Proċedura : 2009/2008(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0113/2009

Testi mressqa :

A6-0113/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/03/2009 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0104

RAPPORT     
PDF 120kDOC 56k
27 ta' Frar 2009
PE 420.099v01-00 A6-0113/2009

dwar Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009

(6952/2009 – C6-0075/2009 – 2009/2008(BUD))

Taqsima III – Kummissjoni

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 Nota Spjegattiva
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni

(6952/2009 – C6-0075/2009 – 2009/2008(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 38,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2008(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(3),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 1/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-23 ta' Jannar 2009 (COM(2009)0022),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit li jemenda Nru 1/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fil-xxx 2009 (6952/2009 – C6 0075/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6–0113/2009),

A. billi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1 għall-baġit ġenerali 2009 jkopri l-punti li ġejjin:

–   Il-mobbilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta' EUR 11,8 miljun f'approprjazzjonijiet tal-impenn u tal-pagamenti rigward l-effetti tal-għargħar li laqtu r-Rumanija f'Lulju 2008,

–   Tnaqqis korrispondenti fl-approprjazzjonijet tal-pagamenti ekwivalenti għal EUR 11.8 miljun mil-linja 13 03 16 - il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Konverġenza,

B.  billi l-għan tal-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2009 huwa biex jiddaħħlu dawn l-emendi baġitarji b'mod formali fil-baġit 2009,

1.  Jinnota l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 1/2009, li huwa t-tielet baġit ta' emenda ddedikat biss għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, kif mitlub mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f'dikjarazzjoni konġunta adottata waqt il-laqgħa ta' Konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008;     

2.  Japprova l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2009 mingħajr emendi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)

Testi adottati, P6_TA(2008)0622.

(3)

ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Nota Spjegattiva

Skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni Ewropea tista' tressaq abbozz preliminari ta' baġits ta' emenda jekk ikun hemm "ċirkustanzi li ma jistgħux jiġu evitati, li jkunu eċċezzjonali jew li ma jkunux prevedibbli".

Dwar il-punti varji tal-Abbozz tal-Baġit ta' Emenda Nru 1/2009 r-rapporteur tagħkom għandu dawn il-kummenti li ġejjin:

1.        Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea fit-23 ta' Jannar 2009 pproponiet Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà, li hija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet ta' punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 u fuq ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (EUSF) tal-11 ta' Novembru 2002. Hu importanti li wieħed jinnota li l-għan tal-Fond hu li jipprovdi assistenza finanzjarja bħala kontribuzzjoni biex il-kundizzjonijiet normali tal-ħajja fir-reġjun jew fil-pajjiż jerġgħu jiġu għal li kienu mill-aktar fis f'każ ta' diżastri naturali. Il- Fond mhuwiex maħsub biex jikkumpensa danni privati.

Ta' min jinnota li fis-sena baġitarja 2008 il-Fond kien mobilizzat erba' darbiet, favur ir-Renju Unit (EUR 162,387,985), il-Greċja (EUR 89,769,009), is-Slovenja (EUR 8,254,203) u Ċipru (EUR 7,605,445) rispettivament.

Waqt il-Konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stqarrew f'Dikjarazzjoni Konġunta li "jilqgħu l-impenn tal-Kummissjoni li minn issa 'l quddiem, kull Abbozz Preliminari ta' Baġit ta' Emenda meħtieġ għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà se jkun biss għal dan l-iskop." Din il-proposta hija t-tielet baġit ta' emenda - mid-dikjarazzjoni 'l hawn - li jqis biss il-mobilizzazzjoni tal-EUSF.

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni billi din hi konformi mal-impenn li ttieħed fis-17 ta' Lulju 2008.

2.       Il-finanzjament

Fl-Artikolu 26(1) tal-Ftehima Interistituzzjonali ta' Mejju 2006 l-ammont annwali totali tal-Fond ta' Solidarjetà kien iffissat għal EUR 1 biljun.

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li l-fond jiġi mobilizzat għal ammont totali ta' EUR 11,785,377 favur ir-Rumanija, minħabba li dan il-pajjiż ġarrab għargħar kbar f'Lulju 2008. L-ammont ta' kumpens għar-Rumanija se jħalli mill-inqas 25% tal-EUSF biex jiġu allokati fl-aħħar trimestru tas-sena, kif previst mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament li jistabbilixxi l-EUSF.

Il-Kummissjoni tipproponi li talloka l-ammont ta' EUR 11.8 miljun mil-linja 13 03 16 tal-baġit (Konverġenza għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF)) għal-linja 13 06 01 (EUSF) tal-baġit. Il-krediti tal-mobilizzazzjoni tal-EUSF huma trasferiti fi ħdan it-titolu baġitarju 13 - Politika Reġjonali, iżda se jgħaddu mill-Intestatura 1b (Tkabbir sostenibbli - Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi) għall-Intestatura 3b (Ċittadinanza) tal-MFF.

Il-Kummissjoni fil-proposta tagħha tiddikjara li "l-implimentazzjoni tal-linja 13 03 16 se tiġi mmonitorjata mill-qrib tul is-sena baġitarja".

Ir-rapporteur jieħu nota tar-rimarki fl-ittra taċ-Chairman tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali liċ-Chairman tal-Kumitat għall-Baġits tat-12 ta' Frar 2009 li fiha l-kumitat speċifikat jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni għall-mobilizzazzjoni.

Ir-rapporteur jipproponi li jiġi aċċettat l-Abbozz propost tal-Baġit ta' Emenda 1/2009 mingħajr ma jiġi emendat.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.2.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

 

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Salvador Garriga Polledo, Janusz Lewandowski, Mario Mauro, Alexandru Nazare, Theodor Dumitru Stolojan, László Surján, Vasilica Viorica Dăncilă, Vicente Miguel Garcés Ramón, Jutta Haug, Ralf Walter, Daniel Dăianu, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Rübig, Peter Šťastný, Hans-Peter Martin, Juan Fraile Cantón,

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Marzu 2009Avviż legali