dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, li temenda d-Direttiva 2006/42/KE tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju
(COM(2008)0535 – C6-0307/2008 – 2008/0172(COD))
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, li temenda d-Direttiva 2006/42/KE tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0535),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6 0307/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0137/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 4 a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4a) Makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċida jinkludi makkinarju li jaħdem waħdu, jew li jkun irmunkat, immuntat ma’ vettura, parzjalment immuntat, makkinarju maqtugħ mill-art, kif ukoll makkinarju wieqaf maħsub għall-applikazzjoni tal-pestiċida, kemm għall-użu professjonali kif ukoll għall-użu tal-konsumatur. Jinkludi wkoll makkinarju tal-elettriku, jew makkinarju li jitħaddem bl-idejn, li jista’ jinġarr u jinżamm fl-idejn b’kompartiment taħt pressjoni. Meta titqies din l-għażla vasta u diversifikata tal-prodotti, ċerti rekwiżiti ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għal tipi speċifiċi ta' makkinarju.
Emenda 2
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 4 b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4b) Din id-Direttiva hija limitata għar-rekwiżiti essenzjali li l-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi għandu jkun konformi magħhom qabel jitqiegħed fis-suq u/jew jintuża, filwaqt li l-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej huma responsabbli għat-tfassil ta’ standards tekniċi li jipprovdu speċifikazzjonijiet dettaljati għal numru ta' kategoriji ta' makkinarju sabiex jippermettu lill-produtturi biex jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti. Huwa essenzjali wkoll li l-partijiet kollha interessati, inklużi l-industrija, il-bdiewa u l-organizzazzjonijiet ambjentali, jkunu involuti b'mod ugwali fl-istabbiliment tal-istandards armonizzati, sabiex ikun żgurat li l-istandards jiġu adottati fuq bażi ta' qbil unanimu fost il-partijiet kollha interessati.
Emenda 3
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 4 c (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4c) Meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ambjentali u tas-saħħa għall-applikazzjoni tal-pestiċida bil-makkinarju, għandu japplika l-prinċipju prekwazjonarju, f'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Kommunitajiet Ewropej u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2000 dwar il-prinċipju prekawzjonarju (COM(2000)0001).
Ġustifikazzjoni
L-inkorporazzjoni ta' referenza fil-prinċipju prekawzjonarju fit-test tad-direttiva huwa konsisteni mal-bżonn tal-ħarsien ambjentali u, b'hekk, jaqdi l-għan tad-direttiva
Emenda 4
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 1
Direttiva 2006/42/KE
Artikolu 2 - punt m
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(m) “(m) ‘rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u ta’ sigurtà’tfisser dispożizzjonijiet obbligatorji li jiżguraw li l-prodottima jipperikolawx is-saħħa jewis-sigurtà ta’ persuni u, fejn xieraq, ta’ annimali domestiċi, proprjetà jew l-ambjent.”
(m) ‘rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u ta’ sikurezza tfisser dispożizzjonijiet obbligatorji relatati mad-disinn u l-produzzjoni ta' prodotti suġġetti għal din id-Direttiva sabiex ikun żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħautas-sikurezza ta' persuni u, fejn xieraq, ta’annimali domestiċi u proprjetà u, fejn applikabbli, tal-ambjent.Rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza għall-protezzjoni tal-ambjent għandhom japplikaw biss għall-makkinarju msemmi f'sezzjoni 2.4 ta' Anness I.
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ li tiżdied definizzjoni ġdida ta' 'rekwiżiti essenzjali ta' saħħa u sikurezza', li tinkludi referenza għall-ħarsien tal-ambjent, sabiex tkun evitata l-ħtieġa li jiġu emendati ħafna referenzi għal dan it-terminu fid-Direttiva dwar il-Makkinarju. Din l-emenda tikkjarifika wkoll l-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent.
Emenda 5
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 2
Direttiva 2006/42/KE
Article 4 - paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw li makkinarju jista’ jitqiegħed fis-suq u/jew jintuża biss jekk jissodisfa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva u ma jipperikolax is-saħħa u s-sigurtà ta’ persuni jew, fejn xieraq ta’ annimali domestiċi, proprjetà jew l-ambjent, meta jiġi installat u miżmum kif xieraq u użat għall-għan maħsub għalih jew f’kundizzjonijiet li jistgħu jiġu previsti b’mod raġonevoli”
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw li makkinarju jista’ jitqiegħed fis-suq u/jew jintuża biss jekk jissodisfa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva u ma jipperikolax is-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni u, fejn xieraq ta’ annimali domestiċi u proprjetà u, fejn applikabbli, l-ambjent, meta jiġi installat u miżmum kif xieraq u użat għall-għan maħsub għalih jew f’kundizzjonijiet li jistgħu jiġu previsti b’mod raġonevoli.
