– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0088),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 u 300(2) u (3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0094/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 43, paragrafu 1, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0203/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
PROĊEDURA
Titolu
Tħassir tad-Direttiva u 11-il Deċiżjoni li skadew fil-qasam tal-Politika Komuni tas-sajd