Proċedura : 2009/0007(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0002/2010

Testi mressqa :

A7-0002/2010

Dibattiti :

PV 08/02/2010 - 14
CRE 08/02/2010 - 14

Votazzjonijiet :

PV 10/02/2010 - 9.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0014

RAPPORT     *
PDF 207kDOC 233k
1 ta' Frar 2010
PE 430.646v01-00 A7-0002/2010

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra

(COM(2009)0028 – C6-0061/2009 – 2009/0007(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Theodor Dumitru Stolojan

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra

(COM(2209)0028 – C6-0061/2009 – 2009/0007(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0028),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 and 94 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0061/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri internazzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0002/2010),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. Kull Stat Membru għandu jiżviluppa sistemi ta' kontroll xierqa għall-uffiċċji ċentrali ta' kollegament tiegħu, jew għall-uffiċċji ta’ kollegament li jkun għażel bħala dipartimenti ta' kollegament, fl-interessi tat-trasparenza u l-effettività f’sens ta’ nefqa, u għandu jfassal rapport aċċessibbli pubblikament, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ monitoraġġ annwali, kif xieraq.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mat-talba ta' uffiċċju ċentrali ta' kollegament, uffiċċju ta' kollegament jew dipartiment ta' kollegament ta' Stat Membru (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "l-awtorità applikanti"), l-uffiċċju ċentrali ta' kollegament, jew dipartiment ta' kollegament tal-Istat Membru rikjest (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "l-awtorità rikjesta") għandu jipprovdi kull informazzjoni li tista' tkun rilevanti għall-awtorità applikanti għall-irkupru tat-talbiet tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 2.

1. L-uffiċċji ċentrali ta' kollegament għandhom jiskambjaw mal-uffiċċji ċentrali tal-Istati Membri l-oħra kull informazzjoni li tista' tkun rilevanti għal dawn tal-aħħar għall-irkupru tat-talbiet tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 2

Ġustifikazzjoni

Fil-qasam tal-irkupru ta' talbiet l-iskadenzi huma essenzjali. Issa li l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni jsir in-norma fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, jidher li ma jkunx opportun li jintilef ħin prezzjuż fi proċedura ta' skambju ta' informazzjoni meta ssir talba, u jagħmel sens li titwaqqaf proċedura għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-uffiċċji ċentrali ta' kollegament għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar rifużjonijiet tat-taxxi, minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud, permezz tal-awtoritajiet nazzjonali, fejn dawn ir-rifużjonijiet huma relatati ma' persuni stabbiliti fi Stat Membru ieħor u jikkonċernaw ammonti li jaqbżu l-EUR 10 000.

L-uffiċċji ċentrali ta' kollegament għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar rifużjonijiet tat-taxxi, minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud, permezz tal-awtoritajiet nazzjonali, fejn dawn ir-rifużjonijiet huma relatati ma' persuni stabbiliti fi Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

Meta jitqies li d-data kollha konċernata hija awtomatizzata, ma jidhirx li jkun xieraq li jiġi stabbilit limitu aktar baxx għall-ammonti relevanti. .

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Bi ftehim bejn l-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, uffiċjali awtorizzati mill-awtorità applikanti jistgħu jkunu preżenti waqt l-indaġnijiet amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru rikjest, bil-għan li jirċievu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1).

2. Bi ftehim bejn l-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, uffiċjali awtorizzati mill-awtorità applikanti jistgħu jkunu preżenti waqt l-indaġnijiet amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru rikjest, bil-għan li jirċievu l-informazzjoni msemmija f’din id-Direttiva.

Fil-każ li uffiċjali tal-Istat Membru applikanti jkunu preżenti waqt l-indaġnijiet amminstrattivi skont l-ewwel subparagrafu, dawn jistgħu jeżerċitaw is-setgħat ta' spezzjoni kkonferiti fuq uffiċjali tal-Istat Membru rikjest, sakemm jeżerċitaw dawn is-setgħat f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattvi tal-Istat Membru rikjest.

