Proċedura : 2009/2132(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0076/2010

Testi mressqa :

A7-0076/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.24
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


RAPPORT     
PDF 150kWORD 79k
26 ta' Marzu 2010
PE 430.454v03-00 A7-0076/2010

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0203/2009 – 2009/2132(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Véronique Mathieu

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-baġit talAġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0203/2009 – 2009/2132(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2009 tad-19 ta' Diċembru 2009 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0000/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-direttur ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0203/2009 – 2009/2132(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2009 tad-19 ta' Diċembru 2009 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/20024, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0000/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0203/2009 – 2009/2132(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(9), u b'mod partikolari l-Artikolu185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2009 tad-19 ta' Diċembru 2009 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0000/2010),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri (minn hawn 'il quddiem "il-Qorti") tindika li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

B.  billi, wara d-Deċiżjoni 2008/114/KE, Euratom, l-Euratom, b'sede fil-Lussemburgu fl-1958, issostitwiet l-istatut preċedenti tagħha u saret Aġenzija;

1.  Jieħu nota li fl-2008 l-Aġenzija ma rċeviet l-ebda sussidju għall-finanzjament tal-attivitajiet operattivi tagħha u li l-Kummissjoni tgħabbiet bl-ispejjeż kollha mġarrba minnha fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008; jieħu nota wkoll li l-impenji trasferiti mis-sena 2007 tħallsu mill-parti tas-sussidju tal-2007 li ma kinitx intużat;

2.  Jieħu nota, b'konsegwenza ta' dan, li fin-nuqqas ta' baġit awtonomu, l-Aġenzija fil-fatt hija integrata fil-Kummissjoni;

3.  Jenfasizza, madankollu, li din is-sitwazzjoni tqajjem il-kwistjoni dwar il-bżonn li l-Aġenzija tinżamm fil-għamla u fl-organizzazzjoni attwali tagħha; jieħu nota, għalhekk, tat-tweġiba tal-Aġenzija li targumenta li s-sitwazzjoni attwali tirrifletti l-bilanċ bejn, minn naħa, relazzjoni ċara mal-Kummissjoni (pereżempju, il-Kummissjoni tista' toħroġ direttivi u tinnomina d-direttur ġenerali tal-Aġenzija) u, min-naħa l-oħra, grad ta' awtonomija ġuridika u finanzjarja;

Verifika interna

4.  Jieħu nota li skont l-Artikolu 3 tal-Istatut tagħha, l-Aġenzija għażlet l-Awditur Intern tagħha, li beda jaqdi dmirijietu mill-1 ta' Lulju 2009;

o

o         o

5.  Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra, ta' natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xx ta' April 2010(12) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

(1)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 6.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)

ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 6.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

4 ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(8)

ĠU C 304, 15.12.2009, p. 6.

(9)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(10)

ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)

Testi adottati, P7_TA-PROV(2010)...

Aġġornata l-aħħar: 8 t'April 2010Avviż legali