RAPPORT dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Liżbona
19.3.2009 - (2008/2063(INI))
Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur(*): Jo Leinen
(*) Proċedura b'kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
- MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
- OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
- OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
- OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
- OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
- OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet
- ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT
- ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA
- RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Liżbona
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-Trattat li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat ta’ Liżbona), li kien iffirmat f'Liżbona fit-13 ta' Diċembru 2007,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea kif emendati mill-Att Uniku Ewropew u t-Trattati ta' Maastricht, Amsterdam u Nizza,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tat-12 ta’ Diċembru 2007[1],
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Laeken tal-15 ta' Diċembru 2001 dwar il-Futur tal-Unjoni Ewropea[2],
– wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa ffirmat f'Ruma fid-29 ta' Ottubru 2004,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar pjan direzzjonali tal-Proċess Kostituzzjonali ta' l-Unjoni[3]
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Lulju 2007 dwar it-tlaqqigħ ta' Konferenza Intergovernattiva (IGC)[4],
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-20 ta' Frar 2008 dwar it-Trattat ta' Liżbona[5],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għas-Sajd, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0145/2009),
1. Oqsma politiċi ġodda
1.1. Għanijiet ġodda u klawsoli orizzontali
1. Jilqa' b'sodisfazzjon il-karatteristika obbligatorja li t-Trattat jagħti lill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jilqa' b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent tad-drittijiet, il-libertajiet u l-prinpiċji stipulati għaċ-ċittadini u r-residenti kollha ta' l-UE; jenfasizza li l-Parlament se jkun impenjat biex tiġi żgurata l-osservanza sħiħa tal-Karta;
2. Jilqa’ b’sodisfazzjon it-tisħiħ tad-demokrazija rappreżentattiva u parteċipattiva li toħroġ mill-introduzzjoni ta’, inter alia, l-hekk imsejħa "inizjattiva taċ-ċittadini" (Artikolu 11 tat-Trattat UE kif emendata bit-Trattat ta’ Liżbona (TEU)), li tippermetti miljun ċittadin minn bosta Stati Membri jitolbu lill-Kummissjoni tissottometti proposta għal att legali;
3. Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-ħarsien ambjentali ngħata pożizzjoni prominenti fil-politiki kollha tal-UE u li referenza espliċita ssir fl-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU), kif introdott mit-Trattat ta’ Liżbona, biex jikkumbatti l-bidla fil-klima fil-livell internazzjonali; jenfasizza li l-Parlament għandu jkompli jinsisti mal-Unjoni Ewropea biex tassumi rwol ta’ mexxejja fil-politiki kollha rigward il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u t-tisħin globali;
4. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li t-TFUE jorbot il-bini ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-ordni legali tal-Unjoni Ewropea u l-Istat Membri tagħha (l-Artikolu 67 tat-TFUE);
5. Jinnota b’mod partikolari l-għan li "ekonomija tas-suq soċjali tassew kompetittiva li timmira għal okkupazzjoni sħiħa u livell għoli ta’ ħarsien u titjib fil-kwalità ta’ l-ambjent” (Artikolu 3(3) tat-Trattat UE), li jgħaqqad l-għan tat-tlestija tas-suq intern ma’ objettivi oħrajn;
6. Jinnota b’sodisfazzjon li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel ġiet inkluża fost il-valuri tal-Unjoni (Artikolu 2 tat-Trattat UE) u l-għanijiet (Artikolu 3(3) tat-Trattat UE);
7. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, skont l-Artikolu 208(1) tat-TFUE, "il-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u dik tal-Istati Membri għandhom jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin" filwaqt li fl-Artikolu 177(1) tat-Trattat KE li japplika attwalment hemm miktub li "l-politika Komunitarja fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp [...] għandha tkun tikkumplimenta kull politika li jkollhom l-Istati Membri"; jenfasizza r-responsabilità miżjuda tal-Parlament, minħabba li l-Unjoni se jkollha rwol ikbar ta' inizjattiva fit-tfassil ta' politiki u dan għandu jwassal għall-koordinazzjoni aħjar tad-donaturi u tal-qsim tax-xogħol u għal effettività ikbar f'termini ta' għajnuna għat-"tnaqqis u, fuq perjodu fit-tul, għall-qerda tal-faqar" fil-kuntest tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju;
8. Jemmen li l-inklużjoni tal-koeżjoni territorjali bħala għan tal-Unjoni (Artikolu 3 tat-TEU) iżid mal-għanijiet tal-koeżjoni ekonomika u soċjali u li l-introduzzjoni ta’ bażijiet legali f’dawn l-oqsma rispettivi se jżidu l-kompetenza tal-Parlament li jevalwa l-impatt territorjali ta’ politiki ewlenin tal-UE; jinnota b’sodisfazzjon li l-istatus speċjali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda huma kkonfermat fl-Artikoli 349 u 355 tat-TFEU;
9. Jilqa' b'sodisfazzjon l-introduzzjoni tad-dispożizzjonijiet orizzontali dwar livell għoli ta' impjieg, protezzjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u dwar il-ħarsien ambjentali, li se jkunu prinċipji ġenerali tal-bażi tat-tfassil ta' politiki tal-Unjoni Ewropea (l-Artikoli 9, 10 u 11 tat-TFUE);
10. Jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll il-fatt li l-protezzjoni tal-konsumatur issaħħet sal-punt li se tiġi integrata sistematikament fil-politiki tal-Unjoni li se jiġu stabbiliti u implimentati, u, bħala ħidma globali, issa tokkupa post ħafna iktar prominenti skont l-Artikolu 12 tat-TFUE;
11. Jilqa' b'sodisfazzjon id-dispożizzjoni ta' solidarjetà espressament stipulata fl-Artikolu 122 tat-TFUE, li permezz tagħha l-Kunsill jista' jiddeċiedi dwar miżuri xierqa jekk jinħolqu diffikultajiet serji fil-provvista ta' ċerti prodotti, speċjalment fil-qasam tal-enerġija;
12. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Artikolu 214 tat-TFUE jirrikonoxxi l-għajnuna umanitarja bħala politika stabbilita tal-Unjoni; huwa tal-fehma li l-Parti Ħamsa, Titolu III, Kapitoli 1 (Koperazzjoni għall-Iżvilupp) u 3 (Għajnuna Umanitarja) tat-TFUE jipprovdu bażi legali ċara għal żvilupp u assistenza umanitarja li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja;
13. Barra minn hekk, jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tas-setgħa tal-Unjoni Ewropea, fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, għall-għoti ta' assistenza u għajnuna ad hoc f'każ ta'diżastri f'pajjiżi terzi (l-Artikolu 214 tat-TFUE);
1.2. Bażijiet legali ġodda
14. Jenfasizza li t-twessigħ tal-azzjoni esterna tal-Unjoni taħt it-Trattat ta' Liżbona, inkluż il-provvediment ta' strumenti u bażijiet legali ġodda li jaffetwaw oqsma relatati mal-politika barranija (azzjoni esterna u l-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni (CFSP)/il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni) jeħtieġ bilanċ interistituzzjonali ġdid li jiggarantixxi skrutinju demokratiku adegwat mill-Parlament;
15. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-kwistjonijiet relatati mal-enerġija issa se jkunu koperti b'Titolu XX1 separat fil-Parti Tlieta tat-TFUE u li azzjoni f'dan il-qasam għalhekk se jkollha bażi legali (l-Artikolu 194 tat-TFUE); madankollu, jinnota li filwaqt li bħala regola ġenerali se tiġi segwita l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, id-deċiżjonijiet dwar it-taħlita tal-enerġija se jibqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Istati Membri, filwaqt li l-miżuri fiskali se jkomplu jeħtieġu biss konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew;
16. Jinnota b'mod pożittiv il-valuri komuni tal-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u jilqa' b'sodisfazzjoni il-bażi legali li tippermetti d-definizzjoni tal-prinċipju u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-forniment tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta' interess ġenerali);
17. Huwa tal-fehma li t-tibdiliet introdotti permezz tat-Trattat ta' Liżbona fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni (CCP) (Artikoli 206 u 207 tat-TFUE) jikkontribwixxu b'mod ġenerali għat-tkabbir tal-leġittimità demokratika tiegħu u għall-effiċjenza tiegħu, b'mod partikulari permezz tal-introduzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u r-rekwiżit li jinkiseb kunsens minn qabel għall-ftehimiet kollha; jinnota li l-kwistjonijiet kollha li jaqgħu taħt is-CCP se jaqgħu fi ħdan il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni, bir-riżultat li mhux se jkun hemm iżjed ftehimiet ta' kummerċ imħallta konklużi kemm mill-Unjoni u kif ukoll mill-Istati Membri;
18. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-inklużjoni ta' dispożizzjoni ta' politika spazjali Ewropea (Artikolu 189 tat-TFUE) u jilqa' b'sodisfazzjon l-opportunità mogħtija lill-Parlament u lill-Kunsill biex jadottaw, taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-miżuri neċessarji għat-twaqqif ta' programm spazjali Ewropew; iqis, madankollu, li l-kliem “bl-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u regolamenti tal-Istati Membri” li jinsabu f’dak l-artikolu jista’ jimplika xi ostakli għall-implimentazzjoni ta' politika komuni Ewropea dwar l-ispazju;
19. Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jinkludi bażi legali ġdida li tipprovdi għal kodeċiżjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (Art. 118 tat-TFUE);
20. Jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-politika għaż-żgħażagħ, filwaqt li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa (Artikolu 165 tat-TFUE);
21. Jilqa' b'sodisfazzjon il-bażi legali l-ġdida stipulata fl-Artikolu 298 tat-TFUE, li tipprovdi li "Fit-twettiq tal-missjonijiet tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji ta’ l-Unjoni għandu jkollhom l-appoġġ ta’ amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti", billi din tipprovdi l-bażi għal regolament dwar il-proċedura amministrattiva tal-Unjoni;
22. Jilqa' b’sodisfazzjon it-tisħiħ tal-bażi legali għall-adozzjoni ta' miżuri tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li teffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (Artikolu 325 tat-TFUE); jenfasizza l-fatt li t-Trattat ta’ Liżbona jneħħi l-kwalifika, li tinsab fl-Artikolu 280 attwali tat-Trattat KE, li miżuri ta’ dan it-tip “m’għandhomx jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-liġi kriminali nazzjonali jew tal-amministrazzjoni nazzjonali tal-ġustizzja”;
23. Jinnota li d-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat li jikkonċernaw il-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali jinkludu bażi legali għall-adozzjoni ta' miżuri ta' appoġġ għat-taħriġ tal-ġudikatura u tal-istaff ġudizzjarju (Artikoli 81 u 82 tat-TFUE);
24. Jenfasizza li t-Trattat ta' Liżbona jipprovdi wkoll għall-possibilità li jiġi stabbilit l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għall-ġlieda kontra l-krimini li jeffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (Artikolu 86 tat-TFUE);
25. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li t-Trattat ta' Liżbona jintroduċi dispożizzjonijiet li jorbtu għall-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal fl-objettivi interni u esterni tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 3(3) u (5) tat-TUE);
26. Jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni tat-turiżmu bħala Titolu ġdid fit-Trattat ta' Liżbona (Artikolu 195 tat-TFUE) li jistipula li l-Unjoni għandha tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri; barra minn hekk, jilqa’ b'sodisfazzjon id-dispożizzjoni li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja se tirregola l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi li jaqgħu taħt dan it-Titolu;
27. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li t-Trattat ta' Liżbona inkluda l-isport fost l-oqsma li fir-rigward tagħhom hemm stipulata bażi legali (Artikolu 165 tat-TFUE); b'mod partikulari jenfasizza li l-Unjoni fl-aħħar tista' tieħu azzjoni għall-iżvilupp tal-isport u tad-dimensjoni Ewropea tiegħu u tista’ tqis in-natura speċifika tal-isport fl-applikazzjoni ta’ politiki Ewropej oħra;
2. Setgħat ġodda għall-Parlament
2.1. Setgħat ta' kodeċiżjoni ġodda
28. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li t-Trattat ta' Liżbona se jsaħħaħ il-leġittimità demokratika ta' l-Unjoni Ewropea billi jestendi s-setgħat ta' kodeċiżjoni tal-Parlament;
29. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja huwa integrat b'mod sħiħ fit-TFUE (Artikoli 67 sa 89), biex jintemm b'mod formali t-tielet pilastru; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-parti l-kbir tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-politiki dwar il-ġustizzja ċivili, l-immigrazzjoni u l-visa, u kif ukoll il-koperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali, se jiġu koperti mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja;
30. Jemmen li l-introduzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni (CAP) ittejjeb ir-responsabilità demokratika tal-Unjoni Ewropea, minħabba li l-Parlament Ewropew se jkun qiegħed jilleġiżla flimkien u fuq l-istess livell mal-Kunsill; jenfasizza li l-kodeċiżjoni se tapplika għal-leġiżlazzjoni kollha fil-qasam tal-agrikoltura taħt l-Artikolu 43(2) tat-TFUE, u li b'mod speċjali dan se jkun il-każ fir-rigward tal-erba' testi orizzontali fil-qasam tal-agrikoltura (l-organizzazzjoni unika ta' suq komuni, ir-regolament dwar il-pagamenti diretti, ir-regolament dwar l-iżvilupp rurali u l-finanzjament tal-CAP); barra minn hekk, jinnota li l-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità, il-biedja organika u l-promozzjoni se jaqgħu wkoll fl-ambitu tal-Artikolu 43(2) tat-TFUE;
31. Jisħaq li kwalunkwe poter tal-Kunsill li jadotta miżuri skont l-Artikolu 43(3) tat-TFUE għandu jkun suġġett għal adozzjoni minn qabel, bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, ta’ att leġiżlattiv skont l-Artikolu 43(2) tat-TFUE, li jippreskrivi l-kundizzjonijiet u l-limiti marbuta mal-poteri mogħtija lill-Kunsill; hu tal-fehma li l-Artikolu 43(3) tat-TFUE ma jipprovdix għal bażi legali jew għal poter awtonomu li jippermetti l-adozzjoni jew l-emenda ta’ kwalunkwe wieħed mill-atti tal-Kunsill li huma fis-seħħ bħalissa fil-qasam tal-Politika Agrikola Komuni; jitlob lill-Kunsill biex ma jadotta l-ebda miżura msemmija fl-Artikolu 43(3) tat-TFUE mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Parlament;
32. Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jintroduċi bidliet radikali fis-sistema ta' teħid ta' deċiżjoni għal Politika Komuni tas-Sajd u se jżid ukoll ir-responsabilizzazzjoni demokratika tagħha; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Parlament u l-Kunsill se jistabbilixxu, taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, ir-regoli neċessarji għall-kisba tal-objettivi tas-CFP (Art. 43(2) tat-TFUE); f'dan ir-rigward, jikkunsidra li kwalunkwe suġġett formalment inkluż fir-regolament annwali minbarra l-iffissar tal-possibilitajiet ta' qbid u d-distribuzzjoni ta' kwoti, bħal miżuri tekniċi jew il-kapaċità ta' sajd, jew l-inkorporazzjoni ta' ftehimiet adottati fi ħdan l-organizzazzjonijiet tal-industrija tas-sajd reġjonali, li għandhom il-bażi legali tagħhom stess, għandu jkun suġġett għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja;
33. Jilqa' b'sodisfazzjon l-introduzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati dwar il-proċedura ta' sorveljanza multilaterali (Art. 121(6) tat-TFUE), li għandha ssaħħaħ il-koordinazzjoni ekonomika;
34. Jemmen li r-responsabilità tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bħala entità tal-Unjoni Ewropea li jagħti rapport dwar il-politika monetarja issa hija ikbar, minħabba li l-BĊE huwa rikonoxxut bħala istituzzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li diversi dispożizzjonijiet tal-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ ) u tal-BĊE jistgħu jiġu mmodifikati wara li jiġi kkonsultat il-Parlament skond l-Artikolu 40.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE; jafferma li dan ma jikkostitwixxix limitazzjoni fl-indipendenza tal-BĊE fil-qasam tal-politika monetarja jew il-prijoritajiet stipulati fit-Trattat;
35. Iqis l-Artikolu 182 tat-TFUE bħala titjib minħabba li l-programm qafas multiannwali u l-implimentazzjoni ta' żona Ewropea ta' riċerka, imsemmija fih, se jkunu koperti mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja; madankollu, jinnota li l-programmi speċifiċi msemmija f'dan l-artikolu se jiġu adottati permezz ta’ proċedura leġiżlattiva speċjali, u dan ifisser sempliċement konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew (Artikolu 182(4) tat-TFUE);
36. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali, it-Trattat ta' Liżbona jpoġġi lill-Parlament fuq l-istess livell mal-Kunsill billi jissostitwixxi l-proċedura ta' kunsens attwali bil-proċedura leġiżlattiva ordinarja; iqis li dan huwa sinifikanti speċjalment fir-rigward tal-Fondi Strutturali fil-perjodu ta' wara l-2013, minħabba li jkabbar it-trasparenza u jżid ir-responsabilità ta' dawn il-fondi lejn iċ-ċittadini;
37. Jinnota li l-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali se ssir suġġetta għal proċedura leġiżlattiva speċjali u se tirrikjedi l-kunsens tal-Parlament (Artikolu 19 tat-TFUE);
38. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja se tkopri miżuri kontra t-traffikar tal-bnedmin, b'mod partikulari n-nisa u t-tfal, u l-isfruttament sesswali (Artikoli 79(2) u 83(1) tat-TFUE);
39. Jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni tat-teħid ta' deċiżjoni permezz ta' maġġoranza kkwalifikata għall-qasam tal-kultura, inkluż l-isport (Artikolu 165(4) tat-TFUE);
40. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, minn issa 'l quddiem, il-proċedura ta' kodeċiżjoni se tapplika għar-Regolamenti tal-Istatut tal-Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Artikolu 336 tat-TFUE), billi dan se jippermetti li l-Parlament jieħu sehem, fuq l-istess livell tal-Kunsill, fl-aġġustamenti ta' dawn ir-regolamenti;
2.2. Setgħat baġitarji ġodda
41. Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jagħmel bidliet radikali fil-qasam tal-finanzi tal-Unjoni, b'mod partikulari fir-rigward tar-relazzjonijiet interistituzzjonali u l-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjoni;
42. Jinnota li l-Kunsill u l-Parlament iridu jaqblu, fi ħdan il-limiti tar-riżorsi proprji, dwar l-ipprogrammar tal-infiq li jsir legalment jorbot (Artikolu 312 tat-TFUE); jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-baġit irid jiġi adottat bħala ħaġa waħda b'mod konġunt mill-Parlament u mill-Kunsill, b'konformità mal-qafas finanzjarju multiannwali; jilqa' b'sodisfazzjoni it-tneħħija tad-distinzjoni bejn in-nefqa obbligatorja u dik mhux obbligatorja (Artikolu 314 tat-TFUE); jilqa' b’sodisfazzjon il-fatt li l-adozzjoni tar-regolament finanzjarju se tkun suġġetta għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 322 tat-TFUE);
43. Jirreferi għar-rapport dwar l-impatt baġitarju tal-innovazzjonjiet li hemm fit-Trattat ta' Liżbona: aspetti istituzzjonali u kompetenzi ġodda tal-Unjoni, imfassla mill-Kumitat għall-Baġits;
2.3. Proċedura ta' kunsens ġdida
44. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-proċedura ta' reviżjoni ssimplifikata fir-rigward tal-introduzzjoni tal-votazzjoni b’maġġoranza kkwalifikata u l-introduzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja f'qasam partikulari taħt it-Titolu V tat-TUE jew tat-TFUE tirrikjedi l-kunsens tal-Parlament;
45. Jinnota l-introduzzjon ta' "klawsola ta' ħruġ" għall-Istati Membri (Artikolu 50 tat-TUE); jenfasizza li l-ftehim li jistipula l-arranġamenti għall-irtirar ta' Stat Membru mill-Unjoni ma jistax jiġi konkluż qabel ma l-Parlament jagħti l-kunsens tiegħu;
46. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-kunsens tal-Parlament se jkun meħtieġ għal firxa wiesgħa ta' ftehimiet internazzjonali ffirmati mill-Unjoni; jenfasizza l-intenzjoni tiegħu li jitlob lill-Kunsill, fejn ikun xieraq, biex ma jiftaħx negozjati dwar ftehimiet internazzjonali sakemm il-Parlament ma jkunx iddikjara l-pożizzjoni tiegħu, u biex jippermetti lill-Parlament, fuq bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, biex jadotta rakkomandazzjonijiet fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, u sabiex dawn jiġu kkunsidrati qabel il-konklużjoni tan-negozjati;
47. Iħeġġeġ sabiex kwalunkwe ftehima futura 'mħallta' li tgħaqqad elementi mhux CFSP ma’ elementi CFSP normalment għandha tiġi ttrattata skond bażi legali waħda, li għandha tkun dik relatata direttament mas-suġġett ewlieni tal-ftehim; jinnota li l-Parlament se jkollu d-dritt li jiġi kkonsultat, ħlief meta l-ftehim ikun jirrelata b'mod esklussiv mas-CFSP;
2.4. Stegħat ġodda ta' skrutinju
48. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-President tal-Kummissjoni se jiġi elett mill-Parlament Ewropew, fuq proposta tal-Kunsill Ewropew, filwaqt li jitqiesu l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew; jirreferi għar-rapport dwar il-bilanċ interistituzzjonali, mfassal mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali;
49. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u Politika tas-Sigurtà se jkun suġġett għal vot ta' kunsens mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-membri l-oħra tal-Kummissjoni, bħala korp, kif ukoll għal vot ta' ċensura, u għalhekk se jkun responsabbli lejn il-Parlament;
50. Jilqa' b'sodisfazzjon il-proċedura l-ġdida għall-ħatra tal-Imħallfin u l-Avukati-Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali kif ipprovdut fl-Artikolu 255 tat-TFUE, li jistipula li d-deċiżjoni tal-gvernijiet nazzjonali għandha tiġi ppreċeduta minn opinjoni dwar kemm il-kandidati jkunu adatti sabiex iwettqu d-doveri tagħhom, mogħtija minn panil ta' seba' esperti, li wieħed minnhom irid ikun propost mill-Parlament Ewropew;
51. Jenfasizza l-bżonn ta' trasparenza u skrutinju demokratiku fir-rigward tat-twaqqif ta' Servizz Ewropew għal Azzjoni Esterna (EEAS) b'konformità mal-Artikolu 27(3) tat-TUE, u jfakkar id-dritt tiegħu li jiġi kkonsultat dwar it-twaqqif tiegħu; huwa tal-fehma li l-EEAS għandu jkun marbut b'mod amministrattiv mal-Kummissjoni;
52. Jistenna kjarifiki fir-rigward tal-kriterji għar-Rappreżentattivi Speċjali tal-UE u għall-ħatra u l-evalwazzjoni tagħhom, inklużi d-definizzjoni u l-iskop tal-ħidmiet tagħhom, it-tul tal-mandat tagħhom, u l-kordinazzjoni u l-komplementarjetà mad-delegazzjonijiet futuri tal-Unjoni;
53. Jenfasizza l-bżonn ta' trasparenza u skrutinju demokratiku fir-rigward ta' Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-attivitajiet li twettaq, jiġifieri permezz ta' skambju regolari ta' informazzjoni bejn il-Kap Eżekuttiv tal-EDA u l-kumitat responsabbli fil-Parlament Ewropew;
54. Jilqa' b'sodisfazzjon l-irwol ġdid ta' konsultazzjoni li se jkollu taħt l-Artikolu 40.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE fir-rigward tal-bidliet tal-kompożizzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE;
55. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-aġenziji, speċjalment il-Europol u l-Eurojust, se jkunu suġġetti għal skrutinju parlamentari ikbar (Artikoli 85 u 88 tat TFUE): jemmen, għalhekk, li ż-żamma tal-proċedura ta’ konsultazzjoni għat-twaqqif ta’ operazzjonijiet konġunti fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku (l-Artikoli 187 u 188 tat-TFUE) taf ma tikkonformax mal-ispirtu tal-atti legali tal-Unjoni fit-twaqqif ta’ aġenziji;
2.5. Drittijiet ġodda li jkun infurmat
56. Jistieden lill-President tal-Kunsill biex iżomm lill-Parlament infurmat b'mod sħiħ dwar il-preparazzjonijiet għal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u biex jgħaddi rapport dwar ir-riżultati tal-laqgħat, meta jkun possibbli fi żmien jumejn ta’ ħidma (jekk ikun meħtieġ lil seduta speċjali tal-Parlament);
57. Jistieden lill-President tal-Presidenza fuq bażi ta’ rotazzjoni tal-Kunsill biex jinforma lill-Parlament dwar il-programmi tal-Presidenza u dwar ir-riżultati miksuba;
58. Iħeġġeġ lill-Viċi President futur tal-Kummissjoni/lir-Rappreżentant Għoli futur tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika dwar is-Sigurtà biex jiftiehem mal-Parlament dwar metodi xierqa biex il-Parlament jinżamm infurmat u kkonsultat bis-sħiħ dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li jkunu involuti kif xieraq il-kumitati kollha tal-Parlament responsabbli għall-oqsma li jaqgħu taħt il-mandat tar-Rappreżentant Għoli;
59. Jenfasizza li, fir-rigward tan-negozjati u l-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali, il-Kummissjoni se tkun taħt obbligu legali li tinforma lill-Parlament dwar il-progress tan-negozjati fuq l-istess livell tal-kumitat speċjali nnominat mill-Kunsill kif imsemmi fl-Artikolu 218 tat-TFUE; jitlob li din l-informazzjoni tingħata sa l-istess punt, u fl-istess ħin, li tingħata lill-Kumitat rilevanti tal-Kunsill skond dak l-Artikolu;
2.6. Drittijiet ġodda ta' inizjattiva
60. Jilqa' b'sodisfazzjon l-irwol il-ġdid tal-Parlament fit-tnedija ta' emendi għat-Trattati; se jagħmel użu minn dan id-dritt u se jippreżenta ideat ġodda għall-futur tal-Ewropa, meta sfidi ġodda jagħmlu dan neċessarju;
61. Jilqa b'sodisfazzjon il-fatt li l-Parlament se jkollu d-dritt ta' inizjattiva fir-rigward ta' proposti li jikkonċernaw il-kompożizzjoni tiegħu stess, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji stipulati fit-Trattati (Artikolu 14 tat-TUE);
62. Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jintroduċi proċedura leġiżlattiva speċjali għall-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet li jistipulaw il-modalitajiet u s-setgħat tal-kumitati ta' inkjesta mhux permanenti (Artikolu 226 tat-TFUE);
3. Proċeduri ġodda
3.1. Skrutinju mill-parlamenti nazzjonali
63. Jilqa' b'sodisfażżjon id-drittijiet ġodda mogħtija lill-parlamenti nazzjonali fir-rigward ta' skrutinju minn qabel tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' sussidjarjetà fil-leġiżlazzjonijiet kollha tal-Ewropa; huwa tal-fehma li t-tisħiħ tal-iskrutinju tal-politiki Ewropej mill-parlamenti nazzjonali se jqajjem ukoll kuxjenza pubblika dwar l-attivitajiet tal-Unjoni;
64. Jenfasizza li l-prerogattivi l-ġodda tal-parlamenti nazzjonali għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona;
65. Jilqa' b’sodisfazzjon l-impenn tal-awtoritajiet lokali u reġjonali lejn ir-rispett tal-prinċipju ta' sussidjarjetà; jinnota d-dritt tal-Kumitat għar-Reġjuni li jressaq azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja meta jqis li l-prinċipju ta' sussidjarjetà jkun inkiser (it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 2);
3.2. Atti ddelegati
66. Japprezza t-titjib li qed joriġina mid-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar atti legali u l-ġerarkija tan-normi, b'mod partikulari l-ħolqien tal-att iddelegat (Artikolu 290 tat-TFUE), li jagħmilha possibbli li tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali jew biex temenda elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv; jinnota li l-objettivi, il-kontenut, l-iskop u t-tul ta' kwalunkwe delega bħal din għandhom ikunu definiti b'mod ċar mill-Parlament u mill-Kunsill fl-att leġiżlattiv;
67. Jilqa’ b’sodisfazzjon b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 290(2) tat-TFUE, li jipprevedi li l-Parlament (u l-Kunsill) ikollu/ikollhom id-dritt kemm li jirrevoka(w) (i)d-delegazzjoni tal-poteri kif ukoll li joġġezzjona(w) għal atti delegati individwali;
68. Jinnota li t-TFUE ma jipprovdix bażi legali għal miżura qafas għal atti ddelegati, iżda jipproponi li l-istituzzjonijiet jaqblu dwar formula standard għal dawn id-delegazzjonijiet li jiddaħħlu regolarment mill-Kummissjoni fl-abbozz tal-att leġiżlattiv innifsu; jenfasizza li dan iżomm il-libertà tal-leġiżlatur;
69. Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkjarifika kif bi ħsiebha tinterpreta d-Dikjarazzjoni 39 annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta' Liżbona, rigward il-konsultazzjoni ta' esperti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, u kif bi ħsiebha tapplika din l-interpretazzjoni, lilhinn mid-dispozizzjonijiet dwar l-atti ddelegati li hemm fit-TFUE;
3.3. Atti ta' implimentazzjoni
70. Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jirrevoka l-Artikolu 202 attwali tat-Trattat KE dwar is-setgħat ta’ implimentazzjoni u jintroduċi proċedura ġdida fl-Artikolu 291 tat-TFUE - "atti ta' implimentazzjoni" - li tipprovdi għall-possibilità ta' trasferiment ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni f'każijiet fejn ikun hemm bżonn ta' "kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' atti legali li jorbtu tal-Unjoni";
71. Jinnota li l-Artikolu 291(3) tat-TFUE jirrikjedi li l-Parlament u l-Kunsill jadottaw, minn qabel, regolamenti dwar mekkaniżmi għall-"kontroll mill-Istati Membri" ta' eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi;
72. Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona m’għadux jipprovdi bażi għall-proċedura komitoloġika attwali, u li l-proposti leġiżlattivi pendenti li ma jiġux adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat għandhom jiġu mmodifikati sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE;
73. Huwa tal-fehma li tista' tiġi nnegozjata soluzzjoni interna mal-Kunsill għall-perjodu inizjali, sabiex ma jinqalgħux ostakli minħabba l-possibilità ta' vojt legali u r-regolament il-ġdid ikun jista' jiġi adottat mil-leġiżlatur wara l-konsiderazzjoni dovuta tal-proposti tal-Kummissjoni;
4. Prijoritajiet għall-perjodu ta' tranżizzjoni
74. Jitlob lill-Kummissjoni biex tittrażmetti lil-leġiżlaturi komuni l-proposti pendenti kollha li fir-rigward tagħhom japplikaw il-bażijiet legali ġodda u l-proċeduri leġiżlattivi;
75. Jinnota li l-Parlament se jiddeċiedi liema pożizzjoni se jieħu rigward opinjonijiet li diġà ġew adottati fi proċeduri ta' konsultazzjoni dwar kwistjonijiet li jinqelbu għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja, indipendentement minn jekk dan jinvolvix konferma tal-pożizzjoni preċedenti tiegħu jew l-adozzjoni ta' waħda ġdida; jenfasizza li kwalunkwe konferma ta' opinjonijiet bħala l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari tista' tiġi vvutata mill-Parlament wara li t-Trattat ta' Liżbona jidħol fis-seħħ biss;
76. Jinsisti dwar il-konklużjoni ta' ftehima interistituzzjonali li tipprekludi l-adozzjoni ta' proposti leġiżlattivi tat-"tielet pilastru" li għandhom dimensjoni ta' drittijiet fundamentali sa ma jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona, sabiex ikun possibbli skrutinju politiku sħiħ fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet, filwaqt li l-miżuri li m'għandhom l-ebda impatt, jew li għandhom biss impatt limitat, fuq id-drittijiet fundamentali jistgħu jiġu adottati wkoll qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat;
5. Proposti
77. Jistieden lill-istituzzjonijiet l-oħra biex jidħlu f'negozjati għal ftehima interistituzzjonali li tkopri:
(a) l-objettivi li għandhom jinkisbu mill-Unjoni Ewropea wara l-2009, pereżempju fil-forma ta' ftehima qafas bejn it-tliet istituzzjonijiet politiċi għat-terminu Parlamentari u tal-Kummissjoni li jibda fl-2009;
(b) il-miżuri ta' implimentazzjoni li jridu jiġu adottati sabiex it-Trattat il-ġdid ikun suċċess għall-istituzzjonijiet u għaċ-ċittadini Ewropej;
78. Jitlob għal aġġornament tal-ftehima interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-Kunsill li tiddefinixxi r-relazzjonijiet ta’ ħidma tagħhom dwar il-politika barranija, inkluż il-qsim ta’ informazzjoni kunfidenzjali fuq il-bażi tal-Artikoli 14 u 36 tat-TUE u l-Artikolu 295 tat-TFUE;
79. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jikkunsidraw in-negozjati mal-Parlament għal ftehim interistituzzjonal ġdid mal-Parlament li tagħti lill-Parlament definizzjoni sostanzjali tal-involviment tiegħu f’kull stadju li jwassal għall-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali;
80. Konsegwentement għad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-qafas finanzjarju multiannwali (Artikolu 312 tat-TFUE) u dwar ir-regolament finanzjarju (Artikolu 322 tat-TFUE), jitlob ir-reviżjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod;
81. Jikkunsidra li għandhom jittieħdu l-passi neċessarji kollha għall-ħolqien ta' politika Ewropea dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u fir-rigward tad-dikjarazzjoni konġunta politika li saret mit-tliet istituzzjonijiet dwar il-komunikazzjoni bħala l-ewwel pass utli lejn il-kisba ta’ dan l-objettiv;
82. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta malajr inizjattiva għall-implimentazzjoni tal-"inizjattiva taċ-ċittadini", li tistipula kondizzjonijiet ċari, sempliċi u faċli għall-użu għall-eżerċiżżju ta' dan id-dritt taċ-ċittadini; jirreferi għar-rapport dwar "l-inizjattiva taċ-ċittadini", imfassal mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali;
83. Jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta regolamenti li jimplimentaw l-Artikolu 298 tat-TFUE dwar amministrazzjoni tajba, li tkun risposta għal talba li ilha pendenti min-naħa tal-Parlament u tal-Ombudsman Ewropew għal sistema komuni ta' liġi amministrattiva li tirregola l-amministrazzjoni Ewropea;
84. Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jipprevedi l-inklużjoni ta' Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-Unjoni, ħaġa li se ssaħħaħ il-leġittimità demokratika ta’ parti importanti mill-politika tal-UE dwar l-iżvilupp; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-passi neċessarji għall-baġit tal-Unjoni Ewropea waqt ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu 2008/2009.
85. Jirrakkomanda li b'mod urġenti jkun eżaminat u msaħħaħ mill-ġdid l-istatus tal-Unjoni f’organizzazzjonijiet internazzjonali ladarba jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Liżbona u l-Unjoni tieħu l-post tal-Komunitajiet Ewropej;
86. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jaqblu mal-Parlament dwar strateġija mmirata biex tiġi żgurata koerenza bejn il-leġiżlazzjoni adottata u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u kif ukoll ir-regoli li hemm fit-Trattati dwar politiki bħal pereżempju dwar il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni, il-protezzjoni ta' dawk li jkunu qegħdin ifittxu l-kenn, it-titjib tat-trasparenza, il-protezzjoni tad-dejta, id-drittijiet tal-minoritajiet u d-drittijiet tal-vittmi u ta' dawk li jkunu taħt suspett;
87. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jikkontribwixxu għat-titjib tar-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet Ewropej u dawk nazzjonali, speċjalment fl-oqsma leġiżlattivi u ġudizzjarji;
88. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jipprevedu t-twaqqif ta' politika komuni tal-enerġija effettiva bl-objettiv li s-swieq tal-enerġija tal-Istati Membri tal-UE jiġu kkoordinati b'mod effiċjenti u kif ukoll jiġu żviluppati waqt li jiġu integrati l-aspetti esterni li jiffukaw fuq is-sorsi u r-rotot tal-provvista ta' enerġija;
89. Jistieden lill-Kunsill biex iqis, flimkien mal-Parlament, x'użu għandu jsir mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127(6) tat-TFUE, li jippermettulu li jikkonferixxi ħidmiet speċifiċi fuq il-Bank Ċentrali Ewropew "li jirrigwardaw politika relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħra, bl-eċċezzjoni ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni";
90. Iwiegħed li jadatta l-organizzazzjoni interna tiegħu bil-għan li jottimizza u jirrazzjonalizza l-eżerċitar tal-poteri l-ġodda mogħtija lilu mit-Trattat;
°
° °
91. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri.
- [1] Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, li ġiet ipproklamata fit-12 ta’ Diċembru fi Strasbourg.
- [2] Kunsill Ewropew ta' Laeken, Dikjarazzjoni ta' Laeken dwar il-Futur ta' l-Unjoni , SN 273/01, 15.12.2001.
- [3] ĠU C 125 E, 22.5.2008, p. 215.
- [4] Testi adottati, P6_TA(2007)0328.
- [5] Testi adottati, P6_TA(2008)0055.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (4.6.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Liżbona
(2008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni (*): Jacek Saryusz-Wolski
(*) Proċedura b'kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jenfasizza li t-twessigħ tal-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni skond it-Trattat ta’ Liżbona, inkluża d-dispożizzjoni ta’ bażijiet legali ġodda u strumenti li jaffettwaw oqsma relatati mal-politika barranija (azzjoni esterna u s-CFSP/CSDP), jeħtieġ bilanċ u koperazzjoni interistituzzjonali ġodda li jassiguraw il-koerenza fl-azzjoni esterna tal-Unjoni u jiggarantixxu skrutinju demokratiku adegwat mill-Parlament;
2. Huwa tal-fehma li r-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni huwa responsabbli mill-iżvilupp, l-organizzazzjoni, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet barranin, b'mod speċjali s-CFSP u s-CSDP, u jagħti rendikont lill-Parlament;
3. Jenfasizza li, kemm fil-formulazzjoni kif ukoll fl-implimentazzjoni tas-CFSP, ir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni mhux biss mitlub li jirrispetta l-prinċipji mfissrin fl-Artikoli 2, 3 u 21 tat-Trattat tal-UE, iżda huwa marbut ukoll li jirrispetta bis-sħiħ il-Karta għad-Drittijiet Fundamentali;
4. Jistenna li l-korpi rilevanti tal-Kunsill tal-UE jikkoperaw direttament mal-kumitati u mal-korpi kompetenti responsabbli mis-CFSP u s-CSDP fi ħdan il-Parlament Ewropew;
5. Se jipprova, inter alia, permezz tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, jiffaċilita l-kunsens fost il-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tal-appoġġ tagħhom għall-inizjattivi tal-Unjoni Ewropea dwar il-politika esterna;
Ir-relazzjonijiet tal-Parlament mar-Rappreżentant Għoli/Viċi-President tal-Kummissjoni
6. Jinsisti li d-drittijiet tal-Parlament Ewropew ikunu rispettati bis-sħiħ dwar in-nomina tal-ewwel Rappreżentant Għoli/Viċi-President tal-Kummissjoni, kif ukoll dwar ħatriet temporanji oħra; jenfasizza li r-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni jagħti rendikont sħiħ direttament lill-Parlament Ewropew;
7. Itenni li l-kariga futura tar-Rappreżentant Għoli/Viċi-President tal-Kummissjoni se tiġi leġittimizzata direttament mill-Paralament Ewropew u li ż-żewġ mandati tiegħu fi ħdan il-Kummissjoni u l-Kunsill mhux se jkunu separati u se jkunu eżerċitati f'armonija sħiħa; għalhekk jistieden lilu/lilha sabiex jibni/tibni fuq il-prattika kurrenti u jidher/tidher b’mod regolari quddiem il-Parlament fil-plenarja u quddiem il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin, kif ukoll jipparteċipa/tipparteċipa f’laqgħat, sabiex ikollu/ikollha konsultazzjonijiet regolari, sistematiċi u sostantivi mal-Parlament u mal-entitajiet kompetenti tiegħu, u sabiex jinvolvi/tinvolvi lill-Parlament fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u b’hekk tissaħħaħ it-trasparenza u tiżdied ir-responsabbiltà tal-politika barranija tal-Unjoni;
8. Huwa tal-opinjoni li d-dibattitu mar-Rappreżentant Għoli/Viċi-President tal-Kummissjoni dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tas-CFSP/CSDP għas-sena li ġejja huwa opportunità ideali biex ikun ikkonsultat il-Parlament fil-bidu ta’ kull sena, u li dibattitu ta’ segwitu għandu jkun skedat għal sitt xhur wara;
9. Jistenna li r-Rappreżentant Għoli jew ir-rappreżentant tiegħu/tagħha jsaħħu l-prattika attwali tal-Presidenza tal-Unjoni li jidhru quddiem il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin biex isir rapport dwar ir-riżultati tal-laqgħat ta’ kull xahar tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin – b’konformità mal-kompitu tar-Rappreżentant Għoli li jmexxi s-CFSP tal-Unjoni u jippresjedi l-Kunsill għall-Affarijiet Barranin (l-Artikolu 18 E(2) u (3) tat-Trattat konsolidat tal-UE);
10. Jitlob lir-rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli inkarigat bil-presidenza tal-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà (PSC) sabiex jidher b’mod regolari quddiem il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament sabiex jirrapporta dwar kwistjonijiet kurrenti li jkunu qed jiġu diskussi fil-laqgħat tal-PSC;
11. Jitlob lir-rappreżentanti speċjali tar-Rappreżentant Għoli (kif stipulat fl-Artikolu 33 tat-Trattat konsolidat tal-UE) jidhru fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u fil-kumitati relevanti l-oħra kif u meta jkunu mitluba jagħmlu dan;
12. Jistenna li t-twaqqif tas-Servizz Ewropew għal Azzjoni Esterna (EEAS) jipprovdi aktar ċarezza fir-rigward tal-kriterji għar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE u għall-ħatra u l-evalwazzjoni tagħhom, inkluż id-definizzjoni u l-għan tal-ħidmiet tagħhom, it-tul ta' żmien tal-mandat tagħhom, u l-koordinazzjoni u l-komplementarjetà mad-delegazzjonijiet futuri tal-Unjoni;
L-interazzjoni bejn il-Kunsill – il-Parlament – il-Kummissjoni dwar il-politika barranija
13. Huwa tal-opinjoni li l-Parlament Ewropew għandu jadotta pożizzjonijiet b’mod aktar sistematiku fuq kull stadju suċċessiv tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-CFSP u tal-ESDP, inklużi dawk dwar deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li jridu jittieħdu f'qasir żmien (bħalma huma dawk maħsuba fir-rigward tal-Battlegroups tal-UE), sabiex jgħin lill-Kunsill jirrifletti l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fil-pożizzjonijiet komuni u fl-azzjonijiet konġunti, u b’hekk tittejjeb il-leġittimità demokratika tagħhom;
14. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Karta għad-Drittijiet Fundamentali tiġi rispettata mill-aspetti kollha tal-azzjoni esterna tal-Unjoni;
15. Jiddeċiedi li jqiegħed fuq quddiem tal-prijoritajiet tiegħu l-prinċipji mfissrin fl-Artikoli 2, 3 u 21 tat-Trattat tal-UE u l-applikazzjoni sħiħa tal-Karta għad-Drittijiet Fundamentali fi kwistjonijiet tas-CFSP; jagħti istruzzjoni lill-kumitat tiegħu responsabbli biex jara li jkun hemm konformita effettiva ma' dan;
16. Jitlob għal aġġornament tal-ftehima interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-Kunsill li tiddefinixxi r-relazzjonijiet ta’ ħidma tagħhom dwar il-politika barranija, inkluż il-qsim ta’ informazzjoni kunfidenzjali fuq il-bażi tal-Artikoli 15 u 295a tat-Trattat ikkonsolidat dwar l-Iffunzjonar tal-UE u l-Artikolu 36 tat-Trattat konsolidat tal-UE;
17. Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu żgurati r-responsabbilta demokratika u t-trasparenza tal-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), b'mod speċjali billi jkun żgurat skambju regolari ta' informazzjoni bejn il-Kap Eżekuttiv tal-EDA u l-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat tiegħu għas-Sigurta u d-Difiża, u billi ċ-Chairman ta' dak is-Sottokumitat jingħata l-possibbilta li jikkonsulta mal-Bord ta' Tmexxija tal-EDA;
Il-Parlament u l-EEAS
18. Jenfasizza l-ħtieġa għat-trasparenza u għall-iskrutinju demokratiku tal-proċess sħiħ u jfakkar fid-dritt tiegħu li jkun ikkonsultat dwar it-twaqqif tal-EEAS bi qbil ma l-Artikolu 26 tat-Trattat konsolidat tal-UE u li jkun assoċjat kompletament ma' dan ix-xogħol ta' tħejjija; huwa tal-opinjoni li l-EEAS għandu jkun amministrattivament marbut mal-Kummissjoni, u għandu jirreferi għar-rapport li dejjem għaddej dwar din il-kwistjoni;
19. Juri l-intenzjoni tiegħu li jistieden lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-pajjiżi terzi biex jidhru quddiem il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin;
Ir-relazzjonijiet tal-Parlament mal-parlamenti nazzjonali dwar il-politka barranija
20. Jilqa’ dispożizzjonijiet għal koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali skond it-Trattat ta’ Liżbona; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi stabbilita kollaborazzjoni aktar mill-viċin bejn il-kumitati rilevanti tal-parlamenti Ewropej u nazzjonali, li tibni fuq il-prassi attwali ta' laqgħat bejn iċ-chairpersons tal-affarijiet barranin, il-kumitati għad-difiża u l-affarijiet Ewropej tal-parlamenti nazzjonali u l-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin; jirreferi għar-rapport tiegħu li għadu għaddej dwar din il-kwistjoni;
L-opinjonijiet tal-Parlament dwar il-ftehimiet internazzjonali dwar il-politika barranija
21. Jilqa' l-fatt li l-Parlament se jkollu setgħat usa' biex jagħti l-kunsens tiegħu dwar ftehimiet internazzjonali, u b'mod partikulari dwar dawk kollha fejn il-proċedura leġiżlattiva ordinarja hija użata għal skopijiet interni; iħeġġeġ li kwalunkwe ftehima 'imħallta' futura li tħallat elementi mhux tas-CFSP ma’ elementi tas-CFSP tiġi ttrattata skond bażi legali unika, li għandha tkun dik relatata direttament mas-suġġett ewlieni tal-ftehima; jinnota li l-Parlament se jkollu d-dritt li jiġi kkonsultat fil-każijiet l-oħra kollha ħlief fejn il-ftehima tkun esklussivament dwar is-CFSP;
L-opinjonijiet tal-Parlament dwar l-irwol tal-Unjoni fl-organizzazzjonijet internazzjonali
22. Jistieden lill-Istati Membri biex jikkonsultaw l-imsieħba tagħhom tal-UE u lir-Rappreżentant Għoli/Viċi-President tal-Kummissjoni qabel ma jiġu adottati deċiżjonijiet strateġiċi fil-qasam tal-politika barranija, b’mod partikulari f’organizzazzjonijiet multilaterali, sabiex il-pożizzjonijiet tagħhom fir-rigward ta’ deċiżjonijiet strateġiċi jkunu koerenti u ma jaffettwawx il-konverġenza tal-politika barranija tal-UE jew ixekklu l-kredibbiltà tal-UE bħala protagonista globali vis-à-vis pajjiżi terzi; ifakkar f’dan ir-rigward li t-Trattat ta’ Liżbona jobbliga lill-Istati Membri biex jikkonsultaw lil xulxin u biex juru solidarjetà reċiproka;
23. Jistieden lill-Istati Membri tal-UE li huma wkoll membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex itejbu l-koordinazzjoni tagħhom fi ħdan dak il-qafas biex isaħħu l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni fil-livell dinji, u biex f'perspettiva fit-tul jistinkaw biex ikun assigurat siġġu għall-UE fil-Kunsill tas-Sigurtà;
24. Jirrakkomanda li b'mod urġenti jkun eżaminat u msaħħaħ mill-ġdid l-istatus tal-Unjoni f’organizzazzjonijiet internazzjonali ladarba jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Liżbona u l-Unjoni tieħu l-post tal-Komunitajiet Ewropej;
L-iffinanzjar tas-CFSP skond it-Trattat ta’ Liżbona u l-irwol tal-Parlament
25. Huwa tal-opinjoni li l-azzjonijiet esterni kollha tal-Unjoni (li jinkludu dawk tas-CSDP futur imma jeskludu kull infiq militari) fil-ġejjieni għandhom jiġu finanzjati mill-baġit komuni tal-UE;
26. Jirrakkomanda li ċ-Chairpersons u/jew ir-rapporteurs tal-Kumitati tal-Parlament responsabbli għall-azzjoni esterna jkunu involuti b’mod sħiħ, fuq bażi ex officio, fl-attivitajiet tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ġdid maħsub għall-proċedura ġdida tal-baġit;
27. Ifakkar li l-Parlament Ewropew huwa responsabbli mill-organizzazzjoni interna tiegħu u mill-koerenza tal-ħidma tiegħu; għalhekk se jżomm il-prassi tas-soltu għat-twaqqif u għat-tħaddim tas-sottokumitati taħt il-patroċinju tal-Kumitati għall-Affarijiet Barranin;
28. Jirreferi għar-rapport tiegħu li għadu għaddej dwar din il-kwistjoni.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
3.6.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
46 7 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Monika Beňová, André Brie, Colm Burke, Philip Claeys, Véronique De Keyser, Hanna Foltyn-Kubicka, Georgios Georgiou, Bronisław Geremek, Maciej Marian Giertych, Ana Maria Gomes, Alfred Gomolka, Klaus Hänsch, Anna Ibrisagic, Jelko Kacin, Ioannis Kasoulides, Maria Eleni Koppa, Helmut Kuhne, Willy Meyer Pleite, Francisco José Millán Mon, Philippe Morillon, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Baroness Nicholson of Winterbourne, Alojz Peterle, Tobias Pflüger, João de Deus Pinheiro, Samuli Pohjamo, Raül Romeva i Rueda, Libor Rouček, Christian Rovsing, Katrin Saks, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, György Schöpflin, István Szent-Iványi, Inese Vaidere, Ari Vatanen, Jan Marinus Wiersma, Luis Yañez-Barnuevo García, Zbigniew Zaleski, Josef Zieleniec |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Giulietto Chiesa, Alexandra Dobolyi, Árpád Duka-Zólyomi, Martí Grau i Segú, Evgeni Kirilov, Jaromír Kohlíček, Miloš Koterec, Jo Leinen, Doris Pack, Rihards Pīks, Adrian Severin, Jean Spautz, Karl von Wogau |
|||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (28.5.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol il-ġdid u r-responsabilitajiet il-ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona
(2008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni (*): Danutė Budreikaitė(*) Proċedura b'kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Artikolu 208 (1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU) jistipula li "il-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u dik tal-Istati Membri għandhom jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin", bil-kontra tal-Artikolu attwali 177(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, li jirreferi għal "politika komunitarja fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, li għandha tkun tikkumplimenta kull politika li jkollhom l-Istati Membri"; jenfasizza li dan jagħti lill-Unjoni livell akbar ta' inizjattiva fit-tfassil ta' politika li għandu jwassal għall-koordinazzjoni aħjar tad-donaturi u tal-qsim tax-xogħol u għal effettività ikbar f'termini ta' għajnuna, iżda li jinvolvi wkoll responsabilitajiet akbar għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż il-Parlament;
2. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Artikolu 208(1) tat-TFEU jiddikjara b'mod ċar li "l-objettiv prinċipali tal-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni għandu jkun it-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar", jinsisti li dan l-objettiv primarju jrid jitqiegħed fil-kuntest tal-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp għall-Millennju (MDGs); itenni li l-politiki kollha li għandhom impatt fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom iqisu dan l-għan tal-iżvilupp u li l-Parlament se jkollu rwol importanti ħafna fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dan l-objettiv tat-Trattat;
3. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Artikolu 214 tat-TFEU jirrikonoxxi l-għajnuna umanitarja bħala politika tal-Unjoni żviluppata li trid tikkonforma mal-prinċipji tal-liġi internazzjonali u mal-prinċipji ta' imparzjalità, newtralità u non-diskriminazzjoni; huwa tal-fehma li t-Titolu III, Kapitoli 1 (Il-koperazzjoni fl-izvilupp) u 3 (L-għajnuna umanitarja) jipprovdu bażi legali ċara għall-iżvilupp u l-assistenza umanitarja u jirriflettu l-integrità tagħhom bħala komptenzi tal-Unjoni li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja (il-kodeċiżjoni);
4. Jinsisti li l-limitu fuq in-numru ta' Kummissarji mill-1 ta' Novembru 2014 (Artikolu 17 (5) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (kif emendat mit-Trattat ta' Liżbona)) m'għandux iwassal għat-tneħħija tal-kariga ta' Kummissarju għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja, li jrid jibqa' responsabbli mill-politika għall-iżvilupp tal-Unjoni u mid-direttorat ġenerali u s-servizzi reponsabbli mit-tfassil tal-politika, pariri dwar il-politika u l-ġestjoni tal-politika dwar il-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, waqt li jikkopera mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà sabiex tkun żgurata l-konsistenza fil-qasam tal-azzjoni esterna skond l-Artikolu 208(1) tat-TFEU, li jistipula li "l-Unjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-objettivi ta' koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw";
5. Jinsisti li għandha tingħata importanza ikbar lill-iżvilupp fl-UE, bl-appoġġ ta' struttura amministrattiva responsabbli mill-politika u l-implimentazzjoni tagħha; jenfasizza li l-Kummissarju għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja għandu jmexxi l-politika għall-iżvilupp b'mod iktar b'saħħtu minn dak attwali;
6. Jenfasizza li l-iżvilupp ta' Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna (EEAS) se jgħin lill-Kummissjoni biex tkompli tħaffef ir-riforma u s-simplifikazzjoni tad-direttorati ġenerali responsabbli mill-azzjoni esterna; jinsisti li l-Parlament irid ikun involut bis-sħiħ fid-deċiżjoni dwar l-istruttura ta' dan l-EEAS; jinsisti li dan is-servizz il-ġdid irid jagħti rendikont sħiħ ta' għemilu lill-Parlament; jinsisti, madankollu, li r-responsabilità kemm għall-politika tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u kemm għall-implimentazzjoni ta' din il-politika għandha taqa' taħt il-Kummissarju għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja;
7. Jinsisti li, sabiex tkun żgurata l-kompetenza tal-politika għall-iżvilupp, għad hemm il-bżonn ta' direttorat ġenerali speċifiku għall-iżvilupp fil-livell amministrattiv, responsabbli mit-tfassil ta' politika, pariri dwar il-politika u l-ġestjoni tal-politika tal-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE;
8. Jenfasizza li l-prattika attwali tal-qsim tat-tfassil ta' politika, tal-ipprogrammar u tal-implimentazzjoni fil-qasam tal-politika tal-koperazzjoni għall-iżvilupp għandha tieqaf, sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE;
9. Jenfasizza l-ħtieġa li tkun żgurata l-konsistenza u li jkunu integrati l-programmi għall-iżvilupp u umanitarji għall-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP), l-Asja u l-Amerika Latina;
10. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkoreġi l-inkonsistenzi eżistenti fl-istruttura u l-kompetenzi tad-direttorati ġenerali tagħha, kemm f'termini ta' politika u anke ta' baġit; jitlob li d-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp jingħata r-responsabilità għall-koperazzjoni għall-iżvilupp kollha tal-UE, inkluża l-koperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li m'humiex pajjiżi tal-AKP, u li l-EuropeAid tkun integrata fid-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp;
11. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rekwiżit għall-approvazzjoni (kunsens) tal-Parlament għall-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali li jkopru oqsma li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja jew il-proċedura leġiżlattiva speċjali (fejn il-kunsens tal-Parlament huwa meħtieġ) (Artikolu 218 (6) (a) (v) tat-TFEU); jenfasizza li dan se jżid it-trasparenza u l-iskrutinju demokratiku eżerċitat mill-Parlament fuq l-aspetti kollha tal-politika tal-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE;
12. Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona jżomm il-proċedura (leġiżlattiva ordinarja) ta' kodeċiżjoni fil-qasam tal-politika dwar il-koperazzjoni għall-iżvilupp; jenfasizza li dan għandu jfisser li l-Parlament igawdi minn u li jagħmel użu sħiħ mid-dritt tiegħu ta' skrutinju demokratiku fuq l-aspetti kollha tal-politika dwar il-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE;
13. Jilqa' b'sodisfazzjon l-introduzzjoni mill-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (kif emendat mit-Trattat ta' Liżbona) tal-iskrutinju mill-parlamenti nazzjonali rigward ir-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà; huwa tal-fehma li involviment akbar tal-parlamenti nazzjonali fil-qasam tal-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE se jtejjeb il-komplementarjetà reċiproka bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u jżid il-kuxjenza pubblika tal-attivitajiet tal-Unjoni f'dan il-qasam; jenfasizza l-ħtieġa li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jippreparaw għal dan bl-aktar mod effiċjenti;
14. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li t-Trattat ta' Liżbona jintroduċi dispożizzjonijiet li jorbtu għall-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal fl-objettivi interni u esterni tal-UE;
15. Jilqa' t-tneħħija mit-Trattat ta' Liżbona tal-Artikolu 179(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jeskludi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dak it-Trattat; jinnota li dan iwitti t-triq għall-inklużjoni tal-EDF fil-baġit tal-Unjoni mingħajr il-bżonn ta' reviżjoni ta' dak it-Trattat; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkludu l-EDF fil-baġit tal-UE fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu 2008/2009, biex b'hekk tissaħħaħ il-leġittimità demokratika ta' parti importanti tal-politika għall-iżvilupp tal-UE u l-baġit tagħha;
16. Jenfasizza li biss jekk tingħata prijorità għolja lill-koerenza tal-politika għall-iżvilupp, l-Unjoni se tkun tista' tissodisfa kemm il-miri rigward l-iżvilupp u kemm il-valuri tal-UE kif iddikjarati fit-Trattat ta' Liżbona;
17. Jilqa' b'sodisfazzjon il-prospettiva li jkun hemm arkitettura istituzzjonali iktar razzjonalizzata fil-livell ta' UE biex tikkoordina l-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-UE, iżda jwissi li sabiex tkun verament effettiva, il-politika għall-iżvilupp trid tkun ibbażata fuq sħubija u responsabilità komuni mal-pajjiżi li jirċivuha.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni
|
28.5.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 0 2 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Margrete Auken, Alessandro Battilocchio, Thijs Berman, Danutė Budreikaitė, Marie-Arlette Carlotti, Corina Creţu, Beniamino Donnici, Fernando Fernández Martín, Juan Fraile Cantón, Alain Hutchinson, Filip Kaczmarek, Glenys Kinnock, Maria Martens, Gay Mitchell, Luisa Morgantini, Horst Posdorf, José Ribeiro e Castro, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Feleknas Uca, Anna Záborská, Jan Zahradil |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
John Bowis, Ana Maria Gomes, Miguel Angel Martínez Martínez, Manolis Mavrommatis, Mihaela Popa, Renate Weber, Gabriele Zimmer |
|||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (27.5.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol il-ġdid u r-responsabilitajiet il-ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona
(2008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni (*): Georgios Papastamkos(*) Proċedura b'kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Iqis li l-bidliet introdotti mit-Trattat ta’ Liżbona fil-qasam tal-Politika Kummerċjali Komuni (CCP) jagħtu kontribut ġenerali għat-titjib tal-leġittimità demokratika u l-effiċjenza tagħha; f’dan ir-rigward jenfasizza li f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-CCP, ir-rikonoxximent espliċitu tal-oqsma kollha li tkopri s-CCP bħala kompetenza esklużiva, u b’mod speċjali l-irwol u l-poteri tal-Parlament imsaħħa b’mod sostanzjali;
2. Jisħaq fuq ir-rekwiżit espliċitu li s-CCP għandha taqdi l-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inter alia, filwaqt li tissalvagwarda l-valuri u l-interessi fundamentali tagħha, tappoġġja d-demokrazija u l-istat tad-dritt, tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u t-tmexxija globali tajba; jenfasizza l-ħtieġa li jkunu garantiti l-konsistenza u l-appoġġ reċiproku fost l-aspetti varji tal-azzjoni esterna tal-UE; iżda jara ħtieġa kontinwa għal politika tal-kummerċ awtonoma li tagħti ħaqq lill-importanza tal-interessi kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għall-impjiegi u r-riżq; iwissi li wieħed m’għandux iqis is-CCP bħala mezz ta' nnegozjar għall-implimentazzjoni ta’ objettivi oħra ta’ politika;
3. Jappoġġja bil-qawwa l-promozzjoni effettiva ta’ interessi mhux kummerċjali, bħal ma huwa l-osservanza tal-istandards ambjentali, soċjali u tas-sikurezza tal-ikel, permezz tat-tħaddin tas-CCP fil-livelli bilaterali, interreġjonali u multilaterali;
Ir-relazzjonijiet futuri mal-Kummissjoni Ewropea
4. Jenfsizza li, fir-rigward tan-negozjati dwar ftehimiet internazzjonali u l-konklużjoni tagħhom skond is-CCP, il-Kummissjoni se jkollha l-obbligu legali li tgħarraf lill-Parlament dwar il-progress tan-negozjati fuq l-istess bażi mal-“Kumitat (speċjali) imsemmi fl-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFEU)” tal-Kunsill; jitlob li din l-informazzjoni tingħata sa l-istess punt u fl-istess ħin li tingħata lill-kumitat rilevanti tal-Kunsill skond dak l-Artikolu;
5. Jiddispjaċih għall-iżbilanċ rigward l-irwol u l-poteri tal-Parlament bejn il-kompetenzi interni u esterni tiegħu fl-oqsma tas-CCP; iqis b’mod partikulari li m’hux aċċettabbli li t-Trattat ta’ Liżbona ma jagħtix lill-Parlament id-dritt li japprova l-mandat tal-Kummissjoni li tinnegozja ftehima kummerċjali;
6. Iqis, madankollu, li l-Parlament għandu d-dritt li jistabbilixxi kundizzjonijiet minn qabel sabiex jagħti l-kunsens tiegħu, li jkun meħtieġ għall-konklużjoni tal-ftehimiet kummerċjali kollha; jisħaq għalhekk fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-Ftehima ta’ Qafas, u b’mod partikulari l-paragrafu 19 tagħha, dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kummissjoni;
7. Jitlob li jiddaħħlu paragrafi speċifiċi fil-Ftehima ta' Qafas imġedda li jistiednu lill-Kummissjoni biex:
a. tirreaġixxi għall-kundizzjonijiet li l-Parlament jista’ jqiegħed minn qabel biex jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni ta' ftehima kummerċjali qabel ma jibdew in-negozjati b’mod effettiv;
b. tipprovdi lill-Parlament bl-informazzjoni kollha meħtieġa li għandha x’taqsam mas-CCP u n-negozjati tal-ftehimiet kummerċjali jew in-negozjati tal-komponenti kummerċjali ta’ kwalunkwe ftehima, inklużi l-proposti kollha u l-abbozz ta’ proposti biex ikunu negozjati mandati u/jew direttivi, fi żmien suffiċjenti biex il-Parlament ikun jista' jesprimi l-opinjoni tiegħu u biex il-Kummissjoni tkun tista' tqis dawn l-opinjonijiet b'mod xieraq;
c. fir-rigward tat-trasparenza tal-operati tal-Kumitat tal-Artikolu 207 TFEU, tagħmel id-dokumenti kollha disponibbli għall-Kumitat responsabbli tal-Parlament;
d. tinkludi delegazzjoni ta’ osservaturi mill-Parlament fi kwalunkwe negozjati dwar il-ftehimiet kummerċjali jew komponenti kummerċjali ta' kwalunkwe ftehima internazzjonali oħra;
Ir-relazzjonijiet futuri mal-Kunsill
8. Jiġbed l-attenzjoni li, skond l-Artikolu 207 (2) TFEU, il-Parlament u l-Kunsill ikunu koleġiżlaturi fuq l-istess livell meta jkunu qed jiddeterminaw il-qafas għall-implimentazzjoni tas-CCP, li tista’ tinkludi kemm aspetti ta’ politika kif ukoll aspetti tekniċi tas-CCP;
9. Iqis li l-kliem “miżuri li jiddefinixxu l-qafas għall-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni” fl-Artikolu 207 (2) TFEU jimplika li l-elementi essenzjali tas-CCP se jiddaħlu fl-atti leġiżlattivi adottati skond il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u li l-elementi mhux essenzjali ta' dawn l-atti jistgħu jiġu emendati jew supplimentati mill-Kummissjoni fil-forma ta' "atti delegati", jekk ikun hekk iddikjarat fl-att leġiżlattiv bażiku, b’konformità mal-Artikolu 290 B TFEU;
10. Jinnota li, fir-rigward ta’ “atti delegati”, il-Parlament ikollu poteri kunsiderevoli, li jistgħu jwasslu biex joġġezzjona għad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi, jekk l-att kodeċiż ewlieni jipprevedi dan;
11. Iqis li l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ atti leġiżlattivi fis-CCP jitolbu li l-atti leġiżlattivi jagħtu poteri ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ “atti ta’ implimentazzjoni”, f’konformità mal-Artikolu 291 TFEU; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipproponi, malajr kemm jista’ jkun, regolament li jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar l-atti ta’ implimentazzjoni, inklużi l-mekkaniżmi għall-kontroll ta’ dawn is-setgħat mill-Istati Membri, u jħeġġeġ lill-Parlament u lill-Kunsill biex jadottaw dan ir-regolament malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat;
