħqu l-parlamenti nazzjonali, is-soċjetà ċivili, il-mexxejja tan-negozju u tal-junjins u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tal-Istati Membri;

34. Jinsab sodisfatt li d-dinja b'mod ġenerali qed turi interess li dejjem jiżdied fil-proġett Ewropew, u li l-UE u ċ-ċittadini tagħha qed isiru wkoll iktar konxji tal-vantaġġi tal-qsim tal-esperjenza supranazzjonali tagħhom ma' pajjiżi u reġjuni oħra, speċjalment mal-ġirien tal-UE; għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa, permezz tad-Delegazzjonijiet tagħha f'pajjiżi terzi, modi ta' kif tista' tavviċina liċ-ċittadini ta' dawk il-pajjiżi u tinfurmahom dwar il-possibiltajiet li toffri l-Unjoni Ewropea, pereżempju permezz tal-midja u ta' forom oħra ta' kultura, edukazzjoni, tagħlim tal-lingwa u mobilità jew programmi ta' skambju bħalma hu Erasmus Mundus;

35. Jinnota li, partikolarment fil-kuntest taż-żieda fl-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-UE u l-fatt li qed jinħolqu soċjetajiet multikulturali, li sar ukoll kontribut minnhom, għandhom isiru sforzi ikbar biex ikun hemm provvediment għall-integrazzjoni tal-immigranti fl-UE, jingħatalhom aċċess aħjar għall-informazzjoni dwar x'tinvolvi ċ-ċittadinanza tal-EU, pereżempju, billi jissaħħu r-rabtiet ta' sħubija bejn livelli differenti ta' gvern (lokali, reġjonali u nazzjonali) u parteċipanti mhux governattivi (eż. min iħaddem, is-soċjetà ċivili, assoċjazzjonijiet tal-migranti, il-midja u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jagħtu appoġġ lill-migranti); iqis li suċċess fl-integrazzjoni sservi ta' appoġġ għal aktar żvilupp ta' kuxjenza Ewropea multikulturali msejsa fuq it-tolleranza, id-djalogu u l-ugwaljanza;

36.     Jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi programmi u kampanji (bħalma huma ‘Id-dinja mill-perspettiva tan-nisa’) li jinkoraġġixxu l-attivitajiet soċjali, politiċi u kulturali tan-nisa, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-irwol tan-nisa fid-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet, is-sostenibilità u l-prosperità tas-soċjetà; jistieden għalhekk lit-tfajliet u n-nisa biex jingħataw tagħrif aħjar dwar il-kunċett ta' ċittadinanza Ewropea u d-drittijiet marbuta magħha, partikolarment f'reġjuni iżolati soċjalment u ġeografikament; jenfasizza li l-għan ta' dawn il-kampanji ta' informazzjoni għandhom ikunu biex titjieb il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jenfasizza l-bżonn li jiġu promossi l-miżuri bil-għan li jiġu eliminati d-distakki diġitali tal-ġeneru sabiex jingħataw lin-nisa, bl-istess kondizzjonijiet, l-għodod tal-parteċipazzjoni għad-djalogu dwar l-Ewropa; jifraħ lill-Kummissjoni dwar l-għażla tal-proġetti li għandhom jiġu kofinanzjati mill-Pjan D, mir-rappreżentazzjonijiet tagħha, li jinkludu ħafna proġetti mmexxija minn organizzazzjonijiet tan-nisa u bosta proġetti li jinvolvu lin-nisa; jinsisti fuq il-bżonn li tiġi promossa l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-oqsma tal-vjolenza relatata mal-ġeneru jew it-traffikar tal-bniedem, fejn l-involviment tas-soċjetà hija vitali jekk għandu jsir progress biex tissolva l-problema; jirrikonoxxi l-kompetenzi tan-nisa fir-rigward tas-soluzzjoni tal-problemi u tal-kunflitti u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-task forces u fil-gruppi ta' ħidma involuti fi kwistjonijiet marbuta mal-ħajja familjali, il-kura tat-tfal, l-edukazzjoni, eċċ.;

o

37. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

  • [1]  ĠU L 378, 27.12.2006, p.32
  • [2]  ĠU C 314 E, 21.12.2006, p.369.
  • [3]  ĠU C 92 E, 20.4.2006, p.403.

NOTA SPJEGATTIVA

L-Ewropa hija l-Kontinent l-Antik għal dawk li l-antenati tagħhom fl-imgħoddi kienu telqu minnha biex ifittxu kenn jew futur aħjar. L-Ewropa hija l-Kontinent tat-Tama għal dawk li jaslu hawn mill-faqar jew mit-tirannija. L-Ewropa hija Wegħda għal dawk l-Ewropej li jgħixu fil-Balkani jew fl-Ewropa tal-Lvant, u li jemmnu li l-adeżjoni li għad trid issir mal-Unjoni Ewropea se ddaħħalhom fil-klabb tal-ipprivileġġjati. U l-Ewropa hija l-Unjoni Ewropea, l-alleanza tas-sebgħa u għoxrin Stat Membru, li ċ-ċittadini tagħha rari jaqsmu l-istess illużjonijiet ottimistiċ li jkollhom il-barranin dwar l-UE: x'aktarx li spiss jikkritikaw jew anke jiċħdu l-vantaġġi tal-Unjoni. Il-professjonisti tal-komunikazzjoni tal-UE jagħmlu ħilithom kollha biex ixerrdu l-frott tal-integrazzjoni Ewropea, imma l-isforzi tagħhom xi drabi aktar jixbhu lil xi diskors milli djalogu maċ-ċittadini. Għal din ir-raġuni, ir-Rapporteur jinkoraġġixxi lill-Istituzzjonijiet Ewropej biex jagħtu bidu għal djalogu attiv maċ-ċittadini, li fih huma - iċ-ċittadini komuni, ir-rappreżentanti tal-NGOs, il-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-midja - ikunu jistgħu jgħidulna kif huma kieku kienu jikkomunikaw il-vantaġġi tal-integrazzjoni Ewropea. Ir-Rapporteur organizza konferenzi mar-rappreżentanti ta' NGOs, attivisti Ħodor(Greens) u ġurnalisti fl-Ungerija, kif ukoll ġabar ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom permezz ta' e-mails. Waħda minn dawk il-konferenzi saret f'Budapest b'aktar minn mitt parteċipant attiv, l-oħrajn saru f'Miskolc u f'Békéscsaba. Il-limitu ta' żmien u l-kapaċità tar-Rapporteur ma ppermettewx li konferenzi bħal dawn ikunu organizzati fi Stati Membri oħra, imma jkun utli ħafna jekk dan isir fil-ġejjieni.

