Proċedura : 2008/2261(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0178/2009

Testi mressqa :

A6-0178/2009

Dibattiti :

PV 21/04/2009 - 19
CRE 21/04/2009 - 19

Votazzjonijiet :

PV 23/04/2009 - 6.13

Testi adottati :

P6_TA(2009)0272

RAPPORT     
PDF 148kDOC 71k
23 ta' Marzu 2009
PE 416.344v01-00 A6-0178/2009

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007

(C6-0434/2008 – 2008/2261(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Christofer Fjellner

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007

(C6-0434/2008 – 2008/2261(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6 0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jwaqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0156/2009),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2007;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007

(C6-0434/2008 – 2008/2261(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jwaqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea(9), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0178/2009),

1.  Jinnota li l-ammonti annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007

(C6-0434/2008 – 2008/2261(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jwaqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea(14), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0178/2009),

A. billi l-Qorti tal-Awdituri (QEA) stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2007 huma ta’ min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom huma legali u regolari,

B.  billi fit-22 ta’ April 2008 l-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2006(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza fost affarijiet oħra

- innota l-osservazzjoni tal-QEA fir-rapport tagħha tal-2006 li l-bilanċ favorevoli tal-baġit akkumulat għall-2006 kien ta' EUR 16.9 miljun u li, fl-2007, iċ-Ċentru kien se jagħti lura EUR 9.3 miljun lill-klijenti tiegħu; qabel mal-QEA li akkumulazzjoni ta' bilanċi favorevoli bħal din tissuġġerixxi li l-metodu għall-għoti ta' prezz lit-traduzzjonijiet tiegħu ma kienx preċiż biżżejjed,

- esprima t-tama li dalwaqt tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni minn min iħaddem,

1.  Jinnota l-osservazzjoni tal-QEA li l-verifika tagħha tal-proċeduri ta’ akkwist uriet li l-evalwazzjoni tal-kriterji tal-għoti ma kinitx iddokumentata kif jixraq, peress li ma kienx hemm analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-alternattivi differenti proposti biex ikunu ġġustifikati l-għażliet finali;

2.  Jinnota li l-QEA qieset li f’waħda minn kull sitt proċeduri ta’ reklutaġġ li ġew ivverifikati t-trasparenza tal-proċedura ma kinitx żgurata, peress li sabet anomaliji fid-dokumentazzjoni ta’ waħda minn kull sitt proċeduri li ġew ivverifikati;

3.  Jinnota r-rieda taċ-Ċentru li jkompli jsegwi l-problemi misjuba mill-QEA fir-rigward tal-proċeduri ta’ akkwist u ta’ reklutaġġ u li jadatta l-proċeduri tiegħu kif ikun meħtieġ;

4.  Jistenna liċ-Ċentru jirrapporta dwar l-azzjoni ta’ segwitu li tkun ittieħdet u dwar ir-riżultati miksuba fir-rapport tal-attività tiegħu tal-2008;

Segwitu għall-eżerċizzji ta’ kwittanza preċedenti

5.  Jinnota li, fl-2007, iċ-Ċentru rrimborsa EUR 9 300 000 lill-klijenti tiegħu mir-riżultat tal-baġit ittrasferit minn snin finanzjarji preċedenti;

6.  Ma jistax jaċċetta l-fatt li, għalkemm din il-kwistjoni kienet enfasizzata fir-riżoluzzjonijiet dwar il-kwittanza għal ħafna snin, soluzzjoni rigward il-konflitt bejn iċ-Ċentru u l-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda s-sehem li min iħaddem għandu jħallas mill-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni għall-istaff għadha ma nstabitx;

7.  Jinnota li ċ-Ċentru stabbilixxa riżerva biex ikopri l-eventwalità ta’ dan il-ħlas u li għall-2007 din ir-riżerva hija ta’ EUR 2 228 928;

8.  Jinsisti li l-Kummissjoni u ċ-Ċentru jagħmlu ħilithom biex jirrisolvu malajr it-tilwima dwar il-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni tal-istaff; jitlob liċ-Ċentru biex jgħarraf lill-awtorità tal-kwittanza bir-riżultat tan-negozjati;

9.  Għal osservazzjonijiet oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza li huma ta' natura orizzontali jirreferi għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ...... April 2009 dwar il-ġestjoni u l-kontroll finanzjarju tal-aġenziji tal-UE(17).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

16.3.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Herbert Bösch, Costas Botopoulos, Mogens Camre, Paulo Casaca, Antonio De Blasio, Christofer Fjellner, Ingeborg Gräßle, Aurelio Juri, Dan Jørgensen, Nils Lundgren, Marusya Ivanova Lyubcheva, Hans-Peter Martin, Ashley Mote, Jan Mulder, José Javier Pomés Ruiz, Bart Staes, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vasilica Viorica Dăncilă, Christopher Heaton-Harris, Edit Herczog

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Godelieve Quisthoudt-Rowohl

(1)

ĠU C 278, 31.10.2008, p. 42.

(2)

ĠU C 311, 5.12.2008, p. 116.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU C 278, 31.10.2008, p. 42.

(7)

ĠU C 311, 5.12.2008, p. 116.

(8)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(9)

ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(10)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(11)

ĠU C 278, 31.10.2008, p. 42.

(12)

ĠU C 311, 5.12.2008, p. 116.

(13)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(14)

ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(15)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(16)

Texts adopted, P6_TA(2008)0145.

(17)

Testi adottati, P6_TA-PROV(2009)...

Aġġornata l-aħħar: 7 t'April 2009Avviż legali