Proċedura : 2009/2114(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0067/2010

Testi mressqa :

A7-0067/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.17
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


RAPPORT     
PDF 172kWORD 98k
25 ta' Marzu 2010
PE 430.469v02-00 A7-0067/2010

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0185/2009 – 2009/2114(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Véronique Mathieu

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0185/2009 – 2009/2114(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5527/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta' Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (tfassil mill-ġdid)(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0067/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

.

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0185/2009 – 2009/2114(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5527/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta' Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (tfassil mill-ġdid)(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0067/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0185/2009 – 2009/2114(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(9),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5527/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta' Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (tfassil mill-ġdid)(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0067/2010),

A. billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli, u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B. billi fit-23 ta’ April 2009, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2007(13), u li fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, fost affarijiet oħra,

- sab li ċ-Ċentru kien introduċa proċeduri u strumenti ta' kontroll regolari u ta' kontroll ex-post u kien ħejja pjan ta' ġestjoni aktar dettaljat tar-riżorsi umani, li bihom ħoloq b'mod partikolari punt ta' aċċess iddedikat għar-riżorsi umani fuq is-sit tal-internet tiegħu,

- jifraħ liċ-Ċentru dwar il-kooperazzjoni sħiħa tiegħu mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, li wkoll għandha s-sede tagħha f'Lisbona, u talli qasam il-bini tiegħu u uża b'mod konġunt l-infrastrutturi u s-servizzi magħha, u ħa nota li ċ-ċaqliq fl-uffiċċji tagħha kien previst għall-ewwel trimestru tal-2009;

1. Jinnota bi pjaċir li l-Qorti tal-Awdituri rnexxielha tikseb assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2008 kienu affidabbli fl-aspetti konkreti kollha u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa globalment, kienu legali u regolari;

Rendiment

2. jisħaq fuq l-importanza li ċ-Ċentru jfassal l-objettivi SMART u l-indikaturi RACER fil-programmazzjoni tiegħu sabiex jevalwa l-eżekuzzjonijiet tiegħu; jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru ddikjara li qies dawn il-kunsiderazzjonijiet fil-programm ta' ħidma tiegħu għall-2009;

3. Barra minn hekk jistieden liċ-Ċentru biex iqis l-introduzzjoni ta' organigramma ta' Gantt fil-programmazzjoni ta' kull attività operattiva tiegħu, b'tali mod li tindika b'mod mgħaġġel iż-żmien li jkun ħa kull membru tal-istaff fuq proġett u jħeġġeġ approċċ favur il-kisba tar- riżultati;

4. Jinnota li fis-snin li ġejjin il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għandha tiġi bbażata aktar fuq il-prestazzjoni taċ-Ċentru matul is-sena;

Verifika interna

5. Jirrikonoxxi li mill-2006, l-Aġenzija implimentat 15-il rakkomandazzjoni minn 41 rakkomandati mis-Servizz tal-Verifika Interna (IAS); jinnota li mis-26 li għadhom għaddejjin, 14 huma meqjusa "vera importanti" u prinċipalment jikkonċernaw il-livell ta' preparazzjoni taċ-ċaqliq (fir-rigward tal-kontroll tal-kwalità tal-post il-ġdid, tal-prekawzjonijiet kontra d-dannu mill-għargħar, tal-pjan ta' kontinwità tax-xogħol u tal-investiment fl-apparat) u l-implimentazzjoni tal-istandards tal-kontroll intern (fir-rigward tal-promozzjoni tal-istaff, tal-valutazzjoni tal-istaff, tal-immaniġġjar tar-riskji u tar-reġistrazzjoni tal-eċċezzjonijiet);

6.  Jinnota li fis-sena 2008 ċ-Ċentru rrappurta dħul mill-interessi ta' EUR 107,591.31; jikkonkludi li mir-rendikonti finanzjarji u mil-livell tal-pagamenti tal-interessi ċ-Ċentru għandu livell tar-riżervi ta’ flus kontanti permanentement għoli; jinnota li sal-31 ta' Diċembru 2008 l-ammont tar-riżervi ta' flus kontanti taċ-Ċentru kien ta' EUR 1,635,537.86 u li fil-bidu tas-sena 2009 approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 354,051.31 EUR, minħabba żball fil-kontabilità min-naħa tal-bank, iddaħħlu bħala ammont irċevut fil-kontijiet taċ-Ċentru; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina x'possibilitajiet hemm li jgħinu biex jiġi żgurat li r-riżervi ta’ flus kontanti jkunu ġestiti b'mod sħiħ fuq bażi orjentata lejn il-ħtiġijiet, skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, u x'tibdil irid isir fl-istrateġija sabiex ir-riżervi ta' flus kontanti taċ-Ċentru jinżammu permanentament baxxi kemm jista' jkun;

oo   o

7. Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra ta' natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xx ta' April 2010(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

13.1.2010

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0185/2009 - 2009/2114(DEC))

Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jinnota bi pjaċir li l-Qorti tal-Awdituri rnexxielha tikseb assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2008, kienu affidabbli fl-aspetti konkreti kollha u li t-tranżazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa globalment, kienu legali u regolari;

2.   Jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti dwar il-fatt li sabiex tinkiseb ġestjoni bbażata totalment fuq l-attività, li tippermetti titjib kontinwu tal-allokazzjoni tar-riżorsi u l-analiżi tal-prestazzjoni, iċ-Ċentru għandu jistabbilixxi objettivi li jistgħu jitkejlu b'indikaturi rilevanti, jalloka r-riżorsi tiegħu fuq il-bażi tal-ħtiġijiet stimati għall-proġetti u jippromwovi l-kisba tar-riżultati; jinnota wkoll il-kummenti taċ-Ċentru f’dan ir-rigward;

3.   Jinnota li fis-snin li ġejjin il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għandha tiġi bbażata aktar fuq il-prestazzjoni taċ-Ċentru matul is-sena.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

11.1.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sonia Alfano, Roberta Angelilli, Vilija Blinkevičiūtė, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Rosario Crocetta, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Jeanine Hennis-Plasschaert, Salvatore Iacolino, Timothy Kirkhope, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Claude Moraes, Carmen Romero López, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Renate Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Anna Maria Corazza Bildt, Ioan Enciu, Nadja Hirsch, Monika Hohlmeier, Stanimir Ilchev, Iliana Malinova Iotova, Petru Constantin Luhan, Mariya Nedelcheva, Raül Romeva i Rueda, Cecilia Wikström

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Salvador Garriga Polledo, Edit Herczog, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

(1)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 148.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(3)

ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 148.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(7)

ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(8)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 148.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(11)

ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(12)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(13)

ĠU L 255, 26.9.2009, p. 137.

(14)

Testi adottati, P7_TA-PROV(2010)...

Aġġornata l-aħħar: 8 t'April 2010Avviż legali