Dawk li huma involuti fi kwistjonijiet Ewropej jew jistudjawhom, is-soltu jafu u jifhmu t-tifsira ta' integrazzjoni Ewropea. Madankollu, stħarriġiet tal-Ewrobarometru juru li anqas ma jkollhom skola ċ-ċittadini u anqas ma jkunu għonja, aktar ikun probabbli li jopponu li tkompli ssir aktar integrazzjoni Ewropea. L-idea Ewropea l-aktar li tilħaq hija t-taqsima tas-soċjetà Ewropea li hija edukata tajjeb u li hija għanja. Iċ-ċittadini ta' anqas skola u li huma anqas għanja ftit jirċievu tagħrif dwar il-politiki Ewropej, ħaġa li, barra minn hekk, timmira li tilħaq l-aktar lill-istudenti u lill-professjonisti żgħażagħ. Dik hija r-raġuni li għaliha r-Rapporteur iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex testendi d-djalogu tagħha għal gruppi speċifikati ġodda billi tfassal pjanijiet ta' komunikazzjoni speċifikati u mhux elitisti, u b'hekk tkun tista' tinvolvu fl-affarijiet tal-UE lil nies li jkunu jgħixu fi bliet u rħula żgħar, lill-klassi tal-ħaddiema u lil nies irtirati. Li jkun hemm pjanijiet ta' komunikazzjoni li jkunu biss għall-klassi elitista u għall-istudenti m'huwiex biżżejjed: in-nies tal-kampanja, il-ħaddiema tal-id u l-pensjonanti għandhom ikunu wkoll fil-mira ta' dawn il-pjanijiet.

It-televiżjoni hija waħda mill-għodda l-aktar importanti biex jintlaħqu ċ-ċittadini ordinarji u komuni. Għalhekk, ir-Rapporteur jistieden lill-Kummissjoni biex tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, permezz ta' kuntratti ta' servizz li jkunu jiżguraw indipendenza editorjali sħiħa, programmi tat-televiżjoni dwar kwistjonijiet Ewropej f'kull waħda mit-23 lingwa uffiċjali. Din il-ħaġa tkun tikkontribwixxi għaż-żieda fil-proporzjon ta' aħbarijiet marbuta mal-UE fil-midja, li fil-preżent huwa ta' 10% fl-Istati Membri u dan il-proporzjoni jerġa' huwa inqas minn dak tal-aħbarijiet marbuta mal-Istati Uniti tal-Amerika. Peress li l-ġurnalisti tagħna m'humiex agħar jew ta' talent anqas minn dawk Amerikani, stazzjon televiżiv bħal dan, li jista' jkun il-Euronews, għandu jilħaq l-influwenza, l-istandard professjonali u l-popolarità tas-CNN. Hija ħaġa inaċċettabbli wkoll li l-Euronews – proġett kofinanzjat mill-UE – ma jxandarx fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha ssib riżorsi finanzjarji għal dan il-għan. Il-Euronews għandu jirrealizza wkoll – u juri fil-programmi tiegħu – li l-Ewropa m'hijiex ugwali ma' xi pajjiżi Ewropej tal-Punent kbar; il-Finlandja, l-Ungerija jew il-Bulgarija wkoll jiffurmaw parti mill-Ewropa komuni tagħna.

Nies żgħażagħ u edukati tajjeb jistgħu, aktar minn kull ħaġa oħra, jintlaħqu permezz tal-Internet. Il-Komunikazzjoni dwar 'Nikkomunikaw dwar l-Ewropa permezz tal-Internet – Ninvolvu liċ-ċittadini', tagħti objettivi ċari dwar il-qlib tal-websajt Europa f'sit web 2.0 li jkun orjentat għas-servizzi, ħaġa li tkun tagħti l-opportunità għar-reazzjonijiet fuq il-bażi tal-fehmiet taċ-ċittadini u l-opportunità għal djalogu attiv. Is-sit il-ġdid għandu jinfetaħ qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2009 biex ikun kapaċi li jgħarraf liċ-ċittadini b'mod effettiv dwar kwistjonijiet Ewropej. L-EUTube ukoll huwa proġett interessanti, madankollu għandu anqas minn 8000 abbonat u jżuruh għadd kemxejn żgħir ta' utenti meta mqabbel mal-programmi tal-Youtube, għalhekk irid ikun imtejjeb biex jilħaq aktar spettaturi.

L-Ewropa għandha storja komuni, imma hija mgħallma u mifhuma b'modi differenti fl-Istati Membri, u anke f'din il-ħaġa hemm id-differenza bejn ir-reġjuni. Għalhekk, ir-Rapporteur qed jipproponi li jkun imfassal kurrikulu Ewropew komuni ta' sena dwar l-istorja tal-Ewropa wara l-1945 biex ikun utilizzat fl-edukazzjoni sekondarja, żviluppat b'mod konsenswali mill-esperti tal-Istati Membri fit-23 lingwa uffiċjali. Dan il-kurrikulu għandu jkopri wkoll l-istorja u l-mekkaniżmu tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, inklużi d-drittijiet tal-ħaddiema. Dan il-kurrikulu jista' jkun adottat b'mod volontarju fl-Istati Membri biex jifforma l-bażi ta' għarfien Ewropew komuni fl-iskejjel sekondarji. Ir-Rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon ukoll l-idea li jinfetaħ Mużew tal-Istorja Ewropea fi Brussell, qrib il-bini tal-Parlament Ewropew. Ir-Rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon l-idea ta' professur Ungeriż, u fuq il-parir tiegħu, jipproponi l-fondazzjoni ta' Università Miftuħa Ewropea (European Open University). Din għandha tkun miftuħa u mingħajr ħlas għaċ-ċittadini Ewropej kollha, huma x'inhuma n-nazzjonalità, l-età jew il-kwalifiki tagħhom. Il-kurrikulu komprensiv tal-Università Miftuħa Ewropea jkun ikopri l-istorja, l-objettivi, l-istituzzjonijiet, il-politiki u l-ġejjieni possibbli tal-Unjoni Ewropea. L-Università tkun tista' taħdem fil-bini ta' istituzzjonijiet edukattivi eżistenti f'koperazzjoni mal-Kummissjoni, u tkun waħda mill-mezzi li bihom titqiegħed fil-prattika d-Dikjarazzjoni Konġunta riċenti dwar 'Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija'. Madankollu, għandha tuża wkoll it-teknoloġiji l-aktar żviluppati, bħal m'huma d-diversi forom ta' tagħlim elettroniku (e-learning) u ta' webinar, sabiex jintlaħaq l-akbar għadd possibbli tal-pubbliku, u b'hekk kulħadd, kulmin irid, ikun jista' jattendi l-korsijiet.

