RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fir-rigward ta' rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fir-rigward ta' likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment

13.9.2009 - (COM(2009)0259 – C7‑01042009 – 2009/0075(CNS)) - *

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Danuta Maria Hübner

Proċedura : 2009/0075(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0039/2009
Testi mressqa :
A7-0039/2009
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fir-rigward ta' rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fir-rigward ta' likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment

(COM(2009)0259 – C7‑0104/2009 – 2009/0075(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0259),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0104/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7‑0039/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

Permezz ta' żewġ talbiet bid-data tas-16 ta' Lulju 2008 u tal-20 ta' Lulju 2008 rispettivament, il-Portugall talab bis-sħiħ l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni li kienet ġiet mogħtija lilu permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/167/KE tat-18 ta' Frar 2002 biex japplika rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fir-rigward ta' rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fir-rigward ta' likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment.

Fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni tagħha il-Kummissjoni Ewropea tinnota li:

"L-industrija lokali timpjiega madwar 130 ħaddiem fil-Madejra u madwar 90 ħaddiem fl-Ażores. Fil-Madejra, il-kultivazzjoni u l-ipproċessar tal-kannamieli u frott jipprovdu xogħol għal madwar 1 000 azjenda agrikola li huma proprjetà ta' familja.

Fl-2007, is-sehem fis-suq tal-prodotti li jibbenifikaw minn rata mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa kien inqas minn dik fuq prodotti simili li ġew importati jew fornuti minn partijiet oħra tal-Komunità (20.3% fil-Madejra; 38.9% fl-Ażores) u għalhekk dawn il-prodotti qed jaffaċċjaw kompetizzjoni iebsa. Barra minn dan, minkejja li ġiet applikata rata tat-taxxa tas-sisa mnaqqsa, il-prezz medju (taxxa inkluża), fil-Madejra u fl-Ażores, tar-rum, il-likuri jew eaux-de-vie li ġew prodotti lokalment huwa ogħla minn dak ta' prodotti simili importati minn reġjuni oħra.

Il-problemi prinċipali li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom il-produtturi tar-rum, il-likuri u/jew eaux-de-vie, inqgħalqu minħabba spejjeż addizzjonali marbutin mal-fatturi identifikati fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat (jiġifieri, li tkun imbiegħed, l-insularità, iċ-ċokon, topografija diffiċli, u l-klima).

"Il-materjali mhux ipproċessati ta' oriġini agrikolu (skont il-każ, il-kannamieli, il-frott, il-pjanti, l-għasel, il-ħalib u l-inbid) huma għaljin aktar milli kienu jkunu taħt kundizzjonijiet ta' produzzjoni normali. Dan huwa dovut għad-daqs żgħir u n-natura fframmentata tal-impriżi agrikoli u l-grad ta' mekanizzazzjoni baxx li jirriżulta. Barra minn hekk, fil-każ tal-Madejra, l-eżitu mill-ipproċessar tal-kannamieli huwa inqas minn dak ta' reġjuni l-aktar mbegħdin l-oħra, minħabba t-topografija, il-klima, il-ħamrija u l-produzzjoni artiġjanali. It-trasport lejn il-ġżejjer, ta' ċerti materjali mhux ipproċessati u imballaġġ li ma ġewx prodotti lokalment, iwassal għal spejjeż żejda, meta mqabbel mat-trasport tal-prodott finali biss.

Fil-każ tal-l-Ażores, l-insularità hija doppja, peress illi l-gżejjer huma mifruxin madwar distanza ta' 600 km, li jwassal għal spejjeż ulterjuri fir-rigward tat-trasport minn gżira għal oħra. Fl-aħħar nett, it-trasport u l-installazzjoni tat-tagħmir ta' pproċessar, produzzjoni u imballaġġ huwa ogħla fit-territorji kkonċernati milli fl-art prinċipali, minħabba li dawn jinsabu mbegħdin u minħabba l-insularità tagħhom."

Ø Bażi legali: Id-Direttiva 92/84/KEE[1] tiffissa r-rati minimi li ġejjin:

§ ECU 0.748 għal kull ettolitru/grad Plato jew ECU 1.87 għal kull ettolitru/grad ta' alkoħol għall-birra;

§ ECU 0 għal kull ettolitru/grad għall-imbid;

§ ECU 45 għal kull ettrolitru/grad għall-prodotti intermedjarji;

§ ECU 550 għal kull ettolitru/grad ta' alkoħol pur għall-alkoħol u alkoħol f'xarbiet oħra.

Għall-kategorija msemmija hawn fuq, l-Istati li japplikaw rata tas-sisa għola minn ECU 1000 għal kull ettolitru/grad pur jistgħu jnaqqsu r-rata nazzjonali tagħhom. Madankollu mhux anqas minn ECU 1000.

Ir-rati mnaqqsa jistgħu jiġu applikati f'xi reġjuni fil-Greċja, l-Italja u l-Portugall.

Ir-rati tas-sisa jiġu rreveduta u jekk ikun neċessarju jsir it-tibdil meħtieġ kull sentejn.

Sitwazzjoni simili fit-Territorji Barranin Franċiżi u fil-Gżejjer Kanarji (DOM)

Deroga simili tapplika għall-produzzjoni ta' rum tradizzjonali prodott fit-Territorji Barranin Franċiżi[2], kif ukoll fil-Gżejjer Kanarji

Ø Evalwazzjoni tal-impatt:

Il-Kummissjoni Ewropea tinnota li:

"L-impatt ekonomiku tal-proposta jikkonċerna essenzjalment il-produtturi tar-rum u tal-likuri fil-Madejra u l-produtturi tal-likuri u eaux-de-vie fl-Ażores u jista', għalhekk, ikun ikkunsidrat bħala minimu.

Jekk produtturi bħal dawn kellhom jitilfu l-benefiċċju tar-rata mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa, iż-żieda li tirriżulta fil-prezz tal-bejgħ bl-imnut tpoġġi fil-periklu s-sussistenza u s-sopravivenza ta' dawn is-setturi ekonomiċi, kif ukoll l-impjiegi marbutin magħhom b'mod dirett u indirett."

Konklużjoni: skont ir-rapporteur, jekk id-deċiżjoni proposta hija essenzjalment waħda teknika huwa importanti li l-Parlament jeżaminaha mill-ġdid biex jiżgura li l-kundizzjonijiet kwalifikanti li jirregolaw l-awtorizzazzjoni oriġinali għadhom jeżistu u biex jikkontrolla li l-ebda vantaġġ żejjed ma jkun ġie mogħti lil settur wieħed tas-suq.

  • [1]  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku.
  • [2]  Permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Ottubru 1995, estiża permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 u valida sal-31 ta' Diċembru 2009.

PROĊEDURA

Titolu

Rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores

Referenzi

COM(2009)0259 – C7-0104/2009 – 2009/0075(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

23.7.2009

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

14.9.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

14.9.2009

AGRI

14.9.2009

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

ECON

21.7.2009

AGRI

2.9.2009

 

 

Rapporteur

Data tal-ħatra

Danuta Maria Hübner

6.10.2009

 

 

Rapporteur(s) preċedenti

Elie Hoarau

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

6.10.2009

Eżami fil-kumitat

6.10.2009

 

 

 

Data tal-adozzjoni

6.10.2009