Ġustifikazzjoni
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju.
Emenda 6
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2006/42/KE
Artikolu 9 – paragrafu 3 – l-ewwel subparagrafu
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri u partijiet oħra interessati filwaqt li tindika l-miżuri li biħsiebha tieħu sabiex tiżgura, fil-livell Komunitarju, livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà ta’ persuni u, fejn xieraq, ta’ annimali domestiċi, proprjetà jew l-ambjent.”
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri u partijiet oħra interessati filwaqt li tindika l-miżuri li biħsiebha tieħu sabiex tiżgura, fil-livell Komunitarju, livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni u, fejn xieraq, ta’ annimali domestiċi u proprjetà ufejn applikabbli l-ambjent.
Ġustifikazzjoni
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju.
Emenda 7
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2006/42/KE
Artikolu 11 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Fejn Stat Membru jaċċerta li makkinarju kopert minn din id-Direttiva, li jkollu l-marka CE, akkompanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE u użat skont l-għan maħsub għalih jew taħt kundizzjonijiet li jistgħu jiġu previsti b’mod raġonevoli, jista’ jkun ta’ periklu għas-saħħa u s-sigurtà ta’ persuni jew, fejn xieraq, ta’ annimali domestiċi, proprjetà jew l-ambjent, dan għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtira makkinarju tali mis-suq, jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u/jew l-użu tiegħu jew jillimita l-moviment liberu tiegħu ”
1. Fejn Stat Membru jaċċerta li makkinarju kopert minn din id-Direttiva, li jkollu l-marka CE, akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE u użat skont l-għan maħsub għalih jew taħt kundizzjonijiet li jistgħu jiġu previsti b’mod raġonevoli, jista’ jkun ta’ periklu għas-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni u, fejn xieraq, ta’ annimali domestiċi u proprjetà u, fejn applikabbli l-ambjent, dan għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtira makkinarju tali mis-suq, jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u/jew l-użu tiegħu jew jillimita l-moviment liberu tiegħu.
Ġustifikazzjoni
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju.
Emenda 8
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt a
Direttiva 2006/42/KE
Anness I - Prinċipji Ġenerali - Punt 1 - paragrafu 2 - inċiż 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
jistma r-riskji, filwaqt li jqis il-gravità ta’ korriment jew ħsara għas-saħħa possibbli u, fejn xieraq, għall-ambjent u l-probabbiltà tal-inċidenza tagħha,
- jistma r-riskji, filwaqt li jqis il-gravità ta’ korriment jew ħsara possibbli għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u, fejn xieraq, għall-annimali domestiċi u proprjetà u, fejn applikabbli, għall-ambjent, u l-probabbilità tal-inċidenza tagħha,
Ġustifikazzjoni
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju.
Emenda 9
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt a a (ġdid)
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Prinċipji Ġenerali – Punt 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(aa) fil-Prinċipji Ġenerali, il-punt 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:
"4. Dan l-Anness huwa organizzat f'diversi partijiet.L-ewwel waħda għandha kamp ta' applikazzjoni ġenerali u tapplika għat-tipi kollha ta' makkinarju.Il-partijiet l-oħra jirreferu għal ċerti tipi ta' perikli aktar speċifiċi.Madankollu, huwa essenzjali li jkun eżaminat dan l-Anness kollu, sabiex ikun żgurat li jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali relevanti kollha.Meta jkun qiegħed jiġi ddisinjat il-makkinarju, għandu jingħata kont lir-rekwiżiti tal-parti ġenerali u r-rekwiżiti ta' wieħed jew aktar mill-partijiet l-oħra skont ir-riżultati tal-istima tar-riskju magħmula skond il-punt 1 ta' dawn il-Prinċipji Ġenerali. Rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza għall-protezzjoni tal-ambjent għandhom japplikaw biss għall-makkinarju msemmi f'sezzjoni 2.4."
Ġustifikazzjoni
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju.
Emenda 10
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt a b (ġdid)
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – punt 1.1.1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ab) punt (a) tal-punt 1.1.1 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"(a) 'periklu' tfisser sors potenzjali ta' ħsara lill-persuna jew dannu għas-saħħau s-sikurezza tal-perusni u, fejn xieraq, għall-annimali domestiċi u għall-propjetà u, fejn applikabbli, għall-ambjent.
Ġustifikazzjoni
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju.