Ftit huma ċ-ċittadini Ewropej li jagħrfu l-għanijiet komuni u l-fehmiet differenti tal-partiti politiċi Ewropej. Jekk id-differenzi politiċi fost il-Partiti Ewropej ikunu jidhru, din il-ħaġa tkun tista' tgħin liċ-ċittadini jidentifikaw ruħhom ma' diversi kunċetti dwar il-ġejjieni tal-Ewropa. Għalhekk, ir-Rapporteur jipproponi li l-Partiti Ewropej kollha jħabbru l-manifest tagħhom għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2009 f'verżjoni twila u oħra qasira wkoll, sabiex jintlaħqu taqsimiet differenti tas-soċjeta.

OPINJONI tal-Kumitat għall-affarijiet kostituzzjonali (26.1.2009)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar djalogu attiv maċ-ċittadini dwar l-Ewropa
(2008/2224(INI))

Rapporteur għal opinjoni (*): Sylvia-Yvonne Kaufmann(*) Kumitat assoċjat - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar bini fuq l-esperjenza ta’ pjan D, li jenfasizza l-importanza ta’ komunikazzjoni interattiva maċ-ċittadini Ewropej;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinvolvi gruppi interessati kbar fid-djalogu billi tipprepara pjanijiet ta’ komunikazzjoni li jkollhom l-kapaċità li jġiegħlu lir-residenti ta’ insedjamenti żgħar u lin-nies ta’ standards ta’ għixien varji u ta’ etajiet differenti jipparteċipaw fi kwistjonijiet Ewropej; jipproponi l-adottazzjoni ta’ approċċ fuq żewġ fażi sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha billi l-ewwel tiġi provduta l-informazzjoni u billi aktar tard jiġu faċilitati dibattiti fost u ma’ ċittadini infurmati;

3.  Jinnota b’sodisfazzjon li l-Kummissjoni kkunsidrat ħafna mill-ideat li l-Parlament diġà ressaq, bħall-forums taċ-ċittadini, kemm fuq livell Ewropew u kemm fuq livell nazzjonali, irwol iktar prominenti għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-użu innovattiv ta’ mezzi ġodda tal-midja;

4.  Jiddispjaċih għall-fatt li, minkejja l-isforzi u l-ideat tajba tal-Kummissjoni, is-suċċess miksub fiż-żieda tal-livell ta' għarfien u interess taċ-ċittadini Ewropej fi kwistjonijiet Ewropej kien limitat ħafna, xi ħaġa li sfortunatament dehret fir-referendum Irlandiż;

5.  Huwa tal-istess opinjoni bħall-Kummissjoni li demokrazija parteċipattiva tista’ tissupplimenta b’użu d-demokrazija rappreżentattiva; jenfasizza madanakollu li demokrazija parteċipattiva mhux biss tfisser li wieħed jisma’ liċ-ċittadin, iżda jfisser ukoll li ċ-ċittadini jingħataw opportunitajiet reali biex jinfluwenzaw il-politika Ewropea.

6.  Jiġbed l-attenzjoni li sabiex jinkisbu l-għanijiet imsemmija hawn fuq, l-istituzzjonijiet għandhom ikun ħafna aktar miftuħa u jadottaw l-approċi meħtieġa sabiex jippermettu liċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tagħhom jipparteċipaw b'mod effettiv f'kull stadju meta jkun hemm dibattitu dwar kwistjonijiet tal-UE; jinnota wkoll li l-aċċess pubbliku għal dokumenti prodotti mill-istituzzjoijiet jeħtieġ li jingħata fuq bażi kemm jista’ jkun wiesgħa, minħabba li dan huwa rekwiżit essenzjali biex issir influwenza;

7.  Ifakkar fl-opportunitajiet ġodda għal demokrazija parteċipattiva li t-Trattat ta’ Liżbona se jipprovdi, speċjalment l-inizjattiva taċ-ċittadini;

8.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni tappoġġja l-irwol tal-Parlament u tal-partiti politiċi Ewropej, u jirrikonoxxi l-bżonn li jitnaqqas id-distakk bejn il-politiki nazzjonali u Ewropej, speċjalment matul il-kampanji elettorali Ewropej;

9.  Jenfasizza l-bżonn għal sforzi koordinati u azzjoni konġunta mill-istituzzjonijiet tal-UE kollha u mill-Istati Membri biex jikkomunikaw maċ-ċittadini tal-Ewropa dwar kwistjonijiet Ewropej; jilqa’ b’sodisfazzjon id-dikjarazzjoni politika konġunta dwar komunikazzjoni adottata f’Ottubru; ifakkar, madanakollu li l-Parlament talab li jkun hemm ftehima Interistituzzjonali dwar il-politika ta’ komunikazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kollha;

10. Jenfasizza l-irwol partikolari tal-edukazzjoni ċivika bħala l-forza essenzjali li timbotta ċ-ċittadinanza attiva; jinnota l-bżonn għal appoġġ ta’ mudell attiv għall-edukazzjoni ċivika li tipprovdi liż-żgħażagħ opportunitajiet fejn ikunu involvuti b'mod dirett mal-ħajja pubblika, mar-rappreżentanti politiċi fil-livell nazzjonali, fil-livell lokali kif ukoll fil-livell Ewropew, mar-rappreżentanti ta' NGOs u ma' iniżjativi ċiviċi; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tappoġġja proġetti pilota li jippromwovu mudell ta’ edukazzjoni ċivika bħal dan fl-Istati Membri;

11. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn ir-rappreżentazzjonijiet tagħha fl-Istati Membri u l-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament Ewropew.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.1.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Barón Crespo, Richard Corbett, Jean-Luc Dehaene, Andrew Duff, Anneli Jäätteenmäki, Aurelio Juri, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Jo Leinen, Íñigo Méndez de Vigo, Ashley Mote, Adrian Severin, József Szájer, Riccardo Ventre, Andrzej Wielowieyski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Costas Botopoulos, Panayiotis Demetriou, Roger Helmer, Klaus-Heiner Lehne, Gérard Onesta, Sirpa Pietikäinen, Kathy Sinnott, Mauro Zani

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (12.2.2009)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar djalogu attiv maċ-ċittadini dwar l-Ewropa
(2008/2224(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Maria Badia i Cutchet

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' id-Dikjarazzjoni Konġunta bit-titolu "Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija", iffirmat fit-22 ta' Ottubru 2008, bl-għanijiet ċari li jintlaħqu ċ-ċittadini tal-Ewropa permezz ta' titjib tal-komunikazzjoni tal-UE min-naħa tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri;

