Proċedura : 2009/2128(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0085/2010

Testi mressqa :

A7-0085/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.28
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


RAPPORT     
PDF 194kWORD 119k
26 ta' Marzu 2010
PE 430.453v02-00 A7-0085/2010

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0199/2009 – 2009/2128(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Véronique Mathieu

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) għas-sena finanzjarja 2008(C7

-0199/2009 – 2009/2128(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-TFUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jwaqqaf l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0000/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta’ hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0199/2009 – 2009/2128(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(5),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-TFUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jwaqqaf l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0085/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0199/2009 – 2009/2128(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(9),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jwaqqaf l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0085/2010),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri (minn hawn 'il quddiem "il-Qorti") tindika li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.  billi fit-23 ta’ April 2009 l-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007 u, li fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza, il-Parlament, b'mod partikulari:

Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport annwali tagħha għall-2007, sabet li kien hemm diversi nuqqasijiet li diġà kienet saħqet fuqhom fir-rapport annwali tagħha tal-2006, b’mod partikolari livell għoli ta' trasferimenti u kanċellazzjonijiet (kważi 70% tad-dispożizzjonijiet disponibbli fl-2007 ma intnefqux);

- jinnota li l-baġit tal-Aġenzija għall-2007 (EUR 42 100 000) aktar minn irdoppja meta mqabbel mal-baġit għall-2006 (EUR 19 200 000);

- Jistieden lill-Aġenzija biex ittejjeb l-immaniġġjar finanzjarju tagħha, speċjalment rigward iż-żieda tal-baġit tagħha għas-snin finanzjarji 2007 u 2008.

C. billi l-2008 kienet it-tielet sena sħiħa tal-funzjonament tal-Aġenzija,

1. Jinnota bi pjaċir li l-Qorti tal-Awdituri rnexxielha tikseb assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2008 kienu affidabbli fl-aspetti konkreti kollha u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa globalment, kienu legali u regolari;

2. Jinnota li l-baġit tal-Aġenzija żdied b'mod sostanzjali matul dawn l-aħħar tliet snin; Jinnota li għas-sena finanzjarja 2008, il-baġit tal-Aġenzija żdied b'EUR 29 000 000, jiġifieri bi kważi 69% meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti u li fl-2007 (42 100 000 EUR) kien diġà żdied b'aktar mid-doppju meta mqabbel mal-2006 (EUR 19 200 000);

3. Jinstab imħasseb rigward id-diversi nuqqasijiet li l-Qorti diġà kienet saħqet fuqhom fir-rapport annwali tagħha tal-2006 u l-2007; jiddispjaċih, b'mod partikulari dwar:

- il-livell għoli ta' trasferimenti u kanċellazzjonijiet (49 % tal-approprjazzjonijiet disponibbli għall-2007 ma ntefqux matul is-sena finanzjarja, madwar 69% għall-2007 u 55% għas-sena 2006),

- il-fatt li l-impenji legali ttieħdu qabel l-impenji baġitarji korrispondenti,

- il-fatt li, skont il-Qorti, il-proċeduri tar-reklutaġġ ma jżommux mar-regoli, b'mod partikulari fir-rigward tat-trasparenza u n-natura nondiskriminatorja tal-proċeduri kkonċernati;

 - 

4. Jinnota li EUR 30 300 000 f'dispożizzjonijiet għas-sena finanzjarja kellhom jiġu trasferiti u li EUR 13 000 000 tal-krediti disponibili kellhom jiġu kkanċellati; jenfasizza ukoll li fost l-EUR 26 800 000 ta’ impenji għan-nefqa operazzjonali (titolu III) miġjuba ’l quddiem, EUR 850 000 miljun kellhom x’jaqsmu ma’ operazzjonijiet skaduti li kien imisshom ġew magħluqa; jinnota f'dan ir-rigward, madankollu, it-tweġiba tal-Aġenzija li tiddikjara li għamlet korrezzjonijiet fir-rendikontijiet annwali tas-sena finanzjarja u assigurat li se tieħu wkoll miżuri addizzjonali biex tavvanza l-kontrolli fuq l-impenji;