Emenda 11
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt a c (ġdid)
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Punt 1.1.1 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ac) punt (e) tal-punt 1.1.1 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"(e) 'riskju' tfisser it-tagħqid ta' probabilità u l-grad ta' ħsara lill-peruna jew ħsara lis-saħħau s-sikurezza tal-persuni u, fejn hu xieraq, tal-annimali domestiċi u tal-propjetà u, fejn applikabbli, tal-ambjentli jista' jiġri f'sitwazzjoni perikoluża;"
Ġustifikazzjoni
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju.
Emenda 12
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt a d (ġdid)
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Punt 1.1.2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ad) punt (a) tal-punt 1.1.2 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"(a) Il-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mibni sabiex ikun adattat għall-funzjoni tiegħu, u jista' jitħaddem, ikun aġġustat u miżmumb'mod li jevita kull korriment possibbli jew il-ħsara għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u, fejn xieraq, tal-annimali domestiċi u tal-proprjetà u, fejn applikabbli, tal-ambjent, meta jsiru dawn l-operazzjonijiet taħt il-kondizzjonijiet previsti iżda filwaqt li jittieħed kont ukoll ta' kwalunkweużu ħażin tiegħu previst b'mod raġonevoli"
Ġustifikazzjoni
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju.
Emenda 13
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt a e (ġdid)
Direttiva 2006/42/KE
Annes I – Punt 1.1.3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ae) punt 1.1.3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"Il-materjali użati fil-kostruzzjoni tal- makkinarju jew il-prodotti użati jew maħluqa matul l-użu tiegħu ma għandhomx jipperikolaw is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni u, fejn xieraq, tal-annimali domestiċi u tal-proprjetà u, fejn applikabbli tal-ambjent. B'mod partikolari, fejn jintużaw likwidi, il-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mibni sabiex jevita r-riskji minħabba l-mili, l-użu, l-irkupru jew it-tbattil."
Ġustifikazzjoni
Kjarifikazzjoni tal-iskop tal-applikazzjoni tal-protezzjoni ambjentali fid-Direttiva dwar il-Makkinarju.
Emenda 14
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.1 Tifsira
2.4.1 Tifsira
'Makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi' tfisser makkinarju maħsub speċifikament għall-applikazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kif definit fir-Regolament (KE) Nru […] jew għal prodotti bijoċidali għall-kontroll tal-insetti li huma parti mit-tipi tal-prodott 14 sa 19 kif definiti fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE.
Makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi' tfisser makkinarju maħsub speċifikament għall-applikazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kif definit fir-Regolament (KE) Nru […] jew għal prodotti bijoċidali għall-kontroll tal-insettili huma parti mit-tipi tal-prodott 14 sa 19 kif definiti fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE.Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-makkinarju użat għall-applikazzjoni ta' materjal li fih il-pestiċida għandu jitqies bħala makkinarju għall-applikazzjoni ta' pestiċida u għandu jkun konformi, fejn rilevanti, mar-rekwiżiti supplimentari stabbiliti f'din is-sezzjoni.
Ġustifikazzjoni
L-għan ta' din l-emenda hu biex fl-iskop tad-direttiva jiġi inkluż makkinarju użat biex tinżera' żerriegħa miksija bil-pestiċida. Materjal bil-pestiċida kkawża ammont sinifikanti ta' mwiet fost in-naħal f'għadd ta' pajjiżi Ewropej, filwaqt li l-makkinarju użat biex jiżra' bi pressjoni qawwija jaf iwassal ukoll għal ammont għoli ta' trab tal-pestiċidi mitfugħ fl-ambjent. Għalhekk, id-disinn u l-kostruzzjoni tajba ta' dan il-makkinarju jista' jkollhom irwol sinifikattiv fit-tnaqqis tal-impatti kuntrarji tal-materjal li jkollu l-pestiċida.
Emenda15
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.2 Ġenerali
2.4.2 Ġenerali
Il-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi jrid jiġi ddisinjat u mibni b’mod li jista’ jitħaddem, jiġi aġġustat u jingħata l-manutenzjoni mingħajr ma jagħmel ħsara lill-ambjent bla bżonn.
Il-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi jrid jiġi ddisinjat, mibni u armat b’mod li jista’ jitħaddem, jiġi aġġustat u jingħata l-manutenzjoni mingħajr ma jagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniede u lill-ambjent.Għal dan il-għan, għandhom jiġu osservati r-rekwiżiti tal-prinċipju prekawzjonarju.
Emenda 16
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 - punt 5 - punt b - punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.3 Kontrolli u sorveljanza
2.4.3 Kontrolli u sorveljanza
Għandu jkun possibbli li l-kontroll u s-sorveljanza tat-tħaddim tal-makkinarju jsiru mill-pożizzjonijiet ta’ tħaddim.
Għandu jkun possibbli li l-kontroll u s-sorveljanza tat-tħaddim tal-makkinarju jsiru b'mod faċli u preċiżul-magnatitwaqqaf b'mod immedjat mill-pożizzjonijiet ta’ tħaddim.