2.  Jinnota li, skont stħarriġ riċenti tal-opinjoni pubblika, il-maġġoranza kbira tal-Ewropej huma favur li l-Ewropa titkellem b'leħen wieħed dwar kwistjonijiet ta' politika barranija; Jenfasizza l-fatt li ġiet inkluża stqarrija dwar dan b'talba taċ-ċittadini Ewropej fl-ittra miftuħa/rakkomandazzjonijiet mill-parteċipanti fil-konferenza ta' konklużjoni tas-sitt proġetti taċ-ċittadini "Pjan D" fid-9 ta' Diċembru 2007[1];

3.   Jenfasizza l-importanza li jitqiesu l-opinjonijiet taċ-ċittadini dwar l-Ewropa bħala figura globali, li tqis b'mod partikulari l-irwol prominenti tal-Parlament Ewropew f'dak il-qasam; għaldaqstant jinkoraġġixxi l-involviment tal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-membri tal-Kunsill fiż-żjariet ta' "Pjan D" minn Membri tal-Kummissjoni, minħabba li dawn għandhom rwol importanti biex jintlaħqu l-parlamenti nazzjonali, is-soċjetà ċivili, il-mexxejja tan-negozju u tal-unjins u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tal-Istati Membri; jistieden lir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew fl-Istati Membri biex itejbu l-koperazzjoni rigward il-konsultazzjoni maċ-ċittadini, il-qsim ta' informazzjoni, l-għarfien u l-ideat dwar l-UE u jipprovdu opportunitajiet għall-votanti biex jiltaqgħu mal-MEPs eletti f'pajjiżi differenti u mal-uffiċjali tal-UE;

4.   Għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibilità li fi żmien erba' snin jiġi introdott mekkaniżmu għall-konsultazzjoni ġenerali taċ-ċittadini tal-UE organizzata fuq bażi regolari dwar kwistjonijiet essenzjali li jirrigwardaw l-attivitajiet tal-UE, bħala mod biex l-UE titqarreb lejn iċ-ċittadini;

5.   Jinsab sodisfatt li d-dinja b'mod ġenerali qed turi interess li dejjem jiżdied fil-proġett Ewropew, u li l-UE u ċ-ċittadini tagħha qed isiru ukoll iktar konxji tal-vantaġġi tal-qsim tal-esperjenza supranazzjonali tagħhom ma' pajjiżi u reġjuni oħra, speċjalment mal-ġirien tal-UE; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa, permezz ta' Delegazzjonijiet ma' pajjiżi terzi, metodi biex jitqarrbu lejn iċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi u jinfurmawhom dwar l-opportunitajiet fl-Unjoni Ewropea, eżempju dwar il-medja u forom oħra ta' kultura, edukazzjoni, tagħlim ta' lingwi u mobilità jew programmi ta' skambju bħall-Erasmus Mundus;

6.   Jenfasizza l-importanza li l-politika u l-istorja Ewropeja jiddaħħlu fil-kurrikulum tal-iskejjel ta' kull Stat Membru sabiex jissaħħu l-valuri Ewropej, u jiġu żviluppati dipartimenti ta' Studji Ewropej fil-programmi universitarji; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-promozzjoni ta' dawn il-proġetti;

7.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi appoġġ finanzjarju għal proġetti li għandhom l-għan li jippromwovu l-ideat tal-UE; iqis li dawn il-programmi għandhom ikunu mfassla għal studenti fl-edukazzjoni sekondarja u terzjarja li jistgħu jinkludu l-komunitajiet lokali (villaġġi u kunsilli lokali) u jżidu l-familjarità tan-nies lokali mal-valur tal-Komunitajiet Ewropej;

8.   Jinnota li, partikolarment fil-kuntest taż-żieda fl-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-UE u l-fatt li qed jinħolqu soċjetajiet multikulturali, li sar ukoll kontribut minnhom, għandhom isiru sforzi ikbar biex ikun hemm provediment għall-integrazzjoni tal-immigranti fl-UE, jingħatalhom aċċess aħjar għall-informazzjoni dwar x'tinvolvi ċ-ċittadinanza tal-EU, pereżempju, billi jissaħħu r-rabtiet ta' sħubija bejn livelli differenti ta' gvern (lokali, reġjonali u nazzjonali) u parteċipanti mhux governattivi (eż. min iħaddem, is-soċjetà ċivili, assoċjazzjonijiet tal-migranti, il-midja u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jagħtu appoġġ lill-migranti); iqis li integrazzjoni ta' suċċess għandha tkun ta' appoġġ għal aktar żvilupp ta' kuxjenza Ewropea multikulturali msejsa fuq it-tolleranza, id-djalogu u l-ugwaljanza;

9.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi kampanji ta' komunikazzjoni lokali u fuq skala żgħira bl-involviment ta' parteċipanti lokali, u biex tippromwovi attivitajiet li jippermettu liċ-ċittadini li jkunu infurmati aħjar dwar il-pajjiżi ta' oriġini tal-immigranti, bħala l-iktar mod effettiv u sinifikattiv ta' kif jistgħu jinkisbu dawn l-għanijiet ta' kommunikazzjoni, u anki biex jitkomplew l-isforzi li saru fil-kuntest tas-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali 2008.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

11.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

64

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sir Robert Atkins, Angelika Beer, Bastiaan Belder, André Brie, Colm Burke, Véronique De Keyser, Giorgos Dimitrakopoulos, Michael Gahler, Jas Gawronski, Georgios Georgiou, Alfred Gomolka, Richard Howitt, Jana Hybášková, Anna Ibrisagic, Ioannis Kasoulides, Metin Kazak, Maria Eleni Koppa, Helmut Kuhne, Joost Lagendijk, Willy Meyer Pleite, Francisco José Millán Mon, Pasqualina Napoletano, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Raimon Obiols i Germà, Vural Öger, Janusz Onyszkiewicz, Ria Oomen-Ruijten, Ioan Mircea Paşcu, João de Deus Pinheiro, Hubert Pirker, Samuli Pohjamo, Pierre Pribetich, Raül Romeva i Rueda, Libor Rouček, Christian Rovsing, Flaviu Călin Rus, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Marek Siwiec, Hannes Swoboda, Konrad Szymański, Charles Tannock, Inese Vaidere, Kristian Vigenin, Andrzej Wielowieyski, Jan Marinus Wiersma, Zbigniew Zaleski, Josef Zieleniec

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexandra Dobolyi, Árpád Duka-Zólyomi, James Elles, Martí Grau i Segú, Milan Horáček, Aurelio Juri, Evgeni Kirilov, Alexander Graf Lambsdorff, Marios Matsakis, Yiannakis Matsis, Erik Meijer, Nickolay Mladenov, Alexandru Nazare, Doris Pack, Athanasios Pafilis, Rihards Pīks, Jean Spautz

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Emine Bozkurt, Ioannis Gklavakis, José Albino Silva Peneda, Antonios Trakatellis, Nikolaos Vakalis

  • [1]  Ara l-Punt 17: "F'dinja globali, jagħmel sens li l-UE tieħu fuqha nnifisha iktar responsabilità milli għandha llum fil-qasam tal-azzjoni militari, għajnuna barranija u r-relazzjonijiet diplomatiċi. L-UE għandha tkun tista' titkellem b'leħen wieħed fuq livell globali biex tiddefendi l-valuri tagħha."