12. Jenfasizza li dan ir-regolament għandu jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm lura milli tagħmel bidliet sostanzjali lill-atti leġiżlattivi bażiċi, jew milli żżid dettalji li jaffettwaw ir-rieda politika espressa f'atti leġiżlattivi bażiċi, meta tiġi adottata leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni li tikkonċerna s-CCP;
13. Jistieden lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jikkunsidraw in-negozjati għal Ftehima Interistituzzjonali ġdida mal-Parlament li tagħti lill-Parlament definizzjoni sostanzjali tal-involviment tiegħu f’kull stadju li jwassal għall-konklużjoni ta’ ftehima internazzjonali;
14. Jitlob lill-Kunsill biex jistieden ir-rappreżentanti tal-Parlament sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat kollha tal-Coreper II li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet li jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja;
Ir-relazzjonijiet futuri mal-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika dwar is-Sigurtà – Azzjoni Esterna
15. Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli li jmiss tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika dwar is-Sigurtà (“HR/VP”) biex flimkien mal-Parlament jikkunsidra metodi xierqa biex il-Parlament jinżamm infurmat u kkonsultat bis-sħiħ dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni; biex jitkompla dan l-għan, għandhom isiru ta’ proċedura normali il-laqgħat regolari konġunti bejn il-grupp ta’ Kummissarji tar-Relazzjonijiet Esterni (biċ-chairman ikun ir-Rappreżentant Għoli / il-Viċi-President) ma’ delegazzjonijiet mill-Kumitati responsabbli tal-Parlament, kif ukoll il-laqgħat regolari konġunti bejn il-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill, il-Coreper, il-PSC, il-Kumitat għall-Artikolu 207, u l-Kummissjoni Ewropea flimkien mar-rapporteurs u d-delegazzjonijiet tal-Parlament;
16. Jitlob biex proċedura ta’ smigħ “ad hoc” tiġi stabbilita għan-nominazzjoni ta’ Viċi-President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Iżvilupp;
Ir-relazzjonijiet futuri mal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE
17. Iqis li ż-żamma ta’ Kummissarju wieħed, li jkollu r-responsabilità unika għall-politika tal-kummerċ fil-Kulleġġ tal-Kummissarji, hija essenzjali sabiex l-importanza tas-CCP tkun apprezzata;
18. Jinnota li l-kwistjonijiet kollha li jaqgħu taħt is-CCP (Parti V, Titolu II TFEU) se jkunu fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, inkluż il-kummerċ fil-prodotti, fis-servizzi, fl-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali u tal-investiment dirett barrani, li jfisser li l-ftehimiet tal-kummerċ se jkunu “ftehimiet tal-Unjoni” u li mhux se jkun hemm aktar ftehimiet tal-kummerċ imħallta li se jiġu konklużi kemm mill-Unjoni kif ukoll mill-Istati Membri;
19. Għandu l-intenzjoni, bħala konsegwenza ta’ dan, li jidħol fi djalogu strutturat mal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri sabiex flimkien jiżguraw il-leġittimità demokratika tas-CCP tal-Unjoni.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
27.5.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
26 0 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Kader Arif, Françoise Castex, Christofer Fjellner, Glyn Ford, Béla Glattfelder, Ignasi Guardans Cambó, Jacky Hénin, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Georgios Papastamkos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Corien Wortmann-Kool |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Pierre Audy, Albert Deß, Eugenijus Maldeikis, Javier Moreno Sánchez, Salvador Domingo Sanz Palacio, Frithjof Schmidt, Zbigniew Zaleski |
|||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emanuel Jardim Fernandes |
|||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (4.6.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol il-ġdid u r-responsabbiltajiet tal-Parlament sabiex jimplimenta t-Trattat ta' Liżbona
2008/2063(INI)
Rapporteur għal opinjoni (*): Pervenche Berès
(*) Proċedura mal-kumitati assoċjati - Regola 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jemmen li r-rikonoxximent tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bħala istituzzjoni Ewropea, li ma jaffettwax l-indipendenza tiegħu meta jmexxi l-politika monetarja, iżid ir-responsabbilità tal-Parlament, u, b'mod partikolari, dik tal-Kumitat responsabbli mill-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala istituzzjoni li l-BĊE irid jagħtiha kont tad-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-politika monetarja; jikkunsidra li għandu jkun hemm infurzar parallel tal-kontribut tal-Parlament sabiex jinħatru l-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE; huwa tal-fehma li l-irwol tal-BĊE fil-ġlieda kontra attivitajiet li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għandu jwassal għal koperazzjoni mill-qrib bejn il-kumitati tal-Parlament;
2. Jilqa' b'sodisfazzjon l-irwol konsultattiv ġdid li se jkollu skond l-Artikolu 40(2) tal-Istatut tal-BĊE fir-rigward tat-tibdil fil-kompożizzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE;
3. Jinnota li l-Eurogroup u l-irwol predominanti tiegħu li jiddeċiedi l-politka ekonomika għaz-zona tal-ewro kienu rikonoxxuti uffiċjalment; jikkunsidra li hu neċessarju, għalhekk, li jrawwem il-prattika ta' skambji mibdija mill-Kumitat tiegħu responsabbli għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji; jitlob lill-Eurogroup u lill-Kummissjoni sabiex jiċċaraw x'effett se jkollu dan l-iżvilupp f'termini ta' riżorsi u evalwazzjoni; jikkunsidra li l-impatt baġitarju tar-rikonoxximent tal-Eurogroup għandu jiġi eżaminat mill-awtorità baġitarja;
4. Jikkunsidra li l-ħolqien ta' bażi legali għall-adozzjoni ta' linji ta' gwida aktar wesgħin dwar il-politika ekonomika għaz-zona tal-ewro, fl-Artikolu 136 tat-Trattat futur għall-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU), u ta' miżuri li jsaħħu l-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tad-dixxiplina baġitarja tal-Istati Membri jrid iwassal biex il-Kummissjoni tibda tuża minnufih din il-bażi l-ġdida biex tidħol għal inizjattiva li tinvolvi lill-Parlament bis-sħiħ fid-definizzjoni tal-proċedura u tal-implimentazzjoni tagħha;
5. Jikkunsidra li l-possibilità ta' pożizzjonijiet komuni u ta' rappreżentanza unifikata taz-zona tal-ewro f'istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali għandha tiġi implimentata bla dewmien u għandha tirriżulta wkoll fil-parteċipazzjoni f'rappreżentazzjonijiet bħal dawn ta' dawk il-membri tal-Kumitat tiegħu responsabbli mill-affarijiet ekonomiċi u monetarji li huma ċittadini ta' xi Stat Membru li huwa rappreżentat fil-Eurogroup;
6. Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq regolament li jippermetti lill-Parlament u lill-Kunsill li jiddeċiedu dwar l-arranġamenti għall-proċedura tas-sorveljanza multilaterali skond l-Artikolu 121(6) tat-TFEU;
7. Jinnota, min-naħa l-waħda, it-tisħiħ tal-irwol tal-Kummissjoni skond it-TFEU, li bih tkun tista' tgħaddi l-opinjonijiet b'mod dirett lill-Istati Membri li ma jikkonformawx mal-linji ta' gwida wesgħin dwar il-politika ekonomika jew li jqiegħdu l-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja fil-periklu u, min-naħa l-oħra, l-introduzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati dwar il-proċedura tas-sorveljanza multilaterali, li għandha ssaħħaħ il-koordinazzjoni ekonomika;
8. Jilqa' b'sodisfazzjon l-emendi għall-Artikolu 16 tat-Trattat KE, li se jsir l-Artikolu 14 tat-TFEU, li jikkonċernaw is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, u b'mod partikolari l-bażi legali li tawtorizza d-definizzjoni tal-prinċipji u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-provvista ta' servizzi bħal dawn. kif ukoll l-adozzjoni ta' protokoll dwar is-servizzi ta' interess ġenerali; jilqa' b'sodisfazzjon ukoll l-introduzzjoni ta' proċedura leġiżlattiva ordinarja li tawtorizza lill-Parlament u lill-Kunsill li jistabbilixxu prinċipji u kondizzjonijiet għall-provvista ta' dawn is-servizzi;
9. Jilqa' b'sodisfazzjon l-irwol imsaħħaħ tal-parlamenti nazzjonali fir-rigward tal-monitoraġġ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja; madankollu jimpenja ruħu li, fin-nuqqas ta' konsultazzjoni speċifika mal-parlamenti nazzjonali, jinvolvihom fuq bażi annwali fid-diskussjonijiet tiegħu dwar il-linji ta' gwida wesgħin tal-politika ekonomika;
10. Jiġbed l-attenzjoni li l-atti delegati previsti fl-Artikolu 290 tat-TFEU imorru mal-leġiżlazzjoni finanzjarja; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li d-delegazzjoni tal-poter lill-Kummissjoni hija definita b'mod aktar ċar f'termini ta' kamp ta' applikazzjoni u żmien; madankollu jiġbed l-attenzjoni għall-karatteristiċi speċifiċi tal-proċess Lamfalussy, l-aktar f'dak li jirrigwarda t-tixrid ta' informazzjoni fost l-istituzzjonijiet varji u t-trasparenza tal-Kummissjoni fl-iżvilupp ta' miżuri leġiżlattivi, u l-ħtieġa li jiġu ppreservati għallinqas dawk il-karatteristiċi speċifiċi, jekk mhux li jiġu żviluppati għal aktar trasparenza, koperazzjoni aħjar bejn l-istituzzjonijiet, u sorveljanza aħjar fil-livell tal-UE;
11. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiċċara l-interpretazzjoni intenzjonata tagħha tad-Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 290 tat-TFEU, li għandha x'taqsam mal-konsultazzjoni tal-esperti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, u dwar kif għandha l-ħsieb li tapplika din l-interpretazzjoni, lil hinn mill-ittra tad-dispożizzjonijiet relatati mal-atti delegati fit-TFEU;
12. Jistieden lill-Kummissjoni, fejn hu possibbli, biex tuża l-Artikolu 290 tat-TFEU sabiex tinkoraġġixxi l-użu tar-regolamenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji;
13. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tuża mingħajr dewmien l-Artikolu 197 il-ġdid tat-TFEU biex iddaħħal miżuri dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u s-sorveljanza tas-suq tas-servizzi finanzjarji;
14. Jistieden lill-Kunsill biex jikkunsidra, flimkien mal-Parlament, x'użu għandu jsir mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127(6) tat-TFEU, li jippermettulu li jagħti impenji speċifiċi lill-BĊE marbuta mas-sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra bl-eċċezzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni;
15. Jesprimi tħassib għaż-żieda fl-Artikolu 57 tat-Trattat KE, li se jsir l-Artikolu 64 tat-TFEU, ta' proċedura għall-adozzjoni, fuq il-bażi ta' deċiżjoni unanima mill-Istati Membri, ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu ta' kapital lejn u minn pajjiżi terzi, meta dawn ir-restrizzjonijiet imorru kontra l-istat ta' liberalizzazzjoni tas-suq; huwa tal-opinjoni li din il-kondizzjoni l-ġdida, fil-prattika, mhijiex se tħalli li jsiru inizjattivi mill-UE fil-qasam tas-swieq finanzjarji li jistgħu jkunu vitali biex jissalvagwardaw l-istabilità finanzjarja Ewropea.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI TAL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
3.6.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 0 3 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mariela Velichkova Baeva, Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Manuel António dos Santos, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Guntars Krasts, Andrea Losco, Astrid Lulling, Florencio Luque Aguilar, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Dariusz Rosati, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg |
|||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Daniel Dăianu, Mia De Vits, Harald Ettl, Vladimír Maňka, Margaritis Schinas |
|||||
Sostitut (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Tobias Pflüger |
|||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (29.5.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona
(2008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni(*): Jan Andersson
(*) Proċedura b' kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
A. Billi, bil-ħsieb tal-preparament ta’ rapport tar-rwol potenzjali il-ġdid tal-Parlament Ewropew u responsabbiltajiet għal implimentar tat-Trattat ta' Liżbona, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali talab lil kumitati parlamentari kollha biex iwieġbu għal żewġ mistoqsijiet inklużi f'dokument ta' ħidma preparati minn dak il-Kumitat,
B. Billi ċ-chairman tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali talab lill-gruppi politiċi għal kummenti dwar dawn iż-żewġ mistoqsijiet u sserva bil-kontribuzzjonijiet provduti mis-segretarjat ta’ dan il-Kumitat,
1. Jinnota, fir-rigward tal-kwistjoni dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali rigward ir-responsabbiltajiet demokratiċi miżjuda tal-Parlament provduti fit-Trattat ta' Liżbona, li, kif intwera fid-dokument ta’ ħidma tiegħu tad-9 ta' April 2008 dwar il-Modifiki introdotti mit-Trattat ta’ Liżbona ta’ interess għall-Kumitat EMPL, ftit bidliet se jkunu introdotti mit-Trattat ta’ Liżbona fir-rigward tal-kompetenzi tal-Kumitat għall-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali, kif mogħtija mill-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura;
2. Għalhekk, iqis li l-użu tar-responsabbiltajiet demokratiċi miżjuda tal-Parlament kif provduti fit-Trattat ta’ Liżbona se jkollu effett marġinali biss meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali fir-rigward kemm tal-kompetenzi kif ukoll tal-immaniġġjar ta’ fajls mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali;
3. Jenfasizza li t-Trattat ta’ Liżbona jipprovdi għal aktar progress dwar Ewropa soċjali u għal tisħiħ ta’ leġiżlazzjoni soċjali dwar il-bażi ta’ karatteristika li torbot tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jinnota li ċerti Stati Membri għandhom 'opt-outs' mill-irbit tal-Karta, u ta’ definizzjoni aktar sistematika, fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat għall-Unjoni Ewropea, kif emendata, tal-valuri li huma bbażati fuqhom l-azzjonijiet u l-miri ewlenin tal-Unjoni Ewropea;
4. Minbarra dan, jenfasizza l-importanza tal-klawsola soċjali orizzontali fl-Artikolu 9 tat-Trattat għall-Unjoni Ewropea, kif emendata, li se tkun ta’ prinċipju ġenerali tat-tfassil tal-politika tal-Unjoni Ewropea;
5. Jilqa', b'mod partikulari, l-Artikolu 16 tat-Trattat KE, kif emendat, u l-Protokoll għat-Trattat ta' Liżbona dwar is-Servizzi ta' Interess Ġenerali, li jipprovdu bażi legali ċara għad-definizzjoni tar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tas-servizzi pubbliċi ta' kwalita għolja u aċċessibbli b'mod universali għall-utenti;
6. Jilqa’ l-fatt li leġiżlazzjoni li tipprojbixxi diskriminazzjoni se ssir suġġetta għall-proċedura ta' kodeċiżjoni;7. Jinnota, fir-rigward tal-kwistjoni dwar kif il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jaħseb biex jindirizza t-tranżizzjoni minn konsultazzjoni għal kodeċiżjoni fi proċeduri leġiżlattivi u ma' tibdil proċedurali ieħor, li hemm tliet proposti leġiżlattivi biss li qed ikunu evalwati fil-preżent, li se jkunu affettwati bit-tibdil introdott bit-Trattat ta’ Liżbona; jinnota li dawn it-tliet proposti jikkonċernaw kollha l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u huma bbażati fuq l-Artikoli 42 u 308 tat-Trattat KE:
- proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għal implimentar tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali (COM(2006)0016 – C6 0037/2006 – 2006/0006(COD));
- proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Anness XI (COM(2006)0007 – C6 0029/2006 – 2006/0008(COD)); kif ukoll
- proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għal implimentar tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali (COM(2007)0016 – C6 0037/2007 – 2007/0006(COD));
jinnota li t-tieni u t-tielet proposta msemmija se jingħaqdu u jkunu adottati bħala att leġiżlattiv wieħed;
8. Jinnota li l-uniku tibdil introdott mit-Trattat ta’ Liżbona għat-tliet proposti leġiżlattivi msemmija hawn fuq se jkun li fir-rigward tal-adozzjoni tagħhom, il-votazzjoni fil-Kunsill se sseħħ fuq il-bażi tal-maġġoranza kwalifikata milli bl-unanimità, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 42 tat-Trattat KE kif emendata.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
29.5.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
33 2 2 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Andersson, Edit Bauer, Philip Bushill-Matthews, Alejandro Cercas, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Jan Cremers, Harald Ettl, Richard Falbr, Roger Helmer, Stephen Hughes, Jan Jerzy Kułakowski, Jean Lambert, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Maria Matsouka, Elisabeth Morin, Juan Andrés Naranjo Escobar, Csaba Őry, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Rovana Plumb, Jacek Protasiewicz, Bilyana Ilieva Raeva, José Albino Silva Peneda, Jean Spautz, Gabriele Stauner, Ewa Tomaszewska, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Françoise Castex, Gabriela Creţu, Sepp Kusstatscher, Roberto Musacchio, Ria Oomen-Ruijten, Csaba Sógor, Tatjana Ždanoka |
|||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (3.6.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol il-ġdid u r-responsabilitajiet il-ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona
(2008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni (*): David Martin(*) Proċedura b'kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Ambjent ingħata pożizzjoni daqshekk prominenti fil-politiki kollha tal-UE fit-Trattat ta' Liżbona, inkluża referenza espliċita għall-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jiġu ttrattati problemi ambjentali, u b'mod partikulari l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u t-tisħin globali.
2. Jenfasizza l-importanza li l-Parlament Ewropew u l-Unjoni Ewropea jkomplu jieħdu rwol ewlieni fil-politiki kollha relatati mal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.
3. Jenfasizza għalhekk li hija prijoritá għall-Parlament Ewropew li jadotta l-pożizzjoni tiegħu rigward il-pakkett ta' miżuri dwar il-bidla fil-klima, imressaq mill-Kummissjoni aktar kmieni din is-sena, malajr kemm jista' jkun.
4. Jinnota b'sodisfazzjon li s-setgħa tal-Unjoni Ewropea ssaħħet konsiderevolment fil-qasam tas-saħħa pubblika permezz ta' referenzi għas-servizzi tas-saħħa f'zoni transkonfinali, ta' miżuri relatati mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika rigward it-tabakk u l-abbuż tal-alkoħol, u dwar il-monitoraġġ ta', it-twissija bikrija dwar, u l-ġlieda kontra theddidiet transkonfinali serji għas-saħħa, bl-esklużjoni tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet u tar-regolamenti, kif ukoll ta' miżuri relatati ma' prodotti mediċinali u apparat għall-użu mediku. Jilqa' b'sodisfazzjon referenzi speċifiċi għal inizjattivi bl-għan li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw skambji tal-aħjar prattiki u li jippreparaw l-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ u evalwazzjoni perjodiċi, li dwarhom il-Parlament irid jinżamm infurmat bis-sħiħ. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-politiki dwar is-saħħa pubblika jistgħu jkunu segwiti b'mod aktar effettiv skond it-Trattat il-ġdid.
5. Jirrimarka li minħabba li żdiedet l-attenzjoni fil-qasam tas-servizzi tas-saħħa, il-mard transkonfinali u l-bidla fil-klima, dawn il-kwistjonijiet għandhom, fejn hu possibbli, ikunu kkunsidrati fl-aspetti kollha tal-politika tal-UE, speċjalment fil-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali.
6. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li t-Trattat iżid titolu ġdid dwar l-enerġija (Titolu XXI), li l-objettiv tiegħu jinkludi l-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija u l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, fil-kuntest tal-bżonn li jitħares u jittejjeb l-ambjent.
7. Jilqa' b'sodisfazzjon ukoll it-tisħiħ tas-setgħa tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, fl-għoti ta' għajnuna ad hoc u f'każ ta' diżastri f'pajjiżi terzi bħala parti mill-politika ta' għajnuna umanitarja tal-UE kif ukoll meta jkunu appoġġjati u kkumplimentati l-azzjonijiet tal-Istati Membri u meta tkun applikata l-klawsola ta' solidarjetá fil-każ ta' diżastru naturali jew diżastru kkawżat mill-bniedem.
8. Jenfasizza l-fatt li l-kjarifika tas-setgħat tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-politika li għandu x'jaqsam mal-ambjent, is-saħħa pubblika u l-ħarsien tal-konsumatur jinvolvi benefiċċji viżibbli għaċ-ċittadini tal-Ewropa, ladarba din issaħħaħ il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fl-Unjoni, il-politiki dwar is-saħħa u l-ħarsien tal-ambjent;
9. Fid-dawl tal-fatt li n-natura dejjem aktar internazzjonali tal-mandat ta' politika tiegħu, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Parlament u lill-Kummissjoni biex jiffaċilitaw relazzjoni diretta li tikkonsisti f'konsultazzjoni regolari bejn ir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni u l-Kumitat.
10. Iqis li l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel għandu sistema effiċjenti sabiex jiggarantixxi li l-Parlament iwettaq l-irwol tiegħu u jagħmel użu sħiħ minnu skond id-dispożizzjonijiet ġodda ta' skrutinju fil-qasam tal-komitoloġija, u jenfasizza l-isfida li l-Kumitat irid jegħleb biex jibbilanċja l-ammont ta' xogħol tal-programm ta' ħidma leġiżlattiva regolari tiegħu ma' dawn il-kompiti ġodda ta' skrutinju.
11. Jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tal-irwol tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess leġiżlattiv permezz tal-obbliġu l-ġdid ta' skrutinju fuq il-proposti leġiżlattivi kollha, ħlief fejn il-prinċipju ta' sussidjarjetá ma japplikax. Jinnota li għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid kif din id-dispożizzjoni ġdida ta' skrutinju se taffettwa l-ħidma tal-Kumitat u tal-Parlament fil-prattika.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
3.6.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
49 2 3 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Georgs Andrejevs, Margrete Auken, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Avril Doyle, Edite Estrela, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Marie Anne Isler Béguin, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Peter Liese, Jules Maaten, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Inés Ayala Sender, Iles Braghetto, Bairbre de Brún, Genowefa Grabowska, Rebecca Harms, Jutta Haug, Henrik Lax, Johannes Lebech, Alojz Peterle |
|||||
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (3.6.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol il-ġdid u r-responsabilitajiet il-ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona
(2008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni (*): Evelyne Gebhardt
(*) Proċedura b' kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jinnota li, skond it-Trattat ta' Liżbona, il-proċedura ta' kodeċiżjoni, li issa magħrufa bħala 'l-proċedura leġiżlattiva ordinarja' tkompli tapplika għas-suq intern, il-ħarsien tal-konsumatur u l-politiki dwar l-unjoni doganali; jinnota li l-Parlament Ewropew ingħata rwol ikbar permezz tal-introduzzjoni ta' dik il-proċedura f'numru ta' dispożizzjonijiet;
2. Jappoġġa bis-sħiħ it-Trattat ta’ Liżbona u jinnota b'mod partikulari:
- l-objettiv li jkun stabbilit suq intern marbut ma' elementi orizzontali, bħall-iżvilupp sostenibbli, 'ekonomija soċjali tas-suq b'kompetittività għolja, [fejn] kulħadd jaħdem għall-progress soċjali' u l-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent;
- il-Protokoll dwar is-suq intern u l-kompetizzjoni, u f'dan il-kuntest jirrimarka li, filwaqt li l-politika tal-kompetizzjoni hija strument neċessarju mfassal biex jiżgura l-funzjonament tas-suq intern, din mhix skop fiha nfisha;
- il-fatt li s-suq intern, l-ekonomija, il-koeżjoni soċjali u territorjali, il-ħarsien tal-konsumatur u problemi ta' sikurezza komuni fi kwistjonijiet ta' saħħa pubblika huma fil-lista tal-oqsma prinċipali ta' attività ta' importanza indaqs li fihom l-Unjoni Ewropea taqsam il-kompetenza mal-Istati Membri;
- l-istedina għall-Istati Membri sabiex jippruvaw jipproċedu għal liberalizzazzjoni aktar estensiva tas-servizzi jekk is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tagħhom u s-sitwazzjoni tas-setturi ekonomiċi kkonċernati jippermettuha;
- il-kompetenza leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill rigward is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, b'mod partikulari fid-dawl tal-importanza tagħhom fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u territorjali; jinnota il-marġni ta' diskrezzjoni li ngħata lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali skond il-Protokoll dwar is-servizzi ta' interess ġenerali;
- il-konsolidazzjoni u d-definizzjoni aktar speċifika tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-inklużjoni tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess leġiżlattiv, kif stipulat fil-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u l-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea;
3. Jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jkunu meqjusa r-rekwiżiti għall-ħarsien tal-konsumatur fl-oqsma kollha waqt it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki l-oħra tal-Unjoni;
4. Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza esklużiva fil-qasam tal-unjoni doganali; jinnota s-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill rigward il-miżuri għall-estensjoni tal-koperazzjoni doganali;
5. Jinnota li l-iskrutinju mill-parlamenti nazzjonali skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà jista' jaffettwa, mill-1 ta' Jannar 2009, ir-rapporti li qed isiru mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur li l-ewwel qari tagħhom ma jistax jitlesta sa l-aħħar tal-2008[1].
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
3.6.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 1 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Charlotte Cederschiöld, Gabriela Creţu, Janelly Fourtou, Evelyne Gebhardt, Martí Grau i Segú, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Edit Herczog, Iliana Malinova Iotova, Graf Alexander Lambsdorff, Toine Manders, Arlene McCarthy, Nickolay Mladenov, Zita Pleštinská, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Salvador Domingo Sanz Palacio, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Marianne Thyssen, Barbara Weiler |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emmanouil Angelakas, Giovanna Corda, Jan Cremers, Joel Hasse Ferreira, Filip Kaczmarek, Manuel Medina Ortega |
|||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Dragoş Florin David, Jean-Paul Gauzès, Sirpa Pietikäinen |
|||||
- [1] Kif inhuma l-affarijiet bħalissa, dan jidher li jaffettwa l-proposti għal direttivi dwar sejħiet għal offerti u t-trasferimenti fil-qasam tad-difiża (COM(2007)0766) u COM(2007)0765) kif ukoll dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (COM(2008)0009).
OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (29.5.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol il-ġdid u r-responsabilitajiet il-ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona
(2008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni (*): Paolo Costa
(*) Proċedura b'kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Ifakkar li għal numru ta' snin u għal parlament wieħed wara l-ieħor, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kellu x’jaqsam ma’ persentaġġ għoli tal-leġiżlazzjoni ta’ kodeċiżjoni tal-Parlament Ewropew, u fil-fatt, filwaqt li l-ħidma u l-opinjonijiet ta' politika f'sens usa’ma ġewx ittraskurati, id-dossiers tal-kodeċiżjoni kienu jikkostitwixxu l-akbar parti mill-ħidma tal-Kumitat tat-Trasport; jinnota li dan mhux se jinbidel jekk it-Trattat ta’ Liżbona jkun irratifikat u tintuża l-proċedura leġiżlattiva ordinarja;
2. Jilqa’ b'sodisfazzjon l-inklużjoni tal-intestatura ġdida 'Turiżmu' fit-Trattat ta’ Liżbona; jinnota li l-Artikolu 195(1) tat-Trattat ta' Liżbona jistipula li l-Unjoni għandha tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri fis-settur tat-turiżmu, b'mod partikulari billi tippromwovi l-kompetittività tal-impriżi tal-Unjoni f'dak is-settur, u billi tħeġġeġ ambjent favorevoli għall-impriżi u l-iskambju tal-aħjar prattika; jilqa' b'sodisfazzjon is-setgħat il-ġodda tal-Parlament fil-qasam tat-turiżmu u jispera li dawn jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' politika tat-turiżmu ġdida għall-Unjoni Ewropea;
3. Barra minn hekk, jilqa’ b'sodisfazzjon id-dispożizzjoni li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja se tirregola l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi li jaqgħu taħt dan it-Titolu;
4. F'dan il-kuntest iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra jekk hemmx bżonn ta’ leġiżlazzjoni jew azzjoni oħra sabiex jintlaħqu l-prijoritajiet identifikati mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar it-Turiżmu tat-8 ta’ Settembru 2005[1] u tad-29 ta’ Novembru 2007[2], b’mod speċifiku dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika fil-qasam tat-turiżmu, dwar skema jew skemi ta’ klassifikazzjoni Ewropea għall-akkomodazzjoni tat-turisti, u l-estensjoni tad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumatur għas-siti tal-internet kollha li joffru l-btajjel; u sabiex tressaq proposti leġiżlattivi jew miżuri oħra f’dan il-qasam;
5. Jilqa' b'sodisfazzjon l-introduzzjoni ta' bażi legali taħt l-Artikolu 189 tat-Trattat ta' Liżbona għal politika Ewropea tal-ispazju u l-formulazzjoni ta' programm spazjali Ewropew skond il-proċedura legiżlattiva ordinarja;
6. Jinnota li s-servizzi għall-varar fl-ispazju u l-infrastruttura neċessarja jikkostitwixxu attivitajiet ta' trasport li bħala tali għandhom ikunu koperti bit-Titolu VI tat-Trattat ta' Liżbona u għandhom ikunu r-responsabilità tal-Kumitat Parlamentari għat-Trasport u t-Turiżmu; jitlob li l-inizjattivi tal-Kummissjoni relatati ma' din il-parti speċifika tas-settur tal-ispazju jittieħdu b'mod espliċitu skond din il-bażi legali;
7. Jilqa’ b'sodisfazzjon il-fatt li l-Artikolu 207(5) tat-Trattat ta’ Liżbona jestendi l-proċedura ta’ kunsens għall-ftehimiet internazzjonali dwar l-avjazzjoni; f’dan il-kuntest iħeġġeġ li jsir użu sħiħ mill-Artikoli 83 u 84 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament li jippermettu lill-Parlament li jitlob lill-Kunsill sabiex ma jiftaħx in-negozjati qabel ma l-Parlament ikun iddikjara l-pożizzjoni tiegħu u jippermettu wkoll lill-Parlament li, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kumitat responsabbli, jadotta rakkomandazzjonijiet fi kwalunkwe stadju tan-negozjati sabiex dawn jitqiesu qabel il-konklużjoni tan-negozjati;
8. Jitlob li kwalunkwe reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura li ssirilhom biex jiġu konformi mat-Trattat ta’ Liżbona żżomm is-sustanza tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 83 u 84.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
29.5.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 0 1 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Inés Ayala Sender, Paolo Costa, Arūnas Degutis, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Timothy Kirkhope, Sepp Kusstatscher, Jörg Leichtfried, Marian-Jean Marinescu, Willi Piecyk, Paweł Bartłomiej Piskorski, Luís Queiró, Reinhard Rack, Brian Simpson |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Nathalie Griesbeck, Zita Gurmai, Leopold Józef Rutowicz |
|||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Bart Staes |
|||||
- [1] ĠU C 193 E, 17.8.2006, p. 325.
- [2] Testi Adottati, P6_TA(2007)0575.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (30.5.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Liżbona
(2008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni (*):Gerardo Galeote
(*) Proċedura b' kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, fir-rigward tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, it-Trattat ta’ Liżbona jqiegħed lill-Parlament Ewropew fuq l-istess livell tal-Kunsill billi jibdel il-proċedura ta’ kunsens, li kienet tapplika, b'mod partikulari, għall-adozzjoni tar-regolament ġenerali dwar il-Fondi Strutturali bl-hekk imsejħa proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-proċedura ta' kodeċiżjoni, li żżid b'mod sinifikanti l-poteri leġiżlattivi tal-Parlament u l-kompetenza tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bidla li se tkun partikolarment sinifikanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-Fondi Strutturali fil-perjodu wara l-2013, u b'hekk se tissaħħaħ it-trasparenza u tiżdied ir-responsabilità tal-Parlament lejn iċ-ċittadini;
2. Jemmen li l-inklużjoni tal-koeżjoni territorjali bħala objettiv tal-Unjoni tikkumplimenta l-objettivi tal-koeżjoni ekonomika u soċjali u se żżid il-kompetenza tal-Parlament u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali fl-evalwazzjoni tal-impatt territorjali ta' politiki ewlenin tal-UE; jenfasizza l-importanza tal-introduzzjoni ta’ kompetenza maqsuma bejn l-UE u l-Istati Membri fil-qasam tal-koeżjoni territorjali u, sabiex isir progress rapidu lejn il-kisba ta’ dan l-objettiv, jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jkun involut bis-sħiħ fl-attivitajiet kollha rilevanti f'dan il-qasam;
3. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Parlament, jiddefinixxu b’mod iżjed preċiż il-kunċett u l-għan tal-koeżjoni territorjali (inklużi l-indikaturi rilevanti, il-metodoloġija, u l-istrumenti), u, waqt li jżommu f'moħħhom dik id-definizzjoni u mingħajr dewmien, iqisu iktar l-impatt territorjali tal-politiki kollha tal-UE li għandhom dimensjoni territorjali qawwija; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-koeżjoni territorjali b'mod partikulari meta wieħed iqis l-ippjanar spazjali Ewropew, l-istabbiliment ta' sistema urbana poliċentrika u bbilanċjata u l-ħolqien ta' relazzjoni ġdida urbana-rurali;
4. jinnota l-irwol importanti li l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali se jkollu fid-definizzjoni tal-koeżjoni territorjali u fil-ħolqien ta' sinerġiji bejn l-istrumenti ta' finanzjament tal-politika ta' koeżjoni biex din tkun realizzata; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Istati Membri biex juru r-rieda poltika meħtieġa biex l-għan tal-koeżjoni territorjali jkun inkorporat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali;
5. Jinnota b'sodisfazzjon li t-Trattat ta' Liżbona jagħti definizzjoni iktar preċiża u eżawrjenti tar-reġjuni, bħar-reġjuni f'zoni rurali, reġjuni li jħabbtu wiċċhom ma' sfidi demografiċi u reġjuni ultraperiferali u transkonfinali, li l-Komunità għandha tagħtihom attenzjoni partikulari fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni tagħha;
6. Jinnota b'sodisfazzjon li l-istatus speċjali tar-reġjuni l-aktar 'il bogħod kien ikkonfermat mill-Artikoli 349 u 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u issa hemm ukoll referenza għalih f'dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-għajnuna tal-istat;
7. Jinnota li l-politika ta' koeżjoni tassorbi parti konsiderevoli mill-baġit tal-UE; jemmen bis-sħiħ li l-bidliet fil-proċedura baġitarja, b'mod partikolari t-tlaqqigħ tal-kumitat ta’ konċiljazzjoni fil-każ li l-Parlament jadotta emendi fl-ewwel qari, se jeħtieġ koperazzjoni msaħħa bejn il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Baġits, b'mod partikolari billi l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jkun irrappreżentat fil-laqgħat tal-kumitat ta’ konċiljazzjoni;
8. Jilqa’ b’sodisfazzjon l-estensjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, b’mod speċjali fir-rigward tal-awtoritajiet reġjonali, u l-inklużjoni ta’ ‘mekkaniżmu ta’ twissija bikrija’ li għandu jwassal biex il-parlamenti nazzjonali jkunu jistgħu jevalwaw aħjar il-konsistenza ta’ proposti leġiżlattivi Komunitarji mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; jiġbed l-attenzjoni, f’dan ir-rigward, għall-ħtieġa li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-parlamenti nazzjonali, pereżempju permezz tal-iżvilupp jew tal-konsolidazzjoni ta' kanali speċifiċi ta' komunikazzjoni; jemmen, f’dan ir-rigward, li l-involviment ta' awtoritajiet u parlamenti lokali u reġjonali fir-rigward tas-sussidjarjetà jista' jkun element importanti u jfakkar li involviment bħal dan jiddependi fuq dispożizzjonijiet nazzjonali;
9. Jinnota b'sodisfazzjon il-valuri komuni tal-Unjoni rigward is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali stipulati fil-Protokoll dwar is-servizzi ta' interess ġenerali, u jenfasizza b'mod partikulari l-irwol essenzjali u d-diskrezzjoni wiesgħa tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali f'dan il-kuntest;
10. Jenfasizza l-importanza tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali fir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kumitat tar-Reġjuni;
11. Jistieden lill-Kumitat tar-Reġjuni biex jibgħat lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali opinjoni dwar l-impatt tat-Trattat ta’ Liżbona dwar il-politika reġjonali u fil-qasam tal-kompetenza tiegħu.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
29.5.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
44 3 1 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Emmanouil Angelakas, Stavros Arnaoutakis, Jean Marie Beaupuy, Rolf Berend, Jana Bobošíková, Victor Boştinaru, Wolfgang Bulfon, Bairbre de Brún, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Eugenijus Gentvilas, Zita Gurmai, Gábor Harangozó, Mieczysław Edmund Janowski, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Florencio Luque Aguilar, Sérgio Marques, Markus Pieper, Pierre Pribetich, Wojciech Roszkowski, Elisabeth Schroedter, Grażyna Staniszewska, Catherine Stihler, Kyriacos Triantaphyllides, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Vladimír Železný |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Bernadette Bourzai, Jan Březina, Den Dover, Emanuel Jardim Fernandes, Fernando Fernández Martín, Francesco Ferrari, Louis Grech, Ramona Nicole Mănescu, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Zita Pleštinská, Samuli Pohjamo, Christa Prets, Jürgen Schröder, Richard Seeber, Bart Staes, László Surján, Manfred Weber |
|||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Manuel Medina Ortega, Nicolae Vlad Popa |
|||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (27.5.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona
(2008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni (*) Niels Busk(*) Proċedura b'kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni tal-proċedura ta' kodeċiżjoni sabiex tinkludi l-politika agrikola komuni (CAP);
2. Jemmen li l-introduzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, i.e kodeċiżjoni fil-qasam tal-CAP, ittejjeb ir-responsabilitá demokratika tal-Unjoni Ewropea hekk kif il-Parlament Ewropew, li jirrapreżenta liċ-ċittadini tal-Unjoni, se jkun qiegħed jilleġiżla flimkien fuq l-istess livell mal-Kunsill, li jirrapreżenta lill-Istati Membri;
3. Jenfasizza li l-Parlament hu l-uniku rappreżentant taċ-ċittadini tal-Unjoni elett demokratikament;
4. Hu tal-opinjoni li d-dispożizzjonijiet dwar l-agrikoltura jeħtieġ li jkunu estiżi biex tiġi meqjusa s-sitwazzjoni attwali; jenfasizza, wkoll, li teħtieġ tibqa' tingħata prijoritá lill-produzzjoni tal-ikel minħabba s-sigurtá tal-provvista globali tal-ikel, mingħajr ma jintesew il-problemi marbuta mas-sigurtá tal-enerġija u l-ħarsien tal-ambjent;
5. Jenfasizza li l-Parlament jeħtieġ li jiżgura li d-dispożizzjonijiet neċessarji biex jintlaħqu l-objettivi tal-CAP ikunu stabbiliti f'atti leġiżlattivi, u mhux imħollija bħala atti li jkunu adottati mill-Kunsill waħdu, jew mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas tal-poteri tagħha fir-rigward ta' atti ta' delega u ta' implimentazzjoni;
6. Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni attwali kollha tal-Kunsill adottata fuq il-bażi tal-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat KE se jaqgħu taħt l-Artikolu ġdid 37(2), ie. il-proċedura ta' kodeċiżjoni; dan hu l-aktar il-każ fir-rigward ta' erba' testi ewlenin orizzontali fil-qasam tal-agrikoltura (is-CMO unika, ir-Regolament dwar il-Pagamenti Diretti, ir-Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali u l-finanzjament tal-CAP); jirrimarka, barra minn hekk, li l-leġiżlazzjoni dwar il-kwalitá, il-biedja organika u l-promozzjoni se jaqgħu wkoll fl-ambitu tal-Artikolu 37(2);
7. Jemmen li l-Artikolu 37(3) ma jikkostitwixxix poter indipendenti fih innifsu; jenfasizza li l-att ta' kodeċiżjoni adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 37(2) hu meħtieġ sabiex ikun stipulat jekk u kif il-Kunsill jista' juża l-poteri tiegħu skond l-Artikolu 37(3);
8. Jitlob sabiex ma tkunx possibbli li miżuri msemmija fl-Artikolu 37(3) jittieħdu mill-Kunsill waħdu mingħajr ma jkun ikkonsultat il-Parlament;
9. Hu tal-opinjoni li l-ebda att tal-Kunsill ma seta' jkun adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 37(3), u għalhekk iqis li l-iskop ta' dak il-paragrafu u l-applikazzjoni possibbli tiegħu mhux validi bħala bażi ġenerali għal atti leġiżlattivi;
10. Jinnota li l-proċeduri tal-komitoloġija adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 202 tat-Trattat KE se jitneħħew; jenfasizza l-irwol ewlieni tal-Parlament fir-rigward tal-Artikolu 249C fil-formulazzjoni ta' qafas ġdid tal-komitoloġija (i.e. bl-adozzjoni ta' atti bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja), speċjalment fir-rigward tal-irwol tal-kumitati fil-qasam tal-agrikoltura; jenfasizza, għalhekk, il-bżonn li jiġi żgurat li l-Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali jkun rappreżentat fin-negozjati interistituzzjonali li fihom se jkun ifformulat il-qafas il-ġdid tal-komitoloġija;
11. Jenfasizza li l-kumitati speċjalizzati tal-Parlament għandhom ikunu involuti sew fid-diskussjonijiet li għaddejjin dwar ir-reġim futur tal-komitoloġija skond it-Trattat ta' Liżbona sabiex tkun faċilitata tranżizzjoni bla xkiel mis-sistema attwali għad-dispożizzjonijiet futuri; iqis li l-kontroll parlamentari ta' atti ta' delega u ta' miżuri ta' implimentazzjoni għandhom ikunu garantiti;
12. Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu r-relazzjonijiet, u li jitwaqqaf djalogu aktar intens u regolari, mal-parlamenti nazzjonali, minħabba li t-Trattat ta' Liżbona introduċa, fl-Artikolu 3B(3), verifika, mill-parlamenti nazzjonali, ibbażata fuq il-prinċipju ta' sussidjarjetà;
13. Jenfasizza li t-Trattat ta' Liżbona se japplika l-proposti leġiżlattivi kollha li inbdew fiż-żmien meta daħal fis-seħħ.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
27.5.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 0 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Vincenzo Aita, Peter Baco, Bernadette Bourzai, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Giovanna Corda, Joseph Daul, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Esther Herranz García, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Vincenzo Lavarra, Stéphane Le Foll, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, James Nicholson, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Petya Stavreva, Witold Tomczak, Donato Tommaso Veraldi, Janusz Wojciechowski, Andrzej Tomasz Zapałowski |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Liam Aylward, Esther De Lange, Hans-Peter Mayer, Brian Simpson, Struan Stevenson, Kyösti Virrankoski |
|||||
OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (28.5.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Liżbona
(2008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni(*): Rosa Miguélez Ramos
(*)Proċedura b'kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jinnota li t-Trattat ta' Liżbona, fil-kuntest tal-Politika Komuni tas-Sajd (CFP), jirrappreżenta modifika maġġuri fis-sistema tat-teħid tad-deċiżjonijiet, peress li mid-dħul fis-seħħ tiegħu fl-1 ta' Jannar 2009, il-Parlament mhux se jibqa' jkun sempliċement organu konsultattiv, iżda se jsir, b'mod ġenerali, leġiżlatur li jaqsam is-setgħat ta' teħid ta' deċiżjoni b'mod indaqs mal-Kunsill;
2. Iqis li s-sitwazzjoni ġeopolitika, ekonomika u soċjali attwali, kif ukoll id-definizzjoni ta' pjan strateġiku u ta' azzjoni għall-ħarsien u l-iżvilupp sostenibbli tal-oċeani u tal-ibħra fl-Ewropa u fid-dinja (politika marittima Ewropea) jiġġustifikaw tisħiħ tas-setgħa ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Parlament fil-kuntest tas-CFP;
