RAPPORT dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, terremot fl-Italja, Taqsima III – Il-Kummissjoni

7.10.2009 - (00000/2009 - C7-0000/2009 - 2009/2087(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Jutta Haug

Proċedura : 2009/2087(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0023/2009
Testi mressqa :
A7-0023/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, terremot fl-Italja, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(00000/2009 - C7-0000/2009 - 2009/2087(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[2], adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida[3],

–   wara li kkunsidra l-Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 9/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-28 ta’ Awwissu 2009 (COM(2009)0448),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 9/2009, imħejji mill-Kunsill fi xxx 2009 (00000/2009 – C7-0000/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0023/2009),

billi l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 9 għall-baġit ġenerali 2009 jkopri l-punti li ġejjin:

–   Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta' EUR 493.78 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet relatati mal-effetti tat-terremot li laqat l-Italja f'April 2009,

–   Tnaqqis korrispondenti f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet globali ta' EUR 493.78 miljun mil-linji baġitarji li ġejjin:

05 04 02 01 Tlestija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija, Taqsima tal-Gwida – Reġjuni tal-Objettiv 1 (2000-2006);

06 02 06 Programm Marco Polo II;

06 04 06 Programm ta' Qafas tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni, il-Programm "Intelligent Energy Europe";

06 06 01 02 Riċerka relatata mal-enerġija – Impriża Konġunta Ċelloli tal-Fjuwil u Idroġenu (FCH);

06 06 02 01 Riċerka relatata mat-trasport (inkluża l-Aeronawtika);

06 06 02 03 Impriża Konġunta SESAR;

06 06 05 02 Tlestija tas-sitt programm ta' qafas tal-KE (2003-2006);

07 03 07 - LIFE+ (Strument Finanzjarju għall-Ambjent – 2007-2013

08 02 01 000: Koperazzjoni ­– Saħħa;

08 07 02 Koperazzjoni – Trasport - Impriża Konġunta Sema Nadif;

08 10 01 Ideas;

11 06 01 Tlestija tal-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (FIFG) – Objettiv 1 (2000-2006);

u 11 06 04 Tlestija tal-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (FIFG) – barra ż-żoni tal-Objettiv 1 (2000-2006),

B.  billi l-iskop tal-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 9/2009 huwa li jiddaħħal b'mod formali l-aġġustament baġitarju fil-baġit 2009,

1.  Jinnota l-Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 9/2009, li huwa l-ħames baġit ta' emenda ddedikat biss għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, kif mitlub mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fid-dikjarazzjoni konġunta adottata waqt il-laqgħa ta' Konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008;

2.  Japprova l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 9/2009 mhux emendat;

3.  Jagħti istruzzjonijet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [2]  ĠU L 69, 13.3.2009.
  • [3]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

EXPLANATORY STATEMENT

Skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta abbozzi preliminari tal-baġits ta’ emenda f’"ċirkustanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew mhux mistennija".

Fir-rigward tal-punti differenti tal-Abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 9/2009, ir-rapporteur kellha dawn il-kummenti:

1. Il-Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE

Fit-22 ta’ Ġunju 2009 l-Kummissjoni Ewropea pproponiet Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà, li hija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-Punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006.

Il-kundizzjonijiet għall-eliġibilità għall-Fond huma spjegati fil-Punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali kif ukoll fir-Regolament tal-Kunsill Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-għan tal-Fond mhuwiex il-kumpens għal danni li jsofru persuni privati iżda t-tiswija tal-infrastruttura, u fl-istess ħin iservi bħala strument ta’ finanzjament mill-ġdid.

Id-deċiżjoni ta' mobilizzazzjoni hija s-suġġett ta' rapport parallel imħejji mis-Sur Böge li japprova d-deċiżjoni. Wieħed għandu jqis ukoll li matul is-sena baġitarja 2009, il-Fond kien mobilizzat darba favur ir-Rumanija (EUR 11.8 miljun) u darb'oħra favur Franza (EUR 109,4 miljun).

Issa l-Kummissjoni qiegħda tipproponi li timmobilizza EUR 493,78 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet marbuta mal-konsegwenzi ta' terremot fl-Italja. Qiegħed jiġi propost li l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet rilevanti jiġu allokati mill-ġdid mill-oqsma ta' politika 05 Agrikoltura u Żvilupp Rurali, 07 Ambjent, 08 Riċerka u 11 Affarijiet Marittimi u Sajd.

Wieħed għandu jiftakar li fis-17 ta’ Lulju 2008, waqt seduta ta’ Konċiljazzjoni, il-Parlament u l-Kunsill stqarrew f’Dikjarazzjoni Komuni li huma “jilqgħu l-impenn tal-Kummissjoni li bih, minn issa 'l quddiem, kull Abbozz Preliminari ta’ Baġit ta’ Emenda meħtieġ mill-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà se jkun biss għal dak il-għan.”

Dan huwa l-ħames baġit ta’ emenda – minn dik id-dikjarazzjoni – li jqis biss il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE.