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (23.1.2009)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar djalogu attiv maċ-ċittadini dwar l-Ewropa
(2008/2224(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Magor Imre Csibi

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Iqis li l-oqsma tal-politika dwar il-ħarsien tal-konsumatur u s-suq intern huma ta' importanza kbira biex issir komunikazzjoni dwar l-Ewropa mal-konsumaturi u man-negozji; jitlob lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom fil-komunikazzjoni tal-benefiċċji tas-Suq Uniku fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu u jsaħħu l-komunikazzjoni u l-informazzjoni interattiva għal djalogu effikaċi bejn il-konsumaturi, in-negozji u l-istituzzjonijiet permezz ta' mezzi elettroniċi varji bi strumenti moderni u biex jikkontribwixxu għal żvilupp fil-kummerċ elettroniku;

2.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2008 bl-isem "Niddibattu l-Ewropa – nibnu fuq l-esperjenza ta' Pjan D għal Demokrazija, Djalogu u Dibattitu" (COM(2008)0158) bħala inizjattiva utli biex terġa' tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini fil-Proġett Ewropew Konġunt wara r-riżultati negattivi tal-aħħar referenda; jitlob li jkun hemm qafas ta' komunikazzjoni effikaċi bejn is-soċjetà ċivili u l-Unjoni Ewropea li jagħti ċans liċ-ċittadini biex ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv fi kwistjonijiet Ewropej; iqis li huwa essenzjali li l-Membri kollha tal-Parlament Ewropew, il-Membri tal-Kummissjoni, u l-persunal tal-Istituzzjonijiet Ewropej jistgħu jivvjaġġaw madwar l-Unjoni Ewropea biex jiddjalogaw maċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha, jifhmu aħjar is-sitwazzjoni tagħhom u jispjegawlhom ix-xogħol leġiżlattiv li jkun għaddej;

3.   Jistieden lill-Kummissjoni biex twessa' l-limiti tal-opinjonijiet tal-partijiet interessati li nstemgħu waqt il-konsultazzjonijiet tal-leġiżlazzjonijiet tal-UE; f'dan il-kuntest jenfasizza l-importanza tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, bħalma huma n-netwerks tal-professjonisti u tal-konsumaturi fil-livelli kollha, kemm dawk transnazzjonali kif ukoll dawk lokali, li jipprovdu pjattaformi għal skambju ta' opinjonijiet infurmat dwar il-politiki tal-UE u b'hekk jikkontribwixxu għal kwalità aħjar ta' leġiżlazzjoni tal-UE; jagħraf il-problemi fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni u jħeġġeġ lill-konsumaturi u lin-negozjanti biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u biex jirrappurtaw il-problemi attwali lill-istituzzjonijiet tal-UE;

4.   Jistieden lill-Istati Membri biex iżidu r-riżorsi umani u finanzjarji allokati lin-netwerk għas-soluzzjoni tal-problemi, is-SOLVIT li jippermetti li jiġu solvuti problemi ta' applikazzjoni ħażina tal-leġiżlazzjoni Komunitarja jew nuqqas ta' applikazzjoni tagħha bla ħlas; jitlob lill-Kummissjoni biex tħaffef is-simplifikazzjoni tas-servizzi varji li jagħtu informazzjoni u pariri dwar is-Suq Uniku; għalhekk, jappoġġja l-kunċett li jinsab fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2007 bl-isem "Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21" (COM(2007)0724) ta' strateġija integrata fil-għoti ta' Servizzi ta' Assistenza għas-Suq Uniku permezz tat-twaqqif ta' paġna fl-internet ta' darba;

5.   Jitlob lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-isforzi tagħha ta' koordinazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni u tal-informazzjoni tal-konsumatur dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-konsumatur permezz ta' żieda fir-riżorsi finanzjarji u umani; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu r-riżorsi finanzjarji u umani allokati għan-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumatur sabiex isiru magħrufa u applikati aħjar id-drittijiet tal-konsumatur tal-UE;

6.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri, meta jitqiesu l-kriżi finanzjarja globali u l-livelli ta' dejn tal-konsumaturi li dejjem qed jiżdiedu, biex jagħmlu sforz ħalli jtejbu l-livell ta' litteriżmu finanzjarju tal-konsumaturi b'mod partikulari rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħhom kif ukoll il-possibiltajiet ta' rikors tagħhom fi kwistjonijiet dwar it-tifdil u l-kreditu;

7.   Jistieden lit-tliet istituzzjonijiet ewlenin biex jikkunsidraw il-possibilità li jsiru diskussjonijiet konġunti miftuħa li jiżdiedu fuq id-dibattiti miftuħa tal-Parlament Ewropew, li fihom jindirizzaw suġġetti li jolqtu lill-konsumaturi u l-ħajja tagħhom ta' kuljum u dan sabiex tissaħħilhom il-fiduċja fis-suq intern u fil-protezzjoni tal-konsumatur;

8.   Jinnota l-inizjattivi tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u dwar ir- regolamentazzjoni aħjar; b'mod partikulari, jitlob li jkun hemm titjib fl-appoġġ għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju li jirrappreżentaw sors ta' impjiegi importanti fl-Ewropa.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.1.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian Silviu Buşoi, Charlotte Cederschiöld, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Martí Grau i Segú, Malcolm Harbour, Iliana Malinova Iotova, Kurt Lechner, Toine Manders, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Wolfgang Bulfon, Colm Burke, Giovanna Corda, Joel Hasse Ferreira, Olle Schmidt

Sostituti (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Michel Teychenné

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (13.2.2009)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar djalogu attiv maċ-ċittadini dwar l-Ewropa
(2008/2224(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Emmanouil Angelakas

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jemmen li r-reġjuni huma ċ-ċentri l-iktar xierqa biex jitħeġġeġ l-ideal Ewropew u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-iktar korpi kompetenti biex jitħeġġeġ id-djalogu maċ-ċittadini minħabba li josservaw il-ħajja tagħhom ta' kuljum mill-qrib; jesprimi sodisfazzjon f'dan ir-rigward li l-UE adottat miżuri biex tiddeċentralizza l-politika dwar il-komunikazzjoni;

