– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0842),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 26, 37 u 308 tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0019/2009),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0129/2009),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu mħaffef ta’ xogħol għal kodifikazzjoni uffiċjali ta’ testi leġiżlattivi, u b’mod partikulari punt 4 tagħha, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fl-20 ta’ Jannar, 2009 biex jeżamina l-proposta msemmija sottomessa mill-Kummissjoni.
Waqt dik il-laqgħa(1), eżami tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkodifika r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta’ Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali kellu r-riżultat li l-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv stabbilixxa bi qbil komuni, kif ġej.
1) Fl-Artikolu 109, it-tieni inċiż tal-Artikolu 114 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 għandu jiddaħħal mill-ġdid f’għamla adattata. B’konsegwenza ta’ dik il-bidla, it-test tal-Artikolu 109 fil-proposta ta’ kodifikazzjoni għandu jaqra kif ġej:
"Artikolu 109
1. Stati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont ta’ ħieles mid-dazju permess fil-każ ta’:
(a) vetturi kummerċjali bil-mutur impenjati fit-trasport internazzjonali għaz-zona tal-fruntiera tagħhom sa fond massimu ta’ 25 km f’linja dritta, sakemm tali vjaġġi jsiru minn persuni li joqogħdu fiz-zona tal-fruntiera;
(b) vetturi privati li jappretienu lil persuni li jerresjedu fiz-zona tal-fruntiera.
2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, "iz-zona tal-fruntiera" tfisser, mingħajr preġudizzju għal konvenzjonijiet eżistenti f’dan ir-rigward, zona li, f’linja dritta, ma testendix aktar minn 15-il kilometru mill-fruntiera. Id-distretti amministrattivi lokali, li parti mit-territorju tagħhom tkun tinsab fiz-zona, ukoll għandhom jitqiesu parti minn din iz-zona ta’ fruntiera. Stati Membri jistgħu jagħtu eżenżjonijiet minnha.".
2) Fl-Artikolu 111, il-kelma "ukoll", li tidher fid-damma eżistenti tal-kliem tal-Artikolu 116 tar-Regolament (KEE) NRU 918/83, għandha tiddaħħal mill-ġdid bejn il-kelmiet "għandu" u "japplika".
3) Fl-Artikolu 127, fit-tieni paragrafu, ir-referenza għall-"Artikolu 18(1)tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92" għandha tkun adattata biex tinqara bħala referenza għall-"Artikolu 18(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92".
4) Fl-Artikolu 130, il-punt (c) tal-Artikolu 135 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 għandu jiddaħħal mill-ġdid f’għamla adattata. Bħala konsegwenza ta’ dik il-bidla, it-test tal-Artikolu 130 fil-proposta ta’ kodifikazzjoni ikun jaqra kif ġej:
"Artikolu 130
Dan ir-Regolament m’għandux ma jħallix li jinżamm:
(a) mill-Greċja l-istejtus speċjali mogħti lill-Muntanja Atos, kif garantit bl-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni Griega;
(b) minn Spanja u Franza, sakemm jidħlu fis-seħħ arranġamenti li jirregolaw ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-Komunità u Andorra, il-ħelsien li jirriżulta mill-Konvenzjoni ta-13 ta’ Lulju 1867 u tat-22 u t-23 ta’ Novembru 1867, rispettivament, bejn dawk il-pajjiżi u Andorra;
(c) mill-Istati Membri u sa ammont ta’ mhux aktar minn EUR 210, tal-eżenzjoni, jekk ikun hemm, li ngħataw fl-1 ta’ Jannar 1983 lil baħrin tal-flotta merkantili involuti f’ivvjaġġar internazzjonali;
(d) mir-Renju Unit il-ħelsien fuq importazzjoni ta’ prodotti għall-użu mill-forzi tiegħu jew mill-persunal li jakkumpanjahom jew li jipprovdilhom għall-messijiet u għas-swali tagħhom tal-ikel, li jirriżulta mit-Trattat ta’ Stabbiliment fir-rigward tar-Repubblika ta’ Ċipru, li jġib id-data tas-16 ta’ Awwissu 1960."
5) Fir-rigward tal-Annessi I, II, III u IV, kien rikonoxxut li ċerti kodiċi u deskrizzjonijiet tan-NK li jidhru f’dawk l-annessi jista’ jkun li jkollhom bżonn ta’ adattamenti biex jitqies it-test tal-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008.
Dan l-eżami tal-proposta, b'hekk, ippermetta li l-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv innota wkoll li, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu verżjoni tal-proposta fi 22 lingwa u ħadem abbażi tal-verżjoni Ingliża, minħabba li hija l-verżjoni oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.
PROĊEDURA
Titolu
Sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali (Verżjoni kkodifikata)