Proċedura : 2009/2071(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0079/2010

Testi mressqa :

A7-0079/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


RAPPORT     
PDF 147kWORD 82k
26 ta' Marzu 2010
PE 430.314v02-00 A7-0079/2010

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima IV – Qorti tal-Ġustizzja

(C7-0175/2009 – 2009/2071(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima IV – Qorti tal-Ġustizzja

(C7-0175/2009 – 2009/2071(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (C7-0175/2009)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2008,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0079/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Reġistrar tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima IV – Qorti tal-Ġustizzja

(C7-0175/2009 – 2009/2071(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(6),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (C7-0175/2009)(7),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2008,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(8),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(9),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10) (Regolament Finanzjarju), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0079/2010),

1.  Jinnota li fl-2008, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) kellha approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli li kienu jammontaw għal total ta' EUR 297 miljun (2007: EUR 275 miljun), b’rata ta’ utilizzazzjoni ta’ 98.20 %, ogħla mill-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra (95.67 %);

2.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri (ECA) fir-rapport annwali tagħha indikat li l-verifika tagħha ta’ kuntratt li kkonkludiet il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għall-provvediment ta’ servizzi (wara proċedura miftuħa konġunta tas-sejħa għall-offerti għall-akkwisti ma' Stat Membru) uriet nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll intern waqt il-proċedura ta’ din is-sejħa għall-offerti; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li dawn wasslu għal skadenza qasira ħafna biex l-offerenti setgħu jiksbu l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti (ksur tal-Artikolu 98 tar-Regolament Finanzjarju), għal tħabbira fin-notifika tal-kuntratt kemm tal-obbligu li l-offerti jiġu sottomessi b’lingwa waħda biss (ksur tal-Artikolu 125c tar-Regoli Implimentattivi(11) (IR) tar-Regolament Finanzjarju) kif ukoll għal laqgħa privata għall-ftuħ tal-offerti (ksur tal-Artikolu 118(3) IR);

3.  Jinnota l-kjarifika li ngħatat mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, b’mod partikolari, li l-iskeda, għalkemm stretta, osservat l-iskadenzi stipulati mir-Regolament Finanzjarju; jinnota li l-iskadenza qasira kienet ikkawżata mill-ħtieġa li jingħata l-kuntratt f’data li kienet tippermetti lill-offerent biex jibda jopera mat-tlestija tal-kumpless tal-bini l-ġdid, kif ukoll mill-ħtieġa li jingħata żmien bizzejjed lill-offerenti biex jippreparaw l-offerta tagħhom;

4.  Jinnota wkoll il-kjarifika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li n-notifika tal-kuntratt ipprovduta għall-offerti ngħatat bil-Franċiż biss (l-użanza fil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat) minħabba nuqqas ta’ koordinazzjoni, filwaqt li d-dokumenti tal-kuntratt kienu jipprevedu li l-offerti jistgħu jintefgħu f’xi waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-kjarifika li jekk xi offerenti xtaqu jattendu għal-laqgħa tal-kumitat għall-ftuħ tal-offerti, dawn kienu se jingħatw il-permess biex jattendu;

5.  Japprova l-proposta tal-Qorti tal-Awdituri li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għandha tistabbilixxi proċeduri tal-akkwist imtejba sabiex tgħin lis-servizzi li jawtorizzaw jorganizzaw proċeduri tas-sejħiet għall-offerti u jikkontrollaw l-osservanza mal-obbligi regolatorji;

6.  Jinnota li barra l-kummenti dwar il-proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-akkwisti msemmija hawn fuq, ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri ma ġibidx l-attenzjoni għal osservazzjonijiet oħra dwar il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja;

7.  Jinnota b’sodisfazzjon il-ġestjoni effikaċi tal-unità tal-Verifika Interna tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li ġiet stabbilita dan l-aħħar, u jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar il-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-pagament tal-ispejjeż, kif ukoll il-fatt li r-rakkomandazzjonijiet twettqu, b’mod partikulari, ir-reviżjoni tas-sistema tad-delega u t-termini tas-sottodelega, l-awtovalutazzjoni tas-sistemi tal-verifika interna, iż-żieda fin-numru ta’ verifiki ex-post u titjib fil-proċeduri tad-dokumentazzjoni; jinnota wkoll ir-riżultati tal-verifika dwar il-konformità mal-obbligi leġiżlattivi rigward ir-rappurtar u l-iżvelar ta’ informazzjoni baġitarja u finanzjarja, li wasslu għal miżuri li tejbu l-ġestjoni u l-kontroll intern ta’ kuntratti pubbliċi, kif ukoll il-verifiki dwar il-proċeduri tal-akkwist għal-librerija u dwar l-allowance ta' kumpens;