Fil-każ li uffiċjali tal-awtorità applikanti jkunu preżenti waqt l-indaġnijiet amminstrattivi skont l-ewwel subparagrafu, dawn jistgħu, jekk ikun intlaħaq qbil dwar dan, jeżerċitaw is-setgħat ta' spezzjoni kkonferiti fuq uffiċjali tal-awtorità, sakemm jeżerċitaw dawn is-setgħat f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattvi tal-awtorità tal-Istat Membru rikjest.

Kwalunkwe ċaħda min-naħa tal-persuna taħt investigazzjoni li tirrispetta l-miżuri ta' spezzjoni tal-uffiċjali tal-Istat Membru applikanti għandha tiġi ttrattat mill-Istat Membru rikjest bħala rifjut imwettaq kontra l-uffiċjali tiegħu stess.

Meta jkun finalizzat ftehim bejn l-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta rigward is-setgħat ta' spezzjoni mogħtija lill-uffiċjali tal-awtorità rikjesta, kwalunkwe ċaħda min-naħa tal-persuna taħt investigazzjoni li tirrispetta l-miżuri ta' spezzjoni tal-uffiċjali tal-awtorità applikanti għandha tiġi ttrattata mill-awtorità rikjesta bħala rifjut imwettaq kontra l-uffiċjali tiegħu stess.

Ġustifikazzjoni

Il-koperazzjoni hija importanti, iżda kollaborazzjoni effikaċi bejn l-uffiċjali tal-Istati Membri hija aktar importanti. Huwa għalhekk mixtieq li ż-żewġ Stati Membri jiftiehmu dwar l-arranġamenti għall-preżenza ta' uffiċjal issekondat, kif ukoll dwar x'setgħat ta' spezzjoni għandu jkollu dan l-uffiċjal.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) billi, permezz tal-posta reġistrata jew inkella bil-posta elettronika, tintbagħat formola standard li magħha jkun hemm mehmuż l-istrument jew id-deċiżjoni tal-Istat Membru applikanti; għal din il-formola standard, għandu jintuża l-mudell stipulat fl-Anness I.

(b) billi, permezz tal-posta reġistrata jew inkella bil-posta elettronika, tintbagħat formola standard li magħha jkun hemm mehmuż l-istrument jew id-deċiżjoni tal-Istat Membru applikanti jew kopja ċertifikata tagħhom; għal din il-formola standard, għandu jintuża l-mudell stipulat fl-Anness I.

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta' din l-emenda huwa li jiċċara li d-dokument oriġinali maħruġ mill-awtoritajiet fiskali jew ġuridiċi rigward klejms ta' taxxi jkun jista' jinżamm mill-Istat Membru applikanti.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-ammont kollu tat-talba li jiġi rkuprat mill-awtorità rikjesta għandu jintbagħat lill-Istat Membru applikanti.

3. L-ammont kollu tat-talba li jiġi rkuprat mill-awtorità rikjesta għandu jintbagħat lill-Istat Membru applikanti fi żmien erbatax-il jum mir-rikjesta.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23a

 

Monitoraġġ tal-attivitajiet magħmula fi ħdan id-direttiva

Kull sena l-uffiċċji ċentrali joħorġu rapport dwar l-attivitajiet ta' koperazzjoni mwettqa matul is-sena fiskali preċedenti skont din id-Direttiva. Dan ir-rapport jinkludi ta' lanqas in-numru ta' talbiet irċevuti u maħruġa, is-segwitu li ngħatalhom, ir-raġunijiet mogħtija f'każ ta' ċaħda tat-talba, it-tul ta’ żmien meħud biex jiġu ttrattati, l-ammont tal-klejm u l-ammonti effettivament irkuprati. Dan ir-rapport għandu jintbgħat għall-opinjoni tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ strument ta' monitoraġġ li jippermetti l-evalwazzjoni tal-effettività tad-direttiva u li jkun hemm minn issa l-mezzi biex jidentifikaw id-diffikultajiet rigward l-implimentazzjoni prattika ta' dan it-test.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha taħdem għall-kisba ta’ kollaborazzjoni tajba bejn l-Istati Membri u għandha tiżgura li jkun hemm segwitu kontinwu tal-ilmenti eventwali dwar in-nuqqas ta' skambju ta' informazzjoni jew ta' għajnuna bejn l-Istati Membri għall-irkupri previsti minn din id-direttiva.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27a