5. Jinnota, madankollu, li livell għoli ta' trasferimenti u kanċellazzjonijiet huwa indikazzjoni tan-nuqqas ta' abilità min-naħa tal-Aġenzija li timmeniġja żieda daqstant kbira fil-baġit tagħha; jistaqsi, minkejja li l-Aġenzija wettqet progress sostanzjali rigward l-użu tad-dispożizzjonijiet fl-2009, jekk ma jkunx aktar responsabbli jekk fil-ġejjieni l-awtoritajiet baġitarji jagħtu aktar attenzjoni dwar id-deċiżjoni ta' żieda fil-baġit tal-Aġenzija filwaqt li jikkunsidraw iż-żmien meħtieġ biex jiġu implimentati l-attivitajiet il-ġodda; jistieden għaldaqstant lill-Aġenzija biex tagħtih aktar dettalji dwar il-prattiċità tal-impenji ġejjiena;

6.  Iqis ukoll il-ħtieġa li l-Aġenzija tintroduċi:

- sistema effikaċi tal-ipprogrammar u tal-kontroll tal-iskadenzi kuntrattwali ffissati,

- proċess tal-valutazzjoni tar-riskju għall-attivitajiet tagħha sabiex tkun tista' timmonitorjahom mill-qrib,

- sistema ta' dispożizzjonijiet differenzjati fil-baġits tal-ġejjieni marbuta mas-sussidji, sabiex jiġu evitati kanċellazzjonijiet possibbli fis-snin finanzjarji sussegwenti;

7.  Jinsab imħasseb dwar l-osservazzjonijiet ta' kritika li l-Qorti tal-Awdituri għamlet dwar l-Aġenzija minħabba li ddepożitat aktar minn EUR 17 000 000 fuq il-bażi ta' deċiżjonijiet unilaterali dwar għotijiet ta' subvenzjoni, ffirmati biss mill-Aġenzija, filwat li r-regoli fis-seħħ għall-aġenziji ma jiddispondux minn dan it-tip ta' strument; barra minn hekk, jistqar li jinstab imħasseb rigward il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tqis li l-Aġenzija sikwit iffirmat dawn id-deċiżjonijiet wara li l-attivitajiet ikunu diġà bdew jew saħansitra tlestew; jinnota madankollu r-risposta tal-Aġenzija li tiżgura li l-ftehimiet ta' oqfsa l-ġodda ġew iffirmata mal-awtoritajiet kollha tas-sorveljanza tal-fruntieri li se jipparteċipaw fl-operazzjonijiet konġunti kkoorinati mill-Aġenzija;

8.  Jinsab imħasseb dwar sejbiet ġodda min-naħa tal-Qorti tal-Awdituri li juru li l-impenji legali ddaħlu qabel l-impenji baġitarji korrispondenti; barra minn hekk 49 impenn ex-post (li jammontaw għal aktar minn EUR 1 000 000) kienu rreġistrati fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet sal-aħħar tas-sena finanzjarja 2008; jenfasizza wkoll li, minkejja l-assigurazzjoni min-naħa tal-Aġenzija li sa Mejju 2009 n-numru ta' eċċezzjonijiet kien diġà naqas b'50% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena preċedenti, in-numru għoli ta' eċċezzjonijiet madankollu juri li hemm problema rikorrenti fis-sistema tal-impenji tal-Aġenzija; jitlob għaldaqstant lill-Aġenzija biex timpenja ruħha b'mod aktar effikaċi biex issolvi din il-problema għal kollox;

9.  Jifraħ lill-Fondazzjoni għall-introduzzjoni ta' politika tat-teżor;

10. Jinnota li l-Aġenzija rrappurtat EUR 474 116,65 fi dħul mill-interessi fl-2008; jikkonkludi li mir-rendikonti finanzjarji u mil-livell tal-pagamenti tal-imgħax l-Aġenzija għandha livell tar-riżervi ta’ flus kontanti permanentement għoli; jinnota li fil-31 ta’ Diċembru 2008 r-riżervi ta’ flus kontanti tal-Aġenzija kienu jammontaw għal EUR 28 604 623,67; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina x'possibilitajiet hemm li jgħinu biex jiġi żgurat li r-riżervi ta’ flus kontanti jkunu ġestiti b'mod sħiħ fuq bażi orjentata lejn il-ħtiġijiet, skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, u x'tibdil irid isir fl-istrateġija sabiex ir-riżervi ta' flus kontanti tal-Aġenzija jinżammu permanentament baxxi kemm jista' jkun;