2.   Jixtieq li l-awtoritajiet lokali jissodisfaw aħjar l-obbligi ta' informazzjoni tagħhom dwar l-għajnuna li jirċievu mill-Unjoni Ewropea u jenfasizza wkoll li l-proattività tar-rappreżentanti eletti lokali u reġjunali hija essenzjali għall-iżvilupp tal-informazzjoni u t-taħriġ; jifraħ f'dan ir-rigward bil-ħolqien ta' programm Erasmus għar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali;

3.  Jisħaq li l-politika ta' koeżjoni tal-UE hija bażi ewlenija għall-integrazzjoni Ewropea u s-solidarjetà soċjali; iqis, għaldaqstant, li għandha titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini dwar l-isforzi u l-effetti speċifiċi tal-politika tal-Komunità fuq il-ħajja tagħhom ta' kuljum, u b'hekk jiġi enfasizzat il-kontribut tal-UE u l-vantaġġi tal-proġett Ewropew komuni;

4.   Jenfasizza li l-involviment ta' partijiet imsieħba fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Fondi Strutturali 2007-2013, jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex titħeġġeġ il-politika ta' koeżjoni tal-UE u biex titqarreb lejn iċ-ċittadini; jenfasizza li dawn il-partijiet imsieħba għandhom opportunità unika biex jaraw b'mod dirett il-kwistjonijiet reali li huma ta' interess prinċipali għaċ-ċittadini; jitlob għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-prinċipju tas-sħubija jiġi implimentat korrettament f'livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; jenfasizza li hu importanti li l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali jagħmlu użu mill-possibilitajiet finanzjarji eżistenti provduti mill-ESF, sabiex itejbu l-ħiliet tal-partijiet imsieħba, speċjalment fir-rigward tat-taħriġ;

5.  Jappoġġja l-isforzi tal-Kumitat tar-Reġjuni biex isaħħaħ il-konsultazzjoni f'livell reġjonali u biex jinkludi netwerks reġjonali u parteċipanti lokali u reġjonali prinċipali f'dan il-proċess sabiex jinkoraġġixxi dibattitu fil-livell taċ-ċittadini li jqis l-opinjonijiet u l-interessi tagħhom;

6.  Jipproponi l-ħolqien ta' sistema ta' komunikazzjoni permanenti u interattiva bejn l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini Ewropej b'kampanji frekwenti ta' natura lokali u reġjonali mill-UE, bl-assistenza tal-midja reġjonali u l-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili, l-NGOs, il-kmamar tal-kummerċ, it-trejdunjins u l-organizzazzjonijiet professjonali;

7.  Jenfasizza l-bżonn, fil-kuntest tal-elezzjonijiet Ewropej li ħa jsiru dalwaqt, għall-informazzjoni f'livell lokali u reġjonali għaċ-ċittadini, u speċjalment għaż-żgħażagħ, u dawk li ħa jivvutaw għall-ewwel darba; f'kuntest iktar ġenerali, jenfasizza l-importanza tal-involviment tal-MEPs, flimkien mal-uffiċjali eletti lokali u reġjonali, fil-proċess ta' konsultazzjoni maċ-ċittadini fir-reġjuni tagħhom, minħabba li huma l-vuċi tal-pubbliku fl-UE;

8.   Jenfasizza l-importanza u l-valur tal-proċess ta' konsultazzjoni bħala għodda effikaċi biex jiġu involuti ("empowering") iċ-ċittadini, billi jkunu mogħtija s-setgħa li jikkontribwixxu b'mod dirett fil-proċess politiku fil-livell tal-Unjoni Ewropea, jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri ġodda biex ixxerred informazzjoni fil-waqt dwar konsultazzjonijiet futuri tal-UE permezz tal-midja u ta' fora oħra adegwati fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;

9.   Jixtieq li, filwaqt li jkunu qed iseħħu l-kampanji tal-partiti politiċi, il-Membri Parlamentari Ewropej ikunu involuti mill-qrib u fuq il-post fil-kampanja istituzzjonali tal-Unjoni;

10. Jenfasizza l-importanza partikolari tal-ħolqien ta' kollegamenti koeżivi ta' komunikazzjoni b'kontenut maħsub għall-udjenzi partikolari kemm bejn l-UE u r-reġjunijiet b'karatteristiċi partikolari kif ukoll bejn l-UE u gruppi soċjali partikolari;

11.  Jinnota li Sena Ewropea għall-Volontarjat tkun opportunità ideali biex l-Istituzzjonijiet tal-UE jikkomunikaw maċ-ċittadini, jirrimarka li l-UE għandha fi ħdanha 'l fuq minn 100 miljun volontarju; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tħejji kollox sabiex l-2011 tkun is-Sena Ewropea għall-Volontarjat, billi tressaq mill-aktar fis proposta leġiżlattiva xierqa f'dan ir-rigward;

12.  Jenfasizza l-irwol sinifikanti li kellhom il-Fondi Strutturali fit-trawwim tal-kooperazzjoni transkonfinali permezz ta' proġetti u ta' programmi Komunitarji; jenfasizza li dan inkoraġġixxa lill-iżvilupp ta' ċittadinanza attiva u ta' demokrazija parteċipattiva, jitlob lill-Kummissjoni biex tkopli tappoġġja proġetti u programmi ta' dan it-tip u taħdem fi sħab magħhom;

13. Japprova l-idea tal-ħolqien ta' Università Miftuħa Ewropea (European Open University), sakemm din ikollha rabtiet b'saħħithom mar-reġjuni tal-Istati Membri, bl-iskop li tiffaċilita t-taħriġ għaċ-ċittadini u l-informazzjoni, il-komunikazzjoni, l-interattività u l-kollegamenti bejn iċ-ċittadini kollha, partikolarment iż-żgħażagħ fir-reġjuni.

14. Jenfasizza li l-intergruppi tal-Parlament Ewropew iwettqu bis-sħiħ l-irwol tagħhom ta' intermedjarji għaċ-ċittadini, strument li ġenwinament jorbot l-isfera politika mas-soċjetà ċivili.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

12.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Rolf Berend, Victor Boştinaru, Wolfgang Bulfon, Giorgio Carollo, Bairbre de Brún, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Monica Giuntini, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Gábor Harangozó, Mieczysław Edmund Janowski, Gisela Kallenbach, Evgeni Kirilov, Miloš Koterec, Constanze Angela Krehl, Florencio Luque Aguilar, Jamila Madeira, Iosif Matula, Miroslav Mikolášik, Jan Olbrycht, Maria Petre, Markus Pieper, Giovanni Robusti, Wojciech Roszkowski, Bernard Soulage, Catherine Stihler, Margie Sudre, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emanuel Jardim Fernandes, Stanisław Jałowiecki, Zita Pleštinská, Samuli Pohjamo, Christa Prets, Flaviu Călin Rus, Richard Seeber, László Surján, Iuliu Winkler

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sepp Kusstatscher, Toine Manders

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (20.1.2009)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar djalogu attiv maċ-ċittadini dwar l-Ewropa
(2008/2224(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Claire Gibault

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi, minkejja li ċ-ċittadini huma dejjem iktar infurmati, ħafna drabi huma għadhom imwarrba mill-istrutturi politiki, speċjalment fil-kuntest tal-azzjonijiet imnidija mill-Unjoni Ewropea u fl-Unjoni Ewropea,

1.   Ifakkar li l-maġġoranza tan-nisa ivvutaw ‘le’ fl-aħħar referenda dwar l-Ewropa: 56 % fi Franza (Flash Eurobarometre 171), 63 % fl-Olanda (id.172) u 56% fl-Irlanda (id. wara li kkunsidra li din il-votazzjoni negattiva ġejja, fost l-oħrajn, minn involviment dgħajjef tal-istituzzjonijiet Ewropej fil-politiki li jikkonċernaw b’mod dirett in-nisa u li huma l-bażi ta’ inugwaljanzi persistenti bejn is-sessi, bħalma huma l-politiki fir-rigward tar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja u fir-rigward tal-għajnuna għall-persuni dipendenti ;

2.   Jenfasizza li fost is-27 rakkomandazzjoni tal-ittra miftuħa tal-parteċipanti tal-konferenza tal-għeluq tas-sitt proġetti taċ-ċittadini tal-pjan D, bl-isem “Il-futur tal-Ewropa – Proġett għaċ-Ċittadini”, l-Unjoni Ewropea intalbet tieħu azzjoni iktar effikaċi fil-qasam tal-politika soċjali u tal-koeżjoni soċjali, speċjalment bil-għan li jiġu miġġielda d-diskrepanzi fis-salarji u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, filwaqt li b’mod ġenerali tingħata attenzjoni speċifika għal dawn il-kwistjonijiet ta’ ugwaljanza li ħafna drabi huma skartati;

3.   jitlob analizi sħiħa tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni fl-Ewropa sabiex jiġi identifikat u promoss l-irwol tagħhom bħala fattur li jgħaqqad fis-soċjetà;

4.   Jinsisti fuq l-irwol tan-nisa fl-Unjoni u jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet Ewropej jistabbilixxu, b’koperazzjoni mal-Istati Membri, sistemi sostenibbli li jikkunsidraw ir-relazzjonijiet soċjali u l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa fil-politiki pubbliċi kollha;

5.    Jitlob li l-bniet u n-nisa jkunu infurmati aħjar dwar il-kunċett taċ-ċittadinanza Ewropea u drittijiet relatati magħha, speċjalment fir-reġjuni li huma soċjalment u ġeografikament iżolati; jenfasizza li l-kampanji ta' informazzjoni għandu jkollhom bħala objettiv il-parteċipazzjoni ikbar tan-nisa fil-ħajja politika u fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet;

6.   Jifraħ lill-Kummissjoni għall-għażla ta’ proġetti kofinanzjati, fil-qafas ta’ pjan D permezz tar-rappreżentazzjonijiet tagħha, proġetti li jinkludu diversi organizzazzjonijiet femminili u diversi proġetti li jikkonċernaw lin-nisa;

7.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi programmi u kampanji (bħalma huma ‘Id-dinja mill-perspettiva tan-nisa’) li jinkoraġġixxu l-attivitajiet soċjali, politiċi u kulturali tan-nisa, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-irwol tan-nisa fid-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet, id-durabilità u l-prosperità tas-soċjetà ;

8.   Jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jiżviluppaw iktar milli kampanji ta' komunikazzjoni u ta' marketing, politiki ekonomiċi u soċjali bħala reazzjoni għall-aspettattivi u għall-bżonnijiet taċ-ċittadini tal-Istati Membri; jappoġġja, per eżempju f'dan is-sens, il-proposti tal-Kummissjoni fil-qasam tal-liv parentali li għandhom l-għan li jsaħħu l-prinċipju ta' konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja familjali, filwaqt li jippermettu liċ-ċittadini Ewropej biex ikollhom in-numru ta' tfal li jixtiequ u b'hekk jirreaġixxu għad-defiċit demografiku li huma ta' theddida ekonomika u soċjali għall-kontinent tagħna;

9.   Jirrikonoxxi l-kompetenzi tan-nisa fir-rigward tas-soluzzjoni tal-problemi u tal-kunflitti u jitlob b'mod immedjat lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-task forces u fil-gruppi ta' ħidma ddedikati għall-ħajja familjali, il-kura tat-tfal, l-edukazzjoni, eċċ.;

10. Jinsisti fuq il-bżonn li tiġi promossa l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini nisa u rġiel fosthom fl-oqsma tal-vjolenza relatata mal-ġeneru jew it-traffikar tal-bniedem, għal min l-implikazzjoni tas-soċjetà hija indispensabbli biex javvanzaw fis-soluzzjoni għall-problemi ;

11. Jenfasizza l-bżonn li jiġu promossi l-miżuri bil-għan li jiġu eliminati d-distakki diġitali tal-ġeneru sabiex jingħata lin-nisa, bl-istess kondizzjonijiet, l-għodod tal-parteċipazzjoni għad-djalogu dwar l-Ewropa;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

20.1.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Emine Bozkurt, Hiltrud Breyer, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Claire Gibault, Lívia Járóka, Urszula Krupa, Roselyne Lefrançois, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Eva-Britt Svensson, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriela Creţu, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Maria Petre

OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (11.2.2009)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar djalogu attiv maċ-ċittadini dwar l-Ewropa
(2008/2224(INI))

Rapporteur:Kathy Sinnott

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet talab lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex fil-mozzjoni tiegħu għal riżoluzzjoni jinkludi dawn is-suġġerimenti li ġejjin:

A.  billi l-għarfien tal-Unjoni Ewropea, kemm dwar il-politiki tagħha u kif taħdem, kif ukoll dwar drittijiet garantiti mit-Trattati, huwa fundamentali sabiex iċ-ċittadini jerġgħu jiksbu l-fiduċja fl-istituzzjonijiet Ewropej,

B.   billi Unjoni Ewropea demokratika u trasparenti tiddependi mill-progress tad-djalogu bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet Ewropej, inkluż il-Parlament, kif wkoll mid-dibattitu kostanti dwar l-Ewropa fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali,

1.   Iqis li hu essenzjali li jkun hemm djalogu attiv bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha biex jitwettqu fil-prattika l-prinċipji u l-valuri tal-proġett tal-Unjoni Ewropea, iżda jagħraf li s’issa l-komunikazzjoni ma kellhiex suċċess kbir;