 

Analiżi tal-Kummissjoni

 

Il-Kummissjoni għandha tagħmel analiżi komparattiva mifruxa fuq medda wiesgħa ta' strumenti għall-irkupru tat-taxxi li jippermettu l-kodiċi fiskali tal-Istati Membri, bħal ordnijiet ta' rkupru, reġistri ta' proprjetà immobiljari, ipoteki, skadenzi għal proċeduri ta' infurzar kif huma rikjesti mil-liġi u applikati konkretament, sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ prattiki tajbin ta' rkupru ta' taxxi fl-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Għad m'hemmx l-analiżi komparattiva li tkun tista' twassal għall-eżami tal-prattiki differenti fl-infurzar tal-liġi nazzjonali għall-irkupru tat-taxxi. Din l-analiżi komparittiva għandha tkun il-katalist li tqarreb il-prattiki tal-Istati Membri għall-irkupru tat-taxxi (proċeduri, strumenti u skadenzi).


NOTA SPJEGATTIVA

1.  Sfond għall-proposta

Il-proposta għandha l-iskop li ttejjeb l-għajnuna reċiproka fl-irkupru ta' taxxi hekk li tissaħħaħ u tittejjeb l-għajnuna għall-irkupru bejn l-Istati Membri. Sa llum in-numru ta' talbiet bejn l-Istati Membri għal għajnuna reċiproka għall-irkupru ta' klejms rigward ċerti taxxi, ibbażati fuq id-Direttiva tal-Kunsill 1976/308./KEE, żdiedu minn 3,000 fl-2003 sa aktar minn 8,000 fl-2008. L-ammonti li għalihom intalbet l-għajnuna mmoltiplaw ruħhom b'sitt darbiet u dawn ix-xejriet huma mistennija li jkomplu sakemm tkompli tiżdied il-mobilità tal-kapital u tal-persuni.

2.  Il-ħtieġa ta' Direttiva ġdida tal-Kunsill:

Direttiva ġdida tal-Kunsill hija meħtieġa għaliex l-effiċjenza fl-irkupru hija baxxa ħafna, b'rata globali ta' rkupru li hija biss ta' madwar 5%. Sabiex tittejjeb din is-sitwazzjoni l-għajnuna reċiproka fl-irkupru bejn l-Istati Membri għandha tissaħħaħ. B'mod partikolari, l-Istati Membri jiddeploraw l-insuffiċjenza (id-dewmien, id-disparità, in-nuqqas ta' koordinazzjoni, in-nuqqas ta' trasparenza) tal-miżuri legali għad-dispożizzjoni tagħhom permezz tad-Direttiva 1976/308/KEE.

3.  Kontenut tal-proposta:

B'din il-proposta l-Kummissjoni trid ittejjeb is-sistema ta' għajnuna fl-irkupru fi ħdan is-suq intern billi tintroduċi bidliet f'erba' oqsma:

-     Twessigħ tal-ambitu tal-għajnuna reċiproka fl-irkupru għal taxxi u dazji, li jinkludi kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali.

-     Id-disponibilità ta’: a) strumenti uniformi li jippermettu infurzar jew miżuri ta' prekawzjoni sabiex jiġu evitati problemi ta' rikonoxximent u ta' traduzzjoni ta' strumenti ġejjin minn Stati Membri oħrajn; (b) formola standard għan-notifika ta' dokumenti relatati ma' klejms fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

-      Barra minn hekk, trid li jkun possibbli li uffiċjali ta' Stat Membru jkunu preżenti fl-uffiċċji amministrattivi, jew li jipparteċipaw b'mod attiv f'istħarriġ amministrattiv fit-territorju ta' Stat Membru.

-     Fl-aħħar nett, talbiet u dokumenti rigward għajnuna għandhom ikunu komunikati b'mod diġitali u permezz ta' netwerk elettroniku.