Emenda 17
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.3.1 (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.3.1 Sistemi ta' kejl
Il-makkinarju għandu jintrama b'sistemi ta' kejl preċiżi sabiex tiġi żgurata applikazzjoni tal-pestiċida preċiża u sikura u, fejn hemm bżonn, jintrama b'tagħmir għall-kejl tal-veloċità/direzzjoni tar-riħ u t-temperatura tal-arja.Is-sistemi ta' kejl għandhom ikunu jistgħu jinqraw b'mod ċar mill-pożizzjoni tat-tħaddim.
Emenda 18
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.3.2 (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.3.2 Żnienen
Iż-żnienen għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'daqs tal-qatra adegwat sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-pestiċidi f'zoni mhux identifikati.Għandu jiġi evitat it-tqattir miż-żnienen meta titwaqqaf l-applikazzjoni.Irid ikun possibbli li titkejjel ir-rata ta' ċirkolazzjoni ta' kull żennuna individwali.
Emenda 19
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.4Il-mili u t-tbattil
2.4.4Il-mili u t-tbattil
Il-makkinarju jrid jiġi ddisinjat u mibni b’mod li jiffaċilita mili preċiż u tbattil sħiħ u li jevita kull tifrix mhux intenzjonat ta’ pestiċidi matul dawn l-operazzjonijiet.
Il-makkinarju jrid jiġi ddisinjat u mibni b’mod li jiffaċilita mili preċiżbil-kwantità meħtieġa ta' pestiċida u jiżguratbattil faċli usħiħ, filwaqt li jiġi evitat kull tixrid ta’ pestiċidi matul dawn l-operazzjonijiet. Il-makkinarju għandu jkun armat b'tagħmir adegwat biex jiġi evitat it-tniġġiż tas-sors tal-ilma waqt dawn l-operazzjonijiet.
Fejn ikun applikabbli, it-tagħmir tal-mili għandu jkun iddisinjati biex jiġi evitat li l-liqwidu jerġa' lura mit-tank għas-sors tal-mili.
Emenda 20
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.5.2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.5.2 Distribuzzjoni u depożizzjoni
2.4.5.2 Distribuzzjoni u depożizzjoni
It-telf irid jiġi evitat waqt li titwaqqaf l-applikazzjoni tal-pestiċidi.
Għal dan il-għan, jekk hemm bżonn għandhom jintużaw sistemi ta' skrining mekkaniċi (sistem 'shield' u/jew 'tunnel'). Il-makkinarju jrid jintefa' waħdu jekk il-kundizzjonijiet tar-riħ u tat-temperatura jinbidlu b'mod li jwasslu għar-rilaxx mhux aċċettabbli tal-pestiċidi f'żoni li ma jkunux indikati.
Ġustifikazzjoni
Jeżistu mezzi tekniċi li jevitaw il-ħsara għall-ambjent. Madankollu, għandhom jintużaw b'mod sistematiku jekk għandu jintlaħaq l-għan ta' din id-direttiva.
Emenda 21
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.5.2 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.5.2a Prevenzjoni ta' tixrid u ta' tnixxija
Il-makkinarju għandu jkun iddisinjat u mibni b'mod li jevita t-tixrid waqt li meta titwaqqaf il-funzjoni tal-applikazzjoni tal-pestiċidi.Il-likiġ għandu jiġi evitat f'kull ħin.
Emenda 22
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.5.2 b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.5.2b Tagħmir li jaħdem bl-arja
Il-makkinarju, sakemm l-għan tiegħu jippermetti, fejn possibbli, għandu jiġi ddisinjat b'tagħmir tal-bexx li jaħdem bl-arja sabiex jiġi żgurat depożitu ta' pestiċida aktar preċiż.
Emenda 23
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.5.2 c (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.5.2c Tagħmir tal-bexx li jgħaddi minn passaġġ
Il-makkinarju, sakemm l-għan tiegħu jippermetti, fejn possibbli, għandu jiġi ddisinjat u mibni b'tagħmir tal-bexx li jgħaddi minn passaġġ sabiex jiġi żgurat depożitu ta' pestiċida aktar preċiż.
Emenda 24
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.6.1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.6.1 Tindif
2.4.6.1 Tindif
Il-makkinarju jrid jiġi ddisinjat u mibni b’mod li jiffaċilita t-tindif, partikolarment tat-tank.
Il-makkinarju jrid jiġi ddisinjat u mibni b’mod lijippermettitindiffaċli u sew, partikolarment tat-tankjew kontenitur, mingħajr ma jitniġġes l-ambjent.