Ir-rapporteur tilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni peress li hija konformi mal-impenn tagħha tas-17 ta’ Lulju 2008.

2. Finanzjament

Il-baġit annwali totali disponibbli għall-Fond ta’ Solidarjetà huwa ta' EUR 1,000 miljun. Fl-2009, EUR 121.2 miljun diġà ġew allokati għal applikazzjonijiet li saru qabel, u dan iħalli l-ammont ta' EUR 878.8 miljun disponibbli.

Billi s-solidarjetà kienet il-ġustifikazzjoni ċentrali għall-ħolqien tal-Fond, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna mill-Fond għandha tkun progressiva. Dan ifisser li, skont prattika preċedenti, il-parti tal-ħsarat li taqbeż il-limitu minimu (0,6 % tad-DGN jew EUR 3 biljun bil-prezzijiet tal-2002, skont liema ammont minnhom ikun l-iżgħar) għandha twassal għal intensità ta' għajnuna akbar minn ħsarat li ma jaqbżux il-limitu minimu. Ir-rata applikata fl-imgħoddi biex ikunu definiti l-allokazzjonijiet għal diżastri kbar hija ta’ 2,5% tal-ħsarat diretti totali taħt il-limitu minimu għall-mobilizzazzjoni tal-Fond u 6% 'l fuq mil-limitu minimu. Il-metodoloġija biex tiġi kkalkulata l-għajnuna tal-Fond ta’ Solidarjetà tfasslet fir-Rapport Annwali tal-2002-2003 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà u kienet aċċettata mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew.

Qed jiġi propost li jkunu applikati l-istess persentaġġi f’dan il-każ u li jingħataw l-ammonti ta’ għajnuna li ġejjin:

 

 

(EUR)

 

Ħsara diretta

Ammont totali ta' għajnuna propost

L-Italja, terremot fl-Abruzzo

10 212 036 560

 

493 771 159

 

Total

 

493 771 159

Dan l-ammont ta’ kumpens se jħalli mill-anqas 25% tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea disponibbli għall-allokazzjoni matul l-aħħar trimestru tas-sena, kif mitlub mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) 2012/2002.

Qiegħed jiġi propost li l-ammont ta' EUR 493,771,159 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jiġu allokati mill-ġdid mill-oqsma ta' politika 05 Agrikoltura u Żvilupp Rurali, 07 Ambjent, 08 Riċerka u 11 Affarijiet Marittimi u Sajd. Il-linji baġitarji konċernati huma dawn li ġejjin:

05 04 02 01 Tlestija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija,

Taqsima tal-Gwida – Reġjuni tal-Objettiv 1 (2000-2006) – EUR 70,110,359. Skont il-Kummissjoni, din l-allokazzjoni ġdida hija possibbli għaliex, bil-maqlub tal-pjanijiet inizjali, l-ebda programm mhu se jingħalaq fl-2009 u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet li huma disponibbli se jintużaw biss għal rimborżi ta' mhux aktar minn 95% tal-ammonti impenjati.

06 02 06 Programm Marco Polo II – EUR 23,000,000. Skont il-Kummissjoni, il-ħtiġijiet fl-2009 se jkunu limitati għall-ħlasijiet tal-prefinanzjament u, billi mhux se jkunu dovuti ħlasijiet interim matul is-sena, se jkun possibbli biss li tiġi assorbita parti mill-ammont addizzjonali permezz tal-prefinanzjament tal-2009.

06 04 06 – Programm ta' Qafas tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni – il-Programm "Intelligent Energy Europe" – EUR 38,000,000. Skont il-Kummissjoni, EUR 12-il miljun, li jirrappreżentaw 52% tal-allokazzjoni oriġinali, jistgħu jiġu assorbiti.

06 06 01 02 Riċerka relatata mal-enerġija – Impriża Konġunta Ċelloli tal-Fjuwil u Idroġenu (FCH) – EUR 19,660,800. Is-sejħa għall-2009 tnediet fil-bidu ta' Lulju, u d-data tal-għeluq hija l-15 ta' Ottubru 2009. Għaldaqstant, mhux se jkun hemm ħlasijiet f'din il-linja baġitarja fl-2009.

06 06 02 01 Riċerka relatata mat-trasport (inkluża l-Aeronawtika) - EUR 15,000,000. Is-sejħa għall-proposti saret fl-2007, iżda l-kuntratti ġew iffirmati biss fi tmiem l-2008, li jfisser li mhux se jkun possibbli li jsiru l-biċċa l-kbira tal-ħlasijiet intermedji fl-2009.

06 06 02 03 Impriża Konġunta SESAR – EUR 10,000,000. SESAR hija ffinanzjata wkoll b'approprjazzjonijiet mill-EUROCONTROL. Il-EUROCONTROL issa ttrasferiet il-kontribuzzjoni tagħha fl-2009, bir-riżultat li hi meħtieġa kontribuzzjoni iżgħar mill-baġit Komunitarju.

06 06 05 02 Tlestija tas-sitt programm ta' qafas tal-KE (2003-2006) – EUR 35,000,000. Dewmien fil-preżentazzjoni tar-rapporti intermedji mill-benefiċjarji wassal għal aktar dewmien fl-implimentazzjoni sħiħa ta' din il-linja baġitarja.

07 03 07 LIFE+ (Strument Finanzjarju għall-Ambjent – 2007 sa 2013) EUR 110,000,000. Il-Kummissjoni tagħti l-ġustifikazzjoni li ġejja għat-trasferiment ta' krediti minn din il-partita. Matul il-proċedura baġitarja tal-2009, l-awtorità tal-baġit żiedet l-approprazzjonijiet għal LIFE+, sew f'impenji (+ EUR 29,3 miljun) kif ukoll f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (+ EUR 131 miljun). Din is-sistema ta' ħlas twassal għal ħlas ta' 40% tal-impenn (marbut ma' din is-sejħa għall-proposti) fis-sena tal-firma tiegħu, 30% meta jkun intlaħaq livell suffiċjenti ta' nfiq (normalment bejn l-ewwel u t-tielet sena wara l-firma) u 30% wara l-valutazzjoni tar-rapport finali (minn tlieta sa sitt snin oħra jew aktar wara l-firma). Għal din ir-raġuni, iż-żieda fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ivvutata ma tistax tiġi implimentata fl-2009.

08 02 01 Koperazzjoni – Saħħa – EUR 25,000,000. Dewmien fil-proċeduri tal-impenji wassal biex ħlasijiet ta' prefinanzjament previsti għall-2009 għaddew għall-2010. Meta titqabbel mal-Abbozz Preliminari tal-Baġit (APB) 2009, l-iskeda għas-sejħa għall-proposti għall-FP7-Saħħa 2009 ċċaqalqet bi ftit għaliex l-approvazjoni tal-Programm ta' Koperazzjoni fil-Ħidma 2009 – Saħħa ġie pospost sa tmiem Awwissu 2008. L-iskeda inizjali (valutazzjoni, impenn globali, negozjati, impenn, firma tal-kuntratti u twettiq tal-prefinanzjament) għalhekk damet ma bdiet. Għalhekk, se jsiru anqas impenji individwali fl-2009 u se jkun hemm anqas każijiet ta' prefinanzjament fl-2009. Għal din ir-raġuni, l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jistgħu jsiru disponibbli.

08 07 02 Koperazzjoni – Trasport – Impriża Konġunta Sema Nadifa – EUR 22,000,000. Is-sejħa se titnieda fit-tielet jew fir-raba' trimestru tal-2009, li jfisser li l-ebda ħlas mhu se jkun assoċjat magħha għas-sena 2009. Ladarba l-pjan adottat jitlob kontribuzzjoni iżgħar mill-baġit tal-Komunità milli kien antiċipat oriġinarjament, jistgħu jiġu allokati mill-ġdid madwar EUR 22 miljun.

08 10 01 Ideas – EUR 45,000,000. Din hija l-ewwel sena tal-programm Ideas li għaliha huma dovuti ħlasijiet interim. Abbażi tal-ewwel talbiet għall-ħlas li waslu, l-estimi inizjali tnaqqsu wara reviżjoni. Minbarra dan, dewmien fil-valutazzjonijiet se jirriżulta f'dewmien fl-iffirmar tal-ftehimiet dwar l-għotjiet.

11 06 01 Tlestija tal-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (FIFG) – Objettiv 1 (2000-2006) – EUR 16,000,000 u 11 06 04 Twettiq tal-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (FIFG) – barra ż-żoni tal-Objettiv 1 (2000-2006) – EUR 65,000,000: Skont il-Kummissjoni, EUR 81 miljun f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006 huma disponibbli għaliex il-ħlasijiet għal numru ta' programmi operattivi laħqu l-limitu massimu għal ħlasijiet li jistgħu jsiru qabel l-għeluq finali.

Ir-rapporteur tinnota r-rimarki fl-ittra li l-President tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali bagħat lill-President tal-Kumitat għall-Baġits fis-6 ta’ Ottubru 2009 li fiha l-Kumitat jaqbel mal-proposta ta' mobilizzazzjoni tal-Kummissjoni.

Ir-rapporteur tipproponi li għandu jiġi aċċettat l-Abbozz propost tal-Baġit ta' Emenda 9/2009.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.10.2009

Riżultat tal-votazzjoni finali

 

+:

–:

0:

29

 

 

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Reimer Böge, Jean-Luc Dehaene, José Manuel Fernandes, Salvador Garriga Polledo, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Barbara Matera, Nadezhda Mihaylova, László Surján, Francesca Balzani, Göran Färm, Jens Geier, Estelle Grelier, Jutta Haug, Jiří Havel, Vladimír Maňka, Ivars Godmanis, Carl Haglund, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Lajos Bokros, James Elles, Angelika Werthmann, Marta Andreasen

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Giovanni La Via, Derek Vaughan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali