dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (verzjoni kkodifikata)
(COM(2008)0873 – C7-0033/2009 – 2008/0253(CNS))
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg
(Kodifikazzjoni – Artikolu 86 tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (verzjoni kkodifikata)
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0873),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-KE, li skont it-termini tiegħu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0033/2009),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-20 ta’ Diċembru 1994 - Fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0028/2009),
A. billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u il-Kummissjoni, il-proposta in kwestjoni fiha kodifikazzjoni diretta tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sostanza tagħhom,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattat għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tass-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u il-Kummissjoni;
2. Jagħti struzzjonijiet lill-President jgħaddi l-pożizzjoni tal-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS:OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV
TAS-SERVIZZI LEGALI
Brussell, 28 April 2009
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (verzjoni kkodifikata)
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fil-20 ta' Jannar 2009 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami, fost affarijiet oħrajn, tal-proposta msemmija hawn fuq, ippreżentata mill-Kummissjoni.
F'dik il-laqgħa(1), eżami tal-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttrivi 89/662/KEE, 90/425/EEC u 90/657/KEE kellha r-riżultat li l-Grupp ta' Ħidma Konsultativ stabbilixxa bi ftehim reċiproku dan li ġej:
1) Fi-kliem introduttiv tal-Artikolu 6(3) tat-test kodifikat, il-kliem inizjali "qabel 1 ta' jannar 1992, u" li jidher fil-kliem introduttiv tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 91/496/EEC, għandu jerġa' jiddaħħal.
2) Fi-kliem introduttiv tal-Artikolu 6(4) tat-test kodifikat, il-kliem inizjali "qabel 1 ta' Jannar 1992, u" li jidher fil-kliem introduttiv tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/496/EEC, għandu jerġa' jiddaħħal.
3) Fl-Anness III, Parti B, bi qbil mal-indikazzjoni "9/1628/KEE" l-iskadenza għat-trażpożizzjoni ta' dik id-direttiva fil-liġi nazzjonali għandha tiġi indikata li hi l-31 ta' Diċembru 1992.
Bħala konsegwenza, eżaminazzjoni tal-proposta għen lill-grupp ta' Ħidma Konsultattiv biex jikkonkludi, mingħajr nuqqas ta' qbil, li l-proposta hija kodifikazzjoni sempliċi ta' testi eżistenti mingħajr ebda bidla ta' sustanza.
Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu hħad-dispożizzjoni tiegħu 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħademfuq il-verżjoni Ingliża, billi din kienet il-verżjoni lingwistika mamma tat-test diskuss.
PROĊEDURA
Titolu
Kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (verzjoni kkodifikata)