3. Iqis li meta jiġi kkunsidrat dan ix-xenarju l-ġdid, m'għadux possibbli li wieħed jevita l-bżonn għal rikonsiderazzjoni u għal adattament tal-kompetenzi tal-Kumitat għas-Sajd, kif huma definiti fl-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, responsabilitajiet li ġew stabbiliti meta nħoloq il-kumitat, fl-1994, u li baqgħu jgħoddu wara r-riforma l-kbira tal-politika komuni tas-sajd li saret fl-2002, u minkejja żewġ tibdiliet tal-isem, bir-ristrutturazzjonijiet interni tad-Direttorat Ġenerali tas-Sajd preċedenti tal-Kummissjoni, li seħħew wara dan biex ikun jista' jitqies il-kuntest internazzjonali l-ġdid li taħtu taqa' l-ġestjoni tas-sajd;
4. Jibbaża din it-talba għal adattament tal-kompetenzi tal-Kumitat għas-Sajd fuq il-fatt li, fost it-tibdil maġġuri li influwenza l-progress tas-CFP, minbarra r-riforma msemmija hawn fuq tal-2002, hemm il-modifiki suċċessivi tal-fondi allokati għas-sajd sakemm dawn ġew irtirati mill-kapitolu rigwardanti l-Fondi Strutturali Komunitarji, it-trasformazzjoni tal-ftehimiet dwar is-sajd fi ftehimiet ta' sħubija fil-qasam tas-sajd, l-irwol il-ġdid tal-organizzazzjonijiet reġjonali ta' ġestjoni tas-sajd u l-post dejjem jikber li tokkupa l-Unjoni Ewropea f'dawn l-organizzazzjonijiet, it-trasformazzjoni kbira tal-kummerċ tal-prodotti tas-sajd, it-tekniki ġodda applikati għas-sajd u t-tibdil fid-direzzjoni tal-ġestjoni komuni tas-sajd, li issa għandha tistrieħ fuq approċċ ekosistematiku fil-kuntest tal-politika marittima l-ġdida integrata, adottata għall-Unjoni;
5. Jenfasizza l-inkoerenza tal-fatt li kumitat parlamentari mgħammar bis-setgħat tal-kodeċiżjoni għadu newtralizzat u jirrakkomanda għalhekk li jsir it-tibdil neċessarju sabiex tiġi evitata sitwazzjoni bħal din;
6. Jilqa' dan ix-xenarju ġdid li fih il-Parlament u l-Kunsill, skond il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, se jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet neċessarji għat-twettiq tal-objettivi tas-CFP (Artikolu 37(2) tat-Trattat);
7. Iqis li d-derogi applikabbli għal dan il-prinċipju ġenerali, ibbażat fuq l-ugwaljanza bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, u li huma strettament limitati għas-sitwazzjonijiet previsti mit-Trattat, għandhom jiġu adattati għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej dwar id-derogi għar-regoli ġenerali;
8. Jinnota li l-Artikolu 37(3) tat-Trattat jistabbilixxi mill-banda l-oħra li l-miżuri relatati mal-iffissar u t-tqassim tal-possibiltajiet tas-sajd (TAC u kwoti) bejn l-Istati Membri se jkunu jaqgħu b'mod esklussiv taħt l-ambitu tal-kompetenza tal-Kunsill, peress illi f'dan il-qasam, il-parteċipazzjoni tal-Parlament mhux se tkun neċessarja, kuntrarjament għall-prattika li sa issa kienet abitwali;
9. Iqis li l-parti ta' din l-esklussività ta' kompetenza għandha tiġi eżaminata skond il-kontenut tal-proposti, waqt li jiġu allokati lill-qasam tal-politika tas-sajd il-proposti li l-objettiv prinċipali tagħhom huwa l-preservazzjoni tar-riżorsi tal-ilma;
10. Iqis f'dan ir-rigward li kwalunkwe kwistjoni oħra dwar l-iffissar tal-possibiltajiet tas-sajd u t-tqassim tal-kwoti li tkun dehret b'mod formali fir-regolament annwali, bħall-kwistjonijiet relatati mal-miżuri tekniċi jew mal-isforz tas-sajd, jew mal-integrazzjoni ta' ftehimiet adottati fi ħdan organizzazzjonijiet reġjonali ta' ġestjoni tas-sajd (RFMO), ibbażati fuq bażi ġuridika proprja, se tibqa' tkun soġġetta għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jiġifieri għall-proċedura tal-kodeċiżjoni;
11. Jenfasizza li, fil-qasam tas-sajd, l-Unjoni taqsam il-kompetenzi tagħha mal-Istati Membri, ħlief f'dak li jikkonċerna l-miżuri ta' konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar, li huma ta' kompetenza esklussiva tal-Unjoni; jenfasizza għalhekk li t-Trattat il-ġdid jistabbilixxi proċedura ta' kontroll tal-prinċipju tas-sussidjarjetà mill-parlamenti nazzjonali u li, fil-każ tal-kompetenzi maqsuma fil-qasam tas-sajd, il-parlamenti nazzjonali għandhom skadenza ta' tmien ġimgħat sabiex jibagħtu l-opinjoni ġġustifikata tagħhom kontra l-proposta kkonċernata; jinnota li l-Kunsill u l-Parlament għandhom jistennew li tgħaddi din l-iskadenza għaliex in-nuqqas ta' rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà se jikkostitwixxi raġuni għal rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;
12. Jinnota li l-ħarsien tal-ambjent jaqa' b'mod ġenerali taħt il-kompetenzi maqsuma; jitlob għalhekk li t-termini ''riżorsi bijoloġiċi tal-baħar'' li jidhru fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar it-tħaddim tal-Unjoni, kif ukoll iċ-ċirkostanzi li taħthom il-konservazzjoni ta' dawn ir-riżorsi taqa' taħt ''il-politika komuni tas-sajd'', ikunu ċċarati sabiex ikun possibbli li tinftiehem b'mod iktar preċiż il-firxa tal-kompetenza esklussiva;
13. Jieħu nota tal-elaborazzjoni ta' qafas ġdid għall-adozzjoni ta' ftehimiet internazzjonali fil-qasam tas-sajd, li l-innovazzjoni prinċipali tiegħu huwa l-proċess ta' konklużjoni ta' dawn il-ftehimiet, minħabba li t-Trattat jgħid b'mod ċar li qabel ma tiġi konkluża mill-Kunsill, ftehima trid tikseb l-approvazzjoni tal-Parlament; jenfasizza li fil-prattika, dan id-dritt tal-veto jkabbar u jsaħħaħ, skond l-opinjoni tal-Parlament, id-dispożizzjonijiet applikabbli s'issa, li jikkonċernaw biss il-ftehimiet li jkollhom konsegwenzi importanti fuq il-baġit jew li jesiġu l-ħolqien ta' qafas istituzzjonali speċifiku, bħall-ftehimiet konklużi fi ħdan RFMO;
14. Huwa tal-opinjoni li, sabiex ikun kapaċi jissodisfa l-irwol tiegħu f'dak li jikkonċerna l-approvazzjoni tal-ftehimiet ta' sħubija fil-qasam tas-sajd, il-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament għandu jirċievi informazzjoni preċiża mill-Kummissjoni, matul in-negozjati ta' dawn il-ftehimiet;
15. Bl-istess mod, iqis li huwa indispensabbli li, hekk kif talab il-Parlament bosta drabi, il-Kumitat għas-Sajd jipparteċipa bħala osservatur fil-proċedura tal-kumitati konġunti previsti fil-kuntest tal-ftehimiet tas-sajd u jitlob li din il-kundizzjoni titniżżel fil-ftehima interistituzzjonali;
16. Wara eżami tad-diversi elementi ġodda li se jkunu japplikaw għas-CFP skond it-Trattat il-ġdid, jinnota illi:
- bħalissa huwa diffiċli ħafna li jiġi definit b'mod ċar l-ambitu tal-Artikolu 37 (3) tat-Trattat;
- it-Trattat il-ġdid għandu japplika għall-proposti leġiżlattivi kollha li jkunu għadhom ma ntemmux fil-moment meta huwa jidħol fis-seħħ;
- il-leġiżlatur (il-Kunsill u l-Parlament) għandu marġni wiesa' ta' interpretazzjoni peress li, fil-prinċipju, huwa għandu jistenna l-andament tal-avvenimenti filwaqt li jibqa' jqis il-possibiltà li tiġi stabbilita ftehima internazzjonali li tiddelimita b'mod iktar ċar l-ambitu tal-Artikolu 37 (2) u (3) tat-Trattat.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
28.5.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 0 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jim Allister, Elspeth Attwooll, Iles Braghetto, Niels Busk, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Avril Doyle, Emanuel Jardim Fernandes, Carmen Fraga Estévez, Duarte Freitas, Ioannis Gklavakis, Ian Hudghton, Heinz Kindermann, Rosa Miguélez Ramos, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Willi Piecyk, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Margie Sudre, Cornelis Visser |
|||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (4.6.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol il-ġdid u r-responsabiltajiet ġodda tal-Parlament skond it-Trattat ta' Liżbona
(2008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Maria Badia i Cutchet
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Sabiex l-Ewropa tkun eqreb taċ-ċittadini tagħha, jilqa' l-fatt li t-Trattat ta' Liżbona (Artikolu 2 (124)) introduċa l-isport fost il-bażijiet ġuridiċi tat-Trattat dwar it-Tħaddim tal-Unjoni Ewropea (TFEU), billi mmodifika f'dan ir-rigward l-Artikolu 149 tat-Trattat KE;
2. Jenfasizza b'mod partikolari li fil-qasam tal-isport, l-Unjoni tista' taġixxi sabiex tiżviluppa, fost l-oħrajn, dimensjoni Ewropea tal-isport, billi toħloq konnessjoni mill-qrib bejn il-funzjoni soċjali tiegħu u dik edukattiva, billi tippromwovi l-ekwità u l-ftuħ fil-kompetizzjonijiet sportivi u l-koperazzjoni bejn l-entitajiet responsabbli għall-isport, kif ukoll billi tipproteġi l-integrità fiżika u morali tal-isportivi, b'mod partikolari tal-iżgħar fosthom;
3. Jilqa' l-estensjoni tat-teħid ta' deċiżjoni bil-maġġoranza kwalifikata fil-qasam tal-kultura - proċedura li hija prevista wkoll għall-isport - fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għal ''miżuri ta' appoġġ, ta' koordinazzjoni u ta' suppliment'' għad-deċiżjonijiet nazzjonali, minbarra kull miżura ta' armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet interni;
4. Jilqa' l-emenda għall-Artikolu 149 tat-Trattat KE bil-għan li jiġi estiż il-kamp ta' azzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħożija u b'mod partikolari biex iż-żgħażagħ jiġu inkoraġġuti jipparteċipaw fil-ħajja demokratika tal-Ewropa, u bl-intenzjoni li jinvolvi aktar liċ-ċittadini żgħażagħ fil-ħajja pubblika, jenfasizza l-importanza tal-inizjattivi tal-Unjoni Ewropea u tal-iżvilupp tal-politiki li jinkoraġġixxu u jiffavorixxu l-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fil-livelli kollha;
5. Jafferma mill-ġdid il-prinċipji u l-miżuri approvati mill-Parlament fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura fiż-żmien tal-globalizzazzjoni[1], fir-rigward tal-integrazzjoni tal-kultura fl-Aġenda ta' Liżbona, dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-istess suġġett;
6. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar il-fatt li t-TFEU żamm in-natura orizzontali tal-Artikolu 151(4) tat-Trattat KE li jgħid illi ''"[l-] Komunità tieħu kont tal-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha skond dispożizzjonijiet oħra f'dan it-Trattat, sabiex b'mod partikolari tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha'';
7. Iqis illi din il-klawsola orizzontali fil-qasam tal-kultura, bħal klaswoli orizzontali ġodda introdotti mit-TFEU dwar id-dimensjoni soċjali tas-Suq Komuni, l-iżvilupp sostenibbli u l-ġlieda kontra kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni, hija ta' natura li toħloq programmi ta' azzjoni ġenerali li jiddefinixxu l-għanijiet li għandhom jintlaħqu fil-qasam tal-kultura;
8. Iqis li programmi ta' azzjoni bħal dawn għandhom jeżaltaw l-ispeċifiċitajiet tal-kultura fl-Ewropa, minn banda waħda, bħala fattur ta' identità, ta' għarfien reċiproku u ta' ċittadinanza, kif ukoll bħala mutur tal-kostruzzjoni tal-Ewropa u, mill-banda l-oħra, bħala karatteristika tal-post li jistħoqqilha fil-kuntest dinji;
9. Iqis li huwa neċessarju li jsir dak kollu li huwa possibbli sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta' politika Ewropea ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni u jtenni t-talba tiegħu li tiġi konkluża ftehima interistituzzjonali li tiddefinixxi l-prinċipji komuni li jistgħu jikkostitwixxu l-qafas tal-koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej f'dan il-qasam;
10. Meta titqies l-innovazzjoni maġġuri tat-TFEU fejn dan jagħti l-possibiltà lill-parlamenti nazzjonali biex jiggarantixxu t-tqassim ġust tal-kompetenzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, huwa jħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali sabiex jadattaw, jekk ikun hemm bżonn, il-kalendarji u l-metodi tax-xogħol tagħhom sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà meta jeżaminaw kwalunke proposta leġiżlattiva tal-Unjoni, li meta jkun il-każ, għandha tqis id-dimensjoni reġjonali u lokali tal-azzjonijiet maħsuba, fil-qasam tal-kultura, tal-awdjoviżiv, tal-edukazzjoni, taż-żogħżija u tal-isport.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
3.6.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 0 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria Badia i Cutchet, Katerina Batzeli, Ivo Belet, Guy Bono, Nicodim Bulzesc, Marielle De Sarnez, Věra Flasarová, Milan Gaľa, Claire Gibault, Lissy Gröner, Luis Herrero-Tejedor, Ruth Hieronymi, Mikel Irujo Amezaga, Ramona Nicole Mănescu, Manolis Mavrommatis, Marianne Mikko, Ljudmila Novak, Doris Pack, Christa Prets, Pál Schmitt, Hannu Takkula, Helga Trüpel |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Victor Boştinaru, Jean-Marie Cavada, Den Dover, Ignasi Guardans Cambó, Elisabeth Morin |
|||||
- [1] Testi adottati ta' din id-data, P6_TA(2008)0124.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (1.7.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol il-ġdid u r-responsabilitajiet il-ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona
(008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni (*): Diana Wallis
(*)Proċedura b'kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali iqis li t-Trattat ta' Liżbona jagħti kontribut pożittiv lejn it-tisħiħ tas-setgħat tal-Parlament kemm fil-qasam leġiżlattiv kif ukoll fil-qasam ta’ monitoraġġ tas-setgħat leġiżlattivi, delegati, u ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, u jistieden lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex idaħħal is-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni tiegħu għal riżoluzzjoni:
1. Jenfasizza li t-Trattat ta' Liżbona jagħti lill-parlamenti nazzjonali rwol ferm aktar b'saħħtu fis-sorveljanza tal-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, billi jintroduċi żewġ mekkaniżmi speċifiċi; f'kull każ, il-parlamenti nazzjonali jkollhom perjodu ta' tmien ġimgħat (li l-Kummissjoni hija obligata li tagħtihom) li fih iridu jieħdu azzjoni dwar il-proposti leġiżlattivi; l-ewwelnett, jekk terz mill-kmamar tal-parlamenti fl-UE jesprimu opinjoni mmotivata li proposta leġiżlattiva partikulari ma tikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li terġa' tikkunsidraha; it-tieni, jekk maġġoranza tal-kmamar tal-parlamenti fl-Unjoni jesprimu opinjoni mmotivata kontra abbozz ta' att leġiżlattiv minħabba li dan ma jkunx konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kemm il-Parlament Ewropew u kemm il-Kunsill ikunu jridu jivvutaw dwar dik il-kwistjoni qabel ma l-Parlament jesprimi ruħu f'dan ir-rigward fl-ewwel qari;
2. Jikkunsidra - filwaqt li jqis li d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar is-sussidjarjetà se jkunu applikabbli għall-proposti leġiżlattivi l-ġodda minnufih wara li t-Trattat ta' Liżbona jidħol fis-seħħ - li għandha tiġi introdotta proċedura interna adegwata fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sabiex ikun jista' jagħmel dikjarazzjoni dwar il-kwistjoni tas-sussidjarjetà b'ħeffa u b'mod effettiv u sabiex ikun żgurat li l-opinjonijiet raġunati tal-parlamenti nazzjonali jitqiesu kif xieraq mingħajr dewmien bla bżonn għall-proċedura leġiżlattiva;
3. Jenfasizza li l-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà permezz tal-leġiżlazzjoni Komunitarja skond l-Artikolu 35, bħalissa tidħol fit-termini ta' referenza tiegħu u jqis li l-proċedura speċjali li tikkonċerna s-sussidjarjetà tista' tikkonsisti li l-Kumitat għall-Affarijiet Legali jippreżenta lill-Plenarja mozzjoni speċifika dwar ir-rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà qabel ma l-proposta tmur f'kumitat għall-ewwel qari fil-Parlament, meta l-maġġoranza tal-parlamenti nazzjonali jkunu għamlu dikjarazzjoni kontra proposta tal-Kummissjoni;
4. Jirrimarka li t-Trattat ta' Liżbona jinkludi bażi legali ġdida li tipprovdi għall-kodeċiżjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, peress li l-Artikolu 118 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU) jistipula: "Fil-qafas tal-istabbiliment jew tal-funzjonament tas-suq intern, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri dwar il-ħolqien ta' drittijiet Ewropej biex tiġi assigurata protezzjoni uniformi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali madwar l-Unjoni u dwar l-istabbiliment ta' sistemi ta' awtorizzazzjoni, ta' koordinazzjoni u ta' kontroll ċentralizzati fil-livell tal-Unjoni." jiddeplora l-fatt li l-unanimità u sempliċement il-konsultazzjoni tal-Parlament inżammu bħala l-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-arranġamenti għal-lingwa li jikkonċernaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
5. Iqis li l-Kummissjoni għandha tieħu vantaġġ minn din il-bażi legali ġdida sabiex terġa' tagħti spinta lill-idea ta' brevett tal-Unjoni Ewropea u sabiex titlesta u tissaħħaħ il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-proprjetà intelettwali;
6. Jilqa' l-bażi legali l-ġdida stipulata fl-Artikolu 298 tat-TFEU li jgħid li "Fit-twettieq tal-missjonijiet tagħhom, l-Istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandu jkollhom l-appoġġ ta’ amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti", billi din tagħti l-bażi għal regolament dwar liġi ta' proċedura amministrattiva għall-Unjoni;
7. Iqis li regolament bħal dan għandu jitħejja b'urġenza u jesprimi l-ħsieb tiegħu li jistudja s-sura li dan għandu jkollu anke qabel ma jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona, waqt li jikkunsidra t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri;
8. Jirrimarka li d-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat li jikkonċernaw il-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali jinkludu bażi legali għall-adozzjoni ta' miżuri ta' appoġġ għat-taħriġ tal-ġudikatura u tal-istaff ġudizzjarju; huwa tal-opinjoni li dawn il-miżuri, li jridu jiġu adottati bil-proċedura ta' kodeċiżjoni u jistgħu jinkludu l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri, għandhom jiġu kkunsidrati bħala kwistjoni ta' urġenza fid-dawl tat-tħassib muri f'rapport riċenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali;
9. Jiddispjaċih li aktar progress sostanzjali fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili se jibqa' ferm imxekkel minn din it-tip ta’ koperazzjoni li hija limitata mill-Artikolu 81 tat-TFEU għal “kwistjonijiet li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali”;
10. Jilqa' b'sodisfazzjon il-proċedura l-ġdida għall-ħatra tal-Imħallfin u l-Avukati-Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali kif ipprovdut fl-Artikolu 255 tat-TFUE, li jistipula li d-deċiżjoni tal-gvernijiet nazzjonali għandha tiġi ppreċeduta minn opinjoni dwar kemm il-kandidati jkunu adatti sabiex iwettqu d-doveri tagħhom, mogħtija minn panil ta' seba' esperti, li wieħed minnhom irid ikun propost mill-Parlament Ewropew; iqis li r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament iridu jipprovdu proċedura speċjali għall-ħatra ta' dan il-membru tal-panil b'deċiżjoni tal-plenarja meħuda fuq il-bażi tal-opinjoni tal-kumitat responsabbli;
11. Iqis li d-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar atti legali u l-ġerarkija tan-normi, b'mod partikulari l-ħolqien tal-att iddelegat, se jikkontribwixxu b'mod deċiżiv għall-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; iqis li huwa meħtieġ, sabiex titħaffef l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar atti ddelegati, li l-istituzzjonijiet jaqblu fuq formola standard li tkun tista' tintuża regolarment fil-proposti leġiżlattivi; iqis ukoll li jinħtieġ malajr kemm jista' jkun li nimxu lejn l-adozzjoni, b'kodeċiżjoni, ta' regolament dwar atti ta' implimentazzjoni bbażati fuq l-Artikolu 291 tat-TFEU;
12. Filwaqt li jqis li se jinħtieġ ċertu ammont ta' ħin sabiex wieħed jaġġusta ruħu għat-Trattat il-ġdid, jikkunsidra li l-proċess ta' allinjament tal-acquis mad-Deċiżjoni riċenti dwar Komitoloġija jrid jitlesta b'urġenza qabel ma jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona; huwa tal-opinjoni li, wara li t-Trattat il-ġdid jidħol fis-seħħ, jeħtieġ li jitwettaq allinjament ġdid li jqis l-atti ddelegati, li huwa aktar kumpless mill-eżerċizzju li qed jitwettaq bħalissa, u huwa fiduċjuż li l-Kummissjoni se tippreżenta l-proposti meħtieġa għal dan il-għan; jiġbed l-attenzjoni li, għalkemm id-definizzjoni ta' atti ddelegati tixbaħ lill-kunċett ta' atti "kważi leġiżlattivi" li għalihom hija applikata l-proċedura ta' regolamentazzjoni bi skrutinju, iż-żewġ kunċetti ma jistgħux jitqiesu li huma l-istess u għalhekk iqis li l-proċedura ta' allinjament li qed titwettaq bħalissa ma tistax titqies li tikkostitwixxi preċedent għall-ġejjieni;
13. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-numru konsiderevoli ta' proċeduri ta' kodifikazzjoni li qed jistennew li jiġu adottati mill-Kunsill, li, min-naħa tiegħu, irid jistinka jekk irid li l-atti kkodifikati jkunu adottati qabel ma jidħol fis-seħħ it-Trattat il-ġdid;
14. Jilqa' l-fatt li, minn issa 'l quddiem, il-proċedura ta' kodeċiżjoni se tapplika għar-Regolamenti tal-Istaff, billi dan jippermetti li l-Parlament jieħu sehem, fuq l-istess livell tal-Kunsill, fl-aġġustamenti ta' dawn ir-regolamenti; iqis li dan se jkun partikolarment relevanti għall-istatut futur tal-assistenti tal-Membri li l-Parlament iddeċieda li jmexxi 'l quddiem u jimplimenta.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
26.6.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-vot finali |
+: –: 0: |
24 0 0 |
||||
Membri preżenti għall-vot finali |
Carlo Casini, Titus Corlăţean, Bert Doorn, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Neena Gill, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Klaus-Heiner Lehne, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Hartmut Nassauer, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Diana Wallis, Rainer Wieland, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-vot finali |
Sharon Bowles, Vicente Miguel Garcés Ramón, Jean-Paul Gauzès, Eva Lichtenberger, József Szájer, Ieke van den Burg |
|||||
OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (30.6.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona
(2008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni (*): Johannes Voggenhuber(*) Proċedura mal-kumitati assoċjati - Regola 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora dawn is-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
It-Trattat ta’ Liżbona: sfida interistituzzjonali fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja
1. Hemm ftehim komuni li permezz tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona u l-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea (il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) se jkun possibbli li l-Unjoni Ewropea ssir "...żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (FSJA) fir-rigward tad-Drittijiet Fundamentali u s-sistemi legali u t-tradizzjonijiet differenti tal-Istati Membri". (Artikolu 67 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU)). Issa li m'għadux limitat b'objettivi speċifiċi, kif kien il-każ tat-Trattat ta' Maastricht, l-FSJA se ssir element prinċipali fir-relazzjonijiet fil-futur bejn l-Istati Membri u l-UE. Barra minn hekk dan, f’dan il-qasam relattivament ġdid li jolqot il-qalba tal-ordnijiet kostituzzjonali nazzjonali, il-protagonisti kollha fil-livell nazzjonali u Ewropew għandhom interess partikulari fiż-żamma ta’ djalogu komuni.