4. Il-kwistjonijiet li għadhom qed jiġu diskussi:

Skont l-informazzjoni disponibbli għar-Rapporteur fil-proposta għad hemm ċertu numru ta' kwistjonijiet li huma kontroversjali:

§ L-inklużjoni tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali fl-ambitu tal-assistenza reċiproka (Artikolu 2) b).

Ir-Rapporteur jaqbel ma' dan l-aspett tal-proposta għaliex estensjoni bħal din tkun konformi mal-iżvilupp ta' strumenti internazzjonali ta' rkupru oħrajn.

§ Il-preżenza ta' uffiċjali minn Stat Membru f'uffiċċji amministrattivi ta' Stat Membru ieħor u parteċipazzjoni fi stħarriġ amministrattiv (Artikolu 6).

Xi Stati Membri jidher li huma favur l-idea li uffiċjali barranin ikunu preżenti fl-uffiċċji amministrattivi tagħhom, iżda ma jaqblux li dawn jingħataw is-setgħa ta' ispezzjoni u d-dritt li jipparteċipaw fi stħarriġ amministrattiv. Ir-Rapporteur huwa favur il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-preżenza ta' uffiċjali minn Stat Membru f'uffiċċji amministrattivi ta' Stat Membru ieħor. Dawn l-uffiċjali għandhom ikunu jistgħu ukoll jipparteċipaw fi stħarriġ amministrattiv u fi spezzjonijiet amministrattivi abbażi ta' ftehim bejn iż-żewġ awtoritajiet.

§ L-istrument inizjali li jippermetti infurzar fl-Istat Membru applikanti (Artikolu 11.2).

Il-proposta tinkludi l-introduzzjoni ta' formola standard uniformi għan-notifika ta' strumenti u deċiżjonijiet relatati mal-klejm, li għandha ssolvi l-problema ta' rikonoxximent u ta' traduzzjoni ta' strumenti li jinħarġu minn Stat Membru ieħor. Dan l-istrument uniformi jakkumpanja kwalunkwe talba ta' rkupru. Skont l-Artikolu 11, paragrafu 2a, l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar, li kien imfassal biex jippermetti miżuri ta' infurzar fl-Istat Membru applikanti u li huwa relatat mal-klejm li għalih qed tintalab l-assistenza għall-irkupru, għandu jiġi mehmuż mal-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membu fejn issir it-talba.

Ir-Rapporteur huwa tal-fehma li l-iskop ta' din l-emenda huwa li tiċċara li d-dokument oriġinali maħruġ mill-awtoritajiet fiskali jew ġuridiċi rigward klejms ta' taxxi jkun jista' jinżamm mill-Istat Membru applikanti. L-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru tal-applikanti s-soltu jkun id-dokument oriġinali maħruġ mis-sistema ġuridika jew l-amministrazzjoni fiskali u l-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla li jżommu d-dokument oriġinali.

5.  Konklużjoni

Ir-Rapporteur jappoġġja l-iskopijiet tal-proposta tal-Kummissjoni li ssaħħaħ u ttejjeb l-għajnuna fl-irkupru ta' taxxi bejn l-Istati Membri. B'din l-emenda r-Rapporteur jixtieq jipprovdi għajnuna addizzjonali rigward l-istatus tad-dokument oriġinali maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji jew fiskali rigward klejms ta' taxxi.PROĊEDURA

Titolu

L-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra

Referenzi

COM(2009)0028 – C6-0061/2009 – 2009/0007(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

16.2.2009

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

19.10.2009

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

19.10.2009

JURI

19.10.2009

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CONT

1.10.2009

JURI

5.10.2009

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Theodor Dumitru Stolojan

21.7.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

10.11.2009

1.12.2009

21.1.2010

 

Data tal-adozzjoni

27.1.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Vicky Ford, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sylvie Goulard, Enikő Győri, Liem Hoang Ngoc, Eva Joly, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Werner Langen, Astrid Lulling, Arlene McCarthy, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Sophie Briard Auconie, David Casa, Danuta Jazłowiecka, Arturs Krišjānis Kariņš, Philippe Lamberts, Andreas Schwab

Data tat-tressiq

1.2.2010

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Frar 2010Avviż legali