Emenda 25
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.6.2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.6.2 Manutenzjoni
2.4.6.2 Manutenzjoni
Il-makkinarju jrid jiġi ddisinjat u mibni b’mod li jiffaċilita t-tibdil ta’ partijiet qodma.Irid ikun possibbli li jitwaħħlu l-istrumenti ta’ kejl meħtieġa mal-makkinarju sabiex jiġi vverifikat li dan ikun qiegħed jaħdem sew.
Il-makkinarju jrid jiġi ddisinjat u mibni b’mod li jiffaċilita t-tibdil ta’ partijiet qodma mingħajr ma jitniġġes l-ambjent.
Emenda 26
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.6.2 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.6.2a Kontrolli
Irid ikun possibbli li jitwaħħlu l-istrumenti ta’ kejl meħtieġa mal-makkinarju sabiex jiġi vverifikat li dan ikun qiegħed jaħdem sew.
Emenda 27
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.7.2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.7.2 Filtri
2.4.7.2 Filtri
Il-filtri u l-passaturi jridu jiġu mmarkati b’mod li t-tip u d-daqs tax-xibka tagħhom ikunu jistgħu jiġu identifikati direttament jew mit-tagħrif mogħti fl-istruzzjonijiet.
Il-filtri u l-passaturi jridu jiġu mmarkati b’mod li t-tip u d-daqs tax-xibka tagħhom ikunu jistgħu jiġu identifikati direttament jew mit-tagħrif mogħti fl-istruzzjonijiet.
Ġustifikazzjoni
Ir-referenza għad-daqs tax-xiba għandha titneħħa minħabba li x-xibka, li hija l-ħaġa l-aktar użata b'mod komuni għall-filtri, mhix xierqa għall-bexxiexa fejn l-għażla t-tajba hija passaġġ ħieles bejn il-filamenti. Ix-xibka, definita bħala għadd ta' filamenti kull pulzier, ma tqisx id-dijametru tal-filamenti, jiġifieri filtri li għandhom l-istess daqs ta' xibka jista' jkollhom valur ta' passaġġ liberu differenti. L-ISO 19732 huwa msejjes fuq dan il-prinċipju ta' passaġġ liberu. Għalhekk, it-terminu "xibka" għandu jitneħħa u jeħtieġ li jkun hemm referenza għall-klassifikazzjoni ISO 19732 fir-reviżjoni tal-EN 12761.
Emenda 28
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.7.2 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2.4.7.2a Indikazzjoni fl-użu tal-pestiċidi
Fejn xieraq, il-makkinarju għandu jkun mgħammar b'tagħmir speċifiku fejn min iħaddem il-makkinarju jkun jista' jpoġġi l-isem tal-pestiċida li qed tintuża.
Ġustifikazzjoni
Din l-informazzjoni għandha tkun utli għall-istaff mediku jekk il-ħaddiem jesperjenza problemi tas-saħħa jew għall-awtoritajiet pubbliċi fil-każ ta' inċident li jirriżulta mit-tixrid tal-pestiċida.
Emenda 29
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – punt 2.4.8 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu matul il-mili, it-tbattil u t-tindif sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ambjent;
(a) il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu matul it-taħlit, il-mili, il-bexx, it-tbattil, it-tindif, l-operazzjonijiet ta' manutenzjoni u ta' trasport sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-operatur u tal-ambjent, b'mod partikolari tal-ħamrija u tal-ilma.
Emenda 30
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I - Taqsima 2.4 - Punt 2.4.8 - punt b
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(b) il-kundizzjonijiet tal-użu u t-tħejjija u aġġustamenti korrispondenti biex tkun żgurata distribuzzjoni ugwali kif ukoll dispożizzjoni omoġenja tal-pestiċida, bl-evitar ta’ telf;
(b) il-kundizzjonijiet iddettaljati tal-użu għall-ambjenti ta' tħaddim differenti maħsuba,inklużi t-tħejjija u aġġustamenti korrispondenti meħtieġa biex tkun żgurata distribuzzjoni ugwali kif ukoll dispożizzjoni omoġenja tal-pestiċida f'zoni indikati, biex jitnaqqas it- telf f'zoni mhux indikati;
Emenda 31
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I - Taqsima 2.4 - Punt 2.4.8 - punt b a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ba) għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet biex ma jitħalliex li jkun hemm moviment tal-bexx billi jitqiesu parametri differenti bħalma huma ż-żnienen, il-pressjoni, il-għoli tad-driegħ, il-qawwa tar-riħ u l-veloċità tas-sewqan;
Emenda 32
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I - Taqsima 2.4 - Punt 2.4.8 - punt b b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(bb) informazzjoni dwar it-tipi ta' pestiċidi li jistgħu jwasslu biex il-makkinarju ma jaħdimx tajjeb u r-restrizzjonijiet fl-użu ta' pestiċidi partikolari;
Emenda 33
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I - Taqsima 2.4 - Punt 2.4.8 - punt d
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(d)it-tip u d-daqs tax-xibka tal-passaturi u tal-filtri;
(d)it-tip u d-daqs tal-passaturi u tal-filtri;
Emenda 34
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I - Taqsima 2.4 - Punt 2.4.8 - punt e
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(e) il-frekwenza tal-verifiki u l-kriterji għat-tibdil ta’ żennuni, passaturi u filtri;
(e) il-frekwenza tal-verifiki u l-kriterji għat-tibdil ta' partijiet suġġetti li jittieklu u li jaffettwaw it-tħaddim tajjeb tal-makkinarju, bħalma ma humażnienen, passaturi u filtri;
Emenda 35
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I - Taqsima 2.4 - Punt 2.4.8 - punt g
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(g) it-tqabbid u l-użu ta’ kull tagħmir jew aċċessorju speċifiku;
(g) it-tqabbid u l-użu ta' kull tagħmir u aċċessorju speċjali u l-prekawzjonijiet neċessarji li għandhom jittieħdu;
Emenda 36
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 – punt b – punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I – Taqsima 2.4 – Punt 2.4.8 – punt g a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(ga) istruzzjonijiet għat-twaħħil tal-istrumenti ta’ kejl meħtieġa;
Emenda 37
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 5 - punt b - punt ii
Direttiva 2006/42/KE
Anness I - Taqsima 2.4 - Punt 2.4.8 - punt h
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(h) il-kontrolli li għandhom jitwettqu fuq il-makkinarju, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva[…].
(h) il-karatteristiċi tal-makkinarju li għandhom jiġi kkontrollati biex jiġi żgurat li jaħdmu tajjeb, skont id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva[…].
Emenda 38
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafi 1 u 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [DATA…]. Dawn għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan.
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa ...*. Dawn għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet b’effett minn [DATA…].
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet b’effett minn ...**.
___________
* 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
** 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond għall-proposta preżenti
Nhar it-12 ta' Lulju 2006, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi mmirata lejn it-tnaqqis tar-riskji u impatti negattivi globali tal-pestiċidi f'dak li għandu x'jaqsam ma' saħħet il-bniedem u mal-ambjent. L-Istrateġija Tematika kienet ikkomplementata minn proposta għal Direttiva li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (hawn aktar ’l isfel, id-Direttiva tal-Qafas) u proposta għal Regolament dwar it-tqegħid tal-prodotti għall-protezzjoni tax-xitel fis-suq.
Wieħed mill-objettivi tad-Direttiva tal-Qafas huwa li jiddaħħalu r-rekwiżiti għall-Istati Membri biex iwaqqfu sistema għaż-żamma regolari u l-ispezzjoni perjodika tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li diġà qed jintuża professjonalment. Madanakollu, il-miżuri leġiżlattivi komplimentari huma neċessarji biex jiddaħħlu rekwiżiti ambjentali għad-disinn u l-kostruzzjoni tat-tagħmir il-ġdid. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni qiegħda issa tipproponi Direttiva dwar il-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, li temenda d-Direttiva 2006/42/KE (hawn aktar ’l isfel imsejħa d-Direttiva tal-Makkinarju).
Proposta tal-Kummissjoni
Id-Direttiva tal-Makkinarju 2006/42/KE, li se tibda tapplika mid-29 ta' Diċembru 2009 (sa dakinhar li d-Direttiva tal-Makkinarju attwali 98/37/KE tibqa' tapplika) telenka r-rekwiżiti essenzjali għas-saħħa u s-sikurezza li l-makkinarju li jitqiegħed fis-suq intern għandu jissodisfa jekk għandhom jibbenefikaw mill-moviment liberu fi ħdan il-Komunità. Id-Direttiva tal-Makkinarju tapplika diġa għall-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċida għal dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-operaturi u persuni oħrajn esposti. L-iskop tal-proposta preżenti huwa li temenda d-Direttiva tal-Makkinarju biex jiddaħħlu rekwiżiti essenzjali speċifiċi għall-protezzjoni tal-ambjent.
Miżuri nazzjonali u l-ħtieġa għall-armonizzazzjoni
Minkejja li l-leġiżlazzjoni komunitarja fil-preżenti ma tinkludi ebda rekwiżit għall-protezzjoni tal-ambjent għall-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċida, bosta Stati Membri daħħlu miżuri nazzjonali (rekwiżiti tekniċi u proċeduri ta' ċertifikazzjoni) li għandhom jiġu segwiti meta jitqiegħed makkinarju ġdid fis-swieq tagħhom, filwaqt Stati Membri oħra ħabbru abbozzi ta' regolamenti f'dan il-qasam.
Jekk il-għemil tar-rekwiżiti ambjentali jitħalla f'idejn l-Istati Membri, għal dak li għandu x'jaqsam mal-makkinarju ta' dan it-tip, l-effett ikun li jiġu pperpetwati jew saħansitra mkattrin id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri nazzjonali diverġenti li għandhom għanijiet simili. Dan ikun jikkostitwixxi ostakolu għall-moviment ħieles tal-oġġetti fil-Komunità u jiġġenera żvantaġġi u spejjeż żejda għall-industrija u b'mod partikolari għall-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju li huma l-manifatturi tipiċi tal-apparat għall-bexx.
Għalhekk, sabiex jinkiseb l-istess livell ta' ħarsien ambjentali fl-UE, huwa neċessarju li jkun hemm armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tal-ħarsien ambjentali u tal-proċeduri tal-evalwazzjoni tal-konformità għall-makkinarju użat fl-applikazzjoni tal-pestiċidi, barra minn hekk, dan huwa wkoll meħtieġ biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn il-manifatturi u jiġi ffaċilitat il-moviment ta' dawn il-prodotti fil-Komunità.
Standards Armonizzati
Peress li hija Direttiva b'"Approċċ Ġdid", id-Direttiva tal-Makkinarju tippromwovi l-armonizzazzjoni permezz ta' kombinazzjoni ta' rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza u standards armonizzati volontarji, imħejjijin mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej, li jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet iddettaljati li jippermettu lill-manifatturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tad-direttiva. Minkejja li l-applikazzjoni tal-istandards hija volontarja, xorta waħda għandhom l-għamla ta' linji-gwida, u għalhekk għandu jkollhom ċerta influwenza fuq id-disinn u l-bini tal-makkinarju.
Għal dak li għandu x'jaqsam mal-makkinarju użat fl-applikazzjoni tal-pestiċida, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) żviluppa standards armonizzati marbutin mas-saħħa u s-sikurezza tal-operaturi. Sa mill-2001, adotta ukoll standard (EN 12761) li jagħti l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati biex jiġu mminimizzati r-riskji għall-ambejnt li ġejjin mill-użu ta' dan il-makkinarju.
L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) żviluppat ukoll għadd ta' standards biex tiżgura grad għoli ta' integrazzjoni tal-aħħar teknoloġija fil-makkinarju użat għall-applikazzjoni tal-pestiċidi u biex tiżgura kriterji uniformi għall-evalwazzjoni tas-sistema ta' bexx f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità tax-xogħol, is-sikurezza tal-ħaddiem, u l-ħarsien tal-ambjent.
Ladarba jintlaħaq qbil politiku dwar din id-direttiva, il-Kummissjoni tagħti l-mandat neċessarju lis-CEN biex jadotta l-EN 12761 u jiżviluppa l-istandards ġodda li jistgħu jkunu neċessarji biex jiġu appoġġjati r-rekwiżiti essenzjali tad-direttiva l-ġdida għall-kategoriji varji ta' makkinarju użat fl-applikazzjoni tal-pestiċidi.
Il-pożizzjoni ġenerali tar-rapporteur
Ir-Rapporteur jappoġġja b'mod sħiħ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva dwar il-Makkinarju biex tarmonizza r-rekwiżiti ambjentali għall-makkinarju użat fl-applikazzjoni tal-pestiċidi. Id-disinn u l-kostruzzjoni tajba ta' dan il-makkinarju għandhom rwol sinifikattiv fit-tnaqqis tal-impatti kuntrarji tal-pestiċidi fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ambjent. Il-bexxiexa li jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda huma mistennija jikkonsmaw inqas pestiċidi u jnaqqsu l-ħela kkawżata mill-immaniġġjar tal-prodotti matul it-taħlit, il-mili, il-bexx u t-tindif.
L-ispejjeż li jistgħu jiġġarrbu minn dawk il-manifatturi li jkunu għollew l-istandards tal-prodott tagħhom b'mod sinifikattiv x'aktarx se jwasslu għal żidiet fil-prezzijiet għall-utenti, dejjem fil-limiti imposti mill-kundizzjonijiet tas-suq. Madankollu, it-tnaqqis medju annwali li jirriżulta fl-użu tal-pestiċidi indubjament iwassal biex l-utenti jiffrankaw u dan x'aktarx iwassal biex tiġi kkumpensata ż-żieda possibbli fl-ispejjeż ta' ċertu tagħmir tal-bexx. Mill-banda l-oħra, il-possibilità ta' spejjeż marbutin mal-applikazzjoni tar-rekwiżiti armonizzati l-ġodda jintgħelbu mit-tnaqqis fl-ispejjeż li jirriżultaw min-non-armonizzazzjoni, jiġifieri l-piż amministrattiv imġarrab mill-manifatturi meta jridu japplikaw regolamenti u proċeduri nazzjonali diverġenti.