11. Jistieden lill-Aġenzija biex teżerċità l-funzjonijiet tagħha bis-sħiħ u tkompli ttejjeb il-ġestjoni finanzjarja, speċjalment f’dak li għandu x'jaqsam maż-żieda fil-baġits tagħha tal-2009 u l-2010;

Riżorsi umani

12. Jinnota bi tħassib li l-Qorti tal-Awdituri, għal darb'oħra, reġet sabet li l-proċeduri tar-reklutaġġ ma jżommux mar-regoli u li t-trasparenza u n-natura nondiskriminatorja tal-applikanti mhumiex iggarnatiti;

Rendiment

13. Jinnota li l-Kunsill tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija f'Ġunju 2009 adotta pjan plurijennali għall-perjodu 2010-2013, minkejja l-fatt li dan mhux previst fir-regolament ta' bażi tiegħu; jenfasizza l-importanza ta' pjan plurijennali sabiex l-Aġenzija tfassal aħjar l-attivitajiet tagħha u tagħmel valutazzjoni tar-riskji; minkejja dan, jistieden lill-Aġenzija biex tistabbilixxi rabta mill-aktar fis possibli bejn il-programm ta' ħidma tagħha u l-previzjonijiet finanzjarji;

14. Jinkoraġġixxi lid-Direttur biex jippreżenta d-data dwar l-impatt tal-operazzjonijiet lill-Bord tat-Tmexxija;

15. Jitlob lill-Aġenzija biex tippreżenta, fit-tabella tagħha li trid tinhemeż mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, analiżi komparattiva tal-operazzjonijiet li saru matul is-sena tal-kwittanza eżaminata u dawk li saru matul is-sena finanzjarja preċedenti, sabiex l-awtorità tal-kwittanza tkun tista' tevalwa aħjar ir-rendiment tal-Aġenzija minn sena għall-oħra;

16. Jinnota li fis-snin li ġejjin il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għandha tiġi bbażata aktar fuq ir-rendiment tal-Aġenzija matul is-sena;

Trasparenza

17. Jinnota li l-Aġenzja ma tippublikax informazzjoni dwar il-bords tat-tmexxija fuq is-sit elettroniku tagħha; għaldaqstant jirrakomanda, bħala mezz biex tiżdied it-trasparenza, li titqiegħed lista tal-membri tal-bord fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija, bid-dettalji kollha ta' kuntatt għall-membri tal-bord kollha;

Kooperazzjoni mal-Istati Membri

18. Jinnota li l-użu u l-implimentazzjoni tal-baġit jiddependi parzjalment fuq l-Istat Membru involut; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Aġenzija biex ittejjeb id-djalogi tagħha mal-Istati Membri sabiex tespandi l-involviment tagħhom;

19. iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Aġenzija biex issaħħaħ id-djalogi tagħha mal-Istati Membri sabiex ittejjeb il-parteċipazzjoni tagħhom; Jitlob lill-Aġenzija biex ittejjeb il-ġestjoni finanzjarja tagħha rigward il-ħlas lura tal-ispejjeż ikkuntrattati mill-Istati Membri sabiex jiġu identifikati l-għeruq tal-problema, flimkien mal-Istati Membri, biex flimkien magħhom jiġu implimentati s-soluzzjonijiet xierqa;