2. F’din il-perspettiva u biex il-Parlament ikun lest b’mod immedjat mill-ewwel jum tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat il-ġdid, ikun ta' importanza enormi li l-istituzzjonijiet tal-UE jinnegozjaw ftehima interistituzzjonali li tkopri:
a) viżjoni ġdida u l-objettivi prinċipali li jridu jintlaħqu mill-UE wara l-2009;
b) metodi ġodda ta’ koperazzjoni li jinkludu l-parlamenti nazzjonali f’dawn il-politiki;
c) il-miżuri li jridu jkunu adottati biex it-tranżizzjoni tkun ta' suċċess għall-istituzzjonijiet u għaċ-ċittadini Ewropej.
Meta titqies l-istrateġija interistituzzjonali, kull istituzzjoni wara għandha tadatta l-organizzazzjoni u l-metodi interni tagħha stess.
Viżjoni ġdida u l-objettivi prinċipali li jridu jintlaħqu mill-UE wara l-2009
3. Il-futur tal-FSJA għandu jkun definit mill-Kunsill Ewropew qabel it-tmiem tal-2009. L-Istati Membri stess qed jippreparaw, billi jiddibattu fil-Grupp ta’ livell għoli “Future” (Grupp Konsultattiv ta’ Livell Għoli dwar il-Futur tal-Politika Interna Ewropea), ideat possibbli għall-formazzjoni tal-programm plurijennali li jmiss. Il-Kummissjoni qed tipprepara wkoll rapport komprensiv għar-Rebbiegħa tal-2009 li jista' jkun il-bażi għad-deliberazzjonijiet Parlamentari u tal-Kunsill li jmiss.
Meta jitqies dan il-kalendarju, il-Parlament jista’ jfassal ir-rapport ta’ analiżi tiegħu stess qabel ir-rebbiegħa tal-2009.
Fuq il-bażi tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri (rapport tal-Grupp Future), tal-Kummissjoni u fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu stess, il-Parlament kif elett f'Ġunju 2009 se jkun jista' jinnegozja programm leġiżlattiv għall-FSJA mal-Kummissjoni ġdida u mal-Kunsill Ewropew.
4. Il-programm leġiżlattiv tal-futur għall-FSJA għandu jippromwovi miżuri fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali, billi jitqies il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jinsab fit-Trattat il-ġdid, b'hekk tkun iffaċilitata l-koperazzjoni transkonfinali bejn l-Istati Membri u jkun hemm moviment lejn liġi kriminali Ewropea fil-futur.
5. Bi qbil ma’ dan l-approċċ, jilqa' b'mod konsiderevoli l-fatt li l-Kummissjoni tadotta strateġija mmirata lejn:-
a) it-tisħiħ tar-relazzjoni bejn ir-regoli tat-Trattati li jiffurmaw il-bażi legali għal politiki speċifiċi (bħall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni, il-protezzjoni ta’ dawk li jfittxu ażil, it-titjib tat-trasparenza, il-protezzjoni tad-dejta, id-drittijiet tal-minoritajiet u d-drittijiet tal-vittmi u s-suspettati) u l-Artikoli eqwivalenti tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-adozzjoni ta' Karta tad-Drittijiet Fundamentali li torbot se tippermetti reviżjoni ta’ dan l-acquis, billi jitqies id-dover primarju tal-istituzzjonijiet tal-UE biex iħarsu d-drittijiet fundamentali. Din l-evoluzzjoni qed tintwera bil-kwistjoni tal-ħarsien tad-dejta, li se ssir dritt fundamentali indipendenti;
b) l-istabbilizzar ta' relazzjonijiet permanenti u aktar b'saħħithom bejn il-leġiżlaturi Ewropej u nazzjonali, min-naħa waħda, u bejn l-imħallfin Ewropej u nazzjonali, min-naħa l-oħra, dwar kwistjonijiet ta' kompetenzi komuni bejn l-Istati Membri.
6. Kif diġà sostna l-Parlament[1], il-Kummissjoni u l-Istati Membri m’għandhomx jikkontrollaw biss il-konformità ma’ proposti leġiżlattivi fil-futur mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, iżda wkoll mal-istrumenti kollha Ewropej u internazzjonali rigward drittijiet fundamentali li għalihom l-Istati Membri huma partijiet. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-karatteristika tagħha li t-torbot u l-adegwatezza tagħha, kif ukoll is-sħubija tal-Unjoni fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR), se jtejbu r-rispett għad-drittijiet fundamentali f’dan il-qasam. L-introduzzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja se tagħti spinta lill-proċess leġiżlattiv ukoll.
7. Il-programm plurijennali għall-FSJA għandu jkompli jkun diskuss f’dibattitu annwali li għandu jiffoka fuq il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea, fuq l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fuq il-konformità tal-Istati Membri mal-valuri u l-prinċipji stabbiliti bl-Artikolu 6 ġdid tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TEU)[2]. Għandu jkun imsejjes fuq rapport mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (FRA). Il-Parlament għandu l-istess opinjoni tal-'Presidenzi tal-Kunsill Trio'[3] (Franża, ir-Repubblika Ċeka u l-Iżvezja) li "sal-31 ta' Diċembru 2009 huwa possibbli li se ssir reviżjoni tal-mandat tal-Aġenzija għad-Drittijiet tal-Bniedem" u li reviżjoni bħal din toffri opportunità li tisaħħaħ il-koperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, mas-Segretarju Ġenerali tiegħu, mal-Kummissarju tiegħu għad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-kumitati rilevanti tiegħu tal-Assemblea Parlamentari.
Metodi ġodda ta’ koperazzjoni li jinkludu l-parlamenti nazzjonali fil-politiki tal-FSJA
8. Il-problema ewlenija li jiltaqa’ magħha l-Parlament, meta jeżerċita responsabilitajiet leġiżlattivi kondiviżi mal-Kunsill fir-rigward tal-koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, se tkun aċċess għal informazzjoni rilevanti fl-Istati Membri. Minħabba l-kwistjonijiet sensittivi ħafna indirizzati bħala parti mill-politiki relatati mal-FSJA, huwa aktar milli meħtieġ li jkunu implimentati malajr kemm jista’ jkun, id-dispożizzjonijiet ġodda tat-Trattat dwar trasparenza fl-istituzzjonijiet tal-UE u wkoll biex ikun permess l-iskrutinju Parlamentari ta’ informazzjoni kunfidenzjali bħal dik indirizzata mill-Europol, miċ-Ċentru ta’ Sitwazzjoni Konġunta tal-UE (SitCen) u l-Kumitat Permanenti għas-Sigurtà Interna (COSI) li se jkun hemm fil-futur (Artikolu 71 TFEU). L-Artikolu 15 il-ġdid tat-TFEU se jtejjeb ir-responsabilità tal-istituzzjonijiet tal-UE, b'mod partikulari f'dawn l-oqsma billi jestendi d-dritt attwali ta' aċċess għad-dokumenti Parlamentari, tal-Kummissjoni u tal-Kunsill lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE;
9. Fl-istess perspettiva ta' responsabilità demokratika, huwa essenzjali, fl-interess tal-Parlament, li:
a) il-Parlamenti nazzjonali jkunu assoċjati b'mod permanenti meta jitfasslu l-istrateġiji ġenerali tal-FSJA, meta jiġu adottati miżuri leġiżlattivi jew jiġi evalwat l-impatt tagħhom fuq il-livell nazzjonali[4].
b) jingħata l-pożizzjoni formali tal-Kummissjoni[5] dwar l-inizjattivi tal-Istati Membri, notevolment dwar l-impatt possibbli tar-regoli ġodda proposti dwar il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u ż-żamma tal-ordni ġuridiku Ewropew.
c) is-soċjetà ċivili tkun involuta billi tqis id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Liżbona rigward l-inizjattiva taċ-ċittadini, billi ċ-ċittadini jkunu infurmati dwar dan id-dritt ġdid u billi tiżgura li r-regolament li jrid ikun adottat għall-implimentazzjoni ta’ “l-Inizjattiva taċ-Ċittadini” joħloq kundizzjonijiet ċari, sempliċi u faċli għall-utenti għall-eżerċizzju ta' dan id-dritt.
d) in-netwerks tas-soċjetà ċivili jkunu assoċjati li mbagħad jinteraġixxu ma’ istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali fir-rigward tal-FSJA (ara n-netwerks magħquda mal-FRA, il-Forum Ewropew għall-Ġustizzja Kriminali, eċċ...).
10. Il-mod kif ikunu implimentati d-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat dwar poteri delegati u ta' implimentazzjoni (l-Artikolu 290 u l-Artikolu 291, TFEU) se tkun kwistjoni aktar ġenerali, f'dak li jirrigwarda l-politiki relatati mal-FSJA. Prinċipju ġenerali li jrid ikun segwit għandu jkun li miżura li tista’ taffettwa l-ambitu tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali għandha tkun adottata skond ir-reġim tal-poteri delegati li jagħti lill-Parlament is-setgħa li jirrevoka d-deċiżjoni.
11. Għandu jkun innutat ukoll li l-Parlament issa se jkun assoċjat man-negozjati u mal-adozzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali bl-implikazzjoni ta’ dimensjoni ta’ drittijiet fundamentali, eż. it-trażmissjoni ta’ dejta personali lejn pajjiżi terzi. B’konsegwenza, il-kumitati rilevanti għandhom jistabbilixxu wkoll rabtiet sodi mal-istituzzjonijiet ekwivalenti fil-Kunsill tal-Ewropa, fl-Aġenziji tan-NU u mal-parlamenti tal-pajjiżi terzi involuti.
Kif tindirizza proposti leġiżlattivi pendenti fil-fażi ta’ tranżizzjoni
12. Fil-perjodu ta’ tranżizzjoni l-Parlament se jiffaċċja bosta tibdiliet fil-forma u sustanza ta’ leġiżlazzjoni pendenti. F'dak li jirrigwarda l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Parlament għandu jkompli jisħaq dwar l-ilħuq ta' ftehima interistituzzjonali li, fir-rigward ta' proposti leġiżlattiv pendenti taħt it-tielet pilastru, għandha tipprovdi l-ekwivalenti ta' proċedura ta' konsultazzjoni bl-ewwel qari tal-proċedura ta' kodeċiżjoni, sabiex ikun hemm stħarriġ ġudizzjarju komplet.
Għalhekk, il-proposti pendenti kollha li jaqgħu taħt it-tielet pilastru li għandhom impatt limitat fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jistgħu jkunu adottati mingħajr dewmien, eż. id-deċiżjonijiet ta’ qafas dwar l-infurzar ta’ deċiżjonijiet stabbiliti bħala in absentia, id-deċiżjoni dwar it-tisħiħ tal-Eurojust, id-deċiżjoni dwar in-Netwerk ġudizzjarju Ewropew. Dawn il-fajls kollha huma importanti għat-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja.
13. Tħassib ieħor għal Parlament se jkun il-qbil mal-Kunsill biex jippostponi, wara l-1 ta’ Jannar 2009, il-miżuri li jaqgħu taħt ir-reġim tal-kodeċiżjoni u li l-Parlament iqis li politikament mhumiex xierqa fil-formulazzjoni attwali tagħhom. Proposta tipika li hija stabbilita f’din il-kategorija hija l-proposta għal deċiżjoni ta’ qafas dwar l-użu ta’ Reġistru tal-Isem tal-Passiġġieri (PNR) għal skopijiet ta’ nfurzar tal-liġi.
14. Proposta leġiżlattiva pendenti sensittiva oħra affettwata bil-bidla ta’ proċedura hija d-deċiżjoni ta’ qafas dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fil-qafas ta’ koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. Din il-proposta tkopri biss b’mod parzjali il-vojt legali li se jeżisti wara t-tneħħija tat-tielet pilastru. Strateġija b’żewġ aspetti possibbli tista’ tkun l-adozzjoni tal-proposta attwali tat-tielet pilastru bil-kundizzjoni li hija tkun kumplimentata b’test ġdid immedjatament wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona.
15. Hemm ukoll żewġ proċeduri pendenti fil-qasam tal-emigrazzjoni legali, b’mod partikulari l-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskopijiet ta’ impjieg kwalifikat ħafna (blue card) u l-proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiż terz li jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar sett komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jgħixu b’mod legali fi Stat Membru. Jekk dawn il-proposti ma jkunux adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, il-proċedura trid tinbeda mill-ġdid.
16. Xi proposti leġiżlattivi ilhom pendenti għal snin minħabba li mhux possibbli li tintlaħaq deċiżjoni unanima, pereżempju fid-deċiżjoni ta’ qafas dwar drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali, iżda huma mhumiex skaduti. Huma aktar urġenti u meħtieġa minn qatt qabel, u l-proċedura leġiżlattiva ordinarja se tipprovdi mod kif ikunu evitati dawn l-ostakoli.
17. Hemm ukoll proposta pendenti approvata mill-Parlament biex jittrasforma l-bażi legali tal-Europol (bħalissa Konvenzjoni) f’deċiżjoni tat-tielet pilastru li tipprovdi ffinanzjar għall-Europol mill-baġit Komunitarju). Jekk ma tkunx adottata qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, il-Parlament għandu jiftaħ mill-ġdid il-proċedura biex jittrasforma l-Europol f'korp Komunitarju ġenwin.
18. Meta l-Istati Membri jagħmlu użu mill-proċedura ta' blukkar ta' emerġenza maħsuba fit-TFEU fir-rigward ta' kwistjonijiet kriminali (Atikoli 82(3) u 83(3)), iċ-Ċhairman tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern għandu jikteb lill-Kunsill Ewropew u jispjega l-pożizzjoni attwali milħuqa fid-dibattiti tiegħu.
19. Jidher li wara l-1 ta’ Jannar 2009, l-inizjattivi l-aktar urġenti li għandha tieħu l-Kummissjoni minn issa ‘l quddiem se jkunu relatati ma’:
a) l-obbligu tal-UE biex tirratifika l-ECHR;
b) l-obbligu tal-UE biex tirratifika ftehimiet internazzjonali negozjati iżda għad mhux konklużi skond l-Artikolu 24 tat-Trattat tal-UE attwali;
c) ir-rekwiżiti tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara l-każ tar-regolament tal-‘Black Lists’);
d) il-twaqqif ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew biex jittejjeb il-Eurojust.
Fl-istess perspettiva, il-Kummissjoni għandha tieħu l-inizjattiva biex tistabbilixxi strumenti leġiżlattivi attwali tat-tielet pilastru b’dimensjoni ta’ drittijiet fundamentali fil-pilastru tal-Komunità (eż. Europol). Bidla ta’ bażi legali għal strumenti tat-tielet pilastru attwali għandha tiżgura wkoll il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja qabel l-iskadenza ta’ 5 snin (ara l-Artikolu 10 tal-Protokoll ta’ dispożizzjonijiet tranżittivi).
20. Il-Parlament jilqa' l-evalwazzjoni tat-Trio tal-Presidenza li "Miżuri li jimponu obbligu għandhom ikunu akkumpanjati minn regoli ekwivalenti biex jissaħħu d-drittijiet tal-individwu, kemm jekk suspettat u kemm jekk vittma jew xhud. Il-possibilità ta' żvilupp tad-drittijiet tal-vittmi se tkun eżaminata fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Qafas dwar il-Pożizzjoni tal-Vittmi fi Proċeduri Kriminali. Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, se tkun mistennija proposta għal strument legali dwar id-drittijiet proċedurali fi proċeduri kriminali mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri."
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
24.6.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
43 2 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Emine Bozkurt, Philip Bradbourn, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Esther De Lange, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Armando França, Urszula Gacek, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Roland Gewalt, Jeanine Hennis-Plasschaert, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Roselyne Lefrançois, Baroness Sarah Ludford, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Rareş-Lucian Niculescu, Martine Roure, Inger Segelström, Csaba Sógor, Vladimir Urutchev, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Renate Weber, Tatjana Ždanoka |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Evelyne Gebhardt, Ignasi Guardans Cambó, Sophia in ‘t Veld, Ona Juknevičienė, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Nicolae Vlad Popa, Johannes Voggenhuber |
|||||
- [1] Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Marzu 2007 dwar konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni: metodoloġija għal immonitorjar sistematiku u strett (ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 229).
- [2] [2] Għandu jkun innutat li skond ir-regoli Parlamentari attwali l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern huwa responsabbli għal bosta mill-politiki relatati mal-FSJA u għas-“sistema ta’ avviż” stipulata fl-Artikolu 7 TEU.
- [3] Abbozz ta' programm ta' 18-il xahar tal-Kunsill dok Nru. 10093/08.
- [4] [ Ara b'mod partikulari l-Artikolu 70 tat-TFEU.
- [5] Xi drabi dan diġà huwa l-każ skond il-prattika mnedija mill-Kummissarju Vitorino waqt il-leġiżlatura preċedenti.
OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (27.5.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol il-ġdid u r-responsabiltajiet il-ġodda tal-Parlament skond it-Trattat ta' Liżbona
(2008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni(*): Claire Gibault(*) Proċedura b’kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta’ Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jissottolinja b’sodisfazzjon l-introduzzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fost il-valuri tal-Unjoni (l-Artikolu 2 tat-Trattat UE) u fost l-objettivi tagħha (l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat UE);
2. Jifraħ bit-tkabbir tal-prinċipju tal-approċċ integrat fl-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa li se jiġi applikat fil-ġejjieni għall-azzjonijiet kollha tal-Unjoni, billi għal dan il-prinċipju ġie dedikat artikolu speċifiku fost id-dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali (l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-UE), ħaġa li tagħtih in-natura ta' klawsola tassew orizzontali applikabbli għall-oqsma kollha ta’ azzjoni tal-Unjoni;
3. Jifraħ bil-fatt li l-Artikoli 8, 9 u 10 tat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea jiddisponi b'mod ċar li l-politiki Ewropej kollha għandhom jippromwovu b'mod attiv l-inklużjoni soċjali, l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u n-non-diskriminazzjoni;
4. Jisħaq, konsegwentement, fuq approċċ miż-żewġ naħat li jasal biex jikkompleta l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru fil-prattika, jiġifieri permezz ta’ azzjonijiet pożittivi kif ukoll permezz ta’ objettivi u miżuri ċari u kontraenti;
5. Jifraħ bil-proċedura l-ġdida stipulata fl-Artikolu 19 tat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea, li minn issa ‘l quddiem tipprevedi l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-adozzjoni mill-Kunsill (li sfortunatament għad irid jaġixxi unanimament) ta’ miżuri maħsuba biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni kollha bbażata fuq il-ġeneru, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;
6. Jilqa' b'sodisfazzjon l-introduzzjoni fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja tal-miżuri maħsuba biex jiġġieldu kontra t-traffikar tal-bnedmin, b’mod partikulari tan-nisa u tal-irġiel, u kontra l-isfruttar sesswali (l-Artikolu 79(2)(d) u l-Artikolu 83(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea);
7. Jissottolinja b’sodisfazzjon ir-rikonoxximent tal-istess valur ġuridiku bħat-Trattati li ngħata lill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 6 tat-Trattat UE), li ma timpedixxix iż-żamma jew l-adozzjoni ta’ miżuri li jipprevedu vantaġġi speċifiċi favur il-ġeneru inqas rappreżentat u li tipprevedu protezzjoni miżjuda tal-maternità, b’mod partikulari fil-qasam tal-ħidma (l-Artikoli 23, 33 u 34 tal-Karta);
8. Iqis li dawn id-dispożizzjonijiet il-ġodda jagħtu l-possibilità lill-Kummissjoni li tipproponi mingħajr dewmien lill-Kunsill u lill-Parlament miżuri leġiżlattivi maħsuba biex jagħmlu d-differenzi politiċi Komunitarji fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar tan-nisa u tat-tfal għal skopijiet ta’ sfruttar sesswali iktar leġġibbli u iktar effikaċi;
9. Jistieden lill-Kummissjoni biex, fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, tippreżentalu l-ewwel rendikont tal-inċidenzi ta' dan it-traffikar irrekordjat fl-Istati Membri fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, b'mod partikulari tan-nisa u tat-tfal, għal skopijiet ta' sfruttar sesswali;
10. Jilqa’ b’sodisfazzjon id-Dikjarazzjoni 19 dwar l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea li tistieden lill-Istati Membri biex jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-prevenzjoni u t-trażżin tal-forom kollha ta' vjolenza kif ukoll favur l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
27.5.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 4 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Emine Bozkurt, Věra Flasarová, Claire Gibault, Esther Herranz García, Anneli Jäätteenmäki, Lívia Járóka, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Urszula Krupa, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Zita Pleštinská, Teresa Riera Madurell, Raül Romeva i Rueda, Eva-Britt Svensson, Corien Wortmann-Kool, Anna Záborská |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzhibu finali |
Gabriela Creţu, Iratxe García Pérez, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Kartika Tamara Liotard, Marusya Ivanova Lyubcheva, Zuzana Roithová, Petya Stavreva, Bernadette Vergnaud |
|||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ewa Tomaszewska |
|||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (29.5.2008)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
dwar l-irwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona
(2008/2063(INI))
Rapporteur għal opinjoni (*): Carlos Carnero González
(*) Proċedura b'kumitati assoċjati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jenfasizza li, flimkien mat-titjib istituzzjonali sinifikanti inkluż fit-trattati l-ġodda, hemm vantaġġi distinti għaċ-ċittadini tal-UE li jirriżultaw minn, fuq naħa, it-tisħiħ ta' sorveljanza u kontroll demokratiċi tal-politiki tal-Unjoni, u fuq in-naħa l-oħra ż-żieda fid-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE;
2. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-proċess ta' petizzjoni, li qed jinżamm fit-Trattat il-ġdid, jipprovdi faċilita importanti li tippermetti li l-poplu tal-Ewropa jsir involut b'mod attiv - jew b'mod individwali jew permezz ta' assoċjazzjonijiet volontarji - fl-iżvilupp tal-Unjoni; juri li dan l-involviment jista' jinkludi l-ġbid tal-attenzjoni tal-Parlament għal sitwazzjonijiet fejn l-Istati Membri ma jkunux qed jimplimentaw il-Liġi tal-UE kif suppost, jinfurmaw lill-Parlament dwar nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, u jipprotestaw dwar nuqqasijiet possibbli fir-rigward tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE jew tar-residenti tal-Unjoni;
3. Jenfasizza l-irwol u r-responsabilitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet f'dan ir-rigward, u l-importanza li tinkiseb il-koperazzjoni sħiħa u effettiva tal-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE, u tal-Istati Membri kollha, u tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, biex tingħata risposta u soluzzjoni għat-tħassib taċ-ċittadini ta l-UE, fl-ispirtu tat-Trattat ta' Liżbona;
4. Jinnota l-opportunitajiet ġodda disponibbli għaċ-ċittadini tal-UE skond l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat bit-Trattat at' Liżbona, rigward l-hekk imsejħa "inizjattiva taċ-ċittadini" li tippermetti mhux anqas minn miljun ċittadin minn bosta Stati Membri li jistiednu lill-Kummissjoni biex tfassal att leġiżlattiv ġdid meħtieġ għall-iskop tal-implimentazzjoni tat-Trattati;
5. Jiddeċiedi li jiżgura li r-regolament li għandu jiġi adottat għall-implimentazzjoni tal-"inizjattiva taċ-ċittadini" jistipula kondizzjonijiet ċari, sempliċi u faċli għall-użu għall-eżerċiżżju ta' dan id-dritt taċ-ċittadini; jemmen li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu jkun involut mill-viċin fl-inizjattivi taċ-ċittadini u għandu jkun ta' pjattaforma għall-promozzjoni ta' inizjattivi individwali u tad-dritt ta' inizjattiva nnifsu, filwaqt li jirrikonoxxi lill-Kummissjoni bħala l-unika waħda li tiġi indirizzata fl-inizjattivi taċ-ċittadini; jemmen li għandu jkun hemm provvediment għall-mekkaniżmi fir-regolament ta' implimentazzjoni li jippermettu lill-Parlament li jadotta pożizzjoni dwar dawn l-inizjattivi, u jekk ikun xieraq, jippromwovihom;
6. Jinnota li diġa huwa possibbli għaċ-ċittadini li f'petizzjoni jitolbu lill-Parlament jeżerċita d-dritt tiegħu skond l-Artikolu 192 tat-Trattat KE biex jitlob għal inizjattiva leġiżlattiva, u li xejn mhu se jipprevjeni liċ-ċittadini, jekk dawn ikunu jixtiequ, milli jindirizzaw l-istess sejħa għal att Ewropew kemm lill-Kummissjoni Ewropea, bħala inizjattiva taċ-ċittadini, kif ukoll lill-Parlament Ewropew, bħala petizzjoni;
7. Jikkunsidra li l-Parlament jeħtieġ li jeżamina kif jista' jfassal proċeduri adegwati għas-segwitu u għall-appoġġ tal-inizjattivi taċ-ċittadini, u jemmen li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li diġa għandu esperjenza wiesgħa fil-ħidma ma' ċittadini fuq kwistjonijiet li jikkonċernawhom, għandu jkollu sehem kruċjali f'dawn il-proċeduri;
8. Jilqa' l-proklamazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u r-rikonoxximent tad-drittijiet, tal-libertajiet u tal-prinċipji stipulati fiha għaċ-ċittadini kollha tal-UE, b'mod speċjali d-drittijiet varji li għandhom x'jaqsmu mal-ħajja, mad-dinjita tal-bniedem, mal-ugwaljanza, mal-ġustizzja, mal-liberta u mal-proprjeta privata; huwa deċiż li jikkjarifika mal-istituzzjonijiet l-oħra li l-applikabbilta diretta tal-Karta fir-rigward tal-azzjonijiet mill-Istati Membri ma tkunx limitata b'mod mhux mistħoqq minn interpretazzjoni wiesgħa tal-limitazzjonijiet stipulati f'dan ir-rigward fl-artikoli orizzontali tal-Karta, b'mod speċjali l-Artikolu 51 tagħha, li jirrikjedi li l-Istati Membri japplikaw il-Karta biss meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-UE;
9. Jinnota li l-istatus rinfurzat tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta' proċedimenti ta' ksur, b'mod speċjali fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, se jkollhom effett dirett fuq il-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet meta l-Kumitat ikun qed jeżerċita kontroll parlamentari f'isem iċ-ċittadini;
10. Jinnota li l-introduzzjoni fl-Artikolu 298 tat-TFEU ta' bażi legali għal tmexxija tajba u l-adozzjoni ta' regolamenti li jimplimentaw dak l-artikolu se jkunu r-risposta għal talba li ilha ssir mill-Ombudsman Ewropew u mill-Parlament Ewropew għal sistema komuni ta' liġi amministrattiva li tirregola l-amministrazzjoni Ewropea, u jitlob li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jinvolvi ruħu bis-sħiħ fil-proċedura għall-adozzjoni ta' dawn ir-regolamenti.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
27.5.2008 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 1 2 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Sir Robert Atkins, Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Victor Boştinaru, Michael Cashman, Alexandra Dobolyi, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, David Hammerstein, Marian Harkin, Carlos José Iturgaiz Angulo, Lasse Lehtinen, Marcin Libicki, Miguel Angel Martínez Martínez, Manolis Mavrommatis, Willy Meyer Pleite, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Frank Vanhecke, Diana Wallis, Rainer Wieland |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marie-Hélène Descamps, Henrik Lax, Grażyna Staniszewska, Margie Sudre |
|||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Christopher Beazley, Tunne Kelam, Vytautas Landsbergis |
|||||
ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT
Is-Sur Jo Leinen
Chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Parlament Ewropew
Brussell
Għażiż Sur Leinen,
Suġġett: CONT opinjoni f’forma ta’ ittra rigward ir-rapport AFCO dwar
"L-irwol il-ġdid u r-responsabilitajiet il-ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona"
Fid-dokument ta’ ħidma tiegħek tat-3 ta’ April 2008 qed tistieden lill-kumitati jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ żewġ mistoqsijiet prinċipali:
1) Liema huma l-prijoritajiet politiċi tal-kumitat fir-rigward tal-użu tal-poteri l-ġodda tal-Parlament li jipprovdi t-Trattat ta’ Liżbona?
2) Il-kumitat kif qed jippjana li jlaħħaq mat-tranżizzjoni minn konsultazzjoni għal kodeċiżjoni fil-proċeduri leġiżlattivi u ma bidliet proċedurali oħra?
Il-mistoqsijiet tiegħek primarjament jikkonċernaw kumitati ġenwinament leġiżlattivi. Għalhekk, il-kumitat mhux se jagħti opinjoni formali. Bidliet fil-qasam tal-kompetenzi tal-kumitat tiegħi jinkludu dan li ġej:
· Ir-responsabilità tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-baġit hija enfasizzata (Artikolu 317 TFEU)[1]. Il-konsegwenzi fil-prattika ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mhumiex magħrufa f’dan l-istadju.
· Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni, li l-Parlament għandu jeżamina fil-proċedura ta’ kwittanza (Artikoli 318 u 319 TFEU).
· L-adozzjoni tar-regolament finanzjarju mhix se tibqa’ suġġetta għall-proċedura ta’ konsultazzjoni iżda għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jiġifieri, il-kodeċiżjoni (Artikolu 322 TFEU). Konsegwentement għad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-qafas finanzjarju multiannwali (Artikolu 312 tat-TFUE) u dwar ir-regolament finanzjarju (Artikolu 322 tat-TFUE), il-ftehim interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod għandu jiġi rivedut;
· Il-bażi legali għall-adozzjoni ta' miżuri fl-oqsma ta' prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni tissaħħaħ (Art. 325 tat-TFUE);
· It-Trattat ta' Liżbona jipprovdi wkoll għall-possibilità li jiġi stabbilit Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għall-ġlieda kontra r-reati li jeffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (Artikolu 86 tat-TFUE);
Dejjem tiegħek,
Herbert Bösch
Chairman tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
- [1] In-numerazzjoni tikkorrispondi mal-verżjoni kkonsolidata tat-Trattat ta’ Liżbona kif pubblikata fil-ĠU C 115, 9.5.2008, p.1.
ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA
Iċ-Chairperson
Is-Sur Jo Leinen
Chairman
Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Brussell
Brussell,
Ref.: D(2008)27597
GC/mlt
Suġġett: Rapport INI mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali dwar "l-irwol il-ġdid u r-responsabilitajiet il-ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Liżbona"
Opinjoni ITRE f’forma ta’ ittra
Għażiż Sur Leinen, għażiż kollega,
B’referenza għall-ittra tiegħek tat-13 ta’ Marzu 2008, nixtieq ninfurmak li l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija ddeċieda li ma jinnominax Rapporteur formali iżda tani mandat, bħala Chairperson, biex nikkomunika l-opinjoni tal-ITRE permezz ta’ ittra. Din l-ittra sar qbil dwarha mill-koordinaturi ITRE.
Rigward iż-żewġ “mistoqsijiet prinċipali”, jiġifieri, il-prijoritajiet ta’ ITRE quddiem il-poteri ġodda tal-Parlament u t-tranżizzjoni minn konsultazzjoni għal kodeċiżjoni, li ġew magħmula fid-dokument ta’ ħidma mehmuż mal-ittra msemmija, u fuq il-bażi tat-test tat-Trattat ta’ Liżbona (ToL) ppubblikat fil-ĠU C306 tas-17 ta’ Diċembru 2007, għandi dawn il-kummenti x’nagħmel:
Enerġija
Din hija politika ta’ prijorità għall-kumitat tiegħi għaliex l-enerġija issa se jkollha Titolu separat XX fit-Trattat u għalhekk bażi legali (Art.176A). Għandu jiġi nnutat, madankollu, li filwaqt li l-"proċedura leġiżlattiva ordinarja" se tiġi segwita bħala regola, id-deċiżjonijiet dwar it-taħlita ta’ enerġija se jibqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri. Barra minn hekk, miżuri fiskali f’dan il-qasam jibqgħu jeħtieġu konsultazzjoni mal-Parlament u unanimità fil-Kunsill.
Hemm klausola ta’ solidarjetà li għandha tiġi nnotata. Din tiġi applikata "jekk diffikultajiet serji jirriżultaw fil-forniment ta' ċerti prodotti, b'mod partikolari fil-qasam tal-enerġija;" (Art. 100(1)).
Fil-mument, nixtieq ninfurmak li l-Kumitat tiegħi ddedika l-mezzi kollha disponibbli tiegħu biex jipprepara l-vot tiegħu dwar il-pakkett tal-enerġija u l-gass kif ukoll dwar il-bidla fil-klima (direttiva li tiġġedded) fil-ħin. Dan iħalli biżżejjed żmien biex il-Parlament ikun jista’ jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u b’hekk il-Kunsill jadotta l-pożizzjoni tiegħu anki qabel id-dħul fis-seħħ tat-ToL. Dan huwa ta’ importanza għall-ħidma leġiżlattiva tagħna, b’mod partikolari, meta wieħed iqis l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar is Sussidjarjetà u għalhekk il-Parlamenti Nazzjonali għandhom jiġu kkonsultati dwar il-proposti leġiżlattivi kollha pendenti fil-31 Diċembru 2008.
Trattat dwar il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
Għandi nifhem li t-Trattat Euratom jibqa’ għall-mument qfaas legali indispensabbli u ninnota li ma sarlu l-ebda tibdil sinifikattiv mit-ToL.
Fil-fatt, il-Protokoll Nru 12 huwa miżjud mat-ToL, li jpprova jadatta t-Trattat Euratom sabiex iqis id-dispożizzjonijiet komuni stipulati fit-Trattati l-oħra, bħad-dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji. Madankollu, iż-żieda tal-Protokoll Nru 12 mat-ToL tirrendi t-test illeġġibbli u kumplikat ħafna minħabba l-għadd kbir ta’ referenzi trażversali u r-revoka ta’ ċerti artikoli tat-Trattat Euratom. Ikun xieraq, għalhekk, li ntennu l-pożizzjoni ta’ ITRE dwar il-bżonn ta’ test konsolidat tat-Trattat Euratom.
Komunikazzjoni elettronika u teknoloġiji tal-informazzjoni
Apparti l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar is-Sussidjarjetà għal dan is-settur ukoll, id-dħul fis-seħħ tat Trattat ta’ Liżbona ma jġibx miegħu wisq tibdil f’dan il-qasam. Għalhekk, l-Artikolu 95 tat-Trattat attwali jibqa’ l-bażi legali għall-adozzjoni tal-atti legali, filwaqt li tiġi applikata l-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Madankollu, sabiex il-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam tkun mħarsa għal dak li jsir fil-ġejjieni u tkun tista’ tiġi adattata għal tibdil teknoloġiku mgħaġġel, l-atti delegati u implimentattivi (ToL Artikoli 249B u 249C) jkollhom rwol importanti. Konsegwentement, teżisti ċerta inċertezza dwar l-impatt tas-sistema l-ġdida u l-aġġustamenti neċessarji għall-proċeduri kontinwi ta’ leġiżlazzjoni.
Riċerka u Żvilupp Teknoloġiku u Spazju
Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni dwar id-dispożizzjonijiet tat-ToL li ġejjin. L-Artikoli emendati 163, 165 u 166 tat-Trattat KE għandhom jitqiesu bħala titjib għaliex isaħħu bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi permezz tal-ħolqien ta’ Zona Ewropea ta' Riċerka. Fil-fatt, “il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni taż-żona ta' riċerka Ewropea għandhom jiġu adottati permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja” (Art. 166 (5)).
Madankollu, tliet kwistjonijiet kontenzjużi bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu nnotati:
a) Ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali (Art.170) ma jibqgħux jaqgħu taħt l-Artikolu 300 għaliex il-proċedura ta’ teħid ta' deċiżjoni mhijiex stipulata b’mod espliċitu;
b) Iż-żamma tal-Artikoli 171 u 172 dwar il-kreazzjoni ta’ intrapriżi konġunti tfisser il-kontinwazzjoni tal-proċedura ta’ konsultazzjoni biex jiġu stabbiliti aġenziji, u possibilment il-fatt li dawn l-Artikoli jinżammu jista’ ma tkunx konformi mal-ispirtu tal-atti legali tal-Unjoni;
c) Billi l-"programm qafas pluiennali se jiġi adottat bil-proċedura leġislattiva ordinarja" (Art. 166 (5)), il-"programmi speċifiċi" se jiġu adottati bil-"proċedura leġislattiva speċjali", li jimplika konsultazzjoni sempliċi għall-Parlament Ewropew (Art. 166 (4)).
Spazju
Minkejja dawn il-kwistjonijiet, il-Kumitat tiegħi esprima s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-inklużjoni ta' dispożizzjoni dwar il-Politika Spazjali Ewropea (Art. 172a) fis-sezzjoni dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, u laqa' b'sodisfazzjon l-opportunità mogħtija lill-Parlament u lill-Kunsill biex jadottaw, taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-miżuri neċessarji għat-twaqqif ta' Programm Spazjali Ewropew.
Il-Kumitat ikkunsidra wkoll li "l-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni ta’ liġijiet u regolamenti tal-Istati Membri f’dan il-qasam" (Art. 172a (2)) tista’ tfisser li jinħolqu xi ostakoli għall-implimentazzjoni ta’ Politika Spazjali Ewropea komuni;
Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar
Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-kumitat tiegħek għall-Protokoll Nru 11 dwar il-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, li jintroduċi dispożizzjonijiet proċedurali li mhux se jsaħħu l-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet (il-proċedura ta' konsultazzjoni qed tinżamm).
Industrija
Nemmen li l-emendi għad-dispożizzjonijiet eżistenti tat-Trattat (Art. 157) ma jinterferixxux mal-istruttura eżistenti għaliex l-industrija taqa' taħt il-kompetenza tal-UE li tappoġġja, tikkordina jew iżżid fuq l-azzjonijiet tal-Istati Membri. Madankollu, hemm dispożizzjoni "li teskludi kull armonizzazzjoni ta’ liġijiet u regolamenti tal-Istati Membri" (Art. 157 (3)), li tista' tiġi interpretata biex tfisser it-tmiem tal-approċċ komuni għall-industrija. Fil-fatt, il-proċedura leġiżlattiva ordinarja tapplika għal "miżuri speċifiċi li jappoġġjaw azzjoni meħuda fl-Istat Membru" (Art. 157 (3)). Madankollu, il-Parlament Ewropew mhux se jieħu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijiet meta azzjoni koordinata titqies bħala meħtieġa; hija tibqa’ tiġi infurmata (Art. 157 (2)).
Kwistjonijiet Orizzontali
Żewġ punti għandhom jissemmew fil-kuntest tal-proposti legali, li attwalment huma pendenti jew li aktarx jiġu sottomessi sa ma jidħol fis-seħħ it-ToL;
a) Il-proċedura Komitoloġika hija applikata fuq firxa wiesgħa għal proposti li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ ITRE. Għalhekk huwa xieraq li l-PE jinsisti fuq ir-revoka immedjata tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/468/KE u li eżerċizzju ġdid u ġenerali ta’ "allinjament" tal-leġiżlazzjoni kollha eżistenti għandu jinbeda immedjatament wara d-dħul fis-seħħ tat-ToL.
b) Il-Parlamenti nazzjonali kienu jirċievu l-proposti leġiżlattivi taħt il-kodeċiżjoni mill-Kummissjoni għaliex din tal-aħħar, fuq bażi informali, kienet tibgħat il-proposti lilhom mill-2006. Ir-reazzjoni tal-parlamenti nazzjonali kient varja u ntbagħtet direttament lill-Kummissjoni, iżda mhux lill-Parlament Ewropew, lanqas għall-informazzjoni. Dan jista’ jitqies bħala nuqqas ta’ trasparenza u possibbilment inkapaċità ta’ kooperazzjoni mill-qrib.
F’dan il-kuntest, miħabba l-Protokoll 1 dwar l-irwol tal-Parlamenti Nazzjonali u l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità u l-prattika ad hoc imsemmija fil-paragrafu preċedenti, ikunu xi jkunu l-interpretazzjoni legali u l-arranġamenti prattiċi għall-proċeduri ta’ kodeċiżjoni li jkunu għaddejjin meta t-Trattat il-ġdid jidħol fis-seħħ, fir-rigward tal-element proċedurali ġdid ta’ konsultazzjoni mal-Parlamenti Nazzjonali, għandha tinstab soluzzjoni politika ġusta sabiex jiġi rispettat l-ispirtu tat-ToL.
Dejjem tiegħek,
Angelika Niebler
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
9.3.2009 |
|
|
|
||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 2 0 |
||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Enrique Barón Crespo, Bastiaan Belder, Richard Corbett, Jean-Luc Dehaene, Andrew Duff, Anneli Jäätteenmäki, Aurelio Juri, Martin Kastler, Timothy Kirkhope, Jo Leinen, Íñigo Méndez de Vigo, Adrian Severin, József Szájer, Riccardo Ventre, Johannes Voggenhuber, Andrzej Wielowieyski |
|||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Costas Botopoulos, Catherine Boursier, Elmar Brok, Carlos Carnero González, Panayiotis Demetriou, Sirpa Pietikäinen, György Schöpflin |
|||||