Għalhekk, id-Direttiva proposta tilħaq l-għan tagħha li tiżgura livell komuni ta' ħarsien tal-ambjent u fl-istess waqt tevita qafas regolatorju fframmentat fil-Komunità li jista' joħloq spejjeż sinifikattivi għall-impriżi li jkunu jixtiequ jwettqu attivitajiet kummerċjali transkonfinali.
Madankollu, ir-Rapporteur iqis li l-preċiżjoni u l-kjarifika huma meħtieġa fuq għadd ta' punti sabiex jinkiseb l-objettiv prefiss tal-ħarsien tal-ambjent u ta' saħħet il-bniedem, filwaqt li jiġi żgurat li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn il-manifatturi u li jkun hemm kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Għaldaqstant, ippropona għadd ta' emendi, bl-għan wiesa' li jissemplifika, jikkjarifika, u jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet suġġeriti mill-Kummissjoni.
Ir-Rapporteur qies it-taħditiet li saru matul il-Workshop organizzat mill-Kummissjoni dwar is-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur nhar il-11 ta' Diċembru 2008 kif ukoll l-input li daħal minn bosta partijiet interessati, minn istituzzjonijiet u mid-dinja akkademika, bħalma huma s-CEN (il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni), is-CEMA (il-Kumitat Ewropew għall-Assoċjazzjonijiet tal-Manifatturi tal-Makkinarju Agrikolu), in-Netwerk ta' Azzjoni dwar il-Pestiċidi tal-Ewropa, l-Orgalime (l-Assoċjazzjoni tal-Industriji tal-Inġinerija Ewropej), iċ-Ċentru Federali ta' Riċerki Istitut Julius Kühn għax-Xitel Ikkultivat (JKI-Ġermanja), u d-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Biedja u l-Informatika tal-Università tal-Biedja ta' Krakovja.
Il-proposti tar-Rapporteur jiffokaw fuq il-kwestjonijiet li ġejjin:
1. Kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva
Ir-Rapporteur huwa konxju li r-referenza ġenerali għall-ħarsien tal-ambjent fil-proposta tal-Kummissjoni wasslet għal tħassib min-naħa tal-industrija u ta' bosta Stati Membri dwar il-possibbli estensjoni mhux intenzjonata tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent għal tipi oħra ta' makkinarju koperti bid-Direttiva tal-Makkinarju. Ir-Rapportuer jikkunsidra li din ir-referenza ġenerali għall-ħarsien tal-ambjent għandha tinżamm fit-test tad-direttiva. Rekwiżiti għal tipi oħra ta' makkinarju jistgħu possibilment jiġu ntrodotti fil-futur wara valutazzjoni ta' impatt mill-Kummissjoni.
2. Ir-rekwiżiti għall-ħarsien tal-ambjent għall-makkinarju użat fl-applikazzjoni tal-pestiċidi (Anness I, Taqsima 2.4)
Ir-rapporteur ressaq wkoll għadd ta' emendi dwar punti individwali fit-Taqsima 2.4 biex isaħħaħ ir-rekwiżiti ambjentali applikabbli għall-makkinarju użat fl-applikazzjoni tal-pestiċida, bil-għan li jiżgura li jkun iddisinjat u mibni b'mod li jiggarantixxi standard għoli ta' protezzjoni għal saħħet il-bniedem u għall-ambjent (Emendi 9-25). Iddaħħlu wkoll xi dispożizzjonijiet għat-titjib tal-istruzzjonijiet mogħtija mill-manifattur ta' dan il-makkinarju.
Fl-aħħar nett, iddaħħlu set ta' emendi għal artikoli differenti tad-Direttiva dwar il-Makkinarju bil-għan wiesa' li jiġi żgurat riferiment konsistenti għall-ħarsien tal-annimali domestiċi, tal-proprjetà u tal-ambjent.
Gabriela Creţu, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Ioan Lucian Hămbăşan, Malcolm Harbour, Pierre Jonckheer, Eija-Riitta Korhola, Lasse Lehtinen, Nickolay Mladenov, Catherine Neris, Bill Newton Dunn, Zita Pleštinská, Karin Riis-Jørgensen, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Christel Schaldemose, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali
Emmanouil Angelakas, Wolfgang Bulfon, Colm Burke, Jan Cremers, Magor Imre Csibi, José Ribeiro e Castro, Søren Bo Søndergaard, Anja Weisgerber
Sostitut(i) skont l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali
Christofer Fjellner, Jim Higgins, Maria Grazia Pagano