2.   Jikkunsidra li sabiex ikun hemm djalogu effettiv jeħtieġ li jkun hemm sistema ta' komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet, li jfisser li għandu jingħata ċ-ċans li jinstema' leħen iċ-ċittadini u li jingħataw tweġibiet xierqa għat-tħassib tagħhom;

3.   Jissuġġerixxi li huwa importanti wkoll li tingħata ħarsa lejn x’qegħdin jikkomunikaw l-azzjonijiet u jitqabbel kif dan qiegħed ivarja mill-messaġġ li l-UE trid twassal liċ-ċittadini tagħha;

4.   Billi, skont l-Ewrobarometru, 85% tal-adulti jafu li għandhom id-dritt li jibagħtu petizzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea, l-Ombudsman Ewropew u lill‑Parlament Ewropew, bit-23 lingwa uffiċjali, jikkunsidra li l-petizzjonijiet imressqa miċ-ċittadini kif ukoll ix-xogħol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet huma mezzi ewlenin għall-komunikazzjoni diretta tal-UE maċ-ċittadini tagħha; jenfasizza li dan huwa rifless fiż-żieda qawwija fl-għadd ta’ petizzjonijiet imressqa miċ-ċittadini u jemmen li l-għadd u l-importanza tal-petizzjonijiet se jiżdiedu fil-ġejjieni;

5.   Ifakkar li d-dritt tal-petizzjoni huwa strument demokratiku essenzjali li l-Unjoni Ewropea toffri liċ-ċittadini tagħha sabiex ikunu jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom u li fost il-prijoritajiet ta' kwalunkwe politika komuni għall-komunikazzjoni jeħtieġ li jkun hemm l-inkoraġġiment ta' dan id-dritt u li jiġi żgurat li dan id-dritt jintuża;

6.   Ifakkar li l-Parlament, permezz tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, jirċievi l-ilmenti diretti taċ-ċittadini dwar il-ksur mill-awtoritajiet nazzjonali tad-drittijiet li jinsabu fit-Trattati u fil-liġi derivata; għalhekk jissuġġerixxi li l-UE tagħti messaġġ proattiv liċ-ċittadini tagħha billi tenfasizza l-importanza tax-xogħol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

7.   Jipproponi li, biex dan isir, iridu jingħataw aktar riżorsi lis-Segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li diġà hu mgħobbi wisq b'xogħol, sabiex il-mod kif jiġu mistħarrġa l-petizzjonijiet iwassal għal soluzzjonijiet konkreti u mgħaġġla, biex hekk jintbagħat messaġġ ċar dwar l-Ewropa u jkun hemm l-ogħla livell possibbli ta' komunikazzjoni permezz tal-azzjoni;

8.   Jilqa’ l-web-streaming tal-proċedimenti tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet bħala żvilupp pożittiv u xieraq li se jżid il-kuntatt, il-fehim u t-trasparenza fil-qasam tal-komunikazzjoni u jżid il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proġett tal-Unjoni Ewropea, kif tixhed iż-żieda fl-għadd ta’ petizzjonijiet sena wara l-oħra; jikkunsidra li din il-prospettiva ssaħħaħ aktar il-ħtieġa li jiġu allokati aktar riżorsi umani lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

9.   Jirrakkomanda li għandha tittejjeb il-proċedura tat-trattament tal-petizzjonijiet billi tiġi mħeġġa ħafna, sa mill-ewwel fażijiet tal-proċess, koperazzjoni istituzzjonalizzata mar-rappreżentanti uffiċjali tal-Istati Membri meta dan ikun meqjus meħtieġ mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

10. Jagħraf li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu jagħti aktar attenzjoni lill-petizzjonijiet kollha, iżda jirrakkomanda tweġiba aktar proattiva għal-petizzjonijiet validi bl-involviment tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tul l-istadji kollha tal-proċess tal-petizzjoni sal-konklużjoni tagħha; jemmen li stħarriġ sistematiku bħal dan u li jkollu segwitu bir-reqqa, jista' jgħolli l-profil ta’ dan il-mezz ta' komunikazzjonijiet u jżied il-komunikazzjoni permezz tal-azzjoni;

11. Jemmen li għandha tingħata kunsiderazzjonijiet speċjali lill-Inizjattiva taċ-Ċittadini; iqis ukoll barra minn hekk li dan l-istrument ġdid ta’ parteċipazzjoni jista’ jitqies biss bħala demokratiku jekk il-Kummissjoni tkun obbligata tressaq proposti leġiżlattivi bħala reazzjoni għall-inizjattivi ffirmati minn miljun ċittadin; jemmen ukoll li l-Inizjattivi taċ-Ċittadini, bħala regola, għandhom ikunu referuti lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet.

12. Jisħaq fuq il-ħtieġa li Membri tal-Parlament jinvolvu ruħhom aktar fil-proċess ta' komunikazzjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll li jsiru bidliet fl-organizzazzjoni tax-xogħol tal-Parlament sabiex il-Membri Parlamentari jkunu jistgħu jimpenjaw ruħhom fi djalogu maċ-ċittadini fl-aktar l-livell lokali possibbli;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

11.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sir Robert Atkins, Margrete Auken, Alessandro Battilocchio, Victor Boştinaru, Simon Busuttil, Michael Cashman, Alexandra Dobolyi, Glyn Ford, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Cristina Gutiérrez-Cortines, David Hammerstein, Carlos José Iturgaiz Angulo, Marcin Libicki, David Martin, Miguel Angel Martínez Martínez, Manolis Mavrommatis, Mairead McGuinness, Willy Meyer Pleite, Gay Mitchell, José Javier Pomés Ruiz, Nicolae Vlad Popa, Andreas Schwab, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Rainer Wieland

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Thijs Berman, Daniel Caspary, Roger Helmer, Mieczysław Edmund Janowski, Henrik Lax, Juan Andrés Naranjo Escobar

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vicente Miguel Garcés Ramón, Jules Maaten, Teresa Riera Madurell, Frédérique Ries, Ewa Tomaszewska

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

17.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

1

11

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Giovanni Berlinguer, Guy Bono, Nicodim Bulzesc, Marie-Hélène Descamps, Věra Flasarová, Milan Gaľa, Claire Gibault, Vasco Graça Moura, Lissy Gröner, Luis Herrero-Tejedor, Ruth Hieronymi, Ramona Nicole Mănescu, Adrian Manole, Manolis Mavrommatis, Ljudmila Novak, Doris Pack, Christa Prets, Karin Resetarits, Pál Schmitt, Hannu Takkula, Helga Trüpel

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Gyula Hegyi, Iosif Matula, Christel Schaldemose, Ewa Tomaszewska

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Raül Romeva i Rueda, Salvador Domingo Sanz Palacio, Alejo Vidal-Quadras