Proċedura : 2009/2129(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0073/2010

Testi mressqa :

A7-0073/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.29
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


RAPPORT     
PDF 164kWORD 93k
25 ta' Marzu 2010
PE 430.457v02-00 A7-0073/2010

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0200/2009 – 2009/2129(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Véronique Mathieu

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0200/2009 – 2009/2129(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat- 12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0073/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0200/2009 – 2009/2129(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat- 12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0073/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0200/2009 – 2009/2129(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(9),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat- 12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0073/2010),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri wriet riżervi fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha dwar l-affidabilità tal-kontijiet annwali tas-sena finanzjarja 2008 u dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet relattivi,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-konijiet annwali tal-Awtorità għall-2006, ħarġet dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni pożittiva,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri indikat li ma setgħatx tifforma opinjoni dwar il-kontijiet tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2007 u rrimarkat li l-arkitettura kollha tal-proġett Galileo kellha tiġi riveduta fl-2007 u li l-kontijiet tal-Awtorità ġew stabbiliti f'ambjent legali fraġli,

D.  billi l-Awtorità saret awtonoma fuq livell finanzjarju fl-2006,

E.  billi, fit-23 ta' April 2009, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea ta' Sorveljanza tal-GNSS fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2007(13), u billi, fir-Riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, b’mod speċifiku:

- ħa nota li l-krediti li effettivament kienu għad-dispożizzjoni tal-Awtorità (210 000 000 EUR) kienu nettament inqas minħabba d-dewmien li kellu l-programm Galileo,

- iddikjara li hu mħasseb li l-Qorti tal-Awdituri nnutat in-nuqqasijiet li ġejjin f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-baġit: livell baxx ta’ implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas għall-attivitajiet operattivi (63% għall-impenji u 51% għall-ħlasijiet); nuqqas ta' rabta ċara bejn il-programm ta' ħidma tal-Awtorità u l-baġit; trasferimenti la ġġustifikati u lanqas dokumentati; ordnijiet ta' rkupru li ġew kontabilizzati tard b’mod ripetut; preżentazzjoni inkonsistenti tal-implimentazzjoni tal-baġit;

- innota l-kritika tal-Qorti tal-Awdituri , fir-rigward tal-assi tal-proġett Galileo, li l-Awtorità ma kinitx kapaċi tipprovdi biżżejjed informazzjoni fil-kontijiet tagħha, peress li ma kienet ġiet stabbilita l-ebda lista tal-assi miżmuma mill-Aġenzija Spazjali Ewropea għal tmiem l-2007;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri wriet riżervi fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha dwar l-affidabilità tal-kontijiet annwali tas-sena finanzjarja 2008 u dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet relattivi,

2.  Jinnota li l-Awtorità ddeċidiet li tippreżenta r-riżultati tal-attivitajiet tagħha mingħajr ma tqis il-fatt li l-Awtorità mhix se tkompli bil-ġestjoni tagħha tal-programmi Galileo u EGNOS wara li jitlesta t-trasferiment tal-attivi u l-fondi lill-Kummissjoni previst fi tmiem l-ewwel tliet xhur tal-2008;

3.  Jieħu nota li r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008(14) daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Lulju 2008, u li minkejja r-responsabilità għall-ġestjoni tal-programmi Galileo u EGNOS ġiet trasferita lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni trasferiet 95 000 000 EUR għall-kont bankarju tal-Awtorità nhar l-24 ta’ Diċembru 2008; jiddispjaċih li ma ġie stabbilit l-ebda baġit ta’ emenda ta’ forma tajba u xierqa;

4.  Jinnota li wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 683/2008, fl-2008 ġie adottat tnaqqis importanti ħafna tal-baġit tal-Awtorità (minn 436 500 000 EUR fl-2007 għal 22 700 000 EUR);

5.  Jinsab imħasseb li, għalkemm skont ir-Regolament (KE) Nru 683/2008, il-Kummissjoni, mill-1 ta’ Jannar 2009, saret responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi u tal-implimentazzjoni tal-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni satellitari (EGNOS u Galileo), la l-attivitajiet u lanqas l-assi ma kienu għadhom ġew trasferiti lill-Kummissjoni sa tmiem l-2008, u li t-tqassim il-ġdid tar-responsabilitajiet bejn il-Kummissjoni u l-Awtorità ma kienx rifless b'mod ċar fil-kontijiet annwali rispettivi tagħhom; sar jaf mill-Qorti tal-Awdituri, b’konsegwenza ta’ dan, li l-Awtorità kellha għaldaqstant tikkunsidra l-ammont ta’ 58 400 000 EUR bħala dejn lejn il-Kummissjoni u mhux turih taħt il-prefinanzjamenti li rċeviet mill-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-55 600 000 EUR li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Spazjali Ewropea ma kellhomx jidhru fil-kontijiet, peress li dan l-ammont jirrappreżenta l-kontribuzzjoniet tal-Komunitajiet għall-programmi Galileo u EGNOS u jaqa’ taħt ir-responsabilità tal-Kummissjoni;

6.  Ħa nota, madankollu, tat-tweġiba tal-Awtorità li ġġustifikat lilha nnifisha billi affermat li l-Kummissjoni kkonfermat b’mod uffiċjali l-fatt li aċċettat it-trasferiment tal-assi b’seħħ mill-31 ta’ Lulju 2009 biss, peress li l-modalitajiet ta’ trasferiment ma setgħux jiġu miftiehma mal-Kummissjoni qabel it-tmiem ta’ Ġunju 2009;

7.  Jirreferi għar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali Nru 7/2009 tal-Qorti tal-Awdituri indirizzati lill-Kummissjoni bħala l-amministratur il-ġdid tal-programm Galileo;

Verifika interna

8. Jirrikonoxxi li s-Servizz tal-Verifika Interna (IAS) wettaq il-verifika interna tiegħu f’Novembru 2007 u l-verifiki ta’ segwitu tiegħu f’Ottubru 2008 u f’Diċembru 2009; jinnota li ż-żewġ rakkomandazzjonijiet importanti tal-IAS li għad fadal jiġu implimentati huma relatati ma’ impjiegi u deskrizzjonijiet ta’ impjiegi sensittivi;

oo   o

9.  Jirreferi għall-osservazzjonijiet l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza li huma ta' natura orizzontali u li jidhru fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ XX ta' April 2010(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

(1)

ĠU C 304, 15.2.2010, p. 100.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(3)

ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

ĠU C 304, 15.2.2010, p. 100.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(7)

ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.

(8)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)

ĠU C 304, 15.2.2010, p. 100.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(11)

ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.

(12)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(13)

ĠU L 255, 26.9.2009, p. 162.

(14)

Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) (ĠU L 196, 24.7.2008. p. 1).

(15)

Testi adottati, P7_TA-PROV(2010).

Aġġornata l-aħħar: 9 t'April 2010Avviż legali