Verifika interna

20. Jirrikonoxxi li mit-23 rakkomandazzjoni li saru mis-Servizz tal-Verifika Interna tal-Kummissjoni fl-2007, 4 ġew implimentati b'mod adegwat u effettiv, 15 għadhom fil-progress u 4 għadhom ma ġewx implimentati; jenfasizza li r-rakomandazzjonijiet, meqjusa "importanti ħafna", li għandhom x'jaqsmu mat-tlestija tad-deskrizzjoni tal-impjieg u l-iffissar ta’ objettivi għall-membri tal-persunal, it-tisħiħ tas-sigurtà, it-titjib fir-reġistrazzjoni tal-posta, it-tisħiħ tal-proċess tal-ġestjoni tal-għotijiet u l-iżgurar tal-konformità mar-Regolament Finanzjarju;

21. Ifaħħar lill-Aġenzija li impjegat, fl-aħħar tal-2008, Koordinatur ta' Kontroll Intern/ Maniġer responsabbli mill-Kwalità; jenfasizza li din il-pożizzjoni l-ġdida se tgħin lill-Aġenzija biex tiżgura approċċ aktar strutturat, iddixxiplinat u koerenti lejn l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Verifika Interna (IAS);

oo   o

22. Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra, ta' natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xx ta' April 2010(13) dwar ir-rendiment, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

14.1.2010

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) għas-sena finanzjarja 2008

(C7-0199/2009 - 2009/2128(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Juan Fernando López Aguilar

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jinnota bi pjaċir li l-Qorti tal-Awdituri rnexxielha tikseb assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali ta’ Frontex għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2008 kienu affidabbli fl-aspetti konkreti kollha u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa globalment, kienu legali u regolari;

2.   Madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fl-2008 l-baġit ta’ Frontex żdied b’EUR 29 000 000 (madwar 69%) meta mqabbel ma’ dak tal-2007, u li l-istess ammont ta’ approprjazzjonijiet (EUR 30 300 000) kellu jgħaddi għas-sena ta' wara, u li EUR 13 000 000 ta’ approprjazzjonijiet kellhom jiġu kkanċellati, li wassal lill-Qorti biex tikkonkludi li l-Aġenzija ma kellhiex il-kapaċità li tlaħħaq ma' żieda sinifikanti bħal din fil-baġit tagħha;

3.   Jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-kummenti tal-Qorti (li diġà saru fir-rapporti preċedenti tagħha) dwar il-problemi fis-sistema tal-impenji u l-proċeduri tar-reklutaġġ tal-Aġenzija; jieħu nota tat-tweġibiet ta’ Frontex f'dan ir-rigward;

4.   Jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti dwar il-fatt li l-programm ta’ ħidma annwali ta’ Frontex ma kienx jaqbel mal-baġit tagħha u li l-modifiki baġitarji saru mingħajr reviżjoni tal-programm ta’ ħidma anki fejn kien hemm impatt sinifikanti; huwa konxju mill-kummenti tal-Aġenzija f'dan ir-rigward.

5.   Jistieden lil Frontex biex twettaq il-funzjonijiet tagħha bis-sħiħ u tkompli ttejjeb il-ġestjoni finanzjarja, speċjalment f’dak li għandu x'jaqsam maż-żieda fil-baġits tagħha tal-2009 u l-2010;

6.        Jinnota li fis-snin li ġejjin il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għandha tiġi bbażata aktar fuq ir-rendiment tal-Aġenzija matul is-sena.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

11.1.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sonia Alfano, Roberta Angelilli, Vilija Blinkevičiūtė, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Rosario Crocetta, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Jeanine Hennis-Plasschaert, Salvatore Iacolino, Timothy Kirkhope, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Claude Moraes, Carmen Romero López, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Renate Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Anna Maria Corazza Bildt, Ioan Enciu, Nadja Hirsch, Monika Hohlmeier, Stanimir Ilchev, Iliana Malinova Iotova, Petru Constantin Luhan, Mariya Nedelcheva, Raül Romeva i Rueda, Cecilia Wikström

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

(1)

ĠU C 304, 15.2.2010, p. 38.

(2)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(3)

ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(4)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)

ĠU C 304, 15.2.2010, p. 38.

(6)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(7)

ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(8)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)

ĠU C 304, 15.2.2010, p. 38.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

(11)

ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(12)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(13)

Texts adopted, P7_TA-PROV(2010)...

Aġġornata l-aħħar: 8 t'April 2010Avviż legali