8.  Jilqa’ t-tnaqqis kontinwu fit-tul tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, b’mod partikulari, tnaqqis sinifikanti fit-tul tal-proċedimenti għal deċiżjonijiet preliminari; jinnota t-tnaqqis fin-numru ta’ każijiet kompluti (333 verdett u 161 ordni meta mqabblin ma’ 379 u 172 fl-2007); madankollu, jieħu nota li n-numru ta’ każijiet għal deċiżjonijiet preliminari kien ħafna akbar; jinnota wkoll li fl-2008 n-numru ta’ każijiet sottomessi (592) kien l-ogħla sa mill-1979, u dan wassal għal żieda żgħira fin-numru ta' każijiet pendenti sa tmiem l-2008 (767 każ; 741 każ sa tmiem l-2007);

9.  Jilqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Prim’Istanza fl-2008 wriet żieda ta’ 52% fin-numru ta’ każijiet deċiżi, kif ukoll ċertu tnaqqis fit-tul tal-proċedimenti; madankollu jinnota li n-numru ta’ każijiet ġodda fl-2008 kien eċċezzjonalment għoli, (629 każ ġdid meta mqabbel ma’ 522 fl-2007) u għalhekk il-każijiet pendenti b’lura komplew jiżdiedu anke għall-Qorti tal-Prim’Istanza (minn 1154 fl-2007 għal 1178 fl-2008);

10.  Jinnota li filwaqt li t-Tribunal tas-Servizz Ċivili, li fl-2008 għadda mill-ewwel tiġdid parzjali triennali tiegħu, għalaq anqas każijiet milli fl-2007, madankollu, in-numru ta’ każijiet pendenti naqas bi ftit (minn 235 fl-2007 għal 217 fl-2008) minħabba numru konsiderevolment iżgħar ta’ applikazzjonijiet ġodda (111 meta mqabbla ma’ 157 fl-2007);

11.  Jilqa’ s-sistema integrata ġdida għall-kontroll tal-ġestjoni u tal-finanzi (SAP), li bdiet taħdem mill-1 ta' Jannar 2008, li ppermettiet iffrankar fil-baġit u titjib fl-effiċjenza għat-tliet istituzzjonijiet involuti (il-Kunsill, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Awdituri);

12.  Jilqa' l-koperazzjoni interistituzzjonali li għaddejja b’suċċess mal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tat-taħriġ;

13.  Jinnota s-segwitu min-naħa tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għall-osservazzjonijiet mill-Parlament u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fi kwittanzi u rapporti preċedenti, u b'mod partikulari, jilqa' l-miżuri li ttieħdu biex titwaqqaf proċedura ta' għażla għar-reklutaġġ ta' aġenti kuntrattwali awżilarji; madankollu, jiddispjaċih li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja qed taħsibha biex tippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri tagħha, u jtenni s-suġġeriment tiegħu biex din il-prattika terġa' tiġi kkunsidrata;

14.  Ifaħħar lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għall-prattika stabbilita tagħha li tinkludi kapitolu fir-rapport tal-attivitajiet tagħha li jispjega fil-qosor is-segwitu mogħti matul is-sena għad-deċiżjonijijet ta' kwittanza preċedenti tal-Parlament u r-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Jorgo Chatzimarkakis, Andrea Cozzolino, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Elisabeth Köstinger, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Christofer Fjellner, Monika Hohlmeier, Marian-Jean Marinescu, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

(1)

ĠU L 71, 14.3.2008, p. 1

(2)

ĠU C 273, 13.11.2009,p. 1.

(3)

ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.

(4)

ĠU C 273, 13.11.2009

(5)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(6)

ĠU L 71, 14.3.2008, p. 1.

(7)

ĠU C 273, 13.11.2009

(8)

ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.

(9)

ĠU C 273, 13.11.2009

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(11)

Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 8 t'April 2010Avviż legali