Proċedura : 2009/0166(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0067/2009

Testi mressqa :

A7-0067/2009

Dibattiti :

PV 23/11/2009 - 20
CRE 23/11/2009 - 20

Votazzjonijiet :

PV 24/11/2009 - 4.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2009)0074

RAPPORT     *
PDF 170kDOC 86k
16 ta' Novembru 2009
PE 430.632v01-00 A7-0067/2009

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill biex tingħata assistenza makro-finanzjarja lill-Bożnja u Ħerzegovina

(COM(2009)0596 – C7-0278/2009 – 2009/0166(CNS))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Iuliu Winkler

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill biex tingħata assistenza makro-finanzjarja lill-Bożnja-Ħerzegovina

(COM(2009)0596 – C7-0278/2009 – 2009/0166(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0596),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0278/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0067/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinnotifika lill-Parlament jekk hux se jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk hux beħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


NOTA SPJEGATTIVA

1. Objettivi tal-proposta

Il-Kummissjoni tipproponi li tagħti Assistenza Makro-Finanzjarja (MFA) lill-Bożnja-Ħerzegovina f'ammont sa EUR 100 miljun f’forma ta’ self, li l-Kummissjoni tkun mogħtija s-setgħa tissellifhom mis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji. Huwa ppjanat li l-assistenza tingħata f’żewġ rati matul l-2010. Il-għan hu li jingħata appoġġ għall-istabilizzazzjoni ekonomika tal-Bożnja-Ħerzegovina u l-iffinanzjar tal-bilanċ tal-pagament estern u l-ħtiġiet baġitarji tagħha kif identifikati mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF).

L-assistenza proposta għandha tappoġġja l-programm neċessarju ta’ aġġustament fiskali u ta’ riformi strutturali tal-awtoritajiet bit-tir li jkunu żgurati kontijiet fiskali u esterni sostenibbli u tikkontribwixxi wkoll għalbiex tgħin lill-Bożnja-Ħerzegovina tħabbat wiċċha mal-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali.

2. Kuntest ġenerali

Il-kriżi ekonomika globali bdiet turi l-impatt tagħha fuq il-Bożnja-Ħerzegovina fl-aħħar kwart tal-2008. Ir-rallentament issokta fl-2009 u l-prospetti għall-2009 u lilhinn għadhom diffiċli. Iffaċċjati b’ambjent ekonomiku qed jiddeterjora u mgħobbija bil-piż li ħallew warajhom politiki fiskali skadenti, l-awtoritajiet f’kull livell governattiv ikkonkludew, fil-bidu ta’ Mejju 2009, in-negozjati mal-IMF li wasslu għal Arranġament ta’ Riżerva (SBA) li kkomprenda l-impenn favur numru ta’ riformi strutturali u miżuri ta’ aġġustament fiskali. Wara li ttieħdet l-azzjoni miftiehma minn qabel mal-IMF, nhar it-8 ta’ Lulju 2009, il-Bord tal-IMF approva self ta’ EUR 1.15 biljun għal perijodu ta’ tliet snin. L-ewwel rata ta’ madwar EUR 203 miljun intefqet mill-ewwel.

L-ammont ta’ assistenza Komunitarja jikkorispondi għal 77% tal-ħtiġiet residwi ta’ finanzjament li għandha l-Bożnja-Ħerzegovina għas-sena 2010 fl-ambitu tal-programm tal-IMF, oltre l-appoġġ makro-eknomiku mogħti mill-IMF u l-Bank Dinji. Ir-restanti parti (EUR 30 miljun) tkun koperta mill-posponiment tad-debiti magħmul mil-London Club. Dan il-burden sharing b’mod tant kbir min-naħa tal-Komunità jieħu kont tal-qagħda kurrenti eċċezzjonali, hekk kif l-iżvolġiment tal-kriżi ekonomika qiegħed jaffettwa b’mod sever l-ekonomija tal-Bożnja-Ħerzegovina.

Il-proposta tikkomplementa l-Programm ta’ Rpiljar Ekonomiku Ewropew u l-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

3. Restrizzjonijiet ta’ determinazzjoni tal-mument opportun

Din il-proposta ta’ MFA (bħal kull proposta oħra ta’ MFA mgħoddija) ġiet riferita lill-Parlament a tenur tal-Artikolu 308 tat-Trattat tal-KE, jiġifieri skont il-proċedura tal-konsultazzjoni. Għad illi ma hemm l-ebda skadenza prevista għall-opinjoni tal-Parlament skont it-termini ta’ dak l-Artikolu, il-Parlament dejjem irrispondi b’ħeffa għall-ħtiġiet li jwasslu għall-għoti tal-MFA.

Il-proposta kurrenti ġiet adottata mill-Kummissjoni fid-29 ta' Ottubru 2009. B'danakollu, ftit wara l-aħħar Stat Membru firmatarju rratifika t-Trattat ta’ Lisbona, li preżumibbilment għandu jidħol fis-seħħ diġà fl-1 ta’ Diċembru 2009. Billi huwa ppjanat li l-ewwel rata titħallas kmieni fl-2010, għandha tittieħed deċiżjoni dwar l-adozzjoni tal-proposta kurrenti qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona; altrimenti, il-Kummissjoni jkollha tippreżenta proposta b'bażi legali modifikata.

Wara li kkunsidra bir-reqqa dawn l-opzjonijiet u minħabba fl-importanza strateġika tal-Bożnja-Ħerzegovina għall-UE bħala pajjiż kandidat potenzjali għal tisħib fl-UE, ir-rapporteur jissuġġerixxi l-adozzjoni tal-proposta kurrenti b'mod eċċezzjonali mingħajr emendi skont il-'proċedura semplifikata' qabel ma t-Trattat ta' Lisbona jidħol fis-seħħ.

Tali skeda ma hijiex aċċettabbli fi proċedura leġiżlattiva u ma għandhiex tidher bħala eċċezzjoni għall-poteri istituzzjonali, imma hija l-unika opzjoni fattibbli għalbiex jiġi żgurat it-trasferiment f’waqtu tal-fondi tal-UE lejn il-Bożnja-Ħerzegovina. B’danakollu, qiegħed isir enfasi li r-rapporteur ma pproponiex emendi għar-raġunijiet proċedurali msemmijin, u mhux għax il-proposta għal Deċiżjoni hija perfetta, u dan ma jfissirx l-aċċettazzjoni tat-terminu impost mill-proposta tardiva tal-Kummissjoni, imma biss tolleranza tagħha f'dawn iċ-ċirkostanza eċċezzjonali.

4. Ir-rwol tal-Parlament fil-għoti tal-MFA

Inoltre, ir-rapporteur jixtieq ukoll jagħmel enfasi, in linja mar-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament, li strument sostanzjali bħalma hija l-MFA ma jistax jitqies sempliċement bħala “eċċezzjonali". Huwa għalhekk inġustifikabbli li tali strument ma jkollux bażi legali regoli u jibqa' jkun imsejjes fuq deċiżjonijiet ad hoc tal-Kunsill għal kull operazzjoni. Regolament qafas ko-deċiż dwar l-MFA huwa neċessarju sabiex jissaħħu s-sistemi ta’ trasparenza, accountability, monitoraġġ u rapportaġġ.

F’dan ir-rigward għandu jiġu sottolineat li wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-bażi legali approprijata għal Deċiżjoni li tagħti l-MFA tkun magħmula mill-Artikoli 209(1) u 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), skont jekk il-pajjiż benefiċjarju jkunx ikklassifikat bħala pajjiż li qiegħed jiżviluppa mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. F’kull każ, tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-Artikolu 213 tat-TFUE ma għandux japplika għal Deċiżjonijiet li jagħtu l-MFA.

Inoltre, għandu jittejjeb ir-rwol tal-Parlament. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha ttejjeb ir-rapportaġġ tagħha lill-Parlament f’dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni ta’ dan l-istrument ta’ assistenza u tagħti lill-Parlament rapport ta’ valutazzjoni ex post (oltre r-rapport ta’ kull sena kkontemplat fl-Artikolu 6 tal-proposta).

5. Impenji mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

Ukoll jekk il-proposta għall-MFA tintlaqa’ mill-Kumitat mingħajr emendi, ir-rapporteur jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jindirizzaw l-imsemmi tħassib f’dikjarazzjonijiet lill-Parlament.


PROĊEDURA

Titolu

Għajnuna makrofinanzjarja lill-Bożnija u Ħerżegovina

Referenzi

COM(2009)0596 – C7-0278/2009 – 2009/0166(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

13.11.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

BUDG

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

11.11.2009

BUDG

12.11.2009

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Iuliu Winkler

29.9.2009

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

10.11.2009

Eżami fil-kumitat

10.11.2009

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.11.2009

 

 

 

Data tat-tressiq

16.11.2009

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Novembru 